Harsa storika lejn il-Pucissjonijiet tal-Gimgha l-Kbira fil-Gzejjer Maltin
minn Joseph C. Camilleri
L-ewwel parti - Il-Mosta: Frar – April 1984
(p.3) Illum fil-Gzejjer Maltin insibu dsatax-il purcissjoni tal-Gimgha l-Kbira. L-eqdem purcissjoni bdiet tigi organizzata mill-Frangiskani Minuri tar-Rabat. Aktarx li din bdiet ghall-ahhar tas-seklu sittax1. Dawn il-patrijiet bdew purcissjoni ohra fil-Belt Valletta fl-16452. Il-purcissjoni ta' Hal Qormi kienet diga stabbilita sew fl-1764 u aktarx li kellha l-bidu taghha fit-tieni nofs tas-seklu sbatax, jigifieri ftit wara l-purcissjoni tal-Belt Valletta3.
Is-seklu ta' wara ra zieda f'dawn il-purcissjonijet. L-aktar parti li hassitha kienet l-area tat-tliet ibliet. Insibu li l-purcissjoni tal-Gimgha l-Kbira bdiet issir gol-Birgu (c.1700), l-Isla (c.1719), Haz-Zebbug (c.1742) u Bormla (c.1700). Fis-seklu dsatax in-numru tal-purcissjonijiet baqghu jizdiedu. Insibu purcissjonijiet f'Hal Ghaxaq (c.1820), Hal Luqa (c.1830), fil-parrocca ta' San Gorg tar-Rabat Ghawdex (c.1830), in-Naxxar (c.1833), fiz-Zejtun (c.1839), Mosta u Gharghur (1866). Is-seklu ghoxrin kien seklu importanti tal-purcissjsonijiet Ghawdxin. Insibu wahda fin-Nadur (1913)4, Xaghra (1914), iz-Zebbug (1918/20) u sett vari fix-Xewkija (1921). Il-katidral t'Ghawdex beda jaghmel din il-purcissjoni fl-1968. Fl-1944 saret il-vara tar-Redentur f'Rahal Gdid u d-Duluri fl-1947. Fl-1971 Rahal Gdid kellu wkoll is-sett tieghu5.
Fatturi li ghenu
Hemm bosta fatturi li ghenu biex dawn il-purcissjonijiet jibdew u jizdiedu f'dawn il-gzejjer. Fattur importanti kienu l-patrijiet ta' Giezu (Frangiskani Minuri). Dawn il-patrijiet ghandhom sal-lum xoghol pastorali fl-Art Imqaddsa u kull fejn imorru jiehdu maghhom din it-tradizzjoni6. Kien hemm il-kuntatti ta' nies nobbli u bahar ma' Spanja u Sqallija7, fejn dawn il-purcissjonijiet kienu popolari. Fi Sqallija nsibu li dawn il-purcissjonijiet twieldu fis-seklu sittax u kienu jigu bazati fuq purcissjonijiet li huma maghrufa bhala “casazze”, li kienu popolari go Genoa8. Tant hu hekk li hemm hafna hwejjeg komuni bejn il-purcissjoni tar-Rabat (Malta) u dik ta' Palermo, li giet imwaqqfa mid-Dumnikani fis-seklu sittax. Ta' min ighid li Sqallija u Malta kellhom kuntatt bejn xulxin fis-Zminijiet tan-Nofs mhux biss fil-kummerc u politika izda wkoll fil-qasam religjuz, tant li Malta kienet tifforma parti mill-provincja ta' Palermo sas-sena 18079.
Il-wasla ta' l-Ordni ta' San Gwann kompliet izzid id-devozzjoni lejn il-Passjoni ta' Sidna Gesu Kristu. L-Ordni kellha relikwiji tal-Passjoni li kienu ikunu ghall-qima tal-poplu l-ewwel fil-Knisja ta' San Lawrenz gewwa l-Birgu u wara fil-Knisja Konventwali taghhom f'San Gwann. Dawn kienu bicca mis-Salib ta' Kristu u xewka10. Fl-ahharnett wiehed ma jridx jinsa li l-konfraternitajiet tal-Kurcifiss u tad-Duluri kellhom sehem kbir biex dawn il-purcissjonijiet isiru popolari fostna l-Maltin11. Dawn l-ghaqdiet waqqfu dawn il-purcissjonijiet fil-Belt Valletta, l-Isla, il-Birgu, u Bormla12. Il-konfraternita ta' San Guzepp waqqfet, flimkien mal-patrijiet ta' Giezu, l-ewwel purcissjoni13.
