The Mosta Archives Banner

L-Opra tal-"Buone Morte" jew ta' l-Agunija taghlaq 300 sena mwaqqfa

minn Joseph Borg


Il-Mosta: Novembru – Dicembru 1986


Il-lapida li hemm fil-Kappellu tal-KurcifissIl-lapida tal-Indulgenzi mghotija lis-Sodalita tal-Agonizzanti mill-Papa Benedittu XIV li hemm fil-Kappellun tal-Kurcifiss.

(p.14) Mill-ktejjeb li kien hareg il-Prokuratur ta' l-Agunija Dun Karm Gauci fl-1925 biex jigi moghti lill-imsehbin, niehdu li l-opra qaddisa tal-"Buone Morte" (il-Mewt it-Tajba) jew ta' l-Agunija giet imwaqqfa fil-Parrocca tal-Mosta nhar is-26 ta' Novembru, 1686. Jixraq ghalhekk li, fl-okkazjoni tat-tielet centinarju mit-twaqqif fostna ta' l-Agunija nghidu xi haga dwarha.


Din il-Kumpanija twaqqfet bil-hsieb wisq qaddis li tghin spiritwalment lil dawk il-moribondi msehbin billi taghmel talb specjali ghalihom waqt l-agunija taghhom biex, meghjunin mit-talb tas-sacerdot, jaghmlu mewta tajba.


It-twaqqif ta' din il-ghaqda sehh waqt il-Vizta Pastorali li kien qieghed jaghmel fil-Parrocca taghna l-Isqof Kalabriz Fra David Cocco Palmieri. Hafna Mostin, imsehbin mal-Kleru taghhom Dun Gio Maria Xerri, Dun Gio Maria Galea, Dun Salv Fenech u Dun Gio Maria Bonelli flimkien mal-Kappillan taghhom Dun Gunsalvu Dimech minn Haz Zebbug, talbu lill-imsemmi Isqof biex iwaqqaf il-Kumpanija ta' l-Agunija fil-Parrocca. B'digriet tas-26 ta' Novembru, 1686, l-Isqof Cocco Palmieri laqa' bil-ferha t-talba taghhom u, filwaqt li waqqaf il-Kumpanija ta' l-Agunija taht il-harsien ta' Gesu msallab fl-altar Maggur tal-Knisja Parrokjali l-Qadima, illum l-altar tal-kor gewwa r-Rotunda, tahom ukoll xi regolamenti biex bihom tkun tista' titmexxa sewwa u hekk tghaddi ‘l quddiem.


Madwar tmien snin wara t-twaqqif ta' din l-ghaqda qaddisa, l-imsehbin kienu ddecidew li l-Kumpanija jkollha altar ghaliha taht il-harsien ta' Gesu Msallab, il-Patrun ta' din is-sodalita. Ghal dan il-ghan huma regghu talbu lill-Isqof Cocco Palmieri biex jaghtihom il-permess biex il-Kumpanija tigi mwaqqfa fl-altar tal-Grazzja, altar li kien jigi n-naha tax-xellug ta' l-altar maggur. Talbu wkoll biex it-titular ta' din il-kappella jigi mibdul minn tal-Madonna tal-Grazzja ghal dak ta' Gesu Msallab Agonizzant. L-Isqof Cocco Palmieri tahom kull ma xtaqu u wettaq dan kollu b'digriet tat-28 ta' Jannar, 1695.


Ix-xbieha ta' Gesu Msallab Agonizzant, skolpita fl-injam, li naraw fl-gholi fuq il-kaxxarizzi tas-sagristija ta' fejn hemm il-balla hija l-istess wahda li dawk missirijietna ta' tliet mitt sena ilu poggew flok il-kwadru tal-Madonna tal-Grazzja li semmejna. Dan il-Kurcifiss kien sar sewwa sew fl-1695 minn skultur li bqajna ma nafux min kien. Meta mbaghad il-Mostin waqqfu r-Rotunda, dan il-Kurcifiss kellu jigi mqieghed fejn jidher illum minhabba li l-istil tal-kappelli kif inhuma gewwa r-Rotunda kienu izjed jitolbu li jkun hemm kwadru, kif fil-fatt sar.


