The Mosta Archives Banner

Il-HBIT MILL-AJRU FUQ IR-ROTUNDA TAL-MOSTA - Il-Hamis 9 t'April 1942

minn Anthony Camilleri


Dan il-ktieb interessantissimu fuq din il-grajja tat-Tieni Gwerra Dinija jinxtara mill-hwienet ewlenin u taf mill-Oratorju. Din il-verzjoni digitali taf fiha xi differenzi mill-original minhabba problemi waqt l-iskanjar li minhabba r-rizorsi limitati ma kellix cans nivverifika ghal kollox u hi raguni ohra ghala wiehed ghandu jmur dirett ghall-ktieb meta jigi biex jiehu riferenzi minnu.


KAPITLU 7


BEJN INTENZJONI, ACCIDENT U SPEKULAZZJONI
STRATEGIJA UFFICJALI, MISSJONIJIET PARTIKULARI U SKARTATURI INDIVIDWALI


PARTI I


(p.145) Meta fil-31 ta’ Awissu, 1939 ir-Reichsführer Adolf Hitler hareg Direttiva Numru 1 fisser x’kellhom ikunu l-iskopijiet ta’ l-azzjonijiet militari tal-Qawwa ta’ l-Ajru Germaniza. Il-Luftwaffe kellha thares lill-Wehrmacht u t-territorju Germaniz minn xi offensiva tal-Qawwiet ta’ l-Ajru Franciza u Ingliza. Fil-hidma taghha kontra l-Ingilterra l-Luftwaffe kellha tharbat l-importazzjonijiet, l-industrija ta’ l-armamenti u l-garr ta’ truppi fi Franza. Jekk tigiha x-xoqqa f’moxtha kellha tattakka n-Navy Ingliza, l-aktar il-bastimenti tal-gwerra u l-aircraft-carriers. Il-Führer zamm decizjoni importanti ghalih biss. Londra kellha tigi attakkata b’awtorizzazzjoni specifika tieghu nnifsu.


Fid-Direttiva Nru 5 tat-30 ta’ Settembru, 1939, Hitler ordna li Gwerra tal-Kummerc kontra l-Inglizi u l-Francizi kellha ssir skont ir-regolamenti tal-Ligi Intemazzjonali tal-Priza.1


Fid-29 ta’ Novembru, 1939 Hitler hareg id-disa’ direttiva. Fiha nsibu spjegazzjoni aktar dettaljata tax-xorta ta’ targets li wiehed ragonevolment jistenna li jigu attakkati. Semma l-htiega li l-ajruplani jqieghdu mini, l-izjed fil-portijiet fix-xatt tal-punent tal-Gzejjer Britannici, f’moghdijiet ta’ l-ilma dojoq u fi hluq ix-xmajjar. Kellhom jigu attakkati vapuri merkantili u navali, depots, impjanti ta’ hazna taz-zejt, ikel storjat u mhazen tal-qamh. Hitler rega’ afferma li l-Luftwaffe ma kellhiex thalli lill-Ingilterra tinforza t-truppi taghha fil-kontinent. B’dan il-mod u bl-ghajnuna ta’ Fifth Columnists u gruppi ta’ sabutagg, fl-Ingilterra kienet tinholoq sitwazzjoni destabilizzanti. Il-Luftwaffe kellha teqred ukoll il-fabbriki ta’ l-ajruplani, tal-kanuni kbar, kanuni ta’ kontra l-ajruplani, tal-munizzjoni u ta’ l-isplussivi.


Hitler ma kienx kuntent b’din il-lista. Semma wkoll il-portijiet, li bejniethom kienu jqandlu hamsa u disghin fil-mija tal-kummerc: Londra, Liverpool, Manchester, Newcastle, Swansea, Blythe, Cardiff, Sunderland, Barry, Hull, Grangemouth, Holyhead, Leith, Bristol, Middlesborough, Belfast, Grimsby, (p.146) Newport, Southampton, Goole, Glasgow u Dundee. Hitler ittama li l-Heer (l-armata) teghleb lill-armati Ingliza u Franciza u tahtaf parti mill-kosta tal-punent tal-kontinent faccata ta’ l-Ingilterra. B’dan il-mod ix-xoghol tal-Luftwaffe u l-Kriegsmarine biex jinvadu l-Ingilterra kien jehfief.


Nota tal-24 ta' Mejju, 19402 tindika li Hitler kien jasal biex jimxi mal-principju tat-tpattija. Ried li jsir attakk kbir fuq l-Ingilterra biex il-Luftwaffe tpatti ghall-attakk tar-RAF fuq id-distrett industrijali tar-Ruhr.


Fl-1 ta’ Awissu, 1940 Hitler rega’ zamm ghalih id-dritt li jiddeciedi meta u kif isiru attakki ta’ terrur bhala mizuri ta’ tpattija


Fil-25 ta’ Awissu, 1940 waqghu l-ewwel bombi fuq Londra. Ghal-Luftwaffe Londra kienet ghadha target projbita. Fid-19 ta’ Awissu Reichsmarschall Hermann Göring stess kien ta struzzjonijiet biex Londra ma tkunx ibbumbardiata. Kif sar jaf ta struzzjonijiet biex jinstabu l-krus li xehtu l-bombi f’xi l-12.02 sal-12.15 am. tal-25 ta’ Awissu. Il-Kmand Gholi tal-Luftwaffe stess kien ser jiehu l-inkarigu li jikkastiga lill-kaptan ta’ kull ajruplan.


It-twegiba ta’ Winston Churchill kienet pronta. Sa mid-19 ta’ Lulju kien staqsa lis-Segretarju ta’ l-Istat ta’ l-Ajru, Sir Archibald Sinclair, jekk ir-RAF kinitx kapaci tattakka Berlin, target li kien jinvolvi elf mil ta’ titjir lil hinn u lura. Sinclair wiegbu li r-RAF kellha l-Blenheims, Hampdens, Whitleys u Wellingtons lesti biex jaghtu risposta fi zmien erbgha u ghoxrin siegha li tinghata l-ordni.


