The Mosta Archives Banner

Il-Mosta fin-National Geographic Magazine


Il-Mosta: Settembru – Ottubru 1989


Ir-Rotunda tal-Mosta fin-National Geographic Ir-ritratt tal-knisja tal-Mosta li deher fin-National Geographic

(p.3) F'artiklu dokumentat u illustrat tajjeb hafna, William S. Ellis kiteb artiklu fin-National Geographic, harga ta' Gunju 1989, Vol. 175, Nru 6, dwar Malta. Hu jsemmi l-istorja ta' Malta sa minn zminijiet prestorici.


Ellis jiddedika tliet paragrafi lill-Mosta u siehbu l-fotografu Borb Krist ghadnu ritratt stupend mifrux fuq zewg faccati (pp. 710-711) tal-knisja u l-akwati mixghula ghall-festa ta' Santa Marija. Taht hemm ritratt ta' fratelli li jkaxkru l-ktajjen bil-fanali jixeghlu f'idhom.


Ellis jghid li fil-Gimgha l-Kbira, gurnata li fiha Malta "ssikket il-qniepen u tbaxxi l-bnadar mezza lasta", eluf jigu l-Mosta ghall-purcissjoni biex jaraw "fratelli mghammda jkaxkru ktajjen tqal marbutin ma saqajhom u reffiegha bi statwi li juru episodji tal-Passjoni."


"Hemm purcissjonijiet ohra f'Malta, izda l-knisja parrokjali tal-Mosta … hija maghrufa minhabba miraklu li gara fiha. Kien April 1942. Bomba kbira Germaniza carrtet toqba fil-koppla, koppla kbira hafna (kwazi daqs San Pietru), ibbawnsjat mal-hajt gewwa u tgerbet fuq il-paviment ta' l-irham. Il-bomba ma splodietx u ma korra hadd mit-300 fidil li kien hemm."


Il-caption taht ir-ritratt tal-panorama tal-knisja u l-inhawi, migbud mid-direzzjoni tal-Knisja ta' l-Isperanza, jiddeskrivi l-bozoz fuq il-knisja bhala "perli".


In-National Geographic hu magazin awtorevoli u prestigjuz u ghandu cirkulazzjoni qawwija mad-dinja kollha.