The Mosta Archives Banner

Mostin li ghamlu isem: l-imghallem Salvu Zahra (1874-1960)

minn George Cassar


Il-Mosta: Harga Nru. 1 (2006) Format Gdid


Il-familja Zahra madwar l-1911 Il-familja Zahra madwar l-1911. Mix-xellug wara: Guzeppi, Grazza, Salvu, Gio Maria. Mix-xellug quddiem: Peter, Emanuel, Francesco, Carmela, Marianna.

(p.17) F’din is-sensiela ta’ artikli se niltaqghu ma personaggi maghrufa fl-istorja tal-Mosta. Huma nies li nkunu nafu dwarhom imma li hafna drabi nkunu nafu biss dak li jaf kulhadd. L-ghan ta’ din il-kitba hi li nsiru nafu iktar mill-qrib il-karattru u l-hajja mhux tant maghrufa ta’ dawn in-nies.


L-ewwel personagg, li hu marbut intimament mal-Mosta u l-hajja taghha, hu Salvu Zahra, maghruf mal-hbieb tieghu bhala ‘Iz-Zahra’. Din il-kitba hi frott ta’ intervista ma tliet neputijiet ta’ Salvu Zahra li ghogobhom jaqsmu mieghi dak li jiftakru jew li semghu jinghad fuq nannuhom mill-genituri taghhom li naturalment kienu jigu ulied Salvu. Dawn in-neputijiet huma Salvinu Zahra, iben Peter; Joe Bezzina, iben Carmela; u Alfred Muscat, iben Marianna.


Il-familja ta’ Salvu Zahra


Salvu kien iben Gio Marija u Roza xebba Mizzi. Twieled il-Mosta fl-24 ta’ Awissu 1874.


Kien mizzewweg darbtejn. L-ewwel mara tieghu, li Salvu zzewwigha meta kellu 26 sena, kien jisimgha Grazzja (1870-1936) u kient bint Pawlu Mifsud u Roza xebba Borg, koppja mill-Mosta. Minn dan l-ewwel zwieg, li sar fl-1896, Salvu kellu sebat itfal. Dawn kienu Joseph (1897-1975), Gio Maria (1900-18), Peter (1903-84), Marianna (1905-86), Francesco (1909-42), Carmela (1907-77), u Emmanuel (1910-90).


Meta mietet Grazzja, Salvu rega’ zzewweg. It-tieni mara tieghu kienet Speranza (1881-1954) li kienet armla ta’ Ganni Grech. Kienet tigi oht Grazzja, l-ewwel mara, u ghal ghoxrin sena kienet serviet bhala ghalliema fl-iskola primarja tal-Mosta. Grazzja u Speranza kellhom huhom sacerdot u dan kien Mons. Pacifico Mifsud li kien serva wkoll bhala arcipriet taz-Zejtun. Mit-tieni zwieg tieghu Salvu ma kellu ebda wild.


Salvu kien genitur generuz u ma kienx ihalli l-familjari tieghu neqsin meta dawn kienu jkunu f’xi bzonn. Ghalkemm kien jitlaghlu bhal kulhadd, kien nar tat-tiben.


(p.18) Fix-xjuhija tieghu kienu jiehdu hsiebu uliedu u jorqdu mieghu n-neputijiet. Hu kien jghix fid-dar tieghu wahdu wara li safa armel ghat-tieni darba. In-neputijiet jiftakruh kmand maghhom. Peress li kien jghix f’dar hajt ma hajt ma uliedu, kien isejhilhom billi jhabbat bil-bastun mal-hajt. Bintu Marianna kienet tghid, “Qed jghajjat in-nannu” u tmur tigri.


In-neputijiet jiftakru lil Salvu bil-qieghda madwar il-mejda u biex ma jigix id-dubbien fuq rasu kien jasar lumija u jdellikha mal-qargha. Prattika stramba ohra ta’ Salvu kienet li meta jaqta’ sebghu kien jidlek il-ferita bil-pitrolju.


