Tifkiriet tal-Milied fil-Mosta
minn Maria Vella
Il-Mosta: Harga Nru. 2 (2006) Format Gdid
(p.2) Fit-tletinijiet tas-seklu l-iehor il-popolazzjoni tal-Mosta kienet zghira u kienet tghix hajja kwieta. Parti mill-komunita kienu bdiewa u l-hajja kienet il-knisja u d-dar. Il-festa tal-Milied ghall-kbar kienet il-quddiesa ta’ bil-lejl u ikla tajba f’nofsinhar.
Il-Milied jigi darba fis-sena u din hi l-festa tat-tfal. Hekk kienu jghidu l-antenati taghna. Veru, ghaliex ghalina t-tfal kienet il-festa li fiha stajna niehdu parti. Meta jibda x-xahar ta' Novembru kien jibda d-deni tal-Milied. Konna nfittxu xi recipjenti li konna nistghu nizirghu l-qamh u l-gulbiena fihom. Iz-zerriegha ma konniex nixtruha minghand tal-gwiez izda konna nsibu xi bidwi u nitolbuh xi ftit Dan kien jaghtina ponn zerriegha u b'dahka helwa jibghatna nzejnu l-Bambin. Ghall-habta tal-festa tal-Kuncizzjoni kienet tinzera’ z-zerriegha biex sal-Milied tkun lesta biex jizzejjen il-presepju.
Wara nnizzlu l-kaxxa tal-pasturi u naraw liema pasturi jonqsuna, ir-rieqed, ix-xabbatur, l-ghannej u xi ohrajn li nkissru s-sena ta qabel Allura naghmlu girja mar-rahal biex naraw ta’ min kienu l-isbah u l-irhas pasturi u naraw jekk ll-flus iservuniex. Generalment konna nixtru l-pasturi minghand Dahruwa li kellha hanut zghir fi Triq il-Kbira ftit il fuq mid-Dolcezza Dolceria. Din kienet mara qasira u ftit hoxna u tghidx kemm kienet tghajjat jekk xi hadd imiss xi pastur. Dawn kienu tat-tafal u mfattrin, izda ma kienx hawn ahjar minnhom x’nixtru. Izda l-Bambin kien ikun tax-xama’ u sabih.
Wara kaen imiss li nibdew nibnu l-presepju. Dan kien ikun jew tal-gagazza jew tal-karta pesta. It-tfal li riedu l-presepju tal-gagazza kienu jduru l-haddieda tar-rahal biex isibu xi ftit gagazza izda l-bicca l-kbira tat-tfal kienu jaghmlu l-presepju tal-kartapesta.
L-ewwel haga li konna naghmlu hu li nsibu bicca njama ta' kaxxa tas-sapun (dak iz-zmien is-sapun kien ikun stivat go kaxxi kbar ta' l-injam) skond id-daqs li rridu. Wara, nsibu zewg landi tal-kunserva wahda ikbar minn l-ohra biex wahda nimlewha bl-ilma u fl-ohra nitfghu l-kolla tal-fenek biex tinhall. Il-kolla kienet qisha bocci zghar kannella u konna nsejhulha tal-mastrudaxxa, ghaliex kienet tintuzha mill-mastrudaxxa biex iwahhal partijiet ta' l-injam flimkien. Ridna ndumu nistennew biex tinhall il-kolla fuq l-ispiritiera jekk ma konniex ninsewha u tfur u povri ftiera u spirinera u t-tgergir t’ommi! X’hin tinhall il-kolla nhalltu maghha ftit gibs vergni, nghaddsu l-bicciet tal-karti tax-xkejjer tas-siment li nkunu ddubbajna u, eviva, it-tghaffig u t-tidlik sa ma naghtu l-forma li rridu lill-presepju. Dan ix-xoghol kollu kien isir fir-rih fuq ghaliex kieku ma kien jinxef qatt. Wara li nixtru ftit trab kannella, iswed, isfar u ahdar, inhalltu dawn bl-ilma go bottijiet zghar u hallina ncappsu l-kuluri kif kien jidhrilna li hu sabih. Girja sal-wied biex ingibu xi flit saghtar u hxejjex selvaggi ohra u nwahhluhom biex taparsi sigar. Fil-grotta konna naghmlu toqba biex inkunu nistghu ndahhlu bozza zghira li kienet tixghel bil-batterija biex din kienet iddawwal xi ftit il-grotta. Tghidx kemm il-batterija konna nahlu sal-Milied.