Fil-lejl ta’ wara l-attakk fuq Londra, madwar hamsin Hampden u Wellington attakkaw Berlin. Peress li l-vizibbilta kienet hazina, hafna mill-bombi waqghu fil-kampanja fin-nofsinhar tal-belt kapitali Germaniza. Fis-subborg tat-tramuntana tal-belt, f’Rosenthal, zewg persuni sfaw midruba u nqered xalet. Minkejja li d-danni kienu mikroskopici, il-Berlinizi b’mod partikulari kienu xxukkjati li r-RAF waslet sa Berlin. Kienu ilhom zgurati minn Göring li r-RAF qatt ma timbumbardja Berlin u huma emmnuh. William Shirer, korrispondent Amerikan f’Berlin, kiteb li ridt tara wicc il-Berlinizi biex temmen id-dizilluzjoni taghhom.


Li Hitler infoska deher ukoll mid-diskors li ghamel fil-bini ta’ l-iSportpalast f’Berlin - Schöneberg fl-4 ta’ Settembru, 1940. Qal li ghal kull elfejn, tlett elef jew erbat elef kilogramma mixhuta mir-RAF, il-Luftwaffe kienet ser tixhet 150,000 jew 180,000 jew 230,000, inkella 300,000 u sahansitra 400,000 kilogramma f’lejl wiehed! “Ser inwaqqghulhom bliethom u nillixxawhomlhom!"


(p.147) Dan id-diskors bidel il-kors kollu tal-hbit mill-ajru fuq l-Ingilterra. Il-pajzana Inglizi issa thabblu haga wahda fix-xibka tal-battalja.


Sakemm l-attakki miz-zewg nahat kienu qeghdin isiru fuq targets accettati, kulhadd zamm mar-regolamenti. Izda, bhalma jigri f’xi finali ta’ loghba futbol, meta wiehed jibda jitlef il-kontroll fuqu nnifsu, jiffawlja. Il-fawl jitttiehed u jixtered bhal epidemija u, jekk ma jkunx hemm referi li jzomm ir-riedni fil-pront, il-loghba tiddegenera. Ahseb u ara meta ma ikunx loghba izda glieda li tnissel il-mibeghda ghax il-laham itir u d-demm icarcar taht id-daqqiet ta’ l-azzar u l-blast tat-TNT!


Fit-Tribunal Internazzjonali Militari f’Nürnmberg fl-1946, Hermann Göring fisser kif argumenta mal-Führer meta dan ordna l-bumbardamenti fuq Londra. Spicca jghidlu li l-Olandizi setghu jibzghu minn bumbardmenti fuq bliethom. L-Inglizi mhux talli ma kenux jigu impressjonati talli r-rieda taghhom kienet tibbies daqs l-azzar. Göring b’dan il-mod ta z-zewg reazzjonijiet ovvji li l-istrategisti kienu ilhom jikkunsidraw bhala rizultat tat-tielet dimensjoni tal-qavvwa, il-qawwa ta’ l-ajru, introdotta fis-Seklu Ghoxrin. Filwaqt li l-istrategisti kienu jahsbu fil-kotra taghhom li l-bumbardamenti strategici ta’ l-ibliet kienu jbezzghu lin-nies u jaqtghulhom qalbhom, iz-zmien ta parir, kemm fl-Ingilterra, kemm f’Malta, kemm fil-Vjetnam u bnadi ohra, li dawn setghu jharrxu r-rieda tar-rezistenza fost dawk milquta u assedjati.


PARTI II



Gurnata f’Mejju 1917 formazzjoni ta’ bombers Gotha ttajret fl-gholi fuq il-belt kostali ta’ Folkestone, f’Kent u l-kamp militari li kien hemm fil-qrib, Schorncliffe. Fi ftit minuti mietu hamsa u disghin ruh u korrew mija u hamsa u sebghin.


Il-Gothas ghamlu attakki ohra fis-17 ta’ Gunju u fis-7 ta’ Lulju u drabi ohra wara. Il-qawwa ta’ l-ajru kienet saret parti mill-makkinarju tal-gwerra. Setghet telgheb l-oceani u twassal il-gwerra fost il-pajzana, minghajr htiega li qabel ikunu mxejna l-armati jew il-flotot navali.


Din l-ghamla ta’ gwerra, profetizzata fl-1908 mill-kittieb H.G. Wells f’The War in The Air, bicca xoghol ta’ fantaxjenza, hasdet lill-politici Inglizi. Il-Prim Ministru Lloyd George sejjah lill-General Smuts biex flimkien jaraw x’seta’ jsir biex jieqfu lill-Germanizi f’din l-inizjattiva. Fir-rapport tas-17 ta’ Awissu, 1917, Smuts osserva fost affarijiet ohra: “Jista’ jkun li mhix ’il boghod il-gurnata meta l-hidma mill-ajru bil-qerda massicca ta’ (p.148) artijiet ta’ l-ghadu u ta’ centri industrijalizzati u ppopolati fuq skala vasta ssir il-hidma ewlenija tal-gwerra, u twaqqa’ l-hidmiet l-ohra militari u navali fit-tieni post u fi rwol sekondarju.” Smuts zera’ z-zerriegha ta’ l-offensiva strategika Britannika tat-Tieni Gwerra Dinjija.


Fl-Ingilterra ma’ Smuts qabel Trenchard, li sar l-ewwel Chief of Air Staff. Qablu wkoll Portal, Harris, Cochrane u Slessor, li taw kontribut kbir fil-gwerra.


