The Mosta Archives Banner

Il-progett tar-restawr ta’ l-orgni mill-Mosta Gunners

minn Charles Borg Sant – Assistent kaxxier


Il-Mosta: Harga Nru. 1 (2006) Format Gdid


Logo Mosta Gunners Il-logo tal-Mosta Gunners.

(p.37) Dan l-orgni meta ser nergghu nisimghuh idoqq? F’hiex wasalna f’dak l-orgni? Imma x’inhu jsir ezattament? Dawn huma ftit mistoqsijiet li l-poplu Mosti jistaqsi meta jiltaqa’ ma xi membru tal-Mosta Gunners li lilhom giet fdata r-responsabilta tar-restawr fuq l-orgni tal-knisja.


Dan bir-ragun ghax issa dak l-orgni ilu nieqes minn gol-knisja ghal dawn l-ahhar sentejn u nofs. Pero, bhalma kull wiehed u wahda taf, dan ix-xoghol hekk impenjattiv kellu jiehu madwar tliet snin biex jitlesta u ghalhekk kien ippjanat li ghal l-ahhar ta’ din is-sena ghandu jkun lest. Ix-xoghol fuq dan il-progett miexi gmielu pero ghalkemm hemm stabilita data meta jitlesta, ahna ta’ l-opinjoni li nhallu lill-inginier bravu, is-Sur Robert Buhagiar, biex ikompli jahdem bil-galbu kollu u bl-akbar majjistrija u ma nghaggluhx fuq ix-xoghol ghax nemmnu li hekk nistghu naslu sabiex ikollna orgni li jkunu jista’ jitgawda ghal perjodu ta’ mitt sena ohra bhalma kellna x-xorti li jitgawda ghal din il-medda ta’ zmien minn meta nbena s’issa.


Li kieku kellna noqghodu niktbu fuq dak kollu li qed jigi rrangat jew mibdul, kieku bla dubju mhux pagna fuq dan il-magazin ghandna bzonn, izda ktieb. Kull haga li hemm bzonn tinbidel dan qieghed isir anki akkost li din tkun trid tigi ordnata minn barra, tiswa kemm tiswa, u dan ghax nafu li ghalkemm inkunu qeghdin nidhlu fi spejjez li ma kienux ippjanati, nemmnu li l-poplu Mosti huwa generuz specjalment fejn jidhlu affarijiet li ghandhom x’jaqsmu mal-knisja. Dan bla dubju ghax nafu kemm ahna kburin u ghandna ghal qalbna dan it-tempju majestuz li hallewlna missirijietna. La qeghdin nsemmu xoghlijiet li ma kienux ippjanati u li issa qed isiru jew hemm il-hsieb li jsiru, wiehed ma jistax ihalli barra z-zebgha mill-gdid li qieghda tinghata kif ukoll l-induratura tad-deheb li hemm fuq il-faccata ta’ l-orgni kif ukoll ma l-arkata. Hemm ippjanat ukoll li tinbidel l-art, pero din mhix xi haga li wiehed irid jaqbad u jaghmel ghax haga ta’ l-iskantament kull dettal irid il-barka ta’ l-inginier biex zgur ma taffetwax b’xi mod l-orgni.


Biex wiehed ikun jista’ jara u jitla sew, wiehed irid jara mill-qalb u ghalhekk kull tant zmien membru tal-kumitat jaqbzu sa l-imhazen ta’ l-inginier u jezaminaw b’reqqa kull oggett li jkun gie restawrat. Forsi wiehed jistaqsi, mur ara kemm jistghu jkunu jifhmu dawn il-membri? Nassigurakom li ghalkemm hafna minna veru ma nifhmux imma sempliciment naraw tibdil, maghna jkun hemm xi membru barrani li jkun jifhem sew f’dan ix-xoghol halli jekk ikun hemm xi haga li fl-opinjoni tieghu tista’ tigi ahjar jgharrafna biha u ahna nigbdu l-attenzjoni ta’ l-inginier, ghalkemm din s’issa qatt ma grat.


Ghaldaqstant il-kumitat tal-Mosta Gunners iddecida li f’dawn il-granet tal-festa jtella’ wirja gewwa l-Knisja Arcipretali sabiex wiehed ikun jista’ jara b’ghajnejh dak li twettaq jew irid jitwettaq u jaghti cans li kull min hu nteressat li jara mill-qrib ix-xoghol tar-restawr f’wirja unika mtella’ bejn d-29 ta’ Lulju u s-6 ta’ Awissu fir-Rotunda. F’din il-wirja barra ammont kbir ta’ ritratti, gew esibiti partijiet mill-orgni restawrati kid ukoll xi partijiet mill-faccata lesta mill-induratura. Aktar informazzjoni tinkiseb minn http://www.mostadomeorgan.com/ li hi l-websajt tal-progett.