Il-vara ta' San Guzepp taghlaq mitt sena
minn Joseph Borg
Il-Mosta: Jannar – Marzu 1989
(p.4) L-istatwa tal-Patrijarka San Guzepp, meqjuma gewwa r-Rotunda, kienet ingiebet fostna fl-1889, is-sena li fiha kienet inbniet ukoll il-lanterna, fi zmien l-ewwel Arcipriet, Dr. Dun Pawl Xuereb, li gholla l-knisja taghna sa l-ghola tarf u ghollieha wkoll fid-dinjita ghax gabhielna Arcipretali.
L-istatwa kienet dehret ghall-ewwel darba fostna nhar l-14 ta' Mejju, 1889 u din is-sena tidher zgraffita fl-iskudett li hemm fil-faccata ta' wara tal-pedestall tal-vara. Nistghu nghidu li l-istatwa hija xoghol fin fil-kartapesta u, skond il-plakka ckejkna tar-ram li hemm imwahhla ma' l-istess pjanta jew pedata tal-vara, inhadmet fil-fabrika Franciza ta' Marsilja ta' "Galard et Fils". Dak iz-zmien l-istatwa biss kienet swiet 384 skud, filwaqt li l-pedistall, li huwa xoghol id-disinjatur u skultur imsemmi Mastru Pawl Bugeja tar-Rabat ta' Malta, kien sewa 108 skudi. Fl-1890 sarilha l-bastun tal-fidda li jintuza ghall-festa u kien gie mhallas minn Guzeppi Buhagiar, li ismu, flimkien mas-sena, jidhru fl-istess bastun.
Fl-1894 l-istatwa kien sarilha wkoll il-bankun li nhadem mill-Imghallem Saveri Oliva. Biex il-vara tkompli tisbieh kienu gew ordnati wkoll erba' angli l-gmiel taghhom ghal fuq il-mensoli tal-pedistal. Dawn l-erba' angli huma ta' "Galard" ukoll u kienu tlestew f'Mejju ta' l-1897. L-angli ta' quddiem qedghin izommu wiehed il-gilju, simbolu tas-safa tal-kbir Patrijarka, u l-iehor kartella bil-kelmiet Latini fiha "Ite Ad Joseph," jigifieri "Morru ghand Guzeppi." L-angli ta' wara ghandhom f'idejhom wiehed il-martell u l-iehor l-iskorra sabiex ifakkruna li Guzeppi kien mastrudaxxa umli ta' Nazareth li mantna lill-Iben t'Alla maghmul bniedem u lil Ommu Marija bix-xoghol umli tieghu.
Fl-1959 fi zmien il-Prokuratur Dun Karm Mifsud l-istatwa kienet saritilha girlanda gdida tal-ganutell ghand l-Imghallem Manwel Sciberras tal-Qrendi sabiex tintuza ghall-festa. Fl-1965 kienu gew restawrati mill-gdid l-erba' angli mill-Kavallier Rafel Bonnici Cali u indurati mis-Sur Pawl Xuereb tad-Ditta Coleiro tal-Belt Valletta u f'Awissu ta' l-1973 l-istatwa giet mehuda l-Belt ghand l-imsemmi Ditta Coleiro sabiex tigi zgraffita kif tidher illum. Kien zgraffieha u induraha l-imghallem Pawlu Xuereb taz-Zurrieq. Il-kuluri tista' tghid li baqghu l-istess barra l-libsa tal-Qaddis, li qabel kienet celesti u kif inhi llum hija vjola, filwaqt li l-mantell kannella gie skurat xi naqra iktar milli kien. Din l-induratura l-gdida xerqitilhom tassew lil San Guzepp u lill-Bambin u konna rgajna rajniehom bil-libsa l-gdida nhar it-Tnejn, 29 ta' April, 1974, ftit qabel il-festa ta' San Guzepp, li dik is-sena kienet habtet nhar il-5 ta' Mejju. Ta' min isemmi wkoll li l-istatwa kienet giet ippitturata mill-Kavallier Rafel Bonnici Cali. L-ispejjez ta' l-induratura kienu telghu ghal Lm150 u kienu thallsu mill-benefattur u devot ta' San Guzepp Fidiel Frendo, li ghal bosta snin kien ihobb jarfa' l-istandard tal-Fratellanza ta' San Guzepp fil-hafna purcissjonijiet li kienu johorgu mill-Knisja taghna tulek ja sena.
Kull min ihares lejn din ix-xbieha helwa u devota ta' San Guzepp zgur li ghandu jibqa' milqut mill-espressjoni ta' qdusija liema bhalha li hemm hierga mill-wicc ghaziz ta' dan il-Kbir Patrijarka. Ta' hlewwa kbira huwa l-Bambin Gesu f'dik in-naghsa helwa bir-ras ckejkna tieghu mixhuta fuq spallejn it-twajjeb Guzeppi, li qieghed izommu b'ghozza f'idu l-leminija. Fix-xellugija ghandu l-gilju, xbieha tas-safa ta' qalbu jew, kif ifissru xi ohrajn, is-safa ta' l-Gharusa tieghu, il-Vergni Immakulata Marija, li Taghha u ta' Binha, fuq din l-art, kien il-Kap u Kustodju l-aktar fidil.
Jekk nersqu lejn il-vara meta tkun armata ghall-festa u ninnutaw sewwa ghandna nilmhu kliem bil-Latin fl-iskudett ta' quddiem li hemm fil-pedistall li jghid "Non Impetrat, sed imperat", li bil-Malti jfisser, "Ma jitlobx, imma jikkmanda". Dan il-kliem kien qalu l-gharef u devot kbir ta' San Guzepp, Jean Chartier, maghruf bhala Garson, li f'hajtu hadem kemm felah sabiex jixghel qlub l-Insara b'imhabba u devozzjoni lejn San Guzepp. Jixraq dan il-kliem fuq il-pedistall tal-vara ta' San Guzepp tal-Parocca taghna ghax hareg mill-qalb u l-fomm ta' iben kbir ta' Franza Kattolika tas-Seklu XIV u fl-istess hin jidher taht statwa li originat f'belt Franciza. Fuq kollox jixraqlu dan il-kliem lil San Guzepp ghax Alla ghazlu minn fost il-bnedmin kollha sabiex ikun il-Kap tas-Sagra Familja.
Referenzi
- Il-Mosta, Nru.36, Frar-Marzu, 1971.
- Il-Mosta, Nru.90, April-Mejju-Gunju, 1980.
- The Life and Glories of St.Joseph, Edward Healy Thompson M.A.
- Hajr lil Dun Salv Magro ta' xi taghrif li kien ghaddieli migbur minn registri qodma mizmumin fl-Arkivju tal-Knisja.
- Hajr ukoll lill-Ex-Prokuratur tal-Fratellanza ta' San Guzepp ta' xi taghrif iehor li kien tani.
N.B. Ghall-festa ta' din is-sena l-Prokuratur Dun Stiefnu Fava ghandu l-hsieb li jargenta mill-gdid l-erba' gastri ta' l-injam ta' fuq il-bradella. Dawn qeghdin jigu argentati ghand l-induratur Horace Farrugia ta' l-Imdina. Qieghed isir ukoll kull sforz sabiex il-fjuretti ta' dawn il-gastri jsiru mill-gdid tal-ganutell. Wiehed jawgura li ghall-festa ta' din is-sena wkoll jkunu lesti.