Issa li l-presepju hu lest, jitpogga fuq mejda zghira fil-kamra taghna jew f’post importanti fid-dar. Warajh indendlu karta tat-tajr blu bi ftit stilel maqtughin mill-fidda tac-cikkulata jew tas-sigaretti u mwahhlin bil-kolla tad-dqiq. Issa jmiss li l-pasturi joqoghdu f’posthom. Fil-grotta npoggu l-Ma¬donna, San Guzepp u f’nofshom il-Bambin fil-maxtura bi ftit tiben - din kienet tkun kaxxa tas-sulfarini miksija u s-saqajn sulfarini mwahhlin tajjeb bil-kolla - u ftit nghag u rghajja. Il-pasturi (p.3) l-ohra kienu mxerrda mal-presepju u madwaru npoggu l-qamh isfar b'xi xemgha tixghel biex taghti d-dawl.
Barra l-presepju konna wkoll nixtru xi ftit karti tat-tajr, inqattuwhom strixxi u nwahhluhom mi xi spaga li tkun imqabbda minn naha ghall-ohra mal-grampuni tal-kwadri u l-kamra biex ma ncappsux il-hajt.
Fl-iskola, ghalkemm ma kienx ikollna festi u rigali, kull klassi kienet tahseb biex izzejjen u torganizza l-attivita taghha. It-tfal b’fervur kbir kienu jgibu l-Bambin, xi pastur, il-gulbiena u l-qamh li kabbru u wkoll xi karti tat-tajr biex inzejnu. Il-presepju tal-klassi kien ikun semplici izda ghalina kien bizzejjed. Hafna mill-ghalliema kienu jghallmuna xi recta zghira fuq il-Milied. Trid tara lil dawk li kienu sa jiehdu parti kemm kienu jhossuhom importanti u l-hin kollu jistudjaw il-parti taghhom li ma jinsewx xi kelma. Kull filghodu wara t-talba konna nkantaw l-innijiet ‘Ninni la tibkix izjed’ u ‘Adeste fidelis.’ Zgur li l-Bambin kien jieqaf jibki, u jsodd widnejh biex ma jismax l-istonar u t-tghawwig tal-kliem. Fl-Oratorju kienu juruna bl-istampi l-istorja tat-twelid ta’ Gesu billi juzaw il-projector u Dun Guzepp Calleja, id-Direttur ta’ l-Oratorju kien ifissrilna kull stampa li tidher fuq il-hajt. Wara kien jaghtina santa tal-Milied.
F’dan iz-zmien kont tisma’ it-tfal Mostin jigru u jkantaw:
Ninu Ninu tal-Milied,
Issa wasal il-Milied,
Ninu Ninu tal-Milied,
Ommi ghamlet il-qaghqiet,
Il-qaghqiet tal-qastanija,
Sant Irrokku tat-tigrija.
Kwazi kull dar kienet taghmel il-qaghaq tal-qastanija ghaliex dan kien il-helu tal-Milied. Ommi kienet stupenda biex taghmel dan it-tip ta' qaghaq. Il-lejl ta’ qabel kienet tlesti l-ghagina u l-ingredjenti, biex, kif kienet tghid hi, jilhqu joqoghdu, imbaghad filghodu kienet iggib zewg pjanci kbar minghand Karmena Cassar (tal-hobz) li kellha forn qrib id-dar taghna. Sakemm ahna konna nkunu l-iskola kienet tlesti l-qaghaq fuq il-pjanci u tohodhom il-forn biex jinhmew. Ir-riha tal-qaghaq kienet taqsamlek qalbek bil-fwieha x’hin tidhol id-dar mill-iskola u minn hawn jew minn hemm xi wahda jew tnejn konna nehduhom bil-mohbi ghaliex dawn darba fis-sena konna nduquhom. Lejliet il-festa ohti l-kbira kienet taghmel kejk hafif (spang). Dan kien jitqatta f’bicciet, li jitpoggew fi sjuna u jitghattew b’zewg tipi ta’ krema u gamm. Dan kien ikun id-dezerta ta’ l-ikla tal-Milled.
