The Mosta Archives Banner

Ventartal gdid fil-knisja ta' Sant'Anton


Il-Mosta: Jannar – April 1985


Ventartal gdid fil-Kappella ta' Sant'Anton Abbati, Mosta Il-ventartal gdid li sar ghal din il-Kappella

(p.6) Nhar il-Hadd, 20 ta' Jannar giet iccelebrata l-festa ta' San Anton Abbati fil-kappella ta' San Anton. F'din l-okkazjoni sar it-tberik annwali tal-bhejjem, li taghhom San Anton huwa l-patrun. It-tberik sar mill-Wisq Rev. Arcipriet Dun Joe Carabott. F'din l-istess okkazjoni zzanzan ventartal gdid.


Dan huwa ta' l-injam, indurat bil-fidda. Ix-xoghol ta' l-induratura sar mid-ditta Coleiro tal-Belt. Ix-xoghol ta' l-injama kif ukoll id-disinn tieghu saru minn Frans Tonna, li ilu jiehu hsieb din il-kappella ghal aktar minn hamsa u ghoxrin sena.


Huwa ddisinja wkoll ir-rakkmu ta' dan il-ventartal. L-iskultura saret minn Joseph Agius minn Birkirkara. Dan kollu sar bit-thabrik ta' Dun Salv Magro, ir-rettur ta' din il-kappella. Dun Salv jiehu hsieb li jqaddes quddiesa kuljun f'din il-kappella fil-11:00am matul il-gimgha kif ukoll fis-7:30am nhar ta' Hadd. Il-panew fih rakkmu tad-deheb mahdum fuq il-lama bl-istemma tal-qaddis.


Intwerew ukoll zewg kwadri tal-Via Sagra, xoghol tal-Pittur, il-Kav. Pawlu Camileri Cauchi.