Dan il-metodu ta’ hbit mill-ajru fuq il-qalba tan-nazzjon sar suggett dibattibbli hafna fis-snin ta’ bejn iz-zewg gwerer dinjija. Il-General Taljan Giulio Douhet hu meqjus bhala missier il-kuncett tal-qawwa ta’ l-ajru. Fl-1921 ippubblika ktieb, The Command of the Air. Flimkien ma’ Trenchard fl-Ingilterra u Billy Mitchell fl-Istati Uniti ta’ l-Amerka, Douhet sar esponent tat-teorija li wiehed kellu jolqot nazzjon fil-laham il-haj permezz ta’ formazzjonijiet ta’ bombers li setghu jharsu lilhom infushom. Il-Kaptan Basil Liddell Hart kiteb fl-1925 fil-ktieb Paris, or the Future of War, li “l-istat modem hu matrici hekk kumplessa u interdipendenti li joffri target sensittiv hafna biex jaqla’ daqqa sewwa mill-ajru.” Liddell Hart immagina x’herba kienet issir minn Fleet Street, Whitehall, il-fabbriki; kif kienu jqumu dawk li jghixu fis-slums imwaqqghin u jaghtuha ghas-serq.


Ma naqsux il-kittieba li haduha kontra l-bumbardamenti mill-ajru: Beverley Nichols, A.A. Milne, Bernard Shaw, The Times ta’ Londra. J.M. Spaight, ufficjal tal-Gvern fil-Ministeru ta’ l-Ajru, kiteb fi Air Power and Cities3 fl-1930 li l-qawwa ta’ l-ajru setghet tiddemoralizza lill-pajzana. Spaight qal li wiehed seta’ jillegitimizza l-bumbardament ta’ bini okkupat matul il-gurnata billi jhallih ghal bil-lejl. B’hekk wiehed jeqred fabbriki minghajr ma joqtol il-haddiema.


Id-diskussjoni fuq il-moralita tal-qawwa ta’ l-ajru uzata kontra centri urbani wasslet biex tkun meqjusa proposta li taghmilha haga kontra l-ligi intemazzjonali li wiehed ikollu bomber. Pubblikament ebda politiku ma seta’ jiggustifika jew jistqarr li kien favur il-bumbardamenti strategici. Izda sa minn qabel il-gwerra r-RAF kienet ikkundizzjonata biex thaddimhom skont id-duttrina ta’ Trenchard.


Winston Churchill fl-1917 kiteb li ma kienx probabbli li nazzjon ser ibezza’ nazzjon iehor bil-bumbardamenti strategici. Kieku taw kasu l-Inglizi hafna mit-tahbil il-mohh ta’ l-ewwel erba’ snin tat-Tieni Gwerra Dinjija kienu jevitawh.


(p.149) L-esperjenza li kisbu l-Germanizi u r-Russi fil-Gwerra Civili Spanjola gaghlithom jikkonkludu li l-ewwel haga li kellhom jaghtu kasha kienet is-sapport tattiku ta’ l-armata, mhux il-bumbardament ta’ l-ibliet. Ir-Royal Air Force u l-United States Army Air Force baqghu konvinti mill-uzu tal-bumbardamenti strategici. L-Inglizi raw fihom deterrent, filwaqt li l-Amerikani qisuhom bhala mezz ta’ qerda ta’ zejt u impjanti ta’ l-energija. Wara l-mewt tal-General Germaniz W. Wever fl-1936 l-Luftwaffe naqqset l-enfasi fuq il-bumbardamenti strategici u ghazlet id-dive-bombing bhala l-mod ta’ l-attakk. Kien ghalhekk li kienu l-Germanizi l-ewwel li pprokuraw l-ahjar dive-bombers filwaqt li l-Alleati baqghu lura. Il-Germanizi riedu jolqtu l-mira b'dive-bombing preciz biex jevitaw l-ibliet u ma jahlux balal.


Ghal tmiem l-1941 il-politika Ingliza ta’ area-bombing bdiet tiddomina l-kuncett l-iehor ta’ bumbardament preciz. Harris baqa’ jinsisti fuq il-qerda ta’ l-ibliet Germanizi b’saturation bombing minn mijiet ta’ bombers, dawk li saru maghrufa bhala l-One Thousand Bomber Raids. Ic-Chief of Air Staff, Sir Charles Portal, min-naha l-ohra ried li jzomm kemm jista’ jkun ma’ l-objettivi ta’ Pointblank, jigifieri li jinqerdu pass pass is-sistemi militari, industrijali u ekonomici. Mitt bniedem mitt fehma. It-tajba hi li, skont il-pilota veteran Germaniz Galland, l-Alleati rnexxew hafna fil-bumbardamenti strategici fis-settur tal-qerda tal-provvisti taz-zejt u faham u staghgeb kif dan fehmuh tant tard. Speer, il-Ministru energiku ta’ l-armamenu, fl-1944 ma setax jifhem kif l-Alleati naqqsu r-ritmu tal-bumbardamenti fuq iz-zejt u l-faham wara li f’Marzu u April kienu ghoddhom kisbu dak li riedu.


PARTI III


Fit-12 ta’ Dicembru, 1940 Tenth Squadron baghtet ghaxar bombers fost mija u erbgha u tletin minn Bomber Command biex jattakkaw Mannheim. Din kienet l-ewwel darba, skont ir-rekords ufficjali Inglizi, li r-RAF ibbumbardjat belt shiha ghax riedet u mhux bi zball. Il-hbit sar bi tpattija ghar-rejd li l-Germanizi ghamlu fuq ic-centru ta’ Coventry xahar qabel u sar b’ordnijiet diretti ta’ Winston Churchill. Coventry kienet giet attakkata minn Kampfgruppe 100 b’erba’ mitt ajruplan b’ordni ta’ Hitler wara li l-Inglizi bbumbardjaw Berlin fil-lejl tal-25 ta’ Awissu, sbih is-26 b’ritaljazzjoni talli l-lejl ta’ qabel bombi Germanizi waqghu fuq il-kapitali ta l-lmperu Britanniku. Fl-attakk taghha Kampfgruppe 100 qerdet ghoxrin elf dar, qatlet kwazi sitt mitt ruh u darbet elf ohra. Kampfgruppe 100 uzat is-sistema X-Gerät, (p.150) li biha kienet tircievi x-X-Verfahren li kienet sistema li taghmel bumbardamen precizi possibbli. Il-Germanizi uzaw din is-sistema fl-1940 meta l-Inglizi kien ghad fadlilhom sentejn biex jintroducu l-Gee, xi haga li tixbahha, lilha u lis-sistema Knickebein. Jidher li l-Germanizi kienu certi fejn qeghdin jolqtu u kellhom biex.


