The Mosta Archives Banner

Il-Mosta

minn Carmel Calleja


Il-Mosta: Awissu – Settembru 1976


(p.7) Grajja mportant fl-istorja ekklesjastika ta' pajjizna kienet iz-zjara li ghamel Monsinjur Pietru Dusina fl-1574. Huwa gie nnominat mill-Papa bhala Inkwizitur Generali u wasal fi gziritna fl-ewwel ta' Awissu 1574. Dusina zar id-diversi knejjes imxerrdin fuq dawn il-gzejjer, u fit-30 ta' Jannar 1575, huwa temm dil-vista pastorali tieghu fin-Naxxar u mar biex izur il-knejjes tal-villaggi tal-qrib, jigifieri dawk tal-Gharghur u tal-Mosta.


Irridu niftakru li sa dak iz-zmien il-knisja tan-Naxxar li saret parrocca mill-Monsinjur Senatore de Mello fl-1436, kienet il-matrici kemm tal-Gharghur kif ukoll tal-Mosta. F'dik li hi amministrazzjoni civili, il-Mosta kienet tifforma parti mill-municipalita ta' l-Imdina taht l-awtorita tal-“Capitano della Verga”.


Fil-vista tieghu, Dusina zar il-knisja ddedikata lil Assunzjoni li ddiskrivieha bhala kbira bizzejjed biex tilhaq mal-bzonnijiet tan-nies tal-Mosta. Kellha artal, art imballata u bibien ta' l-injam. Kienet amministrata mill-Kappillan tan-Naxxar li kellu d-dmir li jqaddes fiha fil-festa titulari, jigifieri fil-hmistax t'Awissu. Huwa zar ukoll il-kappelli li kienu mferrxin mar-rahal, fosthom dawk iddedikati lil San Mikiel, Sant'Antnin Abbati, San Leonardu, San Gakbu, Santa Katerina, l-Annunzjata, San Pawl Appostlu, San Nikola, Santa Margerita, l-Assunzjoni u San Gakbu. Xi whud minn dawn il-kappelli kienu ittraskurati hafna bla ebda qassis biex jiehu hsiebhom u bla renti. Fil-fatt Dusina wara li zar madwar 430 knisja u kappella f'Malta u Ghawdex, ordna li 59 minnhom jinghalqu, tlettax minnhom f'Ghawdex. Fil-Mosta, Dusina ordna li l-kappella ta' San Nikola tigi maghluqa. Skon Dusina, fil-Mosta kien hemm madwar 116 dar.


Fir-rapport tieghu Dusina jishaq fuq il-htiega li tinzamm indafa kbira fil-knejjes u ordna li l-art tinkines mill-anqas darba fil-gimgha. Hu ordna wkoll li s-sacerdot li jkun iqaddes ma kellux ikun hafi u li s-suttana tinzel sa riglejh u li fuq u taht xuftejh kellhom ikunu mqaxxrin sew.


Is-16 ta' Settembru 1608 hija data mportanti ghall-Mostin ghaliex l-Isqof Tumas Gargallo (1578-1614) ghamel lil Mosta parrocca … u b'hekk il-Mosta wara 172 sena nfirdet mill-matrici tan-Naxxar. Din il-firda saret ghall-tliet ragunijiet ewlenin:

  1. il-kappillan tan-Naxxar ma setax ilahhaq wahdu mal-amministrazzjoni tas-sagramenti,
  2. id-distanza kbira li kien hemm bejn iz-zewg irhula, filwaqt li t-toroq kienu kollha hziena u mimlija gebel,
  3. u l-popolazzjoni tal-Mosta kienet dejjem qed tikber, fil-fatt f'dik il-habta kien hemm 180 dar b'madwar 900 ruh.

Il-knisja ddedikata lill-Assunzjoni saret il-knisja parrokkjali. Izda gie stipulat li l-Mosta kellha tibqa' maghquda mal-matrici tan-Naxxar sal-mewt tal-kappillan Naxxari ta' dak iz-zmien, Dun Guliano Borg, li miet fl-14 ta' Lulju 1610.


Ftit zmien wara l-mewt ta' dan il-kappillan, intbaghtet ittra lill-Isqof minn G. Galea, Gakbu Xiberras, Girolmu Ebejer u Wistin Busuttil f'isem il-poplu tal-Mosta, fejn fakkruh fil-weghdiet tieghu tal-1608. F'din l-ittra huma lmentaw li kien ta' skomdu kbir hafna biex Mosti jmur in-Naxxar, distanza ta' madwar zewg mili, biex jircievi s-sagrament u jisma' l-ufficji divini. Barra minn dan it-triq ta' bejn iz-zewg irhula kienet fi stat hazin hafna, u fix-xitwa kienet mifqugha bit-tajn li fil-granet tax-xitwa ma kontx tista' tmur fil-knisja parrokjali.  Mhux l-ewwel darba kompliet l-ittra, li meta il-bicca l-kbira tal-Mostin ikunu n-Naxxar biex jisimghu l-ufficji divini f'xi festa solenni, kellhom idumu ghall-hin twil u xi drabi kwazi l-gurnata kollha fin-Naxxar ghax tkun ix-xita u t-triq tkun mimlija tajn. Mhux l-ewwel darba li l-kappillan tan-Naxxar li kien jigi mitlub biex jassisti ma xi moribond kien jasal tard wisq minhabba d-distanza kbira. L-ittra taghlaq billi tfakkar lill-Isqof li fil-Mosta kien hemm madwar 200 dar.


