The Mosta Archives Banner

Video mis-sensiela Skritt dwar kuntratt ta' kummissjoni biex isir bust ghall-Arcipriet Dun Pawl Xuereb



Dan il-video mis-sensiela Skritt li kien ixxandar fuq TVM jitkellem dwar kuntratt tad-19 ta' Gunju 1905 li sar ghand in-nutar Francesco Giorgio Schembri fejn qed jigi ikkummisjonat bust fir-Rotunda ghall-ex Arcipriet Dun Pawl Xuereb (twieled fl-20-Apr-1844) li ormaj kien ga ilu fuq 10 snin mejjet (miet fil-kariga fit-22 ta' Novembru 1894). Carlo Xuereb, hu l-ex Arcipriet, kien qed iqabbad lill-iskultur ta' madwar 40 sena Francesco Saverio Sciortino (1875-1958) hu l-artist rinomat Antonio Sciortino, u li kellhom ommhom Mostija, certu Saverja, oht Dun Pawl Buhagiar. Kien wiehed mill-artisti prominenti Maltin li izda sfortunatament ma tantx hu maghruf. L-istess skultur kien cirka fl-istess zmien tqabbad jaghmel id-disinn tal-prospettiva madwar it-titular fil-Kappella ta' Sant'Anton Abbati, bl-iskultura kien hadima huh l-imsemmi Antonio, li nahseb kienu maghrufin sew ir-rahal jekk nassumu li taf kienu sikwit jinzlu l-Mosta biex izuru lill-nanniethom min-naha t'ommhom. Biex seta' jaghmel il-bust F. S. Sciortino kellu jimxi fuq ritratt tal-Arcipriet li ghaddewlu familtu, u ghal dan ix-xoghol kellu jithallas £64 (64 Lira Sterlina).




L-iskultur Francesco Saverio SciortinoRitratt tal-iskultur Francesco Saverio Sciortino
L-Arcipriet Dun Pawl Xuereb fl-1870Ritratt tal-Arcipriet Dun Pawl Xuereb (1844-1894), mehud fl-1870 (meta kellu 26 sena), wiehed milli fuqu F. S. Sciortino hadem bust ghalih.
Il-bust tal-Arcipriet Dun Pawl Xuereb fir-RotundaIl-bust tal-Arcipriet Dun Pawl Xuereb fil-Kappellun tac-Cintura fir-Rotunda kif hadmu Francesco Saverio Sciortino.
L-Arcipriet Dun Pawl Xuereb jiddiskutu l-pjanta ghall-lanterna tar-RotundaL-imghallem Angelo Sammut, l-Arcipriet Dun Pawl Xuereb, Dun Pietru Magri u Dun Pawl Chetcuti jiddiskutu l-pjanta tal-lanterna tar-Rotunda li saret fl-1889.


Aktar informazzjoni fuq l-Arcipriet Dun Pawl Xuereb


Minn din il-link tal-Facebook Group MSIEBAH SENGLEANI


DUN PIETRU PAWL XUEREB (1844 – 1894)

  • Twieled l-Isla fl-20 ta’ April 1844 minn Pietru Xuereb u Maria mwielda Cordina.
  • Ġie ordnat saċerdot fit-22 ta’ Diċembru 1866 u fl-1 ta’ Awwissu 1867 ġie mogħti l-pussess bħala Kanonku Kantur fi ħdan il-Kapitlu tal-Kolleġġjata tal-Isla.
  • Fl-1869 inħatar Kappillan fil-Parroċċa tal-Qrendi fejn beda jxerred devozzjoni lejn il-Madonna ta’ Lourdes li mill-ewwel sabet art għammiela. Fl-1878, il-Kappillan Xuereb, waqqaf il-Fratellanza tal-Madonna ta’ Lourdes f’dan ir-raħal u, biex tkompli tikber id-devozzjoni, kiteb il-Kurunella ta’ Lourdes. Flimkien mal-familja tiegħu, kien benefattur kbir ta’ din il-Fratellanza.
  • Fl-1883 ġie maħtur Arċipriet tal-Parroċċa tal-Birgu. Fl-1885, l-Isqof Mons. Anton M. Buhagiar OFM Cap., Amministratur Appostoliku, ikkonferma l-Fratellanza tal-Via Crucis fil-Kolleġġjata ta’ San Lawrenz li, għalkemm imwaqqfa fl-1876, kienet sospiża.
  • Fl-1887 ġie mogħti l-pussess bħala Kappillan tal-Parroċċa tal-Mosta. Bit-tħabrik tiegħu, fl-10 ta’ Lulju 1888, il-parroċċa saret Arċipretali u b’hekk, Xuereb sar l-ewwel Arċipriet tal-Mosta.
  • Dun Pietru Pawl Xuereb miet fit-22 ta’ Novembru 1894 u ġie midfun fil-Knisja Arċipretali tal-Mosta fejn ġie wkoll imwaqqaf monument għall-unur tiegħu fuq qabru. Triq fil-Qrendi ġġib ismu.

Minn din il-link tal-Facebook Page tan-NATIONAL LIBRARY OF MALTA


On this day (16th August 1900)
Wahda lill-lunetti mhallsa mill-Arcipriet Dun Pawl Xuereb fir-Rotunda tal-Mosta

  • in 1900, the newspaper “Il Portafoglio Maltese” reported on the inauguration of the first two [The Birth of Christ and the Resurrection] of eight lunettes painted by Giuseppe Calì at the Mosta church.
  • Dun Angelo Camilleri (1860-1927), then procurator of the church, approached Calì to depict the eight indoor murals set between each chapel. The ornamentation of the acclaimed Rotunda was owed to a fund specifically established years before by the late Reverend Paulo Xuereb DD., the first archpriest of the village. The eight lunettes were to depict episodes from the life of Christ but the authorities in question took some convincing on the subject matter. One of the two options pushed forward was actually Grognet’s (the church’s architect) own original design which proposed two angels adorning each of the eight lunettes. The episodes of the life of Christ were finally approved by Bishop Pietro Pace (1889-1914) on 9th January 1900.
  • “Il Portafoglio Maltese” encouraged the public to visit the Rotunda and admire the new art, emphasising the successfully-accomplished work by Calì, already applauded for many similar works by highly-esteemed artists and art connoisseurs. A Maltese painter and son of a Neapolitan family who settled in Valletta, Giuseppe Calì (1846-1930) studied art in Naples from a very young age. His distinguished religious works embraced a foreign graft which lacked any real local antecedents and his paintings adorn many of Malta’s churches till this very day.