Numru ta' toroq jinghataw isem
Il-Mosta: Settembru – Dicembru 2000
(p.11) Il-Mosta kompliet dejjem tikber bi ftuh ta’ aktar u aktar toroq. Hafna minn dawn huma godda u ghalhekk kienu ghadhom bla isem. Ohrajn minkejja li kienu ilhom is-snin miftuha xorta wahda qatt ma nghataw isem minkejja x-xewqa tar-residenti li t-triq taghhom ma tibqghax maghrufa Triq Gdida fi … jew Sqaq Nru. … fi … Il-Kunsill ghalhekk ikkonsulta diversi persuni li setghu jissuggerixxu ismijiet addattati ghat-toroq Mostin. Fost dawn ta’ min isemmi lis-Sur J. Borg, is-Sur J.J. Camilleri, is-Sur V. Sant u s-Sinjura M. De Martino. Dawn l-ismijiet imbaghad gew approvati mill-Kumitat ta’ l-Ismijiet tat-toroq.
Triq il-Kbira Sqaq Nru 6 saret Triq il-Prim Imhallef Carmelo Schembri. Il-Prim Imhallef Carmelo Schembri twieled il-Mosta fit-2 ta’ Settembru 1922. Fl-1954 mar Ghawdex bhala Assistant Avukat tal-Kuruna. Lahaq magistrat u mbaghad fl-1981 insibuh bhala Prim Imhallef u President tal-Qorti Kostituzzjonali u dik ta’ l-Appell. Huwa miet fit-8 ta’ Ottubru 1997.
Triq Gdida fi Triq tal-Wej saret Triq it-Tabib A. Schembri Adami. It-tabib Anton Schembri Adami twieled il-Belt fl-14 ta’ Frar 1913. Wara l-elezzjonijiet generali ta’ l-1947 inhatar Ministru tas-Sahha u Servizzi Socjali. Fl-1948 introduca legislazzjoni dwar il-pensjoni favur ix-xjuh. Dan it-tabib dhuli ghamel snin joqghod il-Mosta fi Triq il-Kungress Ewkaristiku u ghalhekk kien sar habib kbir ta’ hafna Mostin.
Triq Gdida fi Triq tal-Wej saret Triq Madre Tereza. Is-soru qaddisa mahbuba minn kulhadd.
Triq Gdida fi Triq Salvu Barbara saret Triq Dun Karm Schembri. Dan is-sacerdot twieled il-Mosta f’April ta’ l-1911. Kien bniedem ta’ intelligenza mhix komuni u fl-1948 ha zewg dottorati, wiehed fil-Filosofija u l-iehor fit-Teologija mill-Universita Gregorjana ta’ Ruma. Dun Karm hadem hafna fil-qasam socjali li huwa kien tant ihobb. Kien qassis gharef, cajtier u b’mohh miftuh, habib tal-batut u l-fqir.
Triq Gdida fi Triq Salvu Barbara saret Triq Dun Pawlinu Mifsud. Dun Pawlinu Mifsud twieled il-Mosta fl-1867. Kien devot kbir ta’ l-Ewkaristija Mqaddsa u l-benefattur kbir ta’ l-Oratorju Qalb ta’ Gesu. Kien muzicista kbir tant li fost hwejjeg ohra ikkompona responsorji ghall-Gimgha l-Kbira u marci funebri mill-isbah. Dun Pawlinu kien bniedem ingenjuz. Ta’ min jghid li hu kien ghamel l-orgni z-zghir li ghandna fil-kor tar-Rotunda bla hlas.
Triq Gdida fi Triq l-Awrora saret Triq Dun Angelo Dingli. Dun Angelo kien sacerdot Mosti li ghex bejn l-1908-1984. Huwa kien sacerdot habrieki hafna u kien ukoll Vici-Parroku.
Triq Gdida fi Triq G.Hyzler saret Triq il-Kaptan Walter Salomone. Il-Kaptan Walter Salomone twieled il-Mosta fid-19 ta’ Ottubru 1888. Fl-1927 inhatar Ministru tad-Dwana u ta’ l-Agrikoltura. Kien ukoll Ministru ta’ l-Industrija u Kummerc u tal-Pulizija. Huwa miet fit-8 t’Awissu 1970.
Trejqa tal-Pont bejn Triq il-Kbira u Triq Baskal Buhagiar saret Triq il-Markiz Mallia Tabone. Il-Markiz Mallia Tabone kien membru tal-Kunsill tal-Gvern fl-1894. Huwa halla r-razzett li llum huwa uzat mill-Ghaqda Talent Mosti ghal skopijiet filantropici u kulturali.
