Wied il-Ghasel
minn Miss M.A. Buhagiar
Il-Mosta: Dicembru 1966 – Jannar 1967
(p.3) Wiehed mill-widien sbieh li jzejnu l-Gzira taghna huwa bla dubju Wied il-Ghasel, f’tarf il-Mosta, li jibqa’ jghawweg triqtu sas-Salini min-naha wahda u sa Wied il-Qlejgha min-naha l-ohra.
Il-gebel caghki li ghad hemm imxerred mal-wied u l-hitan wieqfa tieghu jaghtu xhieda li fi zmien l-imghoddi flok in-nixfa li hemm illum, kien jigri l-ilma ta’ xi xmara, u mal-gnub tieghu kienu jhaddru izjed hxejjex u sigar; u billi x-xmajjar issibhom fejn hemm il-muntanji, dan il-Wied huwa prova illi fi zmien imbieghed Malta kienet imghaqqda ma’ l-artijiet ‘il fuq u ‘l isfel minnha, jigifieri l-Ewropa u l-Afrika, fejn hemm il-muntanji.
Nawraw fl-istorja, illi fil-hmistax u sittax-il seklu dan il-wied kien iservi ta’ kenn ghall-furbani li kienu jigu Malta bix-xwieni taghhom biex imbaghad fil-hemda tal-lejl johorgu u jahbtu ghall-Maltin u jaghmlu herba mill-ucuh tar-raba’ u minn kull ma kien jigi ghal idejhom.
Jekk il-gebel, il-ftit hdura li hemm, it-tifsila tal-wied, it-tghawwig tieghu, il-ghana ta’ l-ghasafar huma ta’ gmiel naturali, kemm huwa isbah il-wied wara xi xita qawwija meta l-wied jidwi bil-hoss ta’ l-ilma li mghaggel, mghaggel, jitgerbeb ghan-nizla qalb il-gebel, fil-mixja tieghu lejn il-bahar, fejn jinghaqad ma’ l-ilmijiet tal-Mediterran! U xi nghidu ghall-gherien li jsebbhu dan il-wied li min jaf kemm fl-imghoddi servew ta’ kenn ghat-Torok qabel ma kienu johorgu ghall-attakki taghhom fuq l-irhula.
F’wiehed minn dawn l-gherien il-kbar, bejn wiehed u iehor f’nofs dan il-Wied, hemm knisja ddedikata lil San Pawl eremita, li thares lejn il-Lvant. Din il-knisja kienet regghet inbniet ghall-ahhar tal-hmistax il seklu flok ohra qadima sewwa fl-istorja ta’ l-gharusa tal-Mosta. Skond it-tradizzjoni l-Gharusa giet misruqa mit-Torok mill-palazz ta’ missierha, it-Torri Cumbo, li, ghalkemm xi ftit mibdul, ghadu jezisti sallum, fil-ghodwa tal-jum tat-tieg, li kellu jsir f’din il-knisja. Skond it-tradizzjoni wkoll, f’dan l-ghar twil, qisu logga, bi blat fuqu, kienu jghammru xi eremiti.
L-artal tal-gebel li hemm fil-knisja taht il-pittura ta’ San Pawl eremita huwa xoghol ta’ Mastru Ang Gatt miz-Zejtun illi huwa hadem fiz-zmien li kienet qieghda tinbena r-Rotunda (il-Parrocca). Minn gewwa din il-knisja ta’ San Pawl Eremita tidhol fi grotta fejn tinsab ivvenerata x-xbieha tal-Madonna bil-Bambin sa mill-1656. Dan il-kwadru gie mqieghed ghall-qima ta’ l-insara minn Gian Pawl Mangion, Mosti, f’dis-sena. Bil-permess ta’ l-Isqof F. Gio Mikiel Balaguer Camarasa fis-27 ta’ Jannar 1656, l-istess Mangion biddel din il-grotta f’kappella, sawwar artal fil-blat u pogga bhala titular dan il-kwadru tal-Madonna, wara li fl-attijiet ta’ Gian Pawl Fenech tat-28 u 30 ta’ Dicembru 1655 kien halla biex kull nhar ta’ Sibt tinxteghel il-lampa tal-Madonna u kull sena ssir il-festa taghha bil-Quddiesa nhar il-Gandlora bil-patt li kemm il darba ‘l quddiem il-festa ma tkunx tista’ssir fil-gurnata taghha, ghadha ssir nhar il-Vitorja. Illum flok l-altar tal-gebel jinsab imqieghed iehor ta’ l-irham, mahdum fuq stil ta’ dak iz-zmien.
F’din il-grotta hemm nixxiegha ta’ l-ilma li qatt ma taqta’ bi tliet hwat imhaffra fil-blat fuq xulxin li jbiddlu l-ilma minn wiehed ghall-iehor, imbaghad jghib taht l-art. Xi storici jghidulna li l-ilma kien iservi ghax-xorb ta’ l-eremiti li hawn kienu jghixu u gie lilhom moghti b’miraklu. Fl-istess ghar ta’ quddiem il-knisja hemm bir ta’ l-ilma li jimtela’ minn nixxiegha jew carcara li hemm ma’ genbu. Zmien ilu kien hemm tliet statwi fuq pedistal wiehed tawwali tat-tliet qaddisin eremiti San Gwan Battista, San Pawl u Sant’Anton. Dawn l-istatwi gew imnehhija, ghaliex gew immolestati.
Fiz-zmien antik din il-knisja kienet wisq iffrekwentata u l-Mostin kellhom devozzjoni kbira lejn il-Madonna tal-Grotta. Ghall-festa kienu jingabru folol kbar ta’ nies mhux biss mill-Mosta, izda minn kull qalba tal-Gzira. L-Arcisqof Don Mauro Caruana, milqut mill-importanza ta’ dan il-monument storiku, halla l-knisja taht il-kura tar-Rev. Dun Karm Gauci, illi fil-bidu ta’ dan is-seklu ha hsieb biex isewwi l-knisja, waqqaf rixtellu tal-hadid u sebbah il-Grotta. Ha hsieb ukoll jirranga l-moghdija matul il-wied, li taghti ghall-knisja. Ta’ kull nhar t’Erbgha d-devoti kienu jinzlu mat-tbexbix, jaqsmu l-Wied, fil-bnazzi jew fix-xita, fis-shana jew fil-ksieh, biex jassistu ghall-Quddiesa fil-kappella tal-Grotta u hemm jircievu t-tqarbin imqaddes. Wara l-quddiesa l-insara kienu jixorbu mill-ilma tal-hawt waqt li kienu jirrecitaw xi Ave Maria u jitolbu l-ghajnuna tal-Madonna. Nhar ta’ Hadd wara nofsinhar, il-knisja kienet tinzamm miftuha ghaz-zjajjar tad-devoti, li dak iz-zmien kienu jistghu jinzlu hemm minghajr tfixkil, hafna drabi biex imomplu l-weghdi li jkunu ghamlu. Minn zmien l-ahhar gwerra, dawn id-devozzjonijiet waqfu u l-knisja ftit jew xejn hi ffrekwentata. Il-knisja madanakollu ghadha tfakkar lil kul min jghaddi mil-wied, fl-importanza storika taghha.
Skond il-leggenda fi zmien imbieghed, il-blat ta’ dan il-Wied kien mimli b’xehdiet tal-ghasel, illi minnhom il-Wied ha l-isem ‘Wied il-Ghasel’. Il-gwerra biddlet hafna mill-aspett storiku tal-wied, izda hafna tracci ta’ interess ghadhom isebbhu l-Wied, ghal min ihobb l-istorja jew in-Natura.
N.B. Punti storici fuq il-knisja huma mehudin minn “Noti ta’ Dun Karm Gauci”.