The Mosta Archives Banner

L-orgni li ghandha r-Rotunda tal-Mosta

minn Joseph Borg


Il-Mosta: Mejju - Awissu 2003


L-orgni li nsibu fir-RotundaL-orgni li nsibu fir-Rotunda

(p.7) Tempju monumentali bhalma hi l-knisja Arcipretali tal-Mosta, kien jixirqilha wkoll li tkun imghammra malajr kemm jista’ jkun b’orgni mill-aqwa ghax knisja bla orgni tista’ xxebbahha ma’ qanpiena bla lsien. L-orgni bhal jaghti l-hajja l-funzjonijiet li tulek ja sena jsiru gewwa l-knisja u n-noti ferrihija daqshekk devoti tieghu, jissolenizzaw u jkabbru mhux il-festi tal-knisja li minn zmien ghall-iehor niccelebraw.


Il-knisja Rotunda tal-Mosta tlestiet fil-bidu ta' 1860 u kkonsagrawha fil-15 ta’ Ottubru 1871. F’ dawk il-hdax-il sena minn meta tlestiet sal-konsagrazzjoni taghha kienu sarulha bosta xoghlijiet ta' htiega, bhalma huma c-cangar tal-qiegha ta’ l-art bil-franka, l-artali, il-kwadri u l-qniepen. L-opra li issa l-aktar li kien hemm bzonnha kien orgni kbir u sabih. Izda biex dan isir kienu mehtiega hafna flus, haga li l-Mostin ta’ dak iz-zmien zgur li ma kellhomx ghax kienu zminiji et mill-iktardifficli. Kien ghalhekk li mill-konsagrazzjoni tal-knisja sakemm il-holma tal-Mostin li ikollhom orgni saret realta lahqu ghaddew erbatax il sena ohra.


Habta ta’ l-1880, il kappillan Mosti Dun Frangisk Carnilleri meghjun mill-qassis Mosti Dun Pawl Chetcuti, bdew jitkixxfu billi kitbu barra ha jaraw xi kemm kienet tintala’ n-nefqa. Minn dak li nistmghu lil ta’ qabtlna jghidu, jidher li habtu jaqtghu qalbhom, izda fl-ahhar, bi ftit tal-kuragg beda l-gbir fost tl-poplu tal-Mosta u izjed ‘il quddiem fl-1885 inbeda x-xoghol ta’ l-orgni tant mixtieq.


Ghal dan l-orgni l-gdid tal-knisja ghaziza taghna, kienet giet imqabbda d-ditta Taljana tal-Kavalier Pacifico lnzoli. Din id-ditta msemmija mad-dinja kienet diga ghamlet l-orgni ta’ fama mondjali tal-Katidral ta’ Cremona gewwa l-Italja u ghalhekk l-orgni tal-parrocca taghna ma kellux ghalfejn ma johrogx mill aqwa, kif fil-fatt hareg.


L-orgni zzanzan fost il-ferh u s-sodisfazzjon tal-kleru u l-poplu tal-Mosta nhar it 8 ta’ Settembru, 1885. Dakinnhar ghall-ewwel darba, in-noti helwin u fint hargu mill-mijiet ta’ kanen combin li ghandu dan l-orgni u nvadew filwaqt li mlew kull rokna tar-Rotunda ta’ Grongnet. Il-Kappillan Dun Frangisk Camilleri ma kellux ix-xorti jara l-opra li ghaliha hadem kompluta ghax miet f’daqqa fit-28 ta’ April 1885 meta l-orgni kien ghadu qed jigi mqieghed f’postu.


"Ghannu lill-Mulej"


L--orgni jinsab ’il fuq mill-arkitrav fid-dahla ta’ wara l-bieb il-kbir tal-knisja. ll-gallarija tieghu hi mzejna biss bil-bizzilletta jew bil-‘palmetti’, dak id-disinn Grieg li narawh ripetut f’postijiet ohra tar-Rotunda minn barra u minn gewwa. Taht il-gallarija ta’ l-orgni naraw il-kliem Latin Cantate Domino in Cymbalis Bene Sonantibus li bil-Malti tfisser: Ghannu 'l-Mulej bi strumcnti li jdoqqu tajjeb. Kelmiet li qeghdin tassew f’posthom ghax qeghdin taht il-gallarija ta’ orgni u ma nafx liema strument jista’ jdoqq isbah milli jdoqq orgni gewwa knisja. Dan l-orgni famuz jiddistingwi ruhu bhula l-uniku wiehed fost l-orgnijiet mekkanici li ghandna Malta li ghandu zewg tastieri barra milli ghandu wkoll pedaliera. Ghandu wkoll sitt imniefah bejn kbar u zghar, hamsin registru u elfejn kanna. Fost ir-registri ghandu xi whud li m’humiex tas-soltu bhal dak tal-‘Czakan’ (flauto polacco) u l-iehor ta’ l-‘Arpone.’ Ta’ min isemmi wkoll ir-registru wisq sabih maghruf bhala tal-‘Campanelli’. Din l-opra swiet lill-Mostin madwar elf lira, somma kbira ghal dak iz-zmien, izjed u izjed meta tiftakar li saret bil-hegga ta’ poplu fqir li kien ghadu tista' tghid kemm bena knisja ta’ l-ghageb fi ftit izjed minn kwart ta’ seklu.