Fix-xitwa ta’ l-1940 il-Luftwaffe attakkat bliet b’popolazzjoni civili minghajr hniena. Birmingham, Coventry, Plymouth, Londra u Southampton daqu l-qilla tal-Qawwa ta’ l-Ajru Germaniza, li bdiet tizra’ l-balal bl-addocc. Kuntrarjament ghal dak li hasbu l-Germanizi r-rieda ta’ l-Inglizi biex jiggildulhom mhux talli ma battietx talli thegget. Il-gurnali Inglizi sahqu li l-Ingilterra kellha tpatti lill-Germanja, fi kliem Sir Charles Portal, Commander-in-Chief, fl-1 ta’ Settembru, 1940 bl-attakk fuq ghoxrin belt Germaniza ghal kull hbit li jsir fuq belt Ingliza. Ghalkemm kien hemm hafna fir-RAF li kienu favur il-bumbardament ta’ targets bi skop militari-industrijali jew ekonomiku, bhall-qerda tal-fabbriki ta’ l-ajruplani, ir-raffineriji taz-zejt u l-komunikazzjonijiet, il-bumbardament strategiku li ma jaghtix kas il-hajja tal-popolazzjoni civili sar parti mill-hsieb ta’ l-ippjanar Britanniku.


Wiehed jifhem izjed ghala din il-linja aktar ma tmur aktar giet accettata meta jqis li l-Inglizi sa mill-1942 haduha kontra pjanijiet ta’ invazjoni fl-Ewropa proposti mill-Amerikani. L-Inglizi ma redux jitilfu bosta nies u ghalhekk baqghu jtawlu mill-1942 ghall-1943 sakemm waslet is-sena 1944. B’Wehrmacht mifruxa u mdghajfa fuq il-front Russu, fejn is-Sovjetici kienu qeghdin jikkalkulaw il-mejtin taghhom bil-miljuni, l-Inglizi setghu jiehdu sehem fl-inzul fuq ix-xtajtiet tan-Normandija fl-1944. It-telf taghhom kien izghar milli kien ikun kieku nizlu fl-1942. Sadanittant il-gwerra komplewha bil-bumbardamenti strategici li fihom bliet kbar bhal Dresden u Hamburg, Köln u Bremen, sfaw irmied u spazji mimlija katavri jew xbihat ta’ nies li darba kienu jgawdu livell ta’ ghajxien sostanzjali.


Fi zmien sena l-hsieb ta bumbardament preciz fuq target militari jew industrijali-ekonomiku nbidel reciprokament mill-Inglizi u l-Germanizi. Varsavja kienet tifkira kif kienu tifkira l-bliet fil-Gwerra Civili Spanjola li daqu l-hruxija tal-Legion Condor. Izda dak kien trattament ta’ poplu Germaniz lil popli Slavi u Latin rispettivament. Bejn il-Germanizi r-regoli tal-gwerra kellhom jitharsu, almenu skont dak li wiehed kien jistenna. Izda l-gwerra tihrax u tharrax u hekk gralhom il-kugini Nordici li tawha ghall-hela tal-flus, ta’ l-armi u tal-valuri etici.


(p.151) Hekk baqghu sejrin sena wara l-ohra. Nhar is-Sibt, 14 ta’ Marzu, 1942 Hitler ordna attakk tal-wahx kontra bliet provincjali Inglizi. Nhar it-23 ta’ April, 1942 il-Luftwaffe bdiet serje ta’ attakki bil-lejl bi tpattija fuq bliet katidrali Inglizi. Dawn il-bliet jinghad li ntghazlu mill-Baedeker Guidebook u kienu Exeter, Bath, Norwich, York u Canterbury. Dawn ir-rejdijiet ta’ tpattija saru b’ordni ta’ Hitler talli l-Inglizi qerdu belt Baltika f’rejd fil-lejl bejn it-28 u d-29 ta’ Marzu, 1942. Inqerdu disa’ knejjes f’Exeter. Dawn inharqu minn bombi incendjaiji mixhuta fic-centru tal-belt minn madwar disghin ajruplan Germaniz.


Kull meta l-Germanizi invadew post, qabel farrkuh b’bumbardamenti bla hniena. Is-sfafar tat-Trumbetti ta’ Geriko mwahhla mal-bombi armati fuq l-iStukas werwru l-popolazzjoni civili daqskemm is-suldati. Il-Gvern Jugoslav indirizza protesta lin-nazzjonijiet civilizzati kollha kontra l-bumbardamenti bl-addocc li saru mill-Germanizi fuq Belgrad. Din “il-belt miftuha u mhix difiza bbumbardjata minghajr dikjarazzjoni ta’ gwerra... Qatt... ma saru hruxijiet bhal dawn, imqar minn invazuri l-aktar primittivi.”


PARTI IV


Bejn iz-zewg gwerer il-qawwiet ta’ l-ajru qiesu li t-twaddib ta’ hafna balal zghar flimkien kien jiffavorixxi l-qerda ta’ mira aktar milli kieku tinxtehet bomba kbira wahda. ’ll quddiem kull tip ta’ bomba beda jkollu skop specifiku. Anke l-kbar intuzaw biex jeqirdu dak li hafna zghar ma setghux ihassru, kif wera Barnes Wallis.


Il-biza’ ta’ tpattija b’bombi kimici jew biologici wassal biex ta’ lanqas dawn ma ntuzawx, jew, jekk intuzaw, dan gara f’kazi rari.