Fl-10 ta' Novembru 1610, l-Isqof Gargallo qatghalhom xewqithom, meta ghamel lil Dun Gwann Bezzina, li ghal ghoxrin sena serva bhala l-vici tan-Naxxar, l-ewwel kappillan tal-Mosta. Il-knisja parrokjali inghatat tliet bicciet art – wahda n-naha tan-Naxxar, ohra hdejn il-knisja, u l-ohra msejha 'tal-Carbuni'. Il-Mostin ikkontribwew b'mod generuz fil-bini tal-knisja parrokkjali li tlestiet fl-1614. L-arkitett ta' din il-knisja kien Tommaso Dingli li kien ukoll responsabbli ghad-disinn tal-Palazz tal-Isqof tal-Belt.


Il-popolazzjoni tal-Mosta kienet dejjem tikber. Filwaqt li fi zmien Dusina kien hemm madwar 600 ruh, sa nofs is-seklu sbatax kien hemm 1,579 filwaqt li ghal habta tal-1780 kien hemm 2,126. Tajjeb li wiehed jinnota, hawnhekk li figuri tal-popolazzjoni tal-Mosta fl-1780 kienu jaqbzu lil dawk tal-matrici tan-Naxxar, fejn f'dak iz-zmien kien hemm madwar 1,947. Dawn il-figuri huma mehudin minn Abela – Ciantar. Il-popolazzjoni tal-Mosta fi zmien Dusina kienet tkun hafna aktar kieku ma kienx ghall-attakk ghall-gharrieda tal-kursari tal-Barberija li fl-1526, taht it-tmexxija ta' Rajjes Sinen, ghoddhom svojtaw il-Mosta mill-popolazzjoni taghha. Minhabba dan l-attakk tal-kursari, il-Kaptan tal-Armi, Gerolamo Campo gie akkuzat bi traskuragni u fil-11 ta' Mejju 1526 tnehha minn postu u l-Vicire ta' Sqallija lahhaq lil Giovanni Ribes minfloku. F'dan l-attakk, barra mill-mejtin, madwar 400 mosti ttiehdu priguinieri. Abela jghidilna li l-Mostin kellhom ibieghu hafna mill-artijiet taghhom biex ikunu jistghu jifdu lil nieshom u ghalhekk hafna Mostin ftaqru. Barra minn dan, fl-1592 faqqghet il-pesta fi gziritna, u madwar 3,000 ruh mietu. Dawn il-figuri jinkludu 27 mill-Mosta u 283 min-Naxxar u l-Gharghur, u dawn kollha gew midfuna fic-cimiterju zghir li jinsab quddiem il-knisja ta' Santa Margerita fil-Mosta.


Billi r-rahal kien zghir, hafna mill-guvintur u tfajliet Mostin kellhom jizzewgu ma nies barra mir-rahal. Ghal habta tan-nofs is-seklu sbatax, tfajliet Mostin kellhom tendenza li jizzewgu man-Naxxarin u mar-Rabtin. Wara dawn kienu jippreferu guvintur minn Hal Lija, Attard, Birkirkara u xi Ghawdxi ma naqasx.


L-agrikoltura kienet l-industrija principali f'dan ir-rahal. L-istess arma tar-rahal tghid 'Spes alit Ruricolam' (It-tama ssostni lill-bidwi). (p.9) Il-qoton li taht l-Ordni kien ha spinta ‘l quddiem kien aktarx jigi mkabbar fil-Mosta. Nafu zgur li fl-1836 il-Mosta kienet minn ta' quddiem ghal dik li hija industrija tal-insig. Skond censiment li sar fl-1861 instab li minn popolazzjoni ta' 3,828 ruh, erba' mija minnhom kienu nissiega. L-irgiel kellhom iservu fil-milizja tan-Naxxar taht il-kmand tal-'Cavaliero Capitano'. Fl-1647, in-numru ta' rgiel fil-milizzja minn Naxxar, Mosta u Gharghur kien ilahhaq ghal madwar 800 ruh. F'dan l-istess perjodu jidher li l-industrija tal-bini ukoll kienet tikkontribwixxi ghall-ekonomija tar-rahal. Inbnew jew issewwew hafna mill-kappelli li kien hemm fil-Mosta u tlestiet il-knisja parrokjali.


F'nofs is-seklu sbatax fil-Mosta kien hemm zewg konfraternitajiet, dik tar-Ruzarju u dik tas-Sagrament. Il-Konfraternita tar-Ruzarju twaqqfet fl-1628 u l-membri kellhom id-dmir li jiehdu hsieb l-artal dedikat lill-Madonna tar-Ruzarju. Sal-1634, il-Konfraternita tas-Santissimu Sagrament diga kellha tletin membru.


Sa nofs is-seklu sbatax hafna mill-kunjomijiet li ghandna llum ga kienu jezistu fil-Mosta, ghalkemm niltaqghu ma xi kunjomijiet stambi ghal Giarasco, Malechi, Dolfa u Mellehi. Il-kunjom Galea (li kienu jiktbuh Galia), li kien komuni fl-1419 u 1480, donnu li zdied fil-popolarita tieghu f'nost is-seklu sbatax. Zewg kunjomijiet ohra komuni hafna fil-Mosta f'din il-habta kienu Fenech u Sammut. L-aktar ismijiet komuni kienu Duminku u Gan Mari ghas-subien: Marija, Grazzja, Katerina u Duminka ghall-bniet. Niltaqghu ma' xi ismijiet stambi bhal Marinu, Blasju u Terasmu ghas-subien; Argenta, Flaminia u Galicja ghall-bniet.