Is-sengha tal-bini


Manwel Zahra Manwel Zahra, it-tifel iz-zghir ta' Salvu

Salvu Zahra jidher li tghallem is-sengha tal-bini wahdu. Ix-xehta kienet f’idejh u ghalhekk ma sabiex difficli biex jintefa’ ghal din is-sengha. Dan ma jfissirx li ma kienx jipprova jitghallem wahdu kif isir ahjar f’dak li jaghmel. Fil-fatt Salvu kellu numru ta’ kotba fid-dar tieghu li kienu jitkellmu dwar l-arkitettura u peress li ma kellux hafna skola, kien iqabbad lil uliedu biex jaqrawhomlu sahansitra fid-dawl tax-xemgha. Ta’ min jghid li l-edukazzjoni formali ta’ Salvu Zahra ma qabzitx il-livell primarju. Hu kien imur l-iskola tal-Gvern fil-Mosta fi ckunitu.


‘Iz-Zahra’ kellu l-gaj tieghu tax-xoghol u hafna drabi kien imexxi hu filwaqt li huh Guzeppi kien il-bennej tieghu. Fil-bidu Salvu kien jibni wkoll imma wara beda jhazzez id-disinji ghall-bini u jissorvelja x-xoghol li kien jinghata. Jinghad li kien fitt hafna u difett kien jarah mill-ewwel. Mit-tfal tieghu, Manwel biss jidher li gibed wara missieru u zijuh f’dan il-lant. Madanakollu Salvu bhala kuntrattur kien jiffirma S. Zahra and Sons.


Meta kellu 23 sena huwa stess bena l-ewwel dar residnzjali tieghu fi Triq il-Kungress Ewkaristiku bin-numri 85 u 87. Il-kamra tal-genb ta’ din id-dar kienet isservi bhala hanut ta’ l-oggetti tal-hjata. Ta’ min jghid li Grazzja, l-ewwel mara ta’ Salvu, kienet imsemmija ghax-xoghol tal-hjata li kienet taghmel f’dan il-hanut.


Ghall-habta tal-1908 fl-istess triq bena zewgt idjar u mahzen bejniethom. Ghal tmien snin, id-dar bin-numru 189 serviet ta’ dar tad-duttrina bl-isem ta’ Oratorju Qalb ta’ Gesu u l-mahzen serva bhala kappella li fiha kien isir quddies kull nhar ta’ Hadd. Wara li l-Oratorju mar post iehor, il-fond numru 191 gie rrangat u sar ir-residenza ta’ Salvu Zahra sa ma miet.


Xi xoghlijiet afdati f’idejn id-ditta ta’ Salvu Zahra u li fihom kien hemm is-sehem kontinwu tieghu jinkludu Connaught Home fil-Furjana, il-Knisja tal-Madonna ta’ l-Abbandunati fil-Wardija, l-iskola tal-gvern fl-Imgarr, id-dar ta’ l-Arcipriet fil-Mosta, u l-livellar tax-Xaghra tal-Furjana. Ha wkoll kuntratti militari bhalma huma l-bini ta’ Lincoln Barracks fil-Furjana u barrack blocks ohra fil-mitjar ta’ Ta’ Qali.


Salvu ddisinja wkoll Villa Dimech li tinsab fi Triq il-Kungress Ewkaristiku. Din id-dar kienet ta’ Carmelo Dimech, benefattur kbir tar-Rotunda. Billi l-firma fuq il-pjanta mhix ta’ Salvu Zahra hemm min jghid li din ma kinitx xoghol tieghu. Imma fil-fatt Zahra ma setghax jiffirma ghax ma kellux licenzja ta’ perit. Mill-banda l-ohra din tal-firma kienet xi haga li laqtet ukoll lil Guze (p.19) Damato li ddisinja numru kbir ta’ binjiet importanti fosthom il-Knisja Parrokjali ta’ Rahal Gdid. Damato ma kellux licenzja ta’ perit hawn Malta ghalhekk kien jiddisinja l-bini u jiffirmahulu perit licenzjat.