F’Settembru, 1939 l-Inglizi u l-Francizi qablu mal-Germanizi, permezz ta’ medjazzjoni Svizzera, li ma juzawx gass velenuz. Izda l-Pollakki akkuzaw lill-Germanizi li xehtu mustard gas fuq Varsavja u l-Germanizi wiegbu li l-Pollakki uzaw armi kimici Inglizi kontriehom.


Fl-1941 Bomber Command kellha pjani biex tattakka nhawi agrikoli fil-Germanja. Il-pjanijiet taru mar-rih meta deher car li l-Germanizi setghu jaghmlu l-istess u jkollhom rizerva mill-artijiet okkupati minnhom li ma kenux jintlahqu mir-RAF.


Meta l-effetti tal-Blitzkrieg zdiedu bil-konfuzjoni tan-nies jaharbu u jfixklu l-movimenti ta’ truppi Pollakki, il-Germanizi ziedu d-doza ta’ Schrecklichkeit (biza’) biex jifirxu t-tharbit. Din kienet politika integrali (p.152) tal-pjan Germaniz. Fil-15 ta’ Settembru, 1939, Operazzjoni Seebad immarkat l-ewwel bumbardamcnt fuq skala kbira ta’ belt fit-Tieni Gwerra Dinjija.


Fl-10 ta’ Mejju, 1940 tliet He 111s hasbu li kienu jittajru fuq belt Franciza meta waddbu t-taghbija. Instab li xehtu l-balal fuq il-belt Germaniza ta’ Freiburg u qatlu sebgha u hamsin ruh. Ix-xrapnel kien jikkonferma li kienu balal Germanizi; izda l-propaganda waslet biex ixxerred il-gidba li kienu bombers Francizi li ghamlu attakk biex ibezzghu. Din il-propaganda serviet biex tiggustifika bumbardamenti li saru wara fuq bliet alleati.


Meta l-Italja dahlet fil-gwerra, tnax-il Wellington tar-RAF marru Salon fin-nofsinhar ta’ Franza nhar il-11 ta’ Gunju, 1940 biex jibbumbardjaw l-Italja. Il-bumbardamenti ttardjaw biex saru ghax in-nies tal-post bezghu minn attakki ta’ tpattija mit-Taljani.


Fl-1940 il-Gappunizi fic-Cina, il-Germanizi, is-Sovjetici fil-Finlandja u l-lnglizi bdew izidu fil-bumbardamenti fuq l-ibliet. Meta fl-24 ta’ Awissu, 1940 He 111s waddbu bombi fil-lvant u l-lbic ta’ Londra, skont rapporti, bi zball, fil-lejl ta’ wara, Wellingtons, Hampdens u Whitleys intbaghtu jibbumbardjaw Berlin. Hitler irreagixxa u ordna kampanja intensiva ta’ bumbardamenti kontra bliet Inglizi. Issa, ghall-ewwel darba fil-gwerra, Inglizi u Germanizi riedu jkissru l-moral tal-pajzana. Il-Germanizi bdew juzaw il-mini ta’ l-art, sinjal li kienu adottaw area bombing kontra l-pajzana. L-Inglizi riedu li huma jwiegbu bl-istess forma ta’ sahha.


Fi Frar 1941 il-Luftwaffe bbumbardjat Belgrad fil-Jugoslavja bl-addocc u qatlet 17,000 ruh.


Bi tpattija ghall-attakki Inglizi fuq bliet storici4 f’April, 1942 il-Germanizi bdew serje ta’ attakki bhal tal-pirati (Seeräuberangriff) b’Bf 109s fuq bliet kostali Inglizi. Bdew b’Torquay. Kienu jidhlu baxx baxx u jisparaw. Hawn Malta nafuha din it-tattika u nafu min daq it-terrur taghha. Barra minn hekk Hitler ordna l-Baedeker Raids.


Id-Direttiva Nru 14 tal-Ministeru ta’ l-Ajru kienet tinnota li l-operazzjonijiet “kellhom issa jkunu mmirati lejn il-moral tal-popolazzjoni civili, l-iktar lejn il-haddiema industrijali”. Portal tar-RAF insista li “l-punti mmirati ghandhom ikunu l-inhawi mibnija, mhux, per ezempju, it-tarzna u l-fabbriki ta’ l-ajruplani".


Biex iqawwi l-offensiva tal-bombers Harris ordna Operazzjoni Millennium ghal-lejl tat-30 ta’ Mejju, 1942. Intbaghtu elf bomber f’rejd wiehed kontra Köln.


(p.153) Fis-17 ta’ Awissu, 1943 l-lnglizi attakkaw il-kumpless ta’ Peenemünde, u fost l-objettivi, kien hemm il-qerda tar-residenza ta’ l-istaff. Dan ir-rejd kien l-ewwel wiehed tar-RAF li specifikament kellu l-intenzjoni li joqtol il-pajzana.


Fis-26 ta’ Novembru, 1944 l-lnglizi xehtu Tallboys ta’ qerda fenominali ghall-ewwel darba kontra centru popolat, dak tal-belt ta’ Munich.


Ghall-kuntrarju, meta l-Amerikani gew biex jeqirdu pozizzjonijiet ta’ l-AA f’Venezja, l-Italja, uzaw il-bumbardament preciz u kien hemm Spitfire tat-tkixxif jittajjar f’gholi ta’ 20,000 pied.


Fit-3 ta’ Frar, 1945, 937 B-17s u B-24s intuzaw mill-8th Air Force Amerikana biex jibbumbardjaw inhawi residenzjali. Xehtu 2,267 tunnellata bombi fuq Berlin u qatlu 23,000 ruh.