Il-kwadru ewlieni tal-Kappella ta' l-Agunija jew Tas-Salib gewwa r-Rotunda sar fl-1869. Juri 'l Gesu Msallab Agonizzant bl-Addolorata wieqfa fuq naha u b'San Gwann l-Evangelista wieqaf in-naha l-ohra. F'riglejn is-Salib hemm il-Madaliena gharkobbtejha filwaqt li l-Madonna tidher meghjuna minn wahda min-nisa t-twajba l-ohra li bilkemm tidher. Il-kwadru huwa maghdud bhala l-ahjar xoghol ta' Carlo Ignatio Cortis, pittur mill-Belt Valletta, li pitter ukoll iz-zewg kwadri laterali l-ohra li naraw f'din il-Kappella. Dawn kienu saru fl-1875 u juru 'l Gesu Agonizzant fil-Getsemani u 'l Gesu qieghed jigi mhejji ghad-difna. It-tliet kwadri msemmija kienu hallsu ghalihom l-imsehbin tas-Solidalita ta' l-Agunija.


Ta' kull sena l-Kumpanija kienet taghmel zewg festi f'gieh is-Salib Imqaddes: wahda kienet issir fit-3 ta' Mejju u kienet tfakkar meta Santa Liena sabet is-Salib Imqaddes u l-ohra fl-14 ta' Settembru li tfakkar meta Erakliju dahal rebbieh Gerusalem u rega' qieghed is-Salib ghall-qima ta' kulhadd. Dawn iz-zewg grajjiet huma mfakkra fiz-zewg riljievi li naraw fil-ventaltar sabih li ghandha din il-Kappella tas-Salib u li hu l-isbah bicca armar li saret matul is-snin ghal din il-kappella.


L-imsehbin fl-Agunija ma jsirilhomx biss talb waqt l-Agunija taghhom izda wkoll quddies wara mewthom. Dan dejjem kien isir skond ir-regolamenti tal-Kumpanija li kienu tul il-mixja tas-snin imsahhin b'digrieti ta' l-Isqfijiet taghna fosthom Mons. Pietru Pace fl-1898 u tnejn ohra ta' Mons. Mawru Caruana fl-1917 u iehor fl-1920.


Id-dehra tal-qassis (prokuratur) bl-ispellizza u stola vjola jitlob gharkobbtejh quddiem Gesu Sagramentat ghall-agunizzanti taghna qieghda kull ma tmur issir izjed rari fil-Parrocca taghna; it-tokki tal-qanpiena ta' l-agunija qeghdin kull ma jmur jonqsu huma wkoll. Jista' jkun li dawn l-affarijiet sbieh ghad jibqa' biss it-tifkira taghhom, ghax iz-zminijiet jitbiddlu. Imma nahseb jien li, ghal dawk li jemmnu, il-hsieb qaddis li wiehed jitlob ghal ruh li tkun se tidher quddiem min halaqha ghad jibqa' sakemm fil-Parrocca jibqa' min jemmen.


Riferenzi

  1. Il-Kumpanija tal-Buona Morte jew ta' l-Agunija – ktejjeb ta' Dun Karm Gauci, 1925.
  2. Storja ta' Malta, P.P. Castagna, 1869.
  3. Storja tal-Mosta bil-Knisja Taghha, E.B.Vella, 1930
  4. Musta – Its memories and charms, Rev. Edgar W. Salomone, 1911.
  5. Il-Mosta, Frar-Marzu, 1967, p.3, Il-Pitturi li ghandhom xoghlijiet taghhom fir-Rotunda, Joseph Borg.