Salvu Zahra kellu x’jaqsam ukoll ma l-Oratorju Qalb ta’ Gesu l-gdid fil-Mosta. Filwaqt li Salvu ghamel il-pjanti tieghu, huh Guzeppi bnieh.


Salvu kien imexxi kumpanija tal-bini u ghalhekk kellu mpjegati mieghu numru ta’ haddiema. Hu maghruf li filwaqt li Salvu kien strett hafna ma l-impjegati tieghu fl-istess hin kien persuna ta’ qalb tajba. Ghalhekk filwaqt li zball ma kienx jittollerah fl-istess hin kien qalbu tajba u jimxi sewwa man-nies.

Kien maghruf ghas-sengha tieghu u mhux l-ewwel darba li gew xi bennejja u anki periti biex jiehdu xi pariri minghandu. Jghidu li meta gew biex jghallqu l-koppla tal-knisja ta’ l-Imgarr sabu xi diffikulta u gew ghand Mastru Salv ghall-parir.


Salvu Zahra u r-Rotunda


Ulied Salvu Zahra hdejn il-bahar Marianna, Francesco u Carmela ma missierhom Salvu hdejn il-bahar.

Salvu kellu x’jaqsam sew mar-Rotunda tal-Mosta. Dan ma jistax jonqos minhabba li kien bniedem tas-sengha, maghruf u ta’ hila. Kien ukoll ragel ihobb il-Knisja u ghalhekk ma kinitx haga difficli biex jidhol ghal xoghol bhal dan. L-ewwel darba li ‘Iz-Zahra’ kellu x’jaqsam mar-Rotunda kien meta fl-eta ta’ 56 sena, fil-15 ta’ Marzu 1930, intefa’ b’ruhu u gismu ghad-disinn tal-koppla minn gewwa skond kif xtaqha l-arkitett taghha George Grognet de Vasse. Salvu hazz il-koppla bil-kwadretti u l-iskultura tar-rozetti biex ikunu jistghu jitqattghu fil-post. Dawn ghadhom jistghu jigu ammirati llum ghall-precizjoni taghhom. Meta xi whud kienu jistaqsuh dwar id-disinn tqil u sabih tal-koppla, Mastru Salv kien jghidilhom biex iharsu lejn il-katina tal-lampier u jindunaw kemm id-disinn kien preciz.


It-tieni darba li hadem fuq xoghol fir-Rotunda kien fl-1945 meta gie avvicinat biex jiehu hsieb isewwi l-hsara li kienet ghamlet dik il-bomba li nifdet il-koppla fid-9 ta’ April 1942.


Din it-toqba kienet giet provizorjament maghluqa ghal matul is-snin tal-gwerra imma naturalment ma setghetx tibqa’ hekk. Jidher kif jinghad, it-toqba inghalqet bil-konkos imma kien jghaddi minnha l-ilma meta taghmel ix-xita. Ghalhekk ‘Iz-Zahra’ tqabbad jirranga l-hsara permanentament meta nies tas-sengha Mostin intefghu ghal din il-bicca xoghol biex igibu l-koppla lura ghas-sbuhija ta’ qabel.


Skond kif jinghad Salvu ma kienx l-ewwel ghazla ghal din il-bicca xoghol imma, meta ma sabux periti biex isewwu l-hsara li ghamlet il-bomba fil-koppla, marru ghandu. L-imghallem Salv qalilhom, “l-ewwel dortu l-periti kollha u issa gejtu ghandi.” M’ghandniex xi nghidu, ‘Iz-Zahra’ minkejja l-eta ta’ 71 sena accetta bil-qalb u l-hsara ssewwiet b’hila kbira taht it-tmexxija tieghu.


