The Mosta Archives Banner

IL-MOSTA FIZ-ZMIEN IL-HAKMA TAL-KAVALLIERI TA' SAN GWANN

Michael A. Sant

Pubblikazzjoni tal-Kunsill Lokali Mosta, 1996.


Dan il-ktieb interessantissimu jinxtara mill-Kunsill jew mill-hwienet ewlenin. Din il-verzjoni digitali taf fiha xi differenzi mill-original minhabba problemi waqt l-iskanjar li minhabba r-rizorsi limitati ma kellix cans nivverifika ghal kollox u hi raguni ohra ghala wiehed ghandu jmur dirett ghall-ktieb meta jigi biex jiehu riferenzi minnu.


IL-MOSTA SSIR PARROCCA (1608)


Twaqqif ta’ Parrocci Godda


(p.7) Fiz-Zminijiet tan-Nofs kull ma kellna f’Malta kienu tnax-il parrocca. Wara t-twaqqif bikri tal-parrocca ta’ l-Imdina u dik tal-Birgu, insibu t-twaqqif ta’ ghaxar parrocci ohrajn, dawk imsemmijin fir-Rollo ta’ Senatore de Mello fl-1436, jigifieri n-Naxxar, Birkirkara (din kienet saret parrocca fl-1402), Birmiftuh (il-Gudja), Hal Qormi, iz-Zejtun, iz- Zurrieq, is-Siggiewi, Haz-Zebbug, Had-Dingli u l-Mellieha. Sa l-1536 Had-Dingli u l-Mellieha ma kinux ghadhom jezistu bhala rhula (“casali”), izda l-Mellieha baqghet tissemma bhala “parrocca”, zgur minhabba l-fama li kellha marbuta mas-Santwarju qadim u ghaziz tal-Madonna.20 Il-Mosta, b’popolazzjoni zghira ta’ madwar 480 ruh ma setghetx tkun “parrocca” u sakemm gew il-Kavalieri f’Malta baqghet taghmel sehem mill-“matrice” tan-Naxxar.


Fl-ghoxrin sena ta’ wara l-Assedju l-Kbir, jigifieri bejn l-1565 u l-1585 bil-popolazzjoni ta’ Malta li bdiet tizdied, twaqqfu ghadd ta’ parrocci godda: dik tal-Portu Salvu fil-Belt (1571), l-Isla (1581), Bormla (1584), San Pawl tal-Belt (1585) u l-parrocca tal-Griegi fil-Belt (1587). Fl-irhula twaqqfet il-parrocca ta’ H’Attard fl-1575.


Sa tmiem is-Seklu Sittax twaqqfu f’Malta hames parrocci ohrajn: Hal Kirkop u Hal Tarxien fl-1592, Hal Lija fl-1594, u l-Imqabba u Hal Safi fl-1598. Il-parrocca tal-Mosta kellha tistenna bidu ta’ seklu iehor, is-Seklu Sbatax.


Fl-ewwel nofs ta’ dan is-seklu twaqqfu sitt parrocci ohrajn: bdiet dik tal-Mosta fl-1608 u mbaghad, wara xulxin, dawk ta’ Hal Gharghur (1610 - zball fil-ktieb: twaqqaf fl-1598 ), Haz-Zabbar (1615), il-Qrendi (1618), Hal Ghaxaq (1626), Hal Luqa (1633) u Hal Balzan (1655). Il-parrocca ta’ Had-Dingli li ma kinitx ghadha wieqfa sa l-1526, regghet twaqqfet fl-1678.


F’Ghawdex, fiz-Zminijiet tan-Nofs insibu bhala parrocci, il-Knisja Matrici fil-Kastell (Cittadella) u l-Knisja ta’ San Gorg fir-Rabat. Xi parrocci ohrajn f’Ghawdex kienu spiccaw fiz-Zmien tan-Nofs Imwahhar. Biss lejn tmiem is-Seklu 17 twaqqfu l-parrocci tax-Xewkija (1678), dik ta’ l-Gharb (1679) u fl-1688 dawk ta’ Sannat, tax-Xaghra, tan-Nadur u taz-Zebbug. B’hekk sa tmiem is-Seklu 17 kellna 29 parrocca f’Malta u 8 f’Ghawdex.21