Il-bumbardament ta’ nhawi residenzjali ma kienx xi signet tal-gwerra li nkixef maz-zmien. Iz-zmien sahhah u kkonferma dak li ntqal fi zmien meta anke l-kliem kien isarraf hafna biex jgholli l-moral. B’danakollu z-zmien kixef ukoll dokumenti li juru bic-car l-intenzjoni esklussivament militari tal-bumbardamenti mill-ajru u l-prekawzjonijiet li kellhom jittiehdu biex centri civili ma jintlaqtux ta’ xejn b’xejn. Iz-zmien ta parir ukoll lil dawk li kienu jahsbuha bhal Douhet, Hugh u Mitchell li l-bumbardament strategiku qatt ma fisser li kien sar il-karta li trebbhek il-gwerra. Ghall-ewwel il-popolazzjoni bezghet mill-bumbardamenti; izda maz-zmien xrafet u drat. Anzi r-rejdijiet bdew inisslu sens ta’ sfida u rezistenza u sahhew ir-rieda tal-popolazzjoni biex izzid l-isforz taghha ghall-gwerra billi tipproduci izjed u taghmel aktar sagrificcji.


PARTI V


"... id-dehra tal-knejjes imgarrfa taghhom, tant mahbubin minnhom, serviet biex issahhah ir-rieda ta’ l-azzar tal-Maltin. ”
The Artillery Defence of Malta, Lt Col. H.E.C. Weldon OBE, RA, fi Journal Royal Artillery, Vol. LXXIX, No 1, pp. 20-21.


Wara l-attakki fuq il-Belt Valletta u l-Mosta fis-7 u d-9 ta’ April, 1942, nafu, ghax ghandna bil-miktub, x’reazzjoni harxa kien hemm fil-gazzetii ta’ Strickland House, il-gazzetti moqrija mill-Maltin u mill-lnglizi f’dawk il-jiem iebsa tal-gwerra. Il-kummenti kienu cari u l-Germanizi gew akkuzati li bbumbardjaw objettivi civili b’ghajnejhom miftuhin berah u ghax riedu.


(p.154) It-28 ta’ April, 1942 sebah ghall-Maltin kollha. Izda l-Furjanizi kellhom jiftakru dik il-gurnata ghal dejjem. Fis-7.50 a.m. il-Luftwaffe attakkat bl-ahrax il-knisja ta’ San Publiju tal-Furjana. Diversi bombi nxtehtu fuqha u kkagunawlha hsarat kbar u inkalkulabbli. Il-bini mill-gdid wara l-gwerra fuq dak li kien fadal tawwal ghal hmistax-il sena. L-istatwa ta’ San Publiju ccaqalqet minn postha bir-rih ta’ l-ispluzjoni minkejja l-hajt tal-blast li kellha jipprotegiha. “Ir-radju Germaniz dakinhar stess ftahar bil-bumbardament li sar fuq il-knisja u habbar li l-fdal kien biss tifkira u borg gebel imkisser.”5


Il-Kav. Emanuel S. Tonna kkwota mid-djarju tieghu ghall-gurnata memorabbli tat-28 ta’ April, 1942.6 Ghad-dawl ta’ xemgha fix-xelter fost taghrif iehor kiteb: “F’daqqa wahda l-kanuni bdew jisparaw u l-bombi tqal mixhutin mill-bombers ta’ l-ghadu laqtu t-target ta’ dik l-ghodwa: il-knisja ta’ San Publiju. Kien att l-aktar sagrilegu ghax il-bumbardament sar apposta. Il-bombi nxtehtu fuq il-knisja kollha u ma kienx hemm post li thalla mhux mimsus. X’aktarx li l-koppla ntlaqtet kemm-il darba u l-gebel waqa’ ghal isfel u qered il-paviment. Il-blast dahal sal-kripta u qatel dawk kollha li kienu qeghdin jistkennu fiha u darab bosta ohrajn. Mewga wara mewga ta’ ajruplani ta’ l-ghadu kkoncentrat l-intenzjonijiet viljakki taghha fuq il-bini sagru sakemm kienet sodisfatta li kollox kien inqered. Fil-frattemp fil-fond tax-xelter tal-qrib, in-nies kienet bil-qieghda bhallikieku mibluha filwaqt li sidirhom wegaghhom hekk kif bdew jirrealizzaw x’kien qieghed jigri. F’daqqa wahda, bhallikieku msawta b’id qawwija, kollha hargu jigru ’l barra jwerzqu, jibku u jipprotestaw kontra l-att fahxi.”


Wiehed mill-Inglizi li serva f’Malta fil-gwerra kien il-Logotenent Kurunell H.E.C. Weldon OBE, RA. Weldon kiteb fil-Journal Royal Artillery: “M’hemmx dubju li matul dan iz-zmien (April 1942) l-ghadu pprova jiddemoralizza l-popolazzjoni civili b’attakki ghal t’apposta fuq inhawi mibnija, knejjes u bini pubbliku. Ma rnexxilux fl-iskop tieghu ghax id-dehra tal-knejjes imgarrfa taghhom, tant mahbuba minnhom, serviet biss biex issahhah ir-rieda ta’ l-azzar tal-Maltin.”7


Weldon semma wkoll li l-Germanizi sahansitra attakkaw sptarijiet. Kemm dan hu minnu nistghu nikkonfermawh minn dak li sibna fuq dan l-aspett.


Mill-bidu tal-gwerra kienu ga ntlaqtu l-Isptar San Luqa fi Gwardamanga, fl-ewwel rejdijiet, u l-Isptar Centrali, il-Furjana fl-14 ta’ Frar u t-3 ta’ Mejju, 1941. Fl-20 ta’ Marzu, 1941 sitt mitt anzjan fl-Isptar San Vincenz de Paule gew evakwati Ghawdex, ghax l-isptar intlaqat. L-isptar kien qrib wisq ta’ Hal Luqa u seta’ ntlaqat b’kumbinazzjoni, l-istess bhalma l-Isptar San Luqa (p.155) seta’ laqqatha ghax kien qrib il-Bajja ta’ l-Imsida fejn kien hemm id-Depot tat-torpedoes.


Fid-19 ta’ April, 1942 id-Dar tal-Little Sisters of the Poor, il-Hamrun, intlaqtet u erbgha u tletin, bejn anzjani u sorijiet, inqatlu.