Biex jaghmel dan ix-xoghol kellu jiddisinja armar ta’ l-injam li bih setghu jilhqu t-toqba. Minkejja l-eta avvanzata, Salvu kien jitla’ hemm fuq jara li kollox kien qed isir sew. Ibnu Peter madanakollu kien jibza’ jitla’ hemm fuq u kienu jghidulu, “Missierek tiela’ u niezel bl-eta li ghandu.”


Passatempi


(p.20) Salvu Zahra kellu delizzji tal-gnien u tas-sajd. Kien ukoll ihobb jisma’ r-radju li kien ghadu fil-bidu tieghu. Meta kiber fl-eta kien iqabbad lin-neputijiet jimlewlu l-vaska mill-giebja permezz ta’ pompa ta’ l-idejn biex isaqqi s-sigar tal-frott. Kellu kanali fil-gebel li minnhom kien iwassal l-ilma sas-sigar. Kien ukoll iqabbad lil Salvina, wahda min-neputijiet, biex thitlu boroz tal-karti u torbotomlu madwar il-langas biex ma tattakkahomlux id-dubbiena tal-frott.


Minbarra l-gnien kbir mad-dar, kellu bicca raba’ ohra fil-Mosta stess li kienet qrib fejn hemm l-Oratorju tas-Subien illum u li fiha kellu xi sigar tal-frott u kien jizra’ l-patata. F’din l-ghalqa kien bena vaska kbira li kienet timtela bix-xita.


Il-mezzanin li kellu Salvu f'Bugibba Il-mezzanin li kellu Salvu f'Bugibba.

Barra l-gnien Salvu kien ihobb is-sajd bil-qasba. Ghalhekk, ghall-habta ta’ l-1930 kien bena mezzanin faccata tal-bahar f’Bugibba biex iqatta’ xi gurnata hemm. Kien imur Bugibba billi jirkeb mat-trakk tal-halib kmieni filghodu u gieli kien jaqbad il-karozza tal-linja. Biex jasal sal-post kien jghaddi minn passagg qalb l-ghelieqi.


Kien imur jistad bil-qasba minn fuq il-posta ta’ hdejn il-moll u mas-sunnara kien juza l-gambli li jkun qabad bil-kopp huwa stess. Tghidx kemm kien jifrah meta jaqbad xi gharusa jew sparlu. Wara kien imur il-mezzanin u jaqli l-bajd u l-hut. Gbejna tal-bzar ma kienetx tonqos qatt. Wara li kien jistrieh ftit, kien jerga’ lura lejn il-Mosta ghax ma kienx ihobb joqghod Bugibba bil-lejl.


Rikonoxximent mill-Mostin


Salvu Zahra, bhal Mostin ohra maghrufa issemmiet triq ghalih. Biss tal-familja stqarrew li forsi hassew li kellu jinghata aktar prominenza. Suggeriment hu li jkun hemm xi plakka li tfakkar fix-xoghol li Salvu Zahra ghamel fir-Rotunda tal-Mosta. Forsi setghet ukoll saret plakka mad-dar fejn ghex il-bicca l-kbira ta’ hajtu Salvu Zahra, wiehed mill-aktar mghallma tas-sengha kapaci li welldet il-Mosta matul iz-zminijiet.


Noti

  • Din il-kitba hi bbazata fuq l-intervista ma’ Salvinu Zahra, Joe Bezzina u Alfred Muscat, ilkoll neputijiet ta’ Salvu Zahra.
  • Fuq xi dettalji kien hemm il-kontribut ta’ Charles Vella, Dun Salv Magro u Indri Borda.
  • Gie kkonsultat ukoll l-artiklu ta’ Francesco Mangion, ‘Salvu Zahra – Arkitett’ fil-ktieb ta’ E.B. Vella u ohrajn, Storja tal-Mosta bil-Knisja Taghha (Malta 1972).
  • Ir-ritratti f’dan l-artiklu huma kollha mislufa minn Salvinu Zahra