The Mosta Archives Banner

Xbihat tal-Bambin tal-Milied fil-Parrocca tal-Mosta

minn Joseph Borg


Il-Mosta: Harga Nru. 2 (2006) Format Gdid


(p.30) Xbihat tal-Bambin tal-Milied, issibhom tista’ tghid f’kull dar tal-Gzejjer taghna. Jaraw id-dawl f’dawn il-granet sbieh tal-Milied li jfakkruna meta l-lben t'Alla sar bniedem bhalna. Jispikkaw l-aktar dawk li naraw fil-knejjes taghna f’nicec, fl-iskannelli ta’ l-artali u xi kultant fuqhom wkoll, fosthom dawk tal-parrocci tal-Birgu, Bormla, l-Isla, Birkirkara, Haz-Zebbug u z-Zejtun. Il-Mosta wkoll kellha fl-imghoddi u ghad ghandha anki llum minn dawn ix-xbihat tal-Bambin Gesu li kienu jew ghadhom mizmumin b’ghozza fil-Parrocca taghna.


Bambin tax-xama’ fil-knisja parrokkjali l-qadima


Bambin tax-xama fil-Kappella tal-Isperanza mill-Knisja l-Qadima tal-Mosta

Nibdew biex nghidu, li fit-tieni knisja parrokkjali li kellna, dik ta Tumas Dingli, fost l-ghaxar artali li kellha, kien hemm dak ta’ San Guzepp. Sa l-1666, dan l-artal kienu jsejhulu dak ta’ Santa Mania ta’ l-Egittu, ghax il-kwadru ta’ fuq dan l-artal kien juri l-Harba tal-Familja Mqaddsa fl-Egittu. Mill-vista pastorali li l-Isqof Alpheran De Bussan ghamel fil-Mosta fl-1744 nafu li fuq l-iskannell ta’ fuq ta’ dak l-artal kien hemm nicca ckejkna b’Bambin tax-xemgha fiha. Dan kien imdawwar b’hafna fjuri tad-drapp u l-hajt. Madwar in-nicca kien hemm imdendlin ghadd ta' ex vote, xhieda tad-devozzjom li kien igawdi dan il-Bambm minn nies tal-Mosta.


Meta l-knisja ta’ Tumas Dingli twaqqghet, xi kwadri milli kellha, wara li gew imkabbrin, sabu posthom fuq l-artali godda tar-Rotunda. It-titular ta’ l-Assunta sab postu fil-kor filwaqt li dawk ta’ Santu Rokku u tal-Madonna tac-Cintura sabu posthom fl-ahhar zewg kappelli, fuq in-naha ta’ waru tal-knisja. Ohrajn dendluhom fis-sagnstijiet, bhalma huma dawk tar-Ruzarju, ta’ San Pawl, tal-Lunzjata, ta’ San Duminku u Sant Antrin u dak tal-Missier Etern, flimkien ma’ xi ohrajn. Dak ta San Guzepp ma jidher imkien. Jista’ jkun li kellu xi hsara irreparabbli li kienet gratlu waqt it-twaqqigh tal-knisja. Min jaf?


Lanqas ma nafu x’gara minn dak il-Bambin tax-xemgha li kien hemm fuq l-artal ta’ San Guzepp. Is-sens komun jghidilna li x’aktarx zammewh fil-knisja l-gdida sakemm sar dak ta Darmanin. X'aktarx ukoll li kif kellhom wiehed gdid, l-antik tawh lill-Knisja ta' l-lsperanza. Tghid dak il-Bambin li jidher f’nicca taht il-kwadru tal-Madonna ta' l-Isperanza huwa l-istess wiehed imsemmi fil-vizta ta’ l-Isqof Alpheran De Bussan? Dwar in-nicca li kien fiha l-Bambin tax-xemgha fuq l-artal ta’ San Guzepp fil-knisja l-qadima nistghu nibqghu zguri li hi l-istess wahda li ghadha tinsab merfugha f’wahda mill-kmamar ta’ fuq is-sagristijiet tar-Rotunda.


Il-Bambin ta’ Karlu Darmanin


Bambin ta' Karlu Darmanin fil-Kappella Sant'Anton Abbati tal-Mosta

L-ewwel Bambin tal-Milled maghmul apposta ghall-knisja Rotunda taghna kien sar minn Karlu Darmanin (1825-1909) madwar xi mija u ghoxrin sena ilu. Dan il-Bambin jixbah hafna lil dak li jidher f’idejn il-Madonna fil-vara ta San Gejtanu tal-Hamrun li Darmanin lesta ghall-habta ta' l-1885. Illum dan il-Bambin wiehed jista’ jarah f’nicca li hemm fis-sagristija fil-knisja filjali ta’ Sant’Anton Abbati. Huwa Bambin helu li aktarx li kien jitpogga fuq it-tabernaklu ta’ l-artal maggur. Id-daqs u l-posizzjoni tieghu jaghtuk x’tahseb li sar apposta biex jitpogga hemm fil-gholi fejn jitgawda minn kulhadd. Imma milli jidher, dan il-Bambin helu ma damx jintuza wisq ghax inbidel ma dak li ghandna llum. Gara li lahaq Dr. Dun Pawl Xuereb u sar l-ewwel arcipriet tal-Mosta (1887-1894). Dan ried li l-lejl u l-festi tal-Milied jibdew isiru b’sollennita kbira. Minhabba f’hekk (p.31) kien instab li l-Bambin ta’ Darmanin kien kbir u tqil biex l-arcipriet seta’ jgorru f’idejh mill-kappella ta' San Guzepp ghall-artal Maggur fil-purcissjoni solenni li kienet issir qabel il-quddiesa ta’nofs il-lejl. Ghalhekk kien sar dak il-Bambin li ahna u ta’ qabilna, dejjem kienu jaraw fih Bambin sabih u helu, kif fil-fatt hu.


Il-Bambin li ghadna nuzaw sal-lum


Bambin li jintrama fil-Milied fir-Rotunda tal-Mosta

Jinghad li dan il-Bambin huwa xoghol tal-fabbnka Franciza ta’ Galard et Fils’ ta’ Marsilja. Niftakru li fl-1889, minn dik il-fabbrika Franciza kienet ingabet l-istatwa sabiha u devota ta’ San Guzepp li ghandna fil-parrocca taghna. Missirijietna u maghhom l-Arcipriet Xuereb zgur li ntlaqtu mill-hlewwa tal-Bambin li ghandu f’idu San Guzepp u mhi xejn haga kbira allura li l-Bambin il-gdid tal-Milied li ghad ghandna sal-lum kellu jingieb minn dik l-istess fabbrika Franciza.


Sa madwar 60 sena ilu, dan il-Bambin kien ghadu jinzamm f’nicca fil-knisja, sewwa sew fil-kappella ta’ San Bastjan. Din in-nicca, merfuglha ‘l fuq qisu gholi ta' bniedem kienet bejn il-bieb li jaghti ghall-kuritur u l-bieb finta ta' l-istess naha. Kienet tnehhiet mill-knisja (flimkien ma l-ohra ta’ l-Ecce Homo fil-kappella tac-Cintura) warn l-vizta pastorali li kien ghamel fil-parrocca l-Arcisqof Gonzi. Issa, matul is-sena, il-Bambin jinzamm merfugh f’wiehed mill-kaxxarizzi li hemm fis-sagristija.


Dan it-tielet Bambin li qeghdin insemmu huwa xoghol tal-kartapesta ta’ zmien l-Arcipriet Xuereb (1887-1894) Sa minn dak iz-zmien kien ikun ic-centru tal-lejl qaddis tal-Milied. Kien jintrama mghotti fuq l-artal ta’ San Guzepp armat bil-prima u s-sekonda. Kien jibqa mghotti tul il-Matutin sollenni bir-responsorji wisq sbieh bil-muzika. Ta’ min izid li dawn ir-responsorji kien ghamilhom apposta ghal-lejl tal-Milied gewwa r-Rotunda l-imsemmi Surmast Nani. Lejn tmiem il-Matutin, qrib nofs il-lejl, mill-Kor tar-Rotunda kien jigi ntunat it-Te Deum. Dritt kien johrog l-arcipriet tal-parrocca akkumpanjat mill-kleru lejn il-kappella ta’ San Guzepp.


Hemmhekk il-Bambin kien jinkixef u wara li l-arcipriet kien jincensah, ic-cerimonjier kien jitla’ jgibu minn fuq l-iskannell tas-sekonda u jaghtih f’idejn l-arcipriet. Dan b’ghozza u b’certa dinjita kien izommu f’idejh tul dik il-purcissjoni madwar il-knisja tghaxxqek bil-gmiel, mahnuqa bin-nies. Ikomplu jimlew il-knisja kienu n-noti ta’ dak il-Te Deum wisq sabih tas-Surmast Nani. Il-Bambin kien imbaghad jitqieghed fil-gholi ‘l barra mill-girlanda imponenti fic-centru ta’ l-artal Maggur armat mill-aqwa bi fjun u xemgha, lest ghall-Kwaranturi. Illum il-Bambin qed jiehu postu taht pavaljun armat bejn it-Tieni u t-Tielet Stazzjon tal-Via Sagra. Fost tant tibdil li ghaddiet minnu l-festa tal-Milied, dak il-Bambin ckejken b’idejh miftuha u b’dik il-harsa tieghu helwa ghadu ta’ kull sena jhennina kemm idum armat fil-knisja ghaziza taghna matul il-granet wisq sbieli tal-Milied Imqaddes.


Riferenzi

  • Alexander Bonnici, Il-knisja Parrokkjali tal-Mosta li kienet inbniet minn Tommaso Dingli, Socjeta Filarmonika Nicolo Isouard, Mosta 1992 (Malta), 69.
  • Alexander Bonnici, Il-Mosta fl-ewwel zmien tal-parrocca (1608-1668), Socjeta Filarmonika Nicolo Isouard, Mosta 1993 (Malta), 50.
  • Rob. Mifsud Bonnici, Dizzjunarju Bijo-Biblijografiku Nazzjonali (Malta, 1960), 159.
  • Guido Lanfranco, L-istatwi titular u l-istatwarji taghhom (Malta, 1999), 16, 80 u 81.
  • Joseph Grech, Vari ta’ Malta u Ghawdex (Malta), 38.
  • E.B. Vella et al., Storja tal-Mosta Bil-Knisja Taghha (Malta, 1972), 268.
  • Joseph Borg, ‘Xbihat b’Gesu Bambin fil-Knisja Arcipretali,’ Il-Mosta, 164 (Malta, 1997), 4 u 6.