L-Isptar Monte Carmeli, dak iz-zmien Hospital for Mental Diseases, intlaqat erba’ darbiet: Fit-18 ta’ Lulju, 1941 u fl-20 ta’ Marzu, fid-9 ta’ Mejju u fit-28 ta’ Gunju, 1942. Jista’ jkun li l-20 ta’ Marzu u d-9 ta’ Mejju, 1942 habtu zewg grajjiet importanti: il-bidu ta’ l-offensiva tar-rebbiegha mil-Luftwaffe, li kienet xena li bhalha Malta ma kinitx rat, u l-wasla ta’ l-iSpitfires li kellhom jibdlu l-kors tal-gwerra fl-ajru ta’ Malta.


Fid-9 ta’ Mejju, 1942 mietu sitt pazjenti, soru-infermiera, Swor Alexandra Borda ta’ 31 sena minn H’Attard, u zewg impjegati nisa, Tereza Sammut ta’ 20 sena minn Hal Qormi u Carmela Muscat ta’ 23 sena minn H’Attard.


Niftakar lil missieri, li kien Assistant Chief Nurse fl-isptar dik il-habta, jirrakkonta fuq il-biza’ fost kulhadd meta ma kienx hemm xelter ghall-bidu tal-gwerra. Okkazjoni ohra li baqa’ jiftakar kien meta, zmien wara, ra ajruplani fl-gholi u, peress li kienu jilbsu uniformi bajda, gibed lil impjegat iehor ‘l isfel fix-xelter. Kellhom diga esperjenza qarsa u l-isptar kien intlaqat ripetutament minkejja s-slaleb kbar li tpingew fuq is-soqfa biex jindikaw li kienu sptarijiet. Barra minn hekk l-uniformi bajda kienet iggieghlu jahseb li l-piloti setghu hasbu li kienu ufficjali tan-Navy jew ta’ xi servizz militari. Mnalla grew ‘l isfel fix-xelter ghax il-balla li nizlet minn fuq l-ajruplan li kien fuq rashom hadet ftit metri boghod.


L-Isptar Generali Militari ta’ l-Imtarfa, Nru 90, kien l-ewlieni fost l-isptarijiet tas-Servizzi. Infethu ohrajn. Fit-13 ta’ April, 1941 l-isptar ta’ l-Imtarfa qala’ xebgha ta’ sitta u tletin bomba u r-Radju Taljan habbar li l-hbit sar bi tpattija ghal attakk li sar fuq sptar ta’ l-armata Taljana fil-Libja. Nhar San Gorg, 23 ta’ April, 1942, l-Isptar ta’ Saint Andrew gie attakkat bla hniena u bla skruplu mil-Luftwaffe u saritlu hsara konsiderevoli u mietu ghadd ta’ pazjenti u nies. Dawk li kien fadal ittiehdu Saint Patrick. Il-bombi li nxtehtu fuq l-isptarijiet militari qerdu spazju b’kemm kien mehtieg ghal erba’ mitt ruh.


Ir-Royal Navy Hospital f’Ta’ Bighi u l-King George V Hospital, li llum hu l-Isptar Sir Paul Boffa, saritilhom hsara gmielha wkoll. Il-King George V twaqqa’ ghal kollox mill-hbit tas-26 ta’ April, 1942.


Il-Germanizi kienu jimmaxinganjaw anke pajzana. Sahansitra piloti huma u nezlin bil-paraxut, kontra l-konvenzjonijiet tal-gwerra. F’okkazjoni minnhom (p.156) pilota Alleat tant tilef il-boxxla, skont ma jinghad, li l-ewwel darba li ra ekwipagg ta’ Junkers 88 go dingi tbaxxa u halliehom trietaq biex ipatti ghall-mewt ta’ wiehed minn shabu li kien ghadda mill-istess xorti hu u niezel bil-paraxut htija ta’ ajruplan Germaniz li saq ghal fuqu u messlu l-paraxut.


F’Malta nqerdu jew gratilhom hsara 29,674 dar privata. Minnhom 5,524 inqerdu ghal kollox u 5,077 kienu jistghu jissewwew izda kellhom hsara kbira. Bejn knejjes u kunventi dabbruha mija u hdax. Hdax inqerdu ghal kollox, tlieta u ghoxrin htigilhom tiswija kbira, wiehed u ghoxrin kellhom hsarat reparabbli u sebgha u erbghin saritilhom hsara bil-blast. Hu veru li Malta hi mizghuda bi knejjes u kunventi, izda hu veru wkoll li hafna kneijes ma kenux fl-area tat-target. Dak li hu aghar fil-bilanc tal-kondotta tal-avjazzjoni Germaniza f’April 1942 hu li hemm xhieda ta’ min ra b’ghajnejh li certi knejjes gew mahbuta bil-hsieb u bil-galbu ta’ min jippjana kolp u jwettqu preciz. Il-bravuri u l-hila ta’ Luftflotte II jibqghu mtebbgha b’dawn l-atti, imqar jekk il-bumbardament biex jiddemoralizza lill-poplu kien gie gustifikat fl-etika ta’ l-istrategisti taz-zewg nahat imdahhla fil-konflitt. Jekk il-piloti kellhom ordnijiet superjuri, allura hu kaz iehor.


PARTI VI


“… stampa shiha ta’ biza’ mqanqal mill-Germanizi.”
Mrs Marjoribanks-Egerton, Typescript p. 124


Fil-fehma ta’ George Hogan,8 li serva f’Malta fi zmien il-gwerra, “il-percentwali gholi ta’ bini religjuz attakkat u danneggjat severament jenfasitza kemm il-bumbardamenti saru fuq in-nies fl-irhula mxerrda qatigh - attakki mahsuba b’mod car biex ihejju ghal dik il-gurnata ta’ assalt, ippjanata diga, li ghaliha saru preparamenti u kodifikata bhala Herkules mill-Assi, attakk li kulhadd, l-izjed it-Taljani, kien jistenna bis-shih li jigi varat.”