Madwar 54 sena ilu, fi zmien il-parrokat ta’ 1-Arcipriet Dun Pawlinu Galea, instab li l-orgni kellu bzonn ta' tindifa u dawra sewwa. Biz-zmien u l-aktar matul l-ahhar gwerra dinjija, meta dahlet il-bomba Germaniza mill-koppla, l-orgni kienet saritlu hsara konsiderevoli, kemm bit-thezziza u kemm bit-trabijiet li dahlu fih. Ghalhekk kien tqabbad il-Patri Frangisk Sqalli (ta’ Giezu) minn Acireale, Patri Davide Grisavi li kien dam madwar tliet xhur biex ghamillu dak li ra li kellu bzonn dak iz-zmien.


L-orgni huwa strument delikat ghall-ahhar u tista’ tigrilu hsara b’affarijiet mill-izghar. Niftakarni nisma’ lil certu Karmnu Debattista, dilettant kbir tal-knisja jghid li l-fabbrikant Inzoli kien qalilhom biex kemm jista’ jkun fil-granet tal-festa ma jisparawx maskli fil-qrib ghax id-damdim qawwi taghhom setghu jaghmlulu l-hsara fil-mekkanizmu delikat tieghu.


Hafna minna zgur jiftakru li snin ilu, kellu wkoll il-purtieri homor (bhal shutters) li kienu jinzlu quddiem is-sfatar li jidhru fil-prospettiva li ghandu biex jipproteguh mit-trab. X’aktarx li dawn il-purtieri kien itellaghhom u jnizzilhom dak stess li kien ikollu jiehu hsicb italla’ u jnizzel il-maqbad tal-minfah qabel dan sar bl-elettriku.


Fost l-organisti li ghamlu zmien idoqqu dan l-orgni nsemmu biss lis-Surmast Vittorio Scerri u neputih is Sur Guzeppi Fenech, it-tnejn min-Naxxar, lil Dun Pawlinu Mifsud li fl-1933 hadem l-orgni zghir li ghandna fil-kor, lis-Sur Gerardo Magri li daqqu ghal bosta snin u lis-Sur Edwin Zammit li ghadu idoqqu sal-lum.


Wara hidma sfiqa ta' 118 il sena, l-orgni famuz tar-Rotunda ghaziza taghna ghandu bzonn ta’ restawr professjonali mill-aktar fin. Biex dan isehh, skont l-istima ta’ min hu espert, jinhtiegu l,m40,000. Il-Mosta tal-lum m’ghadhiex il-Mosta ta’ meta sar l-orgni. L-Ezempju ta’ missirijietna ghandu jheggigna biex kif hutna fil taqar taghhom ma qatghux qalbhom u ndahlu biex jaghmlu opra hekk prestigjuza. hekk ahna ghandna naghmlu l-almu biex ir-restawr ta’ l-orgni jsehh.


Ta’ min jiftrah. jawgura u jinkoraggixxi lil Mosta Gunners, maghrufa fostna ghall-inizjattivi innovattivi u kuragguzi taghhom, li bi spirtu tassew patrijottiku ndahlu biex jorganizzaw u jigbru l-fondi ghar-restawr ta’ l-orgni tal-parroccaa taghna, wirt kulturali mill izjed ghani li jaghmel gieh mhux hiss lill Mosta iz/da lil Malta kollha.


Riferenzi

  1. Mosta Its Memories and Charms, Rev Edgar Salomone 191 p. 26.
  2. Storja tal-Mosta bil Knisja Taghha. E.B. Vella 1930, p. 186.
  3. Il-Mosta Nru 81, Settemhru-Ottubru, 1978, Joseph Borg. Opri Sbieh li ghandha l-Knisja Arcipretali Taghna (8), p. 2.
  4. Treasures ot Malta Easter 2000, No. 17, Vol VI No. 2. Old Church organs in Malta and Gozo, Dr. Hugo Agius Muscat, The Inzoli Organs, p. 40.
  5. Lapida Sepolklari bill-Latin tal-kappillan Dun Frangisk Camilleri li tinsab fil-kappella tal-Ruzarju li hemm fir-Rotunda.