Fl-ahhar jasal lejliet il-Milied, u fit-toroq kont tara ghaddej lil taz-zaqq inewwah akkumpanjat minn zewgt irgiel jitghawgu u jdoqqu t-tamburlin u ftit tfal mixjin warajhom.
Biex ma norqdux konna ningabru xi ftit hbieb u noqoghdu nilaghbu t-tombla ghall-gellewz tghidx xi storbju jqajjem min ikun jitlef, izda x’hin idoqqu l-hdax kulhadd jiskot u jlebbet lejn id-dar biex imur jilbes.
Il-bibien tal-knisja kienu jinfethu fil-hdax u minn kmieni kont tara n-nies sejrin il-knisja biex jilhqu post. Kulhadd liebes bl-ahjar ilbies. Hafna min-nisa kienu jilbsu l-iswed u biex jizzejnu kienu jilbsu d-deheb li kellhom. Dawn generalment kienu jilbsu l-ghonnella li kien qisha qlugh (p.4) meta r-rih jonfoh fiha. It-tfajliet b’ilbies gdid u bil-kappell, kollox tal-moda, kienu jinzlu ferhanin lejn il-knisja. L-irgiel ukoll kienu jilbsu l-ahjar ilbies u minflok il-beritta jilbsu l-kappell. Ahna t-tfal ma konniex nibqghu lura u libsin kollox gdid konna nigru lejn il-knisja biex narawha mixghula b’dawk il-linef kbar u sbieh. Verament konna narawha mzejna u b’dak id-dawl kollu darbtejn fis-sena biss, ghall-Milied u ghal Santa Marija. Ghalina t-tfal konna qisna go dinja ohra. Fil-knisja kulhadd kien joqghod f’postu, in-nisa fin-nofs u l-irgiel fil-gnub, izda ahna t-tfal konn nistghu npoggu fejn irridu. Jien ma kontx inhobb noqghod fin-nofs man-nisa ghaliex minhabba l-ghonnelel miftuhin li kien qishom il-hajt ta’ Berlin ma kont inkun nista’ nara xejn, allura posti kien dejjem fit-tarf ta’ fejn jispiccaw in-nisa.
Ftit qabel nofs il-lejl il-qniepen bid-daqq ferriehi taghhom kienu jiksru l-monotonija tal-lejl u jilqghu t-twelid ta’ Gesu tarbija. Ma’ nofs il-lejl tibda l-funzjoni, b’purcissjoni bil-bambin b’dawra mal-knisja, fost il-kant u d-daqq ta’ l-orgni, wara l-bambin kien jitpogga fuq l-altar u tibda l-quddiesa bil-Latin. Ahna t-tfal u l-parti l-kbira tan-nies fil-knisja ma konniex nifhmu kelma izda konna noqoghdu attenti x’inhu jsir. Wara li jinqara l-evangelju, tifel zghir liebes ta’ abbati bil-berettin fuq rasu kien jitla’ fuq il-pulptu u jibda l-priedka tal-Milied. Konna niehdu gost nisimghuh ghaliex nifhmuh. Ghalkemm it-tifel ikun ghamel priedka perfetta hadd ma jcapcaplu ghaliex ma kinitx l-uzanza. Insomma, titkompla l-quddiesa, nitqarbnu u wara l-‘Ite Missa Est’ kulhadd johrog ‘l barra u fuq iz-zuntier kont tisma’ gegwigija shiha, kulhadd jaghti l-Milied it-tajjeb lil xulxin u wara jitlaq lejn daru. Tistenniena fuq il-mejda konna nsibu xi kikkra kokotina jew kawkaw – li ma ghadniex insibu nixtru minnha – shuna u qaghqa ta’ l-ghasel li veru kienet tinsel ghasel. Din mhux biss kienet it-tradizzjoni tal-Milied izda konna nixorbuha biex nishnu specjalment jekk il-Milied ikun wiehed kiesah. Issa jmiss li mmorru norqdu, girja ghall-kamra taghna u f’hakka t’ghajn issibna reqdin.
