Bzonn ta' restawr fil-knisja ta' San Pawl Eremita
minn Victor B.Caruana
Il-Mosta: Mejju – Gunju 1985
(p.10) Xi snin ilu kont ktibt artiklu dwar il-knisja zghira li tinsab go ghar f'Wied il-Ghasel. Dak iz-zmien din il-knisja storika kienet tinsab f'kundizzjoni tajba.
Ma nafux ezatt meta nbniet l-ewwel darba, izda nafu li, ghall-habta tal-1600, kienet inbniet ohra flok wahda qadima li kienet tezisti diga. Nafu wkoll li, wara l-pesta tal-1676, Dun Ortensu Bennini, li kien Maestro di Cappella ta' San Gwann, il-Belt, kien kull sena jaghmel il-festa bil-muzika u kienet issir priedka ghall-qima taghha.
Fl-ghar go din il-knisja hemm kappella zghira tal-Madonna imwaqqfa minn Gann Pawl Mangion mill-Mosta, kif jidher mid-digriet ta' l-Isqof tas-27 ta' Jannar, 1656. Xi kwadri antiki hafna li kienu f'din il-knisja tnehhew u llum jinsabu fis-sagristija tar-Rotunda. Mn'Alla li dan sar fil-hin ghax kieku llum dawn zgur li m'ghadhomx jezistu.
Min izur din il-knisja llum jara dehra tassew tal-biki. Din il-knisja giet attakkata bosta drabi minn vandali li ghamlu herba shiha minnha. Dawn kissru u harqu kull ma sabu kemm minn barra kif ukoll minn gewwa. Xi statwi antiki tal-gebel li kienu fuq pedestall quddiem il-knisja gew maqlugha u mitfugha mill-gholi gol-wied. Il-bibien u t-twieqi kollha nqalghu u nharqu. L-altar tal-knisja, bl-irham b'kollox, gie zarmat gebla gebla u ntefa' ghal gol wied.
Dan donnu ma kienx bizzejjed ghax hemm hafna kliem li ma jixraqx mal-hitan tal-knisja kollha, kemm minn barra kif ukoll minn gewwa. Pero xi hadd mhux maghruf kiteb talba helwa f'forma ta' poezija biex itaffi xi ftit minn dan il-ghajb. Din kienet giet riprodotta ftit taz-zmien ilu fi IL-MOSTA.
Wahda mill-problemi li hemm hija blata kbira hafna li nqatghet mis-saqaf tal-ghar il-kbir li fih tinsab din il-knisja. Ghalkemm din il-blata ma gietx fuq il-knisja, din qieghda timblokka l-moghdija li kienet saret fi zminijiet antiki bhala access ghaliha. Din il-blata hija tqila wisq biex titnehha bil-forza umana u, barra minn hekk, difficli hafna li tintlahaq minn apparat mekkaniku, billi tinsab fil-gholi mhux hazin.
Dan l-ahhar grupp ta' nies li ghandhom interesss fil-wirt storiku u kulturali fil-Mosta, ltaqghu u ddiskutew x'jista jsir halli jippruvaw isalvaw din il-knisja minn qerda kompleta. Din il-laqgha kienet ippreseduta mill-Arcipriet Dun Joe Carabott. Giet organizzata harga ghal din il-knisja u ttiehdu ritratti tal-hsara kbira li hemm biex jigi mistharreg x'jista jsir. Kull min irid jinghaqad f'dan il-grupp jew min jixtieq ighin b'xi mod biex dan il-wirt storiku ma jintilifx hu mitlub li javvicina lill-Arcipriet.