The Mosta Archives Banner

It-thin tal-qamh, minn Francesco Mangion


Il-Mosta: Mejju – Lulju 1982


(p.9) Wara li Alla kecca lill-bniedem mill-genna ta' l-art, ikkundannah li bil-gharaq ta' gbinu jaqla' l-hobz tieghu. Fost il-prodotti ta' l-art il-qamh intghazel biex imantni l-bniedem. Matul iz-zmien il-bniedem kellu jithabat biex isib mezz biex johrog id-dqiq mill-qamh biex minnu jaghmel il-hobz. Fit-tpingija tal-Egizzjani, li kellhom civilta kbira, tidher il-mithna tal-hagar imhaddma minn bniedem. Fil-Bibbja nsibu zewg episodji li ghandhom x'jaqsmu mat-thin. L-ewwel wiehed meta Abimelek kien qieghed jassalta lix-Xekkin taht is-sur tal-Belt ta' Tebez u wahda mara waddbitlu minn fuq hagra ta' mithna u ferietu ghall-mewt. It-tieni meta Sansun inqabad mill-ghedewwa tieghu, il-Filistej, li rabtuh u qabbduh idawwar il-hagar tal-mithna. Fl-evangelu Mqaddes Sidna Gesu Kristu jsemmi l-hagra tal-mithna meta jghid li ghall-iskandaluz ikun "Ahjar jorbot ma' ghonqu gebla ta' mithna u jaqbez il-bahar mill jaghti skandlu lil dawn iz-zghar."


It-thin fil-Mosta


Billi l-Mosta minn dejjem kienet rahal agrikolu, il-bdiewa taghna kienu jikkultivaw hafna qamh, mahlut u xghir, u legumi biex ikollhom x'jieklu huma u l-bhejjem taghhom. Ghalhekk fil-Mosta taghna sa minn zmien ilu kien hawn imtiehen biex jithnu dawn iz-zrieragh. Ahna ma nafux kif kienu jithnu fiz-zminijiet bikrin; izda bla dubju ta' xejn l-imtiehen tal-mixi li minnhom ghad baqa' l-kmamar taghhom huma bil-wisq antiki. Niftakar li wahda minnhom, li kienet tingibed bil-bhima meta kont ghadni zghir, kienet ghadha tithan il-farru. Din kienet propjeta ta' Ganni Buhagiar, imlaqqam Ta' Bazzu, u kienet fit-triq li llum jisimha Sant'Anna.


Magna tat-thin tal-Qamh Il-mithna maghrufa bhala l-Qadima fil-Mosta

Insemmi xi kmamar li naf bihom. Bicca minnhom ghadhom jezistu, ohrajn spiccaw. Kienu jkunu kmamar kbar u gholjin u s-saqaf taghhom jistrieh fuq hnejjiet li aktarx jibdew mill-art. Fi Triq il-Parrocca kien hemm tnejn, wahda minnhom spiccat. Kien hemm ohra f'misrah San Anard, tnejn fi Triq San Gwann, li minnhom fadal wahda, tnejn fi Pjazza Britannija waqt li tal-Wata m'ghadhiex tezisti. Ghad baqa' kamra fi Triq Xorxa, Triq Stivala u wahda fi Triq it-Torri. Il-kamra ta' Triq il-Kurat Calleja ghandha fiha l-hagriet tat-thin. Wisq probabbli li hawn izjed u ma nafx bihom.


Fl-1757, fi zmien il-Kummissarju Garsia, inbniet il-mithna tar-rih fi triq li minnha kien jghaddu ghall-Belt Valletta. Aktar tard inbnew erbgha ohra, wahda fi Triq it-Torri, kantuniera ma' Triq Silvestru, ohra fit-telgha tan-Naxxar, ohra fil-wita ta' Ta' Mlit, illum Triq il-Kungress Ewkaristiku, u ohra aktar ‘l isfel mill-qadima. Waqfu mix-xoghol wahda wara l-ohra sa ma baqghet tahdem biss il-qadima. Din waqfet fl-1925. Fl-1926 maltempata qacctitha u qerditha ghal dejjemm L-ahhar nies li kienu jahdmu fiha kienu l-imghallem Nikola Grech u ohtu Gerit, il-lavranti Norat u Marjanna.


Meta gie vvintat l-istim beda jiehu x-xoghol ta' idejn il-bniedem u tal-bhejjem ghax bdew isiru magni li jaghmlu kull xorta ta' xoghol.  Fost dawn il-magni kien hemm dik tat-thin. Wahda minnhom dehret il-Mosta ghall-habta ta' l-ahhar nofs tas-seklu tmintax. Ingiebet mis-Sur Savior Tabone u tqieghdet fi Triq it-Torri fejn illum hemm l-Oratorju tal-Bniet.  Maz-zmien saru tlieta ohra: ta' Coleiro fi Triq il-Kungress Ewkaristiku u tnejn ohra fi Triq it-Tama, wahda ta' Gajta u l-ohra tad-Dajna. Fi zmien l-ewwel gwerra dinjija kienet ghadha tahdem u l-imghallem kien jismu Nikola Vella.


Mal-mixja taz-zmien bdew isiru magni li jaghmlu xoghol ahjar, bil-heffa u b'aktar perfezzjoni. Madwar is-sena 1910 wahda minn dawn il-magni ngabet minn certu Micallef, imlaqqam il-Bank. Tqieghdet fi Triq it-Torri quddiem l-Oratorju tal-Bniet. Aktar tard Gorg Zerafa gab ohra u din tqieghdet fi Triq il-Kungress Ewkaristiku. Madwar l-1922, is-Sur Dwardu rama wahda fi Triq Cassar u l-ahwa Mifsud fi Triq it-Tama. Ta' l-ahhar gabha Nikola Grech u ramaha fi Triq it-Torri, izda, tista' tghid, li hadmet ftit li xejn.


Magna tat-thin tal-Qamh Il-mithna li ghadha tahdem go Burmarrad

F'dak iz-zmien ukoll Mikiel Gatt mir-Rabat rama magna tat-thin f'Burmarrad. Ghal raguni jew ohra l-bdiewa bdew jiehdu l-qamh tat-thin ghand ta' Burmarrad tant li f'qasir zmien htieglu jarma magna ohra. Il-magni tal-Mosta naqashom hafna xoghol u bdew jieqfu wahda wara l-ohra. Fl-1940 imbaghad bdiet theggeg it-tieni gwerra mondjali f'Malta wkoll u l-Gvern ta' dak iz-zmien hareg ir-razzjon u gabar il-qamh u x-xghir tal-bdiewa. B'ligi stretta hadd ma kien jista' jithan. Ir-razzjon baqa' sejjer sa ftit tas-snin ilu u hekk il-qamh ta' Malta qieghed jittiekel mit-tigieg, mithut ghall-majjali jew mitmugh lill-baqar qabel ma jindires. Il-magni tal-Mosta ebda hjiel ma baqa' taghhom u l-lokalitajiet fejn kienu armati nbidlu skond htigijiet ohja. Hekk spiccat l-istorja tal-ghodda tat-thin fil-Mosta.


Nota ta' l-Editur

Fi zmien il-gwerra baqghet tahdem biss dik ta' Burmarrad, bil-kunsens tal-Gvern.