F'gheluq il-150 sena mit-tqeghid ta' l-ewwel gebla tar-Rotunda
minn Joseph Borg
Il-Mosta: Mejju – Gunju 1983
(p.6) L-istorja tal-Mosta tul dan l-ahhar seklu u nofs li ghadda tista’ tghid li twahhdet mal-grajja glorjuza tat-twaqqif tat-tempju monumentali taghha, li hu l-ikbar glorja ta’ rahal twelidna. Ma jistax jonqos ghalhekk li bhala Mostin ma nifirhux kull darba li jkollna l-okkazjoni li nfakkru xi grajja marbuta mal-bini ta’ din il-knisja hekk ghaziza ghalina, knisja li hi kollha kemm hi frott ta’ l-imhabba safja u kbira li missirijietna kellhom lejn l-Assunta. Bhalma ccelebrajna l-ewwel centinarju mit-twaqqif tar-Rotunda fl-1960 u bhlama ccelebrajna izjed bil-kbir gheluq l-ewwel mitt sena mill-konsagrazzjoni taghha f’Ottubru ta’ l-1971, huwa xieraq ukoll li matul din is-sena nfakkru ferhanin it-tqeghid ta’ l-ewwel hagra taghha, grajja li sehhet wara hafna tahbit u qtigh il-qalb nhar il-Hamis 30 ta’ Mejju, 1833.
Kien jum tassew kbir ghall-Mosta u jum li zgur li mela l-qlub tal-Mostin ta’ dak iz-zmien b’ferh mill-ikbar. B’digriet moghti mill-Isqof Frangisku Saverju Caruana bid-data tad-29 ta’ Mejju 1833, it-tqeghid ta’ l-ewwel hagra tal-knisja taghna kellu jitmexxa skont ir-rit u skont kif ighid il-pontifikal u r-ritwal Ruman minn Dr. Dun Salv Lanzon, Arcidjaknu tal-Knisja Katidrali taghna u Vigarju Generali ta’ l-Isqof. Din li l-Isqof baghat il-Vigarju tieghu ghall-funzjoni ta’ bidu ta’ bicca xoghol hekk kbira xejn ma daqqitilhom lil missirijietrna. Kulhadd jaf li dan l-Isqof qatt ma ried li ssir ir-Rotunda ta’ Grognet, izda dik li kien ghamel il-perit li kien ghazel hu. B’danakollu din il-grajja mhux talli ferrhet lill-poplu Mosti, imma talli wkoll, skont Ferris, gibdet ghadd kbir ta’ Maltin minn kull rokna tal-Gzira li mlew il-misrah ta’ quddiem il-knisja parrokjali l-qadima li kellna, fl-okkazjoni ta’ dik ic-cerimonja memorabbli.
L-ahjar deskrizzjoni ta’ dak li gara f’dik il-lejla sabiha gewwa l-Mosta hi dik li dehret fil-Gazzetta tal-Gvern tal-5 ta’ Gunju 1833 sewwa sew f’pagna 181 u 182, li tghid:
“Nhar il-Hamis li ghadda, it-30 ta’ Mejju, fl-erbgha ta’ wara nofsinhar giet imqieghda b’wirja u cerimonja kbira l-ewwel hagra tal-knisja l-gdida parrokkjali li sejra tinbena fil-Mosta. Il-ghamla tonda ta’ dan l-edificcju, li mhux bhal dawk il-knejjes ewlenin tal-Gzira, u l-gmiel u l-kobor tad-disinn tieghu kienu l-htija li gieghlu illi din il-festa tat-tqeghid ta’ l-ewwel hagra tkun xi haga kbira, u l-jum kien wiehed ta’ ferh ghan-nies kollha, imma l-iktar ghan-nies tal-Mosta. Ghal din il-festa mar il-Lwogotenent Gvernatur, bin-nies ta’ madwaru, u hafna min-nies l-iktar rispettabbli tal-Gzira, Inglizi kemm ukoll Maltin. Deputazzjoni maghmul mill-Kumitat tal-bini, il-Kleru u l-iktar nies maghrufa tar-rahal laqghu lill-Gvernatur taht ark trijonfali, imwaqqaf ghal dakinhar, u mbaghad imdawwar b’kull qima u rispett gie mehud minn hemm ghal fejn kellha titla’ l-knisja. Il-Wisq Reverendu Arcidjaknu Dun Salvatore Lanzon, Vigarju Generali kien ghal ta’ l-appoosta mahtur mill-Arcisqof, Isqof tad-Djocesi, biex jiccelebra f’din il-funzjoni sollenni; u hekk kif waqfet il-purcissjoni fuq il-post, il-Kancillier tal-Qorti tal-Isqof qara l-ittra tad-delegazzjoni.
Sar it-talb madwar il-pedament tal-knisja l-gdida u giet imqieghda l-hagra kif imur u bis-sollennita kollha, filwaqt li tahta tqieghdu flus taz-zmien li ahna fih. Hekk kif spiccat ic-cerimonja, il-Vigarju Generali tala’ fuq il-pulptu, li kien imwaqqaf ghal ta’ l-approsta magenb il-hagra, u tkellem fuq il-festa ta’ dakinhar, u kliemu heggeg bl-imhabba l-kotra tan-nies li kien hemm migbura fil-Mosta ghal din il-funzjoni li tigbdek.
Il-flus ghan-nefqa tat-twaqqif ta’ din l-opra qaddisa huma l-bicca l-kbira minn fundazzjoni kbira mhollija mill-mejjet Dun Felic Calleja, illi dan, fiz-zmien twil li dam Kappillan tal-Mosta, ra’ b’ghafsa ta’ qalb illi kien hemm bzonn knisja akbar, biex isiru dawk id-dmirijiet tar-ruh tal-merhla tieghu u ghalhekk wiehed jista’ jghid illi huwa kien l-ewwel li qanqal dan ix-xoghol.
Dan ix-xempju hekk tajjeb hiereg mill-qalb, gab warajh somom ta’ flus (p.10) minn nies l-aktar li jistghu tad-distrett, u l-gibda li n-nies ghandhom ghal din il-bicca xoghol xeghlithom hekk lil dawk li ma jistghux ighinu bil-flus qalu minn jeddhom li jridu jahdmu fil-btajjel u meta ma jkollhomx x’jaghmlu sa ma titlesta l-fabbrika.”
B’tifkira wkoll ta’ da nil-jum ghaziz, fid-digriet li bih l-Isqof Frangisku Saverju Caruana hatar lill-Vigarju tieghu Dr. Dun Salv Lanzon bhala l-mibghut tieghu f’din l-okkazzjoni, l-imsemmi Isqof kien ordna li fl-arkivju tal-Kurja ghandu jitqieghed document pubbliku tal-funzjonijiet li kellhom isiru. Ekku bil-Malti dak li nkiteb bil-Latin f’dak id-dokument mill-Awtorita Ekklesjastika:
“Bhala tifkira tat-30 ta’ Mejju, 1833
Fl-isem t’Alla hekk ikun. L-Illustrissimu u Reverendissimu Dun Salv Lanzon gharef fis-Sagra Teologija, Arcidjaknu tal-Knisja Arciveskovili u Katidrali ta’ Malta u Vigarju ta’ dan Frangisku Saverju Caruana, Rev.mu Arcisqof ta’ Rodi u Isqof ta’ din id-Djocesi ta’ Malta, bhala wiehed maghzul ghal ta’ l-apposta mill-imfahhar Isqof, kif jidher mid-dokumenti ma’ hawn imwahhlin, gie fil-pjazza tal-Mosta fejn in-nies ta’ dan ir-rahal behsiebhom jibnu knisja gdida taht l-isem tal-Beata Marija Vergni fejn hemm imqieghed salib ta’ l-injam.
Wara li libes bl-amittu, alba, stola, kappa bajda u mitra, l-imsemmi Vigarju qieghed sollennement quddiem in-nies l-ewwel hagra bhala bidu ta’ l-istess knisja skont kif ighid ir-Ritwal Ruman, wara li kien berikha bl-ilma u skongraha bil-melh, ordna lili Kancellier hawn taht iffirmat li naghmel document pubbliku ta’ dak li ghedna.
Kien hemm il-Kanonku Kugitur tal-knisja mqaddsa tal-Katidral, Dun Guzepp Sapian, Gan Batist Mifsud J.U.D., Saverju Galea M.D., in-Nutar Frangisk Chetcuti J.U.D. u hafna ohra mill-kleru u min-nies. Hekk ikun.
Fortunat Dalli Kancellier.”
Sebgha u ghoxrin sena wara t-tqeghid ta’ dik l-ewwel gebla, il-holma ta’ Dun Felic Calleja il-holma ta’ Gorg Grognet, il-holma tal-Mostin, saret realta. Kienu snin ta’ hidma bla waqfien li fihom il-poplu ckejken u fqajjar taghna wera sa fejn kien lest li jasal ghall-imhabba tar-Religjon. Kienu dawk is-snin li naqqxu b’ittri tad-deheb l-isbah pagna fl-istorja ta’ l-ghaziz rahal twelidna. Kienu u ghadhom dawk is-snin ta’ eroizmu li mbuttaw lilna u lil ta’ qabilna fi sforz dejjem akbar biex l-ghozza lejn il-knisja taghna li writna minghand ta’ qabilna nghadduha bla mittiefsa lil dawk li ghad jigu warajna.
Riferenzi
- Storja tal-Mosta bil-Knisja taghha ta’ E.B. Vella (1930).
- Musta its Memories and Charms, by Rev. Edgar W. Salomone (1910).