Monument tal-gwerra lill-Qalbiena Mostin – Holma li saret realta
minn Charles Vella
Il-Mosta: Harga Nru. 2 (2006) Format Gdid
(p.45) Il-jum ta’ l-1 ta' Novemhni 1992, ser jibqa’ mnizzel fl-isiorja tal-Mosta b’ittri kbar. Ghal zmien twil, kien ilu jberren il-hsieb u jinhass il-bzonn sabiex il-Mosta bhal bliet u rhula ohra Maltin, tfakkar il-qalbiena mejtin taghha b’monument xieraq.
Kif jghid il-Malti, giet ix-xoqqa f’moxtha meta waqt laqgha ghall-ghaqdiet, kazini u ohrajn li kien ghamlilna l-Perit Lawrence Gatt, dak iz-zmien Ministru ta’ l-Agrikoltura, talab lil dawk prezenti biex min irid iressaq xi suggerimenti ghal gid tal-Mosta, seta’ jaghmel dan f’din il-laqgha. Jien mill-ewwel hadt din l-okkazjoni u, bis-sapport ta’ ohrajn, issuggerejt li jitwaqqaf monument ghal dawk il-Mostin li tilfu hajjithom fl-ahhar gwerra dinjija. Il-Perit Gatt mill-ewwel ghogbitu din l-idea, u talabna niffurmaw kumitat sabiex niehdu hsieb nigbru l-fondi mehtiega. Il-kumitat kien iffurmat mis-Sur Guze Cauchi, is-Sinjura Anna Cordeiro, is-Sur Joe Quattromani, is-Sur Nazzareno Vassallo u minni. Il-kumitat maghzul minn fost ir-rapprezentanti ta’ l-ghaqdiet fil-Mosta dam jahdem ghal madwar sentejn fejn kien jiltaqa' fil-kwartieri l-qodma ta’ l-Iscouts. F'dawn is-sentejn ta' hidma kontinwa, ma kienx kollox ward u zahar. Kien hemm diversi problemi fosthom fejn ser jitwaqqaf il-monument, il-problema tal-fonderija u dik tal-finanzi. Saru laqghat regolari ta’ studju, ippjanar u ftehim, intbaghtu ittri lill-awtoritajiet koncernati u sessjonijiet ma l-iskultur Mosti Ganm Bonnici. Intalbu pjanti, disinni, pariri teknici u stimi. L-offerta tad-ditta Fonderia Battaglia ta’ Milan kienet l-aktar vantaggjuza. Il-kumitat kollu qabel li l-monument isir tal-bronz, bl-approvazzjoni ta’ l-iskultur Mosti. Ghazilna l-ahjar, ghax hekk jixirqilha l-belt taghna, il-Mosta. Anke s-sit, sewwa sew ahna u dehlin il-Mosta, fic-cirkustanza nahsbu li kienet l-ahjar ghazla. Rigward il-finanzi, li kienet l-akbar ugigh ta’ ras, illum nistqarr li kieku ma kienx ghall-kuragg u d-dedikazzjoni tal-membri tal-kumitat, flimkien ma’ l-ghajnuna finanzjarja li tawma xi ditti, hwienet, individwi generuzi, u familji, inkluzi dawk il-Mostin imsefrin il-Kanada u l-Amerika, dan il-progett ambizzjuz ma kienx isehh. Kif jghid l-Ingliz, “Where there is a will, there is a way.”
Matul dawn l-ahhar erbatax-il sena (1992-2006) dejjem baqghu jigu mfakkrin dawk il-vittmi Mostin li gew maqtula intortament mill-ghadu fit-Tieni Gwerra Dinjija (1939-1945). Ma' dawn id-89 vittma li isimhom jidher imnaqqax fuq gebel li hemm taht il-monument, hemm ukoll 16-il isem iehor ta’ Mostin li tilfu hajjithom matul l-okkupazzjom tal-Francizi (1798-1800), kif ukoll sitt Mostin ohra li mietu matul l-Ewwel Gwerra Dinjija (1914-1918). Jigifieri dan il-monument. li gie jiswa madwar Lm13,000, qed ifakkar tliet avvenimenti f’daqqa.
Il-figura ta’ dik il-mara wieqfa kburija u rebbieha fuq it-tifrik ta’ l-imghoddi, b’idha x-xellugija merfugha ‘l fuq, u bil-leminija zzomm fuq irkobbtejha ‘l wiehed minn uliedha mitluq mejjin zgur li tqanqal lil kull min ikun diehel il-Mosta minn Vjal l-Indipendenza u tixghel fih sens patrijottiku; lilna li noqghodu gewwa l-Mosta, theggigna lkoll ghal izjed imhabba lejn dak kollu li hu helu u ghaziz ghalina l-Mostin.
Viva l-Qalbiena Mostin.