Wara raqda twila u l-attivitajiet tal-lejl ta’ qabel issa ghaddew, il-gurnata tal-Milied kienet tkun kwieta. L-iktar haga interessanti kienet l-ikla ta’ nofsinhar ghaliex tal-Milied dejjem kienet xi ftit specjali. Dak iz-zmien ma kellniex televixin biex forsi tehda thares lejn xi film, lanqas ma konna nircievu rigali tghid forsi toqghod tara liema joghgbok l-izjed, ghaliex ir-rigali kienu fl-istrina – xi ftit flus – fl-ewwel tas-sena, ghalhekk il-gurnata tal-Milied kienet tkun kwieta.
Il-kartolini tal-Milied kienu semplici u jintbaghtu barra minn Malta, specjalment lejn l-Amerika, biex jaghtu l-awguri tal-Milied lill-hbieb u lill-familjari. Ghal xi zmien kienet l-uzanza li jibaghtu r-ritratti taghhom imzejna minflok il-kartolina. Izda fil-Milied ta’ qabel il-gwerra rcivejna wahda b’sigra kbira mzejna b’hafna bozoz jixeghlu u b’zewgt itfal iharsu lejn id-dawl. Tant ghogbitni li zammejtha u ghidt f’qalbi, ‘La nikber nara kif ikolli wahda bhalha.’ Xewqti qtajta meta tawni sigra zghira ta’ l-awrikarja. L-ewwel Milied li gie zejjintha bi ftit affarijiet hfief li kelli izda ma gawdejtiex wisq ghaliex waqghet u nkisret f’bicciet.
Il-festi tal-Milied kienu jwasslu sas-6 ta’ Jannar, l-Epifanija, jew kif konna nsejhulha, it-Tre Re. L-ewwel tas-sena kienet festa ohra ghalina, ghaliex dakinhar konna nircievu r-rigal, ftit flus minghand il-familjari u l-hbieb taghna, u arana nghoddu u nergghu nghoddu biex naraw kemm qlajna u bejnietna naraw min ghandu l-izjed. Mhux ahna t-tfal biss ridna l-istrina, anke l-Kazin Nicolo Isouard (p.5) kien jigi ghal sehmu. Ftit bandisti mmexxija minn Maninu kienu jigu wara kull bieb idoqqu u jaghtu s-sena t-tajba lil kull dar biex jinghataw l-istrina ghall-Kazin. Fit-Tre Re ahna t-tfal konna ningabru l-knisja fl-ghaxija, u wara priedka qasira fuq il-missjoni, issir gabra biex ahna naghtu xi haga mill-flus li qlajna fl-istrina ghal tfal ohra fqar. Issa li l-festi tal-Milied intemmu nibdew inzarmaw il-presepju u dekorazzjonijiet li kellna fid-dar u nerfghuhom ghal Milied iehor.