Il-Birgu fjur ta' l-istorja
Din il-belt hi sinjura fl-istorja tal-purcissjonijiet tal-Gimgha l-Kbira. Insibu li f'din il-belt kienu jsiru erba' purcissjonijiet tal-Gimgha l-Kbira fi zmien il-hakma ta' l-Ordni. L-ewwel purcissjoni kienet issir l-Erbgha tat-Tniebri. Din kienet tohrog mill-Knisja tal-Karmnu. Kienu jiehdu sehem fiha bahhara u nies li kellhom x'jaqsmu ma' xwieni ta' l-Ordni. X'uhud kellhom il-ktajjen ma saqajhom. Kien ikun hemm ukoll ilsiera li kienu Nsara. It-tieni purcissjoni kienet tohrog Hamis ix-Xirka, waqt li t-tielet kient tohrog fil-Gimgha l-Kbira mill-Knisja ta' San Lawrenz. Il-gurati ta' din il-belt kienu jiehdu sehem. Il-Papas Grieg kien ikollu purcissjoni tieghu. Din kienet ghan-nies ta' razza Griega billi l-Ordni gabet maghha diversi nies minn Rodi u dawn kienu jghixu fil-Birgu billi l-Birgu kien il-post fejn l-Ordni kellha c-centru taghha sakemm inbniet il-Belt Valletta14.
Vari
L-ewwel haga li jolqtu l-ghajn f'dawn il-purcissjonijiet huma l-vari. L-ewwel vara li tissemma hi l-Monument, li tinsab fil-purcissjoni tar-Rabat (Malta)15. Skond tradizzjoni l-Monument ingieb minn Sqallija ‘l fuq minn erba' mitt sena ilu. Wara r-Rabtin gabu l-istatwa ta' l-injam li tirraprezenta l-Flagellazzjoni, jigifieri, il-Marbut. Matul iz-zmien il-purcissjonijiet ziedu l-vari taghhom ghal tmienja16. Hekk insibu llum gol-Belt Valletta, il-Birgu u l-Isla u Hal Ghaxaq. Jekk wiehed jistudja dawn il-vari jsib li huma bazati fuq il-misterji tat-tbatija li nghidu kull nhar ta' Tlieta u nhar ta' Gimgha fir-Ruzarju. Insibu l-ewwel misterju, jigifieri l-istatwa ta' l-Ort. Imbaghad il-Marbut jew tal-Kolonna (it-Tieni Misterju), tal-Porpra jew Ecce Homo (it-tielet misterju), ir-Redentur (ir-Raba' misterju) u l-Vara l-Kbira (il-hames misterju). Tant hu hekk li xi postijiet f'Malta jsejhu dawn il-vari "misterji". F'xi postijiet kienu jiehdu l-vara kull nhar ta' Gimgha jew il-Hadd matul ir-Randan lejn il-knisja. Dan kien isir fir-Rabat (Malta), il-Belt u Hal Qormi.
Il-Monument mhu xejn hlief tebut jew Monument lil Gesu mejjet. Mhux ta' b'xejn li kien l-ewwel vara f'Malta billi l-purcissjonijiet kienu johorgu fil-jiem tal-Gimgha l-Kbira u tard fil-ghaxija. Ma' dawn ziedu d-Duluri u l-Veronika. Id-Duluri saret popolari mhabba l-fratellanzi li kienu jinsabu f'Malta17 waqt li l-Veronika zviluppat mill-vara tar-Redentur, billi turi wicc Gesu. Tant hu hekk li l-inventarju tal-vari ta' Bormla juri li kien hemm seba' vari (minghajr il-Veronika) fl-ewwel sett tal-vari18. L-unika eccezzjoni kien Hal Qormi fejn insibu l-istatwa tat-Tradiment ta' Guda, maghmula fil-bidu ta' dan is-seklu.
