The Mosta Archives Banner

Il-purcissjoni bil-Bambin

minn Geraldine Ann Baldacchino


Il-Mosta: Harga Nru. 2 (2006) Format Gdid


Purcissjoni bil-Bambin fil-Mosta

(p.37) Illum, Mikiel, tfajjel mill-Mosta, ghalaq seba snin. X’ferh kellhom il-genituri tieghu u l-qraba bhal-lum seba snin ilu meta rawh ghall-ewwel darba. F’dak il-lejl tal-Milled il-genituri tieghu poggewh gol-maxtura flok il-Bambin tal-gibs, u ghalkemm ma kienx jidher komdu hafna xorta ta’ madwaru iggostawh u xi twerzieqa ‘l hawn u ‘l hinn ma naqsitx.


Mikiel kien fi triqtu lejn id-dar tan-nanniet. Kemm kien jixtieq ikun jaf x’ser jaghtuh in-nanniet din is-sena ghal gheluq sninu. Izda fuq kollox il-gost li jmur ghand in-nanniet kien ghax joqoghdu jirrakkontawlu fuq l-imghoddi u fuq zmienhom. X’hin in-nanniet fethulu l-bieb Mikiel sab kaxxa tistennieh. Hu ma naqasx li jiftahha bil-herqa u malajr tfaccat tbissima fuq fommu. Din is-sena ir-rigal kien Bambin tal-gibs b’lewn samrani mpoggi go maxtura ta’ l-injam. Kemm ferhu n-nanniet x’hin raw li ha gost bir-rigal li xtrawlu.


In-nannu spjega lin-neputi li l-ghazla waqghet fuq li jixtrulu Bambin ghax meta fil-Mosta sehhet l-ewwel purcissjoni bil-Bambin Gesu, in-nannu kien daqs Mikiel. Illum in-nannu jghodd is-sebgha u sittin sena, l-ewwel purcissjoni fil-Mosta sehhet il-lejlet il-Milied ta’ l-1946, organizzata mis-Socjeta tal-MUSEUM. Is-Socjeta tal-MUSEUM infethet fil-Mosta fis-17 ta Dicembru lal-1945, ezatt sena qabel ma bdiet il-purcissjoni bil-Bambin. Is-Socjeta tal-MUSEUM sehhet bl-iniziattiva tas-Sur Nikol Caruana billi dan offra d-dar numru 70, Triq il-Parrocca, sewwasew wara l-knisja. Illum, is-subien gol-Mosta m’ghadhomx jattendu l-istess post ghax gie trasferit ghal numru 19, Triq il-Papa Gwanni XXIII. In-nannu spejga lit-tifel li s-Socjeta tal-MUSEUM tas-subien ma kinetx l-ewwel wahda fil-Mosta. Dan ghaliex sewwasew fis-sena 1941 kien infetah l-MUSEUM tal-bniet. Dan il-MUSEUM kien u ghadu joffri benniena ta’ taghlim, preparazzjoni ghall-ewwel Tqarbina u l-Grizma flimkien ma l-organizzazzjom ta’ irtiri u konferenzi. Billi meta nfetah il-MUSEUM tal-bniet kien zmien il-Tieni Gwerra Dinjija, il-membri kienu jiltaqghu kuljum f’diversi djar izda mbaghad krew post fi Triq l-Oratorju, Sqaq Numru 1. Fl-1975, bdew iwasslu t-taghlim taghhom minn Numru 44, Triq il-Pont. Illum il-post ghadu l-istess wiehed imma gie mkabbar wara li mietet sid il-post. L-indirizz huwa 44/48, Triq il-Pont.


Mikiel ghalhekk kien jiehu gost jisma’ lin-nannu jirrakkonta ghax id-dettall li kien jidhol fih kien ikun interessanti. Ghalkemm isssa kienu ghaddew sittin sena, in-nannu kien ghad ghandu stampa cara. Ma naqasx li waqt ir-rakkont tieghu ighidlu xi haga fuq it-tizjin u x’bixra kienet tiehu l-purcissjoni. Biex l-ewwel purcissjoni kienet success ghen hafnal-Kumitat tal-Kazin Nicolo Isouard billi kien silef il-lampi tal-mantle u kien baghat ragel biex jiehu hsiebhom.


Sadattant, in-nanna gabitilhom ftit te ghan-nannu u ftit kokotina ghal Mikiel, ma naqsux ukoll bicctejn torta tal-lewz biex ikollom xi haga tajba ghat-toghma. Ix-xena tan-nannu u n-neputi kienet wahda mill-isbah, it-tnejn bil-qieghda hdejn tieqa mdaqqsa, b’purtiera mill-isbah imdendla (p.38) ghall-okkazjoni tal-Milied. In-nannu serrah it-tazza tieghu fuq hogor it-tieqa u bil-fwar tat-te shun il-hgiega ttappnet, qisu biex turi l-kesha li kien hem barra.


Mikiel kien anzjuz biex jisma’ x’kien ghad baqaghlu x’jirrakkuntalu nannuh, u wara li n-nannu xorob nofs it-te, bhalli kieku biex iggedded il-memorja, kompla jirrakkonta fuq il-purcissjoni tal-Bambin. Kif il-Mosta tkun imzejna f’festi ohra ma jonqosx li tkun imzejna wkoll fil-Milied. L-ewwe, darba li zzejnet Triq il-Kungress Ewkaristiku, it-triq twila ta’ faccata tal-Knisja, kien fl-1970 u kienet success ghax kienet rebhet it-tieni premju fil-kompetizzjoni ghall-isbah toroq mzejna f’Malta. Il-premju kien Lm50. Din l-istess triq izzejnet xi darbtejn bl-istilel fis-snin sebghin. Fl-1970 ukoll intramat bl-istilel Triq l-Oratorju u ghall-ewwel darba, wara bosta snin, intramat ukoll kewkba fuq it-tieqa tat-tanbur tar-Rotunda. Kien hemm perjodu fejn kienu jintramaw stilel kbar mal-kolonni tal-knisja, izda li ma baqghux isiru ghax jinghad li kienet qed issir hsara lill-kolonni minhabba r-rih. Illum it-tizjin jiehu bixra ohra, dan ghax filwaqt li xorta tintrama l-kewkba fuq it-tieqa tat-tanbur tal-knisja, izda jintramaw ukoll sitt antarjoli bl-istilel taht iz-zuntier. Taht il-portiku, li jigi bejn il-bieb tal-knisja u l-kolonni, jintramaw sitt stilel imdendlin.


In-nanniet wasslu lin-neputi ghand il-genituri tieghu ghax ma xtaqx li jmur wahdu ghax beza’ li jkisser il-Bambin. X’hin dahal id-dar tieghu l-ewwel kelma li qal kienet biex jarmaw il-Bambin li kien qala’ minghand in-naniet fit-tieqa biex ikun jista’ jurih lil shabu meta jghaddu fil-purcissjoni tal-Bambin.


Riferenzi

  • E.B. Vella et al., Storja tal-Mosta bil-Knisja Taghha (Malta, 1972).
  • Taghrif moghti minn persuni midhla tas-Socjeta tal-MUSEUM u minn nies involuti fl-armar.