
Omar Camilleri - Restawratur
Il-Mosta: Harga Nru. 5 (2007) Format Gdid


(p.58) Omar Camilleri twieled H’Attard fil-21 ta’ Ottubru 1978 izda minn dejjem kien joqghod il-Mosta. Illum il-gurnata mizzewweg u qed joqghod H’Attard.
Tfulitu qattaghha l-MUSEUM tas-subien u minn hemm gietu l-hajra ghall-arti u r-restawr. Il-MUSEUM dam sakemm kellu 20 sena u kien jghallem iz-zghar u jiehu hsieb il-kamra tal-pasturi. Kien ukoll membru ta’ l-Ghaqda Filantropika Talent Mosti.
Omar studja l-iskultura u d-disinn fl-iskola ta’ l-Artiggjanat ta’ Targa Gap. Hu ha d-diploma fl-iskultura fil-gebla Maltija. Minn hemm kompla jesperimenta hafna fuq skultura fl-injam u induratura b’mod specjali r-restawr fl-induratura.
Huwa fotografu ufficjali tal-gvern. Jigbed ritratti ta’ l-attivitajiet kollha tal-gvern kemm f’Malta kif ukoll barra minn Malta. Bhala Artist ha sehem f’hafna esebizzjonijiet kollettivi. L-ahhar wahda kienet fil-Biennale ta’ l-Arti Sagra fl-Imdina.
Bhala restawratur, xoghol ricenti tieghu hu l-prospettiva ta’ l-orgni tal-knisja tal-Mosta, il-pedistall tal-Madonna tar-Ruzarju ta’ Hal Lija u l-girandola tal-Knisja ta’ San Frangisk il-Belt. Bhalissa ghaddej ukoll fuq xoghol ta’ induratura fuq kuruna kbira ta’ l-injam li tintrama fil-festa ta’ Korpus f’Hal Lija. Barra minn dan qed jaghmel hafna xoghol iehor ta’ restawr fi knejjes varji madwar Malta