Dun Salv Sammut isir Monsinjur
Il-Mosta: Awissu 1981
(p.5) Mons. Dun Salv Sammut twieled il-Mosta fit-18 ta' Awissu 1911 minn Govanni Sammut u Teresa Dimech, id-disa' wiehed fost ghaxar ahwa.
Fl-1923 dahal fis-Seminarju ta' Malta u gie ordnat sacerdot fil-21 ta' Dicembru 1935 fil-knisja parrokjali tal-Madonna ta' Porto Salvo il-Belt.
L-Arcisqof Dom Mawro Caruana baghtu bhala Vicendarju tal-knisja ta' l-Abbandunati l-Wardija, fejn dam tliet snin iqaddes fil-Hdud, festi u granet ohra.
Dun Karm Sciberras (wara Arcipriet u Monsinjur) kien kwazi lesta l-bini ta' l-Oratorju “Qalb ta' Gesu” u Dun Salv, flimkien maz-zewg sacerdoti zaghzagh l-ohra Dun Karm Schembri u l-kanonku Dun Pawl Calleja, beda jghinu fit-taghlim tad-duttrina lit-tfal subien.
Fl-1936 l-Arcisqof Caruana nnominah bhala Assistant Ekklesjastiku tac-Cirkolo ta' l-Azzjoni Kattolika tal-Guvintur fl-istess Oratorju. U fil-Milied ta' l-istess sena, bil-koperazzjoni ta' l-istess Direttur Dun Karm Sciberras, sar l-ewwel kumitat tac-Cirkolo bl-ewwel President it-Tabib Dottor Ferdinand Calleja, li ghen hafna biex sar kor tajjeb tas-subien, li kien ikanta fil-knisja u f'okkazjonijiet ohra wkoll.
Fl-1937 Dun Salv dahal fil-Missjoni z-Zghira u ghadu jaghti l-kontibut tieghu safejn jista'. Fl-1947 l-Arcipriet Dun Karm Sciberras mic-Cirkolo tal-Guvintur ghaddieh bhala Assistant Ekklesjastiku tax-xebbiet tal-Mosta, kariga li ghadu jokkupa sallum.
Fl-1947 ukoll Dun Salv flimkien ma' Mons. Filippo Muscat u s-Sur Vincenz Cassar mill-Belt, bdew il-Moviment tal-Madonna ta' Fatima u wara, ma' ftit ohrajn ifforma kumitat ghal dan il-moviment. F'Awissu tas-sena 1943, f'pellegrinagg immexxi mill-Arcisqof M.Gonzi gabu minn Fatima l-istatwa tal-Madonna Pellegrina, inkurunata mill-Papa Piju XII. L-istatwa ntlaqghet b'ferh u entuzjazmu u sagrificcju hekk kbir fit-28 t'Awissu. Din l-istatwa helwa tal-Madonna, imbaghad, ghal tliet snin shah daret mal-parrocci kollha ta' Malta u sar hafna gid spiritwali kull fejn ghaddiet.
Dun Salv kien ghal ftit snin Direttur ta' l-Irtiri Maghluqa organizzati mill-A.K.M. u wara li halla, baqa' jmur iqarar u jaghti pariri spiritwali. Bro. James, Direttur ta' Stella Maris College, ukoll kien stiednu biex iqarar l-istudenti. L-A.K.M. hatritu wkoll ghal xi zmien bhala Delegat Centrali tal-Hidma Religjuza.
L-Arcipriet, illum Monsinjur Dun Paolino Galea, kellu ghal qalbu hafna t-taghlin tal-katekizmu. (p.8) Kien preokkupat hafna fuq it-taghlim tad-duttrina tal-bniet ghax ma kellhomx lokal u Dun Salv ta' l-ghajnuna li seta' specjalment permezz tac-Cirkolo tax-xebbiet, fejn kienu jingabru ghadd sabih ta' bniet bhala Benjamini w Aspiranti. F'dan ix-xoghol ghenu hafna Dun Pawl Buhagiar.
Fis-sena 1961, wara li ntalab mill-Agent Rettur tas-Seminarju, allura Dun Victor Grech u l-approvazzjoni ta' Mons. Arcisqof Gonzi, Dun Salv beda l-ufficcju tieghu ta' Assistant Direttur Spiritwali fis-Seminarju Minuri, ufficju li bil-ghajnuna t'Alla ghadu jaqdi sallum. F'dan iz-zmien ukoll qatta' diversi snin iqarar it-tfal u zaghzagh orfni fl-Istitut ta' San Guzepp, il-Hamrun.
Meta l-Arcipriet Dun Bert Bezzina issa Monsinjur, bena s-Sala Parrokjali, hu halla parti tat-taghlim tad-duttrina tal-bniet f'idejn Dun Salv. Hemmhekk ic-Cirkolo tax-xebbiet sab post gdid.
Minn xi hamsa u ghoxrin sena ‘l hawn Dun Salv ha hsieb ilaqqa' dawk it-tfal jew studenti tal-parrocca li kellhom xi xewqa ghas-sacerdozju biex jissahhu dejjem aktar fil-vokazzjoni taghhom.
Fis-sena 1974 Ommna Marija ipprovdiet lokal eccellenti ghall-Oratorju tal-bniet u ghaqdiet ohra femminili u Dun Salv gie nominat mill-Arcisqof bhala Direttur, u l-qassis gdid Dun Alfred Camilleri gie nominat bhala Assistant Direttur.
Bil-koperazzjoni u inkoraggiment tal-Arcipriet, bil-hidma intensa ta' Dun Alfred u l-idejat godda tieghu, Dun Salv ihossu ferhan hafna f'dan l-appostolat ghax fl-Oratorju issa qieghed isir it-taghlim regolari tad-duttrina ghall-bniet tal-Mosta, laqghat ghall-istudenti u ghax-xebbiet.
Lil Dun Salv nifirhulu u nixtiqulu Ad multos annos.