Mid-djarju ta’ mara ta’ ufficjal tas-Servizzi Inglizi nistghu nifhmu konkretament il-fehma tas-Sur Hogan. Mrs Barbara Marjoribanks-Egerton kienet toqghod fl-inhawi ta’ Saint Andrew’s. Fid-djarju kitbet nhar l-10 ta’ Dicembru, 1941, li semghet li t-tliet bombi li waqghu fl-area ta’ darha lejn St Andrew’s - San Giljan twaddbu hdejn l-isptar militari.9


Fl-1 ta’ Marzu, 1942 kitbet li “Il-bumbardamenti llum saru kollha fuq l-ibliet, wisq probabbli biex jitterrorizzaw lill-abitanti.”10 Kitbet ukoll, (p.157) “Ma nahsibx li l-attakkanti qatt nizlu fil-baxx daqs illum. Xehtu l-bombi definittivament fuq targets civili.”11


Fit-13 ta’ Marzu, 1942 Mrs Marjoribanks-Egerton halliet miktub li tliet Ju 88s xehtu balal fuq l-Isptar tal-Mard Mentali.”12 Lanqas ma gie rrispettat jum il-Gimgha l-Kbira, 3 ta’ April, 1942. Dakinhar Ta’ Qali gie attakkat waqt hbit li beda fis-7.30 a.m. minn ghaxar bombers. Hbit iehor fis-1.20 p.m. sar minn massa ta’ hamsa u ghoxrin bomber.13


L-ghada kitbet li rat attakk fuq il-Belt Valletta u dan kien jidher li sar apposta fuq il-belt residenzjali.14


Ghad-9 ta’ April, 1942, u precizament ghall-hin li fih inhabtet il-knisja tal-Mosta, Mrs Marjoribanks-Egerton kitbet fost l-ohrajn: “Allarm fil-5.00 p.m. b’rejd qawwi li fih hu stmat li hadu sehem sa mitt bomber. Bombi waqghu fuq il-Belt Valletta, il-Mosta, Hal Luqa u Ta’ Qali. Rajt Messerschmitt 109 jaqa’ jinzel ’il barra mill-Ponta ta’ San Gorg. Il-pilota qabez bil-paraxut izda bilfors li ghereq peress li wara li l-paraxut gheb taht l-ilma, ma deherx izjed.”15 Ta’ min josserva li dan l-istess pilota li allegatament xehet “accidentalment” il-balla fuq il-knisja tal-Mosta kien ghadu haj u mhux, kif inkiteb, li x’aktarx li kien ga miet x’hin l-ajruplan ghadda minn fuq ir-Rotunda.


Fil-lista li l-awturi Christopher Shores, Brian Cull u Nicola Malizia taw f’Malta: The Spitfire Year, 1942 rigward il-piloti tal-fighters u Jabo li mietu f’April 1942 fl-attakki fuq Malta u konvojs ghal Malta, m’hemm imnizzel hadd li miet fid-9 ta’ April, 1942.16 Il-gurnata ta’ qabel, 8 ta’ April, kien miet Ofw. Alfred Vogel f’Ju 88C u fl-4 ta’ April mietu Uffz. Heinz Bross u Ofw. Günther Fronhofer ta’ 10 Jabo/JG 53.


Fid-19 ta’ April, 1942 Philip, zewg is-Sinjura Marjoribanks-Egerton, qallha li sema’ li kien hemm balla ta’ erba’ piedi mhix sploduta qrib l-isptar militari (39th Army) u tnejn fl-ghelieqi fil-qrib. Bombi ohra gew qrib id-Dar ta’ Konvalexxenza fi Spinola.17 Bombi ohra waqghu fl-area tal-hwienet u mkien qrib it-targets. Il-Belt Valletta kienet it-target ewlenija u Mrs Marjoribanks-Egerton hasbet li l-Germanizi kienu qeghdin jibbumbardjaw l-area fejn kien hemm il-hwienet u l-inhawi residenzjali madwar Kastilja u l-Palazz.18


Fil-25 ta’ April, 1942 kitbet li l-Isptar Nru 39 ta’ l-Armata f’St Andrew’s u St George’s kien meqrud ghal kollox. Inqerdet ukoll knisja, l-arlogg tal-kampnar u postijiet ohra. “M’hemm ebda dubju li dan il-hbit sar apposta u ppressawh mill-baxx.” Twaddbu izjed minn tliet mitt bomba.19


(p.158) Fis-27 ta’ April, 1942 Mrs Marjoribanks-Egerton rat b’ghajnejha x’kien fadal mis-Salib Ahmar kbir li kienu poggew wara l-ewwel hbit biex jiehu post l-iehor li kien inqered fir-rejd ta’ qabel. Dan intlaqat dirett minn bomba.20 Kienet “stampa shiha ta’ biza’ mqanqal mill-Germanizi.”21 Dawn il-grajjiet gew irrekordjati minn Mrs Marjoribanks-Egerton fid-djarju taghha. Ma gewx imxandra fil-gurnali ta’ dak iz-zmien. Kieku wiehed seta’ forsi jahseb li kienet qieghda taghmel hekk bi skop propagandisliku.


PARTI VII


Meta ntlaqtet il-knisja ma kenitx l-ewwel darba li l-Mosta giet ibbumbardjata. Korrispondent kiteb li “It-Tnejn li ghaddew il-Mosta b’qalbha sewda regghet garrbet il-qilla bla razan ta’ l-ghadu. Bhala xhud li rajt b’ghajnejja...”22 Il-korrispondent ma qalx x’haseb izda x’ra b’ghajnejh.


G. Vella talab lill-editur biex jaghtih spazju fil-gurnal rispettat tieghu halli jirringrazzja pubblikament lil-Logotenent (Q.M.) Fannings u l-istaff tieghu ghax-xoghol tajjeb li kienu qeghdin jaghmlu kull darba li l-ghadu jibbumbardja l-