Opri sbieh li ghandha l-Knisja Arcipretali taghna – Il-Baldakkin
minn Joseph Borg
L-ewwel parti – Il-Mosta: Gunju – Lulju 1977
(p.10) Fis-santwarju monumentali ta’ Marija Assunta tal-Mosta nsibu xi opri jew xoghlijiet mill-isbah li huma tassew ta’ min isemmihom, il-bicca l-kbira ta’ dawn l-opri hallas ghalihom il-poplu Mosti tul il-mixja tas-snin u biex ghamilhom gieli swewlu hafna u hafna sagrificcji.
U ghalhekk barra mill-gmiel taghhom dawn l-opri huma ghalina parti mill-isbah u mill-ghezez wirt li hallewlna missirijietna; dawk missirijietna li fil-faqar taghhom kienu lesti biex jaghmlu kollox fejn tidhol il-glorja t’Alla u tal-Madonna.
Hsibna li ngibu xi taghrif dwar ftit mill-opri l-izjed importanti li jzejnu l-Knisja Taghna. Insemmuhom wahda f’kull harga ta’ din il-gazzetta Mostija u billi qeghdin niktbu fil-harga ta’ Gunju – Lulju xieraq li nibdew mill-Baldakkin billi f’Gunju niccelebraw il-festi kbar u gheziez ta’ Corpus Domini u tal-Qalb ta’ Gesu’, festi li fihom isiru zewg purcissjonijiet bl-Ewkaristija u ghalhekk bil-Baldakkin.
Id-disinn ta’ dan il-Baldakkin wisq sabih sar mid-disinjatur maghruf is-Sur Rafel Caruana Dingli tal-Mosta. Kien ordnat mir-Rev. Mons Cap. Dun Guzepp Caruana Dingli li kien mitlub mill-prokuratur li kellha l-Knisja dak iz-zmien Dun Ang Camilleri. Ix-xoghol tar-rakkmu bid-deheb tal-Baldakkin gie mahdum mill-maghrufa ditta “Tanfani” ta’ Ruma.
Dan il-Baldakkin kien lest f’Awissu ta’ l-1898 u bid-drapp u l-inforra sewa £202.10s. Il-lasti tal-fidda huma xoghol l-istess ditta fuq id-disinn ta’ l-imsemmi Caruana Dingli; dawn it-tmien lasti qamu £150. It-titolu ta’ din il-fidda huwa ta’ 900. Intefqet ukoll is-somma ta’ £6.10s. ta’ l-imballagg u £1.2s.8d. ghal bankun li ghandu. L-ewwel pjumi li kellu kienu gew moghtija mill-Kavallier Pietro Bartoli u qamu £8. B’kollox il-Baldakkin qam £368.2s.11d. u jekk nghoddu l-Umbrella nsibu li din is-somma telghet ghal £404. Il-flus ghal din l-opra ingabru hekk: - £30 minn Legat imholli mis-Sur Giov Chetcuti, £40 mill-kaxxa tas-Sagrament, £25 mill-kaxxa tal-Qalb ta’ Gesu, £102 migbura minn Dun Ang stess, £76 0s 9d migbura minn Marija Sammut, £81 minn gbir mar-rahal, £5.12s.2d. migbura minn Rikkardu Amodeo, u £8 mill-Kavallier Pietro Bartoli.
Xi snin ilu l-Prokuratur Dun Karm Dingli kien bidillu l-pjumi u ha hsieb ukoll li ssirlu nforra gdida li taghtu sahhtu mill-gdid. Dan il-qassis kien fi hsiebu li jaghmel bankun sabih tal-gewz imzejjen bl-iskultura u b’panewwijiet tal-hadid indurat. Id-disinn ghal dan il-bankun ghamlu s-Surmast Guze Galea tar-Rabat ta’ Malta u x-xoghol tal-panewwijiet tal-hadid li huma ga lesti, huwa ta’ Fortunato Mercieca and Sons tal-Falcon Forge tan-Naxxar. Il-mewt ghal gharrieda ta’ Dun Karm Dingli kienet il-htija li x-xoghol fuq dan il-bankun waqaf. Wiehed jittama li issa ghadda zmien bizzejjed biex din l-opra mibdija titkompla malajr.
Dan il-Baldakkin li huwa mzejjen b’rakkmu tad-deheb mill-isbah fih tnejn u ghoxrin patalott li jgibu fuqhom simboli ta’ l-ewkaristija kollha differenti barra t-tmienja tal-kantunieri li ghandhom is-simboli tas-sbul u ta’ l-gheneb li jirrepetu ruhhom. Fic-celu tieghu naraw ix-xbiha ta’ l-Ispirtu s-Santu ghamla ta’ hamiema bir-raggi hergin minnu.
Illum dan il-Baldakkin hekk imponenti qed johrog biss fil-purcissjonijiet ta’ Corpus u tal-Qalb ta’ Gesu. Sa ftit tas-snin ilu kont titghaxxaq tarah hiereg jilma fix-xemx qawwija ta’ Awissu kull meta l-festa ta’ Santa Marija kienet tigi l-Hadd; u xi nghidu ghall-ghodwa qaddisa ta’ Corpus Domini, meta f’din il-festa ghaziza, biss sa ftit tas-snin ilu kien ghadha tohrog il-purcissjoni fil-ghodu wkoll! Dari kienu johorguh ukoll fil-purcissjoni sollenni li kienet issir nhar it-Tre Re. Hareg ukoll f’diversi okkazjonijiet specjali li kellha l-Parrocca, l-ahhar wahda fosthom kienet dik tac-centinarju tal-Konsagrazzjoni tar-Rotunda. Imma nahseb li l-isbah granet li fihom dan il-Baldakkin kellu sehem kienu zgur il-jiem memorabbli tal-Kungress Ewkaristiku Internazzjonali ta’ l-1913 li sar f’Malta u li fih il-Knisja Arcipretali taghna kellha sehem hekk importanti.
(N.B. Id-dettalji dwar kif ingabru l-flus hadthom mill-ktejjeb li kien ippublika l-Prokuratur Dun Ang Camilleri li jgib l-isem ta’ Tifkira Ghaziza tas-Sac. D.Ang Camilleri.)
Il-partijiet l-ohra –
nieqsa