Trejqa tal-Pont saret Triq il-Kavallier Carmelo Dimech (Din it-triq m’hi trejqa xejn u barra minn hekk diga tezisti Triq il-Pont). Carmelo Dimech twieled fit-2 ta’ Frar 1883. Carmelo Dimech kien benefattur kbir tar-Rotunda. Hallas ghall-iskultura u l-induratura tal-koppla u hareg il-flus biex isir il-Monument tal-Gimgha l-Kbira. Il-Papa ddekorah bil-Pro Ecclessia et Pontefice. Huwa miet fit-22 ta’April, 1958.
Triq il-Kbira Sqaq Nru. 5 saret Triq it-Tabib Ruzar Mizzi. It-Tabib Rosario Mizzi twieled il-Belt fit-8 ta’Frar 1876. Fl-1907 kien gie joqghod il-Mosta. Kien President tal-Banda Nicolo Isouard u President tal-Camera di Lettura li twaqqfet fil-kazin Santa Marija. Kien elett fl-Assemblea Legislattiva fl-elezzjonijiet ta’ l-1932. Huwa miet fit-8 ta’ Jannar 1943.
Triq Gdida fi Triq Santa Margerita saret Triq l-Isqof Tumas Gargallo li kien l-Isqof li waqqaf il-Parrocca tal-Mosta. Triq Santa Margerita kienet maghmula minn hafna frieghi. Ghalhekk inghata isem lil dawn id-diversi partijiet.
- (p.12) Triq il-Palazz ta’ Kaspru li tfakkar dan il-Palazz famuz fil-Mosta.
- Triq Dun Wistin Azzopardi. Dun Wistin kien sacerdot Mosti li ghex bejn l-1855-1922. Huwa baqa’ msemmi ghall-versi sbieh tieghu, fothom Inno alla Beata Vergine u O del Ciel Regina Possente, versi wisq gheziez ghalina l-Mostin.
- Parti ohra saret Triq il-15 ta’ Awissu – Jum Santa Marija.
Triq Sant’Antnin saret Triq Sant Anton Abbati. Din it-Triq dejjem kienet maghrufa ghal dan il-qaddis li ghandu kappella f’din it-triq iddedikata ghalih. Meta l-ismijiet tat-toroq inqallbu mill-Ingliz ghall-Malti kien sar zball.
Trejqa Sant’Anna saret Triq Patri Avertan Fenech peress li diga tezisti Triq Sant’Anna. Patri Avertan kien patri Karmelitan Mosti li twieled fl-1871 f’dawn l-inhawi. Bi qdusitu ghamel gieh lill-Ordni li haddan u lill-Mosta kollha.
Triq Gdida fi Triq il-Kullegg saret Sqaq Suor Theresa Spinelli. Dan l-isqaq jigi vicin il-Kunvent ta’ Santa Monika u ghalhekk se jissemma ghall-fundatrici tas-sorijiet Agostinjani.
Triq Mattew Callus saret Triq Guzeppi Callus, l-isem propju ta’ Callus li kien eroj Malti li minhabba li ddefenda d-drittijiet tal-Maltin gie mghallaq b’ordni tal-Gran Mastru La Vallette.
Triq Tonna saret Triq Cejlu Tonna li kien suldat qalbieni li ggieled bi qlubija kontra t-Torok flimkien mal-Kavallieri.
Trejqa fil-Parrocca (hemm ukoll Triq il-Parrocca) saret Triq il-Lunzjata b’tifkira tal-knisja ckejkna ta’ Marija Annunzjata li kien hemm f’dawn l-inhawi.
Pjazza Rotunda saret Pjazza tar-Rotunda.
Sqaq Nru 2 fi Triq l-Isperanza sar Triq Fabrizio Bartolo li hu l-iskultur ta’ hafna nicec f’diversi toroq tal-Mosta u anki ta’ medaljuni. Kien jahdem ta’ mastrudaxxa u skultur fl-istess hin fir-remissa li kellu fi Triq Sant’Anna.
Triq Gdida fi Triq ic-Cinju saret Triq il-Gardell. It-toroq f’dawn l-inhawi huma msemmija ghall-ghasafar.
Triq Gdida fi Triq San Silvestru saret Triq it-Tabib Ferdinand Calleja. It-Tabib Calleja ghex bejn l-1905-1990. Huwa studja f’Malta, l-Italja u l-Awstrija. Barra li kien patologu, kien tabib popolari hafna li minkejja l-professjoni tieghu ma sarx sinjur.