It-tieni fazi tal-vari kienet li hafna purcissjonijiet bdew jikkopjaw lil Hal Qormi billi jinkludu l-vara ta' Guda. L-ewwel beda z-Zejtun fl-1961 u wara l-Mosta fl-1963. Illum insibbu din il-vara f'dawn il-purcissjonijiet: tax-Xaghra (1964), Rahal Gdid (1971), Bormla (1972), Hal Luqa (1973), Naxxar (1975), Haz-zebbug (1978) u Rabat (Malta) (1982)19.
It-tielet fazi timmarka l-vari li kellhom numru ta' figuri akbar minn ta' l-ewwel fazi. Insibu li l-Ecce Homo kellu Pilatu mieghu fil-vara l-gdida taz-Zejtun, li saret fl-1962. Hal Qormi kellu sehem kbir f'din il-fazi, tant li nsibu li biddel tliet vari, jigifieri, Ecce Homo (1962), il-Marbut (1962) u l-Veronika (1965). Il-Mosta kellha sehem fil-vara ta' Guda, billi mal-figuri ta' Guda u ta' Kristu hemm Lhudi. In-Naxxar u Haz-Zebbug ghamlu lil San Pietru fil-vara ta' Guda. Il-Vara l-Kbira kellha issa hames figuri, ziedu suldat Ruman (Longinus). Dan sar f'Hal Ghaxaq (1970), il-Katidral t'Ghawdex (1968) u n-Nadur (1976). Minflok il-Monument insibu t-tlettax-il stazzjon fil-Katidral t'Ghawdex (1968). Fin-Naxxar sar suldat mar-Redentur (1981).
Ir-raba' fazi hi karatterizzata minn vari li qatt ma dehru qabel: L-ahhar cena f'Hal Qormi (1961) u Zebbug (Ghawdex, 1976), Xmun ic-Cirinew fiz-Zejtun, Zebbug (Malta), Hal Qormi u Rahal Gdid. Il-vara ta' Hal Qormi nbidlet fl-1980. Ir-Rabat (Malta) ghamlu l-ghaxar stazzjon fl-1962. Insibu l-vara tal-Pieta f'Hal Qormi u z-Zejtun (1965).
Ta' min ighid li kultant gara li pajjiz qabez aktar minn fazi wahda. Hekk il-Mosta mal-ewwel ghamlu l-vara ta' Guda bi tliet figuri, (p.8) mhux bdew bi tnejn u mbaghad ziedu.
Artisti
Il-maggoranza ta' l-istatwi huma xoghol id Maltija. It-tradizzjoni tghid li ajk Sqalli dahhal din is-sengha f'Malta. Fl-1740 insibu lil Mastru Saver Laferla kien diga hadem l-istatwa tad-Duluri tal-Belt u kien sa jibda xoghol fuq il-vari ta' Haz-Zebbug20. Fost l-artisti tal-kartapesta nsibu Mastru Toni Mifsud (1760-1830). Dan kien Mosti maghruf bhala n-Najci21. Warajh gew Marjanu Gerada, Xandru Farrugia, Giuseppi Vella u Pawlu Azzopardi, ecc. Carlozzo Darmanin hu maghruf bhala l-princep ta' l-istatwarji. Darmanin ghamel il-vari kollha tal-Mosta, hlief San Gwann tad-Duluri u l-Monument, u l-istatwa ta' Guda22. Insibu wkoll lil Wistin Camilleri u lil uliedu, u Glormu Dingli. Sew Camilleri, sew Dingli, ghandhom xoghlijiet fil-vari tal-Mosta.
Ilbies
Qabel, barra mill-vari, kienu jiehdu sehem il-fratelli, tfal bl-emblemi tal-Passjoni u penitenti. Hawn min ighid li d-drawwa tal-ktajjen ta' xi penitenti gejja minn wahda mill-purcizzjonijiet tal-Birgu li kienet issir fi zmien is-seklu tmintax. Illum ma dawn in-nies insibu nies lebsin b'mod li jirraprezentaw suggetti u persuni bibblici. L-ewwel purcissjoni li kellha dan l-ilbies kienet dik tar-Rabat (Malta). Kienet l-ideja tal-Baruni Guzeppi Depiro Gourgion fit-tieni nofs tas-seklu dsatax23. F'Hal Qormi din l-ideja giet zviluppata. Fis-snin 1970 hafna purcissjonijiet bdew ikollhom dawn in-nies lebsin tassew sabih, fost dawn insibu l-Mosta, in-Naxxar u Bormla24.
