The Mosta Archives Banner

Il-Pitkali fil-Mosta

minn Francesco Mangion


Il-Mosta: Frar – April 1984


(p.12) Hekk hi l-hajja tal-bidwi: jaghzaq l-art, jizra', ihawwel ix-xtieli, jikkultiva s-sigar, irabbi annimali u tjur. Fil-bzulija tieghu jaghmel mill-ahjar li jista' biex ikabbar prodotti kemm jista' u ta' kwalita mil-ahjar. Dawn il-prodotti jrid jibdilhom mal-flus ghax hawn qiegha l-paga tal-bidwi. Bil-flus li jaqbad il-bidwi irid ihallas il-qbiela, jixtri d-demel, ghodod u zrieragh u medicini biex jilqa' l-mard kif ukoll dak kollu li hu mehtieg ghall-haga tieghu.


Uhud mill-bdiewa johorgu jbighu l-prodotti taghhom huma stess. Imma dan jaghmluh il-bdiewa li ma jkollhomx raba' wisq jew ikollhom familja numeruza. Ghal dan il-ghan inholqu s-swieq jew centri fejn il-bdiewa jpoggu l-prodotti taghhom u l-vendituri (xerrejja) imorru jixtru l-frottijiet u haxix u jwassluhom ghand il-konsumatur. Dawn ic-centri jissejhu pitkaliji.


Buznannu tieghi minn Fomm ir-Rih kien jiehu l-biegha fil-pitkalija l-Belt fuq dahar il-bhima bhal fi zminijiet l-aktar primittivi, meta mhux muturi ma kienx hawn izda lanqas karrettuni. Fi tfuliti kont naf bdiewa mill-Marfa jgorru l-biegha bil-karrettun ghand il-pitkali ta' Bormla. Ma' dawn kien hawn pitkaliji ohra l-Marsa, ir-Rabat, Haz-Zebbug u Birkirkara.


L-ewwel pitkalija fil-Mosta kienet dik ta' Patist ta' Kasahluha fi Triq it-Torri, biswit l-istatwa ta' Santa Marija. Jiena ma niftakarhiex tahdem, izda, billi din id-dar kien krieha missieri ghall-ghalf tal-bhejjem, kien baqa' xi oggetti ta' dan il-pitkal u gew il-werrieta u ghamlu divizjoni. Dan kien ghall-habta ta' l-1912.


Pitkalija ohra fethet fi Strada Molino minn Gio Marija Grech, imlaqqam "il-Barbett", li kellu zewg sacerdoti fost uliedu. Din ghalqet qabel twelidi.


Pitkalija li fethet ghal ftit zmien kienet dik ta' Pawlu Bonnici, imlaqqam "ic-Cic".  Jiena ma niftakarix. Jinghad li kien baghat is-safra konsinna ta' patata li ntilfitlu. Ha daqqa ta' harta u baqa' tahta. Imbaghad in-nies laqqmu din il-pitkalija "tal-Badabun", ghall-pitkal li hadha u li kien imqabbad tajjeb. Kien mill-Belt. Zewgt pitkaliji li nafhom jahdmu sa minn ckuniti kienu fi Triq il-Gdida, li dak iz-zmien kien jisimha Strada Nuova Via Valletta: il-wahda ta' l-ahwa Ganni u Karmelo Grech, ulied l-imsemmi Gio Marija, u li kienet f'kantuniera ma' Triq Callus; l-ohra iktar 'l isfel, ta' Ganni Dimech, imlaqqam "tal-Felu".


Ghall-habta ta' l-1914 fi zmien l-Ewwel Gwerra Dinjija fethu erba' pitkaliji ohra. Guzeppi Saliba, imlaqqam "id-Daqqaq", li meta kien guvnott kien xrik ma' l-imsemmi Patist, fetah pitkalija fi Triq Cassar, kantuniera ma' Triq Callus. It-tlieta l-ohra kienu fi Triq il-Gdida, li sar jisimha Triq il-Kungress Ewkaristiku. Wahda kienet ta' Pawlu Riolo, "it-Tawru", li wara xi zmien sab post iehor u mar biswit tad-"Daqqaq"; ohra ta' Salvu Zahra, u ta' l-ahhar tal-Kumitat tal-Kontroll li l-Gvern kien ghamel biex ma jsirux abbuzi fit-tqassim ta' l-ikel u prezzijiet.


Hekk kif spiccat il-gwerra fl-1918, Ganni Dimech marad u miet. Ftit wara ghalqet il-pitkalija tieghu. L-istess gralhom il-pitkaliji ta' Salvu Zahra u tal-Kumitat. Il-pitkalija ta' Pawlu Riolo ghaddiet ghal idejn Salvu, jidhirli li kunjomu kien Deguara. Zebaghha u wara xi zmien ghalqet ukoll.


Kien baqa' dik ta' l-ahwa Grech. Din ghaddiet ghall-idejn Gio Marija Grech, iben ohthom, li kienet hadet l-istess kunjom, u dik ta' Saliba, li ghaddiet ghal idejn uliedu Karmnu u Gio Marija. Madwar is-sena 1965 Gio Marija Grech marad il-marda tax-xjuhija u miet u l-pitkalija spiccat. Karmnu Saliba miet ukoll u hekk il-pitkalija baqghet f'idejn huh Gio Marija.


Kien wasal iz-zmien tal-qerda totali tal-pitkali. Il-Gvern bena Centru f'Ta' Qali u fl-1974 hareg ligi li biha kollox kellu jmur fih.


Bhala bidwi kont niehu l-biegha l-pitkalija u bqajt hekk sa ma fil-Mosta kien baqa' l-ahhar wahda. Imbaghad, minhabba t-toqol tas-snin, zarmajt mis-sengha tal-biedja li jiena tant kont inhobb.