It-toroq fiz-zona industrijali ta’ hdejn Wied il-Ghasel issemmew ghal sigar tipikament Maltin. Dawn huma il-Ballut, iz-Znuber, iz-Zebbug, il-Kappar u l-Gharghar.
Triq Gdida fi Triq in-Naggar saret Triq l-Avukat Filippo Apap Bologna. Il-professur Apap Bologna twieled fl-1901. Fl-1947 kien elett fil-Parlament mid-distrett tal-Mosta. Miet f’eta zghira fl-1954.
Triq Gdida fi Triq il-Kostituzzjoni saret Triq is-Sur Nikol Muscat. Is-Sur Nikol twieled il-Mosta fl-20 ta’ Lulju 1901. Kien Segretarju tal-kazin Nicolo Isouard u President tal-Kazin tal-Mosta F.C. Kien elett fil-Parlament fl-1962. Huwa kien strumentali fil-bini tac-Centru Civiku fil-Mosta. Is-Sur Nikol miet fit-30 ta’Mejju 1972.
Sqaq Bistra. Dan m’hu sqaq xejn u ghalhekk sar Triq Bistra.
Triq Gdida fi Triq il-Wied saret Triq Frangisku Mangion. Frangisku twieled il-Mosta fit-23 ta’ Settembru 1905. Kien bidwi u ghalhekk il-hidma filantropika tieghu tiehu dimensjoni kbira. Miet fil-11 ta’ Novembru 1985.
It-triq mir-roundabout f’tarf Triq il-Kostituzzjoni sa San Guzepp tat-Targa saret Vjal Millbrae. Millbrae hija gemellata mal-Mosta. Hija belt f’San Francisco fejn hemm komunita kbira ta’ Mostin. Dan it-twinning gie ffirmat nhar it-28 ta’ April 1996.
It-triq minn San Guzepp tat-Targa sa Mount Joseph saret Triq Francesco Napuljun Tagliaferro, figura Nazzjonali. Ghex bejn l-1843-1915. Kien Direttur ta’ l-Edukazzjoni meta nbniet l-iskola primarja tal-Mosta. Kien President tal-Kazin Nicolo Isouard u Rettur ta’ l-Universita.
It-triq li minn tarf il-Kostituzzjoni tiehdok ghal Mount St. Joseph saret Triq il-Missjunarji Maltin. Din it-triq tibda mill-monument f’gieh il-Missjunarji Maltin (hafna minnhom Mostin) li gie inawgurat is-Sibt 2 ta’ Settembru 2000.
Triq ir-Refugjati saret Triq ir-Refugjati tal-gwerra. Dan l-isem ifakkarna fin-numru ta’ residenti specjalment min-naha t’isfel ta’Malta li fi zmien il-gwerra sabu l-kenn fil-Mosta.
It-triq li minn Triq il-Kbira taghti ghall-Kappella ta’ San Pawl tal-Qlejgha saret Triq il-kappella ta’ San Pawl tal-Qlejgha.
It-trejqa li minn hdejn San Pawl tal-Qlejgha tieghhu ghal Ta’ Qali saret Triq tas-sriedak.
Triq Gdida fi Triq San Guzepp saret Triq il-Kavallier Salvu Gatt. Is-Sur S. Gatt ghex bejn l-1905 u l-1995. Kien l-ewwel Mosti li lahaq Direttur ta’ l-Edukazzjoni.
Triq Gdida fi Triq San Guzepp saret Triq San Pacifiku, qaddis lli l-korp sant tieghu ilu meqjum fil-parrocca tal-Mosta sa mill-1783 bhala ko-patrun tal-Mosta.
Triq l-Eremita saret Triq San Pawl Eremita. Ghal San Pawl l-Eremita hi ddedikata l-knisja pittoreska ta’ go l-ghar f’Wied il-Ghasel.
It-toroq godda f’Ta’ Xkora ssemmew ghall-flora tipikament Maltija: Triq it-Tenghud tax-Xaghri, Triq il-Ghansal Ikhal u Triq il-Kahwiela.
Triq Gdida fi Triq il-Kbira saret Triq Ganni Chetcuti li kien l-ewwel Sindku fl-1801.
Biex tispicca l-konfuzjoni bejn Triq id-9 ta’ April u Triq it-Tabib Tumas Chetcuti, parti minn Triq id-9 ta’ April saret Triq Dun Alvaro De Sande, gwerrier qalbieni fiz-zmien l-attakki mit-Torok.