The Mosta Archives Banner

Pilota Germaniz ta' zmien it-tieni gwerra dinjija jaghmel att ta' ringrazzjament fir-Rotunda

minn Anthony Camilleri


Il-Mosta: Mejju – Gunju 1988


Il-bomba kif kienet esebita fis-sagristija sal-1992Il-bomba kif kienet esebita fis-sagristija sal-1992 meta f'gheluq il-50 sena mill-grajja giet irrangata ghal kif tidher illum

(p.10) Delegazzjoni ckejkna mill-belt ta' Juelich fil-Germanja tal-Punent giet biex taghmel att ta' ringrazzjament talli l-knisja tal-Mosta baqghet wieqfa wara l-bumbardament li sar fis-16:40 tad-9 ta' April, 1942. Is-servizz li sar fil-knisja tal-Mosta, li "saret post ta' ringrazzjament u rikonciljazzjoni" kien jikkonsisti fis-sagrificcju tal-quddiesa koncelebrata mill-Arcipriet Dun Joe Carabott, Mons. Maurice Grech u l-Kappillan ta' Juelich, Rev. Henrich Bongard, fl-10:00am tal-15 ta' Mejju, 1988, jum ta' devozzjoni specjali lejn l-Assunta.


Delegazzjoni Germaniza


Id-delegazzjoni kienet maghmula mill-ex-pilota tal-Luftwaffe, il-Profs. Dott. Felix Sauer, li jghid li ra l-bomba niezla fuq il-knisja mill-Messerschmitt 109 ta' siehbu, il-Kappillan tal-parrocca ta' Juelich, li hi ddedikata wkoll lill-Assunta, Rev. Henrich Bongard, Dr.Dieter Scheidt, Supretendent mediku ta' sptar fl-istess parrocca, u Ms. Helene Schillings, sopran tal-kor ta' l-istess parrocca. Ghall-okkazjoni attendew ukoll Dr. Gottfried Pagenstert, Ambaxxatur residenti tar-Repubblika Federali tal-Germanja u s-Sinjura Pagenstert u Herr Dieter Hornschild, it-tieni Segretarju fl-Ambaxxata.


Wara t-talb tal-bidu l-Arcipriet Dun Joe Carabott qal li f'dik l-ghodwa kellna xi haga mhix tas-soltu ghax grupp Germaniz gie fil-knisja taghna "ghal raguni specjali ghax wiehed minnhom, Fr. Felix Sauer, illi kien pilota fi zmien il-gwerra u li kien qieghed jeskorta ma l-ajruplan li tefa' l-bomba fuq il-knisja taghna". L-Arcipriet kompla: "Huwa jistqarr li hu l-akbar xhud ta' dan il-miraklu. Bhala Kattoliku nkwieta hafna meta ra l-fjamma nar hierga minn hawnhekk. Zmien wara gie u tant ferah li ma gratx hsara kbira u kellu xewqa li jaghmel att ta' ringrazzjament u qieghed jaghmlu llum."


Grajja terribli … illum tghixa felicement


Ir-Rev. Henrich Bongard tkellem fil-qosor bit-Taljan u qal li d-delegazzjoni ckejkna ta' erba' persuni mill-Germanja kienet ferhana li qieghda ticcelebra l-quddiesa maghna, "unur specjalment ghall-Profs. Sauer, xhud li ra b'ghajnejh dik il-grajja terribli tad-9 ta' April, 1942, grajja li llum hi xi haga li tghixha felicement."


Il-Kappillan Bongard qal li huma maghqudin maghna fil-fidi ta' Sidna Gesu Kristu. "Din il-knisja taghkom hi konsagrata lil Omm Alla bhalma hi taghna gewwa Juelich. Il-belt taghkom, bhal beltna Juelich, sofriet terribilment fit-Tieni Gwerra Dinjija. Maghkom nixtiequ l-paci u ghal din il-paci issa sejrin nitolbu."


Wara l-Omelija


Il-Kappillan Bongard rega' ghamel kelmtejn wara l-omelija ta' l-Arcipriet, li tkellem dwar is-solennita ta' Lapsi. Dun Bongard qal li l-bniedmin kollha jixtiequ l-paci izda jidher li ftit jitghallmu mill-istorja. Semma diversi nhawi tad-dinja fejn hemm il-glied illum.


"Dawk akbar minna daqu personalment il-kefrija tal-gwerra u pajjizkom, Malta, batiet specjalment mill-bumbardamenti u l-qerda. Ommijiet tilfu ‘l uliedhom, nisa lil zwieghom, il-girien lil hbiebhom. Kien bhal miraklu li ta' lanqas it-tliet mitt fidil li kienu jitolbu f'din il-knisja helsuha mill-mewt meta bomba dahlet mill-koppla u striehet fuq il-paviment ta' dan il-post minghajr ma splodiet."


"Ahna wkoll f'Juelich kellna nissapportu l-qerda terribli tal-gwerra. Beltna Juelich qieghda fil-lista ta' l-ibliet lli kienu meqruda kwazi ghal kollox. Sebgha u disghin fil-mija ta' beltna nqerdet. F'gurnata wahda mietu aktar minn elf ruh."


Il-htiega li nitkellmu


Ir-Rev. Bongard kompla jghid li l-gwerer jinbtu fi qlub il-bnedmin. "Hu importanti li ma naghlqux qlubna izda lli nifthuhom ghall-ohrajn. Importanti li nitkellmu wicc imb'wicc ghax in-nies b'hekk jistmaw lil xulxin u ma jghollux idhom kontra xulxin."


Il-Kappillan ta' Juelich spicca jezorta lil kulhadd biex niddjalogaw u nitolbu ghall-paci. "Ha jkun li Alla jisma' t-talba taghna, specjalment f'dan il-post ikkonsagrat lil Omm Alla, ghax f'Marija ghandna avukata qawwija hafna. Hi ssostni t-talb taghkom ghall-paci: Marija Regina tal-Paci."




Diskors tal-Profs. Felix Sauer


Fi tmiem il-quddiesa l-kongregazzjoni baqghet bil-wieqfa tisma' lill-Profs. Sauer jirrakkonta fil-qosor il-grajja tieghu.


"Gheziez parruccani, Insara Maltin. Ghaddew erbgha u erbghin1 sena minn meta l-bomba Germaniza, li hi mizmuma fis-sagristija, dahlet mill-koppla ta' din il-knisja. Fis-16:40 tad-9 ta' April, 1942, jien kont qieghed nittajjar f'sortie lejn il-port militari tal-Belt Valletta bhala pilota ufficjal Germaniz ta' l-iskwadra Pik As. Sekondi wara rajt gett ta' fjamma u trab jippenetra l-koppla ta' din il-knisja. Bhala fidil Nisrani din il-memorja nkwetatni ghal bosta snin minhabba l-qerda kiefra u doppja tal-gewwieni ta' din il-knisja u l-hajjiet tal-fidili.


Fl-19752 jien zort Malta bhala turista u sirt naf li l-bomba ma splodietx u hassejtni niehu r-ruh.


Il-Miraklu tal-Mosta


Il-poplu Malti qies dan il-helsien ta' tliet mitt fidil bhala rigal mirakuluz tal-Providenza Divina u sejjahlu bhala l-miraklu tal-Mosta. Sa minn dak iz-zmien kull sena l-istess spirtu ta' servizz (ta' ringrazzjament) baqa' jsir f'dan il-katedral3 sabih. U jien, li darba kont pilota Germaniz u xhud li rajt b'ghajnejja l-impatt (tal-bomba), ghandi l-privilegg li niehu sehem fih (att ta' ringrazzjament) flimkien ma delegazzjoni ckejkna ta' belti Juelich li kienet meqruda ghal kollox bil-bombi fl-ahhar gwerra.


F'isem id-delegazzjoni kollha Germaniza nixtieq nirringrazzja b'qalbi kollha (p.11) lill-Arcipriet ta' dan il-katedral4, ir-Rev. Dun Joe Carabott. Ahna, l-ospiti Germanizi, nafu mill-esperjenza x'ghadda minnu l-poplu Malti u kemm sofra.


Malta kienet ibblizzjata izda mhux meghluba. Ebda kliem ma seta' jkun aktar veru minn dan biex ifahhar lill-poplu kbir Malti. Inghaqqad ir-ringrazzjamenti tieghi ma taghkom Lilu, il-kawza finali tal-helsien taghna lkoll.


Knisja li saret post ta' radd il-hajr u rikonciljazzjoni


Jien ukoll kelli helsien mirakoluz erba' gimghat wara meta kelli naqbez bil-paraxut mill-ajruplan jaqbad tieghi qrib Malta. Wara tmint ijiem niddriftja, xi haga tal-biza', fil-bahar vast Mediterran u wara li kont maghdud b'mitluf, kont sa fl-ahhar salvat minn bastiment tal-gwerra Taljan. Fi kliem il-kittieb Taljan Dino Buzzati, kelli cans ninstab daqskemm kellha cans tinstab nemla mitlufa fid-dezert. Fi zmien dan il-helsien tieghi kien ukoll rigal tal-Providenza u jien, bhall-Maltin, nixtieq insejjahlu miraklu. Jiena ninghaqad b'qalbi kollha ma kull min qieghed migbur f'din il-knisja, li saret post ta' radd il-hajr u rikonciljazzjoni u sentimenti Nsara. Infahhru lil Marija.”




Id-diskors tal-Profs. Sauer, li sar bl-Ingliz u li ahna gibnieh kollu tradott kelma b'kelma, intlaqa' b'capcip mill-kongregazzjoni.


Is-sopran Ms. Helene Schillings kantat waqt l-Offertorju u t-Tqarbin. Kru tat-televizjoni Germaniza ZDF gibed filmat mhux biss ta' partijiet tas-servizz ta' radd il-hajr izda wkoll tal-knisja.


Mil-ftit li stajna nkellmu lill-Profs. Felix Sauer sirna nafu li kien mal-Jagdgeschwader 53 Pig As fil-bazi ta' Comiso fi Sqallija u li kien itajjar ME 109.




F'sezzjoni ta' l-istampa lokali nghata taghrif iehor. Intqal li l-Profs. Sauer x'aktarx hu l-unika bniedem haj li jista' jirrakkonta x-xena tal-bumbardament tal-knisja mill-ajru ghax siehbu, li kien f'Messerschmitt 109 bhalu u li xehet il-balla, gheb fil-bahar meta l-ajruplan tieghu ntlaqat mill-kanuni.


Intqal li l-knisja ntlaqtet minn bomba kbira fid-9 ta' April, 1942. Il-Profs. Sauer qal, meta zar il-knisja nhar is-Sibt, 14 ta' Mejju, 1988, li hu u pilota siehbu, jismu Schaefer, kienu qedghin itajru zewg Messerschmitts biex jibbumbardjaw il-Port il-Kbir. Huma telghu mill-bazi ta' Comiso fi Sqallija u ttajru baxx hafna fuq il-bahar biex jaharbu r-radar u b'hekk jevitaw il-baraxx tal-kanuni meta jaslu fuq l-art.


Madanakollu d-difiza kontra l-ajruplani ta' Malta kienet hekk qawwija li dawrithom mit-target. Meta kienu fuq il-Mosta ra lil siehbu jitlaq il-balla. Imbaghad ra dak li ddeskriva bhal gett ta' fjamma u trab hierga mill-koppla.


Kienet memorja ta' swied il-qalb li baqghet stampata f'mohh il-Profs. Sauer, Kattoliku, ghal tlieta u tletin sena. Fl-1975 gie Malta ghall-ewwel darba bhala turista u skopra li l-bomba ma kinitx splodiet.


Il-pilota Schaefer ma rritornax fil-bazi ta' Comiso u jahsbu li kkraxxja fil-Mediterran. Il-Profs. Sauer qal fl-14 ta' Mejju, 1988 li l-balla li hemm fis-sagristija ma tistax tkun dik li twaddbet ghax hi kbira wisq biex igorrha Messerschmitt 109.


Il-Profs. Sauer qal li tul il-gwerra gie 90 darba Malta u darbtejn minnhom biss kellu l-inkarigu ll jibbumbardja. Il-bqija kien jeskorta lill-bombers. Tmint ijiem5 wara twaqqa' fil-bahar meta kien fi hbit kontra Malta u rnexxielu jaqbez bil-paraxut. Dam tmint ijiem fil-bahar sakemm ittella' minn bastiment tal-gwerra Taljan. Tul dawk it-tmint ijiem naqas b'sittin kilo.


Nota Editorjali:

M'ahniex ser ninnegaw dak li qal il-Profs. Sauer, izda dak li qalu tant xhieda Mostin u barranin u li whud ghadhom hajjin huwa ta' piz bizzejjed biex dak li nkiteb s'issa fl-istorja tal-Mosta jibqa' validu.


Referenzi

  1. 46 sena

  2. Mir-rikording jirrizulta li Profs.Sauer qal 1965 izda dan kien zball tieghu waqt li qieghed jaqra.

  3. Is-soltu deskrizzjoni tal-barranin meta jaraw il-knisja taghna.

  4. Ibid.

  5. Il-Hadd, 15 ta' Mejju, 1988 fir-Rotunda l-Profs. Sauer qal "erba' gimghat" mhux tmint ijiem.