Il-ferh u l-fervur tal-Milied waqfu meta f’Gunju tal-l-1940 faqqghet it-Tieni Gwerra Dinjija u l-Italja dahlet kontra taghna. Il-bombi li ntefghu fuq Malta ghamlu herba shiha, djar waqghu u hafna nies mietu mghaffgin taht it-terrepien ta’ djarhom. Hafna ohra kellhom johorgu mill-belt taghhom u jfittxu post f’rahal iehor. Kien hawn swied ta’ qalb kbir f’Malta u qisu l-Milied intesa. Terga’ hadd ma kien baqaghlu pasturi ghaliex inkisru. Il-pasturi tieghi messithom l-istess xorti ghaliex bit-thezziza tal-blast ta’ bomba li giet fil-qrib, l-ixkaffa fejn kien hemm il-pasturi waqghet u dawn il-pasturi minn imfattrin issa saru mfarrkin, ghalhekk addio l-presepju. Imhabba l-ghaks u nuqqas ta’ hafna affarijiet ta’ l-ikel hadd ma seta’ jiffesteggja, kellna il-black out, dlam perfet fit-toroq u hadd ma seta’ jhalli dawl jidher mid-djar taghna jew johrog idur fejn irid, minhabba f’hekk ma setghetx issir il-festa fil-knisja.
Magenb id-dar taghna kien hemm zewg billets tal-piloti. Hmistax qabel il-Milled ta’ sena minnhom dawn imtlew b’hafna piloti godda, kollha zaghzagh. Mit-twieqi stajna naraw il-kmamar taghhom imzejna bi strixxi kull kulur. Ta tfal li konna ghamilna hbieb ma ftit minnhom u kienu jiehdu gost ikellmuna u jaghtu xi daqqa ta' sieq il-ballun li konna nilaghbu bih fit-triq fid-dawl tal-qamar. Lejla wahda xi zewgt iljieli qabel il-Milied dawn il-piloti intbaghtu jattakkaw konvoj Germaniz li kien sejjer lejn l-Afrika, b xorti hazina hamsa biss irritomaw fil-bazi taghhom. Dawn b’niket kbir ghal shabhom qattghu t-tizjin kollu.
Wara dik it-tbatija kollha spiccat il-gwerra u l-hajja ftit ftit bdiet gejja ghan-normal. Familji Inglizi bdew jigu jghixu Malta ma zwieghom li kienu suldati jew bahrin stazzjonati Malta. Il-Maltin bdew jikrulhom parti mid-dar taghhom u dawn integraw maghna u ahna hadna hafna mill-uzunzi taghhom. Ghall-Milied bdejna naraw is-sigra tal-Milied mixghula u l-presepju beda jigi mwarrab. Bdejna naghtu r-rigali lil xulxin u l-istrina intesiet, id-djar kienu izjed jizzejnu bid-dwal u kull tip iehor ta’ tizjin u l-lejl tal-Milied kienu bdew jghadduh jixxalaw. Rivoluzzjoni shiha saret fil-hajja taghna. Kien Dun Gorg u s-soci tal-MUSEUM li regghu taw spinta lill-presepju, dawn hargu bil-purcissjoni fit-toroq bil-bambin lejliet il-Milied ikantaw l-innijiet u bhala rigal kienu jaghtu lil kull tifel grotta zghira bil-Bambin. Bdew isiru kompetizzjomet ghall-isbah presepju. Bdejna nsibu nixtru pasturi sbieh u l-presepju qam ghall-hajja. Tal-MUSEUM bdew jaghmlu pasturi tal-gibs, jizbghuhom u jqassmuhom lit-tfal jew ibighuhom. Il-pasturi li ghadni narma fil-presepju huma sett pasturi kbar tal-gibs li kont xtrajt minghand tal-MUSEUM tar-Rabat u zbajthom jien. Maz-zmien zidt il-Madonna u San Guzepp u kull sena narmah fl-iktar post prominenti tad-dar.
Minn kif naf il-Milied ta’ tfuliti sar hafna tibdil. L-awguri sirna naghtuhom billi nibaghtu kartolina u mhux fuq iz-zuntier wara l-quddiesa, l-ikla tal-Milied issir f’restorant u naghtu rigali li jqumu hafna flus. Issa, f’kull dar kwazi ssib is-sigra tal-Milied b’hafna dwal u tizjin u l-presepju b’pasturi sbieh u li jqumu hafna flus. Kollox inbidel u bil-ftit il-ftit tkun qed tinbidel int minghajr ma tinduna.