L-Isqfijiet
Diversi Isqfijiet hargu cirkulari biex jikkontrollaw dawn il-purcissjonijiet. Fl-1879 insibu cirkulari mahruga mill-Isqof Scicluna. Din kien fiha zewg hwejjeg importanti: kull purcissjoni kellha ssir fil-jum propju tal-Gimgha l-Kbira. Qabel l-1879 kien hemm diversi granet li kienu fihom isiru dawn il-purcissjoniet. Hal Qormi kienet taghmel il-purcissjonijiet f'Hadd il-Palm, f'Hamis ix-Xirka kienet issir dik tal-Belt Valletta, waqt li l-purcissjoni tar-Rabat (Malta), il-Birgu u Bormla kienet issir fil-jum propju. L-Isqof Scicluna ried li l-baned ma jehdux sehem minhabba li madwarhom kien ikun hemm hafna nies u xi whud kienu jpejpu s-sigarri25.
L-Isqof Pace ried li dawn il-purcissjonijiet jispiccaw fit-8 ta' fil-ghaxija. Insibu ohra bhal din mahruga mill-Isqof Balaguer fis-seklu sbatax26. Recenti l-Kurja Ghawdxija riedet li xi purcissjonijiet isiru matul il-Hdud tar-Randan27 waqt li l-Gharghur u Hal Ghaxaq hargilhom il-permess li jaghmluha l-Hadd ta' qabel il-Gimgha l-Kbira, jigifieri f'Hadd il-Palm. Ta' min ighid li dawn il-purcissjonijiet kellhom jidhlu fil-knisja qabel it-8:00pm. Din kienet l-ordni ta' l-Isqof V. Labini fi zmien it-tahwid ta' qabel il-wasla tal-Francizi28.
Muzika
Kull purcissjoni fiha banda jew tnejn. Din l-uzanza gabet maghha xoghlijiet tassew sbieh minn idejn il-Maltin. L-ewwel bdew idoqqu xoghlijiet sbieh minn Vella, Montebello, Ciappara u ohrajn. Dawn jaghmlu atmosfera sabiha waqt il-purcissjoni. Barra mill-baned ikun hemm il-Boy Scouts bil-“bugles”. Qabel, minflok dawn il-“bugles”, kien ikun hemm suldati jew nies pajzana bit-trombi. Xi ftit mill-purcissjonijiet ghad baqghalhom dawn it-trombi, bhal Bormla. Bormla u r-Rabat (Malta) ghandhom id-dawra tat-tanbur u l-flawt, li huma z-zewg strumenti li kienu juzaw fit-thabbir tal-bandi.
Kull purcissjoni ghadha xi haga li jaghmilha differenti. Min ghandu xi vara, xi lbies u bandalora. Per ezempju fir-Rabat u Hal Qormi nsibu salib kbir, ighidulu t-tronku. Il-Birgu, il-Katidral t'Ghawdex u l-parrocca ta' San Gorg t'Ghawdex u z-Zebbug (Ghawdex) ghandhom statwi bl-ilbies. Il-Veronika tal-Mosta hija differenti mill-ohrajn ta' vari ta' zmienha ghax hemm tifla maghha. Hal Qormi ghandhom hafna bandalori, waqt li l-Gharghur jaghmel dramm waqt il-purcissjoni.
Wiehed isaqsi ghaliex certi parrocci bhal Birkirkara u Hal Lija ma ghandhomx sett ta' vari. Dawn iz-zewg lokalitajiet ghandhom devozzjoni li ghandha x'taqsam mal-Passjoni. F'Birkirkara nsibu devozzjoni lejn is-Salib waqt li Hal Lija hi dedikata lis-Salvatur. Forsi minhabba c-cokon tal-knisja li ma nsibux il-vari f'Hal Lija. Tant hu hekk li l-Mosta u n-Nadur ghamlu sett ta' vari wara li kabbru l-knisja. Il-Hamrun, il-Mellieha u l-Gharb ghandhom xi vari tal-Passjoni, izda ma ssir ebda purcissjoni, waqt li x-Xewkija ghandha sett kollu u minflok purcisssjoni ssir wahda specjali f'jum il-festa tad-Duluri.
It-tieni parti - Il-Mosta: Novembru – Dicembru 1984
(p.12) - F'din il-harga kien hemm sempliciment imnizzla r-Riferenzi ta' dan l-artiklu murija hawn taht.
Riferenzi:
- Ara G. Scerri, Monografia Storica dell-Antichissima Arciconfraternita del Glorioso Patriarca San Giuseppe … Rabato… 1935, p.3.
- G. Scerri, Monografia dell'Arc. Del SS.Crocefisso eretta nella Chiesa del Frati Minori della Valletta, 1932.
- Joseph F.Grima, "Tradizzjonijiet, Drawwiet u Purcissjonijiet", Il-Mument, 30 ta' Marzu, 1980, p.8.
- Artiklu tieghi fil-Gozo Year Book 1984.
- Kumnikazzjoni personali mis-Sur Fortunato Mizzi minn Rahal Gdid, 1983.
- G. Scerri, Malta e i luoghi santi della Palestina, 1933.
- Joseph Cassar Pullicino,"La Settimana Santa a Malta", Phoenix, Bari, No. 1-2, 1956.
- Joseph Cassar Pullicino, "Study in Maltese Folklore", RUM, p.30.
- Op. cit. p.30.
- A. Bonnici, "History of the Church in Malta", Vol. II, 1968, p.67. Jinghad li l-Ordni kellha wkoll xi muniti ta' Guda.
- Vincent Borg, Marian Devotions in the Islands of Saint Paul (1600-1800), p.107.
- In-Naxxar kellhom il-fratellanza tad-Duluri u twaqqfet fl-1750. Din waqqfet il-purcissjoni tal-Gimgha l-Kbira l-istess kif ghamlu l-fratellanzi tal-Kurcifiss f'Bormla, il-Birgu.
- G. Scerri, Monografia … Rabato.
- Joseph F. Grima, "Good Friday Processions in the Maltese Islands", Part I, The Democrat, 11/4/1981, p.6.
- J. Bezzina, "Good Friday Procession at Rabat, Malta", 1970 (ktejjeb).
- Il-vari tradizzjonali huma: (a) L-Ort fil-Getsemani, (b) il-Marbut, (c) Inkurunazzjoni bix-xewk jew Ecce Homo jew tal-Porpra jew tal-Kolonna jew kif inhu maghruf gewwa l-Kottonera bhala "tal-kanolla", (d) Veronika, (e) Gesu jaqa' taht is-sabil jew ir-Redentur, (f) it-Tislib ta' Gesu jew il-Vara l-Kbira, (g) Gesu mejjet jew il-Monument, (h) Marija Addolorata jew id-Duluri.
- V. Borg, op. cit. p.107. Borg isemmi hafna fratellanzi tad-Duluri bhal gol-Katidral ta' l-Imdina 1640, Hal Ghaxaq 1647, Qormi 1652, Gharghur 1669, Zabbar 1669, Tarxien 1674. Ma kien hemm ebda fratellanza tad-Duluri fil-Mosta, ghall-inqas bejn l-1600 u l-1800. Ara wkoll Heritage, pp. 888-893.
- Charles Galea Scannura, "Holy Week Tradition in Cospicua", The Bulletin, Wednesday, April 14, 1976, p.2.
- Joseph F. Grima, "The Good Friday Statues at Qormi", The Democrat, 26th March, 1983, p.9.
- J. Cassar Pullicino, "Study in Maltese Folklore", p.31.
- In-Najci ghamel l-aqwa zewg vari tieghu ghar-Rabat. Dawn kienu l-Ort u l-Ecce Homo. Artiklu mhux publikat ta' l-awtur
- J. Borg, "Il-Gimgha l-Kbira", Suppliment fi Il-Mosta, 1977.
- Joseph F.Grima, "Local Sculptors and Statuaries", The Democrat, April 18, 1981, p.6.
- Ara l-artiklu tieghi fuq il-purcissjoni tan-Nadur fil-Gozo Year Book 1984.
- L'Ordine, 26/3/1879.
- Joseph F.Grima, "Good Friday Procession in the Maltese Islands", The Democrat, 11/4/1981, p.6.
- Il-Kurja Ghawdxija harget din fl-1968. Ara J.Cassar Pullicino, A Study in Maltese Folklore, p.31.
- Michael Galea, The Life and Times of Vincenzo Labini, Bishop of Malta, 1980, p.30.