Twaqqif ta’ Parrocci
Malta
Mdina, Birgu
1436 Naxxar, Birkirkara (kienet saret parrocca fl-1402), Birmiftuh (il-Gudja), Hal Qormi, iz-Zejtun, iz- Zurrieq, is-Siggiewi, Haz-Zebbug, Had-Dingli u l-Mellieha (Dingli u Mellieha sal-1536)
1571 Portu Salvu fil-Belt
1575 H’Attard
1581 Isla
1584 Bormla
1585 San Pawl tal-Belt
1587 Parrocca tal-Griegi fil-Belt
1592 Hal Kirkop, Hal Tarxien
1594 Hal Lija
1598 Hal Safi, Gharghur (mnizzla 1610 bi zball fil-ktieb)
1608 Mosta
1615 Zabbar
1618 Qrendi
1626 Hal Ghaxaq
1633 Hal Luqa
1655 Hal Balzan
1678 Had Dingli (twaqqfet mill-gdid)
Ghawdex
Matrici fil-Kastell (Cittadella) u l-Knisja ta’ San Gorg fir-Rabat
1678 Xewkija
1679 Gharb
1688 Sannat, Xaghra, Nadur, Zebbug

It-Twaqqif tal-Parrocca tal-Mosta (1608)


(p.8) Il-Mosta kienet ilha maghquda mal-matrici tan-Naxxar ghal 172 sena, meta fl-1608 l-Isqof Tumas Gargallo gie jaghmel zjara pastorali, u fil-ktieb taz-zjajjar tieghu nsibu miktub dan li gej:


"Firda tal-Mosta mill-Parrocca tan-Naxxar - 16 ta' Settembru 1608.

Billi l-esperjenza twila sal-lum turina li l-kappillan tan-Naxxar ma jistax jilhaq mat-tqassim tas-Sagramenti, imhabba fil-bghid, u billi l-knisja parrokkjali tan-Naxxar ghandha 1,100 parruccan, li minnhom 800 iqerru u jitqarbnu, ghalhekk waqt iz-zjara u wara li wiehed iqis il-bghid tal-Mosta, li ghandha 180 dar b’900 ruh u li hija boghod madwar 3 mili u t-triq hija hazina u kollha hagar, fil-hin li naghmlu skont il-kap. 4 tas-sezzjoni 21 tal-Koncilju ta’ Trentu De Reform u l-kap. Audientia, fuq il-bini tal-knejjes, (bir-rieda ta’ l-Imqaddes Papa Pawlu V u tas-SedeAppostolika) nifirdu u naghzlu mill-knisja parrokkjali tan-Naxxar l-imsemmi rahal tal-Mosta, sabiex ma jkunx iktar jaghmel ma’ l-imsemmija Parrocca tan-Naxxar. Naghmlu u nqieghdu l-knisja ewlenija ta’ S. Marija Imtellgha fis-Sema,ta’ l-imsemmi rahal tal-Mosta, bhala Parrocca, bid-drittijiet, l-unuri, pizijiet, u dhul kollu li huma soltu jimxu mal-knisja parrokkjali, li ghal dejjem ghandhom jigu moghtija b’titlu tal-knisja parrokkjali, kull meta hija ma jkollhiex kap, imma bla ebda telf tal-kappillanli l-lum jinsab in-Naxxar fuq l-ewlenin drittijiet biss, sakemm il-Parrocca tan-Naxxar tohodhom, u mhux izjed tard; sewwa sew bhalma qsamna l-Parrocci ta ’ S. Lawrenz tal-Birgu, ta ’ Birkirkara, u ta’ Birmiftuh, u ghamilna fit-twaqqif ta’ knejjes ohra parrokkjali, jigifieri, ta’ H’Attard, Hal Lija, Hal Kirkop, l-lmqabba, Hal Safi, Hal Tarxien, Bormla u tal-Gzira Senglea.

Tomasu, Isqof ta’ Malta


Minn dan id-digriet jidher illi sa ma baqa’ haj il-kappillan tan- Naxxar, l-ewlenin drittijiet ma seta’ jmisshomlu hadd u dawn waqghu fuq il-kappillan il-gdid li gie mahtur ghall-Mosta wara l-mewt ta’ dak tal-matrici. Ghalhekk, ir-rahal baqa’ maghqud man-Naxxar sal-mewt tal-kappillan il-W. R. Dun Giljan Borg, li grat fl-14 ta’ Lulju 1610.


(p.9) Filwaqt li n-Naxxar kien ghadu minghajr kappillan, in-nies tal-Mosta hasbu li ahjar ifakkru lill-Isqof li huma kienu jixtiequ li jigu mifrudin mill-matrici u li ma jmurx jintesa d-digriet ta’ sentejn qabel. Ghalhekk kitbu malajr din it-talba:


Wisq III.mu u Wisq Rev.mu

Gorgi Galea, Gakbu Xiberras, Glormu Ebejjer, Wistin Busuttil u n-nies tal-Mosta, sudditi l-iktar baxxi u qaddejja tas-sinjurija tieghek Wisq lll.ma u Wisq Rev.ma, jixtiequ juruk illi billi fl-imghoddi r-rahal taghhom gie mqieghed taht il-hsieb tal-kappillan tan-Naxxar, huma kellhom hafna tahbit u tfixkil biex imorru fil-knisja parrokkjali tan-Naxxar (li huwa boghod zewg mili mir-rahal taghhom) biex hemm jiehdu s-Sagramenti u jisimghu l-uffizzji mqaddsa.

Barra minn dan, it-triq ta’ bejn iz-zewgt irhula hija minnha nfisha hazina u fix-xitwa hija hekk mimlija ghadajjar bl-ilma illi fil-granet tax-xita ma tistax tmur fl-imsemmija knisja parrokkjali. Gara wkoll li meta hafna nies kienu qeghdin fil-knisja li ghedna, biex jisimghu l-uffizzji mqaddsa f’jum ta’ festa, kellhom jibqghu fin-Naxxar zmien twil u tista’ tghid il-jum kollu, imhabba x-xita li nizlet u li ghamlet it-triq wied ta’ l-ilma. Gie li gara wkoll li xi drabi l-kappillan, imhabba l-boghod li ghandu, ma lahaqx il-morda hajjin biex jaghtihom is-Sagrament Imqaddes tat-Tqarbin u jaghmlilhom il-Grizma tal-Morda.

Ghalhekk issa li l-parrocca ghadha minghajr kappillan wara mewt tal-mejjet Dun Giljan, l-ahhar kappillan, huma jixtiequ li, imhabba dak kollu li semmejna, fil-Mosta titwaqqaf parrocca gdida skont kif jitlob l-imqaddes Koncilju ta’ Trentu Ses. 21, Kap. 4 De Reform. Ghalhekk jitolbu lis-sinjurija tieghek Wisq Ill.ma u Wisq Rev.ma joghgobha li mhabba fil-boghod maghruf, kif ukoll huwa veru dak kollu li ghedna, twaqqfilhom u tibdielhom parrocca gdida fir-rahal taghhom; sabiex f’dak li huma hwejjeg tar-ruh ikunu ahjar moqdijin milli kienu fl-imghoddi; billi jispicca t-tfixkil u t-tahbit imhabba l-boghod li semmejna.

Jitolbu wkoll illi, lil din il-parrocca l-gdida taghtiha bicca kif jixraq mid-dhul fiss tal-matrici, kif ukoll is-salib zghir tal-fidda illi ghalih kienu wkoll hargu dawn li qeghdin jitolbu, li huma foqra.

(p.10) Din l-imbierka Mosta fiha 200; u huma, biex issir din it-twaqqifa  tal-parrocca, riedu minn jeddhom jaghmlu gabra bejniethom ta' tant flus kemm ikun bizzejjed biex iwaqqfu dhul ghal-lampa ta’ l-Imqaddes Sagrament u htigijiet ohra tal-knisja tat-Tlugh is-Sema tas-Sinjura Taghna, illi kif jittamaw u jixtiequ tkun il-parrocca taghhom; u b'daqshekk dejjem ikollhom izjed jibqghu jitolbu lis-Sinjur ghall-hajja twila u hienja tas-sinjurija Wisq Ill.ma u Wisq Rev.ma.”


Imbaghad, taht din it-talba tidher din il-kitba:

Titqieghed u tigi mnizzla fl-atti ta' l-ahhar zjara ta ’ l-imsemmi rahal Mosta.
Moghti mill-Palazz taghna tal-Belt Valletta,
Fis-27 ta’ Lulju 1610.
TOMASU, Isqof ta’ Malta".


L-istess Isqof rega’ mill-gdid fired l-imsemmija knisja, u ghamilha parrokkjali, billi taha barra mid-dicmi tas-soltu tar-rahal, tliet bicciet raba’, wahda fix-xaqliba tan-Naxxar, l-ohra ma’ genb il-knisja u t- tielet bicca msejha tal-Carbuni.


Fl-10 ta’ Novembru 1610, l-Isqof hatar lil Dun Gwann Bezzina (li kien ilu ghoxrin sena vici-parroku tal-parrocca tan-Naxxar) biex ikun l-ewwel kappillan tar-rahal.22


RIFERENZI

  1. S. Fiorini, op. cit. (1983), p. 331.
  2. Ibid., pp. 33l-332.
  3. E. B. Vella, op. cit., pp. 77-80. Aktar dettalji ta’ min jorbot fuqhom izjed jidhru f'Bonnici Alexander (1996), pp. 117-121.



Kapitli ohra mill-ktieb

  1. Introduzzjoni
  2. Studji demografici
  3. Mosta issir parrocca
  4. Hjiel ekonomiku
  5. Hajja Socjo Religjuza
  6. Ismijiet / Kunjomijiet
  7. Zwigijiet
  8. Twelidijiet
  9. Imwiet
  10. Gheluq
  11. Appendici