The Mosta Archives Banner

Miet Vincenzo Apap (1909-2003): Skultur maghruf b'konnessjoni kbira mal-Mosta

minn Victor B. Caruana


Il-Mosta: Mejju – Awissu 2003


Funeral Vincenzo Apap f'Tan-NazzarenuIl-knisja tan-Nazzarenu f'Tas-Sliema waqt il-funeral ta' Vincenzo Apap nhar is-17 ta' Frar 2003

(p.12) Il-maghruf skultur Vincenzo Apap miet nhar is-Sibt 15 ta’ Frar 2003 fl-eta ta’ 93 sena. Huwa twieled fl-1 ta’ Novembru 1909. Kien gej minn familja ta’ artisti maghrufa. Huh Joseph kien wiehed mill-aqwa vjolincellisti li kien hawn f’Malta. Huh iz-zghir kien il-maghruf Willie Apap. Missierhom kien miet zghir u ghalhekk Vincenzo beda jiehu hsieb hutu daqs li kieku kien missierhom.


Vincenzo beda l-istudji tieghu fl-arti fl-Iskola ta’ l-Arti fejn l-ghalliem tieghu kien Edward Caruana Dingli. Fl-1927 huwa rebah Borza ta’ Studju fil-British Accademy of Arts f’Ruma, li dak iz-zmien kienet immexxija minn Antonio Sciortino, wiehed mill-aqwa skulturi Maltin.


Xoghlijiet diversi


L-ewwel monument li hadem kien fl-1931 meta kellu 22 sena. Dan kien ta’ Fra Diegu u jinsab il-Hamrun. Huwa hadem diversi bustijiet ghall-Familja Rjali Ingliza. Dawn kienu wiehed tar-Regina Elizabetta, tnejn tad-Duka ta’ Edinburgh u tnejn ohra ta’ Prince Charles (Prince of Wales). Dawn illum jinsabu f’Buckingham Palace. Huwa hadem ukoll bustijiet ta’ Lord Mountbatten u l-Kontessa Edwina Mountbatten. Wiehed qieghed l-Ingilterra u l-iehor l-Isle of Man. Dawn kollha hadimhom bejn is-snin 1951-1982. Huwa ghandu wkoll monument ta’ Lord Beaverbrook li jinsab Fedrichton, il-Kanada.


Vincenzo hadem diversi monumenti sbieh ta’ personaggi mportanti Maltin li hafna minnhom qeghdin il-Belt Valletta. Fil-pjazza ta’ Kastilja hemm dak ta’ Sir Paul Boffa (1976) u dak ta’ Dr. Gorg Borg Olivier (1990). Quddiem San Gwann hemm il-bust ta’ Dr. Enrico Mizzi (1964). Kull meta nidhlu l-Belt naraw il-funtana tat-Tritoni (1959), xoghol iehor ta’ Censu Apap. Hadem ukoll il-monument ta’ Dante Alighieri li jinsab il-Furjana (1965).


Jekk immorru sal-Barrakka ta’ Fuq naraw zewg xoghlijiet ohra sbieh tieghu. Dawn huma ta’ Sir Winston Churchill u ta’ Guzeppi Cali, il-pittur b’tant xoghlijiet sbieh fir-Rotunda.


Jekk immorru Haz-Zabbar naraw monument li huwa hadem ta’ Patri Feliciano Grech O.P. Fil-Katidral ta’ l-Imdina nsibu l-monument ta’ l-Arcisqof Mons. Mikiel Gonzi (1971). L-ahhar bust li hadem kien tal-President ta’ Malta l-Prof. Guido de Marco. Dan spiccah fl-1998 meta kellu 89 sena. L-ahhar bicca xoghol kbira li huwa ghamel kienet l-istatwa ta’ Kristu Rxoxt li tinsab fil-knisja tal-Qawra.


Fil-Mosta


Santa Marija fuq iz-zuntier ta' Vincenzo ApapL-istatwa sabiha ta’ Santa Marija li tinsab fuq iz-zuntier tar-Rotunda. Din hadimha Censu Apap fis-snin tletin tas-seklu l-iehor.

Fir-Rotunda nsibu diversi xoghlijiet sbieh tieghu, fosthom il-panewijiet, tmienja b’kollox, li jzejnu l-pulptu. Kif nidhlu mill-bieb il-kbir, fuq in-naha tal-lemin, insibu l-Fonti ta’ l-Ilma Mbierek maghruf bhala ‘tan-nisa,’ imzejjen b’hames angli tal-bronz tassew sbieh.


Fil-Kor wara l-artal maggur insibu l-istatwi ta’ sitt arkangli, tlieta kull naha. Fit-tarf taz-zuntier insibu zewg statwi ohra tassew sbieh tieghu, li huma dik ta’ Santa Marija u dik ta’ San Guzepp bil-Bambin. Taghrif tassew dettaljat dwar dawn deher f’IL-MOSTA fl-artikli sbieh tas-Sur Joseph Borg fil-hargiet ta’ Mejju-Awissu 2000, Mejju-Awissu 2001, Mejju-Awissu 2002.


Bicca xoghol ohra sabiha ta’ Censu Apap fil-Mosta huwa anglu tal-bronz li jinsab fic-cimiterju tal-Mosta. Huwa ghamel dan il-monument funebri sabih ghal fuq il-qabar ta’ Mons. Anton Muscat u tal-familjari tieghu.


L-istatwa titulari ta' Santa Marija


Izda fil-Mosta, bla dubju ta’ xejn isem Censu Apap jibqa’ marbut max-xoghol li huwa ghamel fuq l-istatwa titulari ta’ Santa Marija. Din kienet saret mill-iskultur Mosti Salvu Dimech fl-1868. Wara li ghadda zmien mhux hazin, din kellha bzonn ta’ hafna restawr. Ghalhekk fl-1947 gie mqabbad Vincenzo Apap li rrangaha u fi kwazi sena rnexxielu johrog l-istatwa sabiha li naraw illum.

Qabel ma mess l-istatwa antika, huwa ghamel abbozz full size li llum jinsab fis-Sagristija ta’ l-Oratorju Qalb ta’ Gesu tal-Mosta. Dun Ang Camilleri qalli li meta kien tifel kien imur jara lil Censu Apap jahdem fuq dan l-abbozz. Huwa qalli li dan hadmu f’garaxx fi Triq il-Kbira l-Mosta, in-naha ta’ l-istatwa ta’ San Guzepp. L-inawgurazzjoni ta’ l-istatwa titulari kif irrangaha Vincenzo Apap saret nhar il-Hadd 8 ta’ Awissu 1948. Dakinhar Dun Pawl Calleja Vici-Parrokku pogga fuq rasha stellarju tad-deheb.


Il-mewt ta' Vincenzo Apap – 15 ta' Frar 2003.


Vincenzo Apap kien mizzewweg lil Marija Bencini (illum mejta) fl-1941 u kellhhom tliet ulied: John, Nella u Manon. Huwa miet nhar is-Sibt 15 ta’ Frar 2003 fis Suncreek Residential Home f’Tas-Sliema. Il-funeral tieghu sar nhar it-Tnejn 17 ta’ Frar 2003 fil-knisja ta’ Gesu Nazzarenu f’Tas-Sliema u wara ndifen fic-cimiterju ta’ l-Addolorata.


Malli tidhol fil-knisja tan-Nazzarenu f’Tas-Sliema tara xi haga mhix tas-soltu. Mal-knisja kollha tara numru ta’ statwi kbar u sbieh. Dawn huma tal-gibs kulur il-bronz li qeghdin ftit fil-gholi. B’kollox hemm 39 statwa. Dawn huma ta’ l-Appostli, tal-Profeti, Madonna bil-Bambin, San Duminku, Abel u Gesu Nazarenu.


Tmienja minnhom hadimhom l-iskultur Taljan Giuseppe Moschetti. Diversi xoghlijiet sbieh tieghu jinsabu fil-Palazzo di Giustizia f’Ruma. Il-bqija ta’ dawn l-istatwi huma kollha xoghlijiet mill-isbah ta’ Vincenzo Apap. Dam jahdimhom madwar tletin sena u spiccahom xi tmien snin ilu. Huwa dahhal l-ucuh ta’ personaggi maghrufa bhala mudelli. Fost dawn insibu lil Ezekjel li hadmu fuq wiccu stess, lil Micheas li hadmu fuq wicc huh il-pittur Willie Apap u lil Abel li hadmu fuq neputih Tristian.

Kif qal il-kappillan ta’ din il-parrocca Fr. Lawrence Attard waqt il-quddiesa praesente cadavere, kien tassew xieraq li din issir hawnhekk fejn hawn monuent haj tax-xoghlijiet sbieh ta’ Censu Apap. Hdejn it-tebut kien hemm l-E.T. il-President ta’ Malta Prof. Guido de Marco, habib u ammiratur kbir tax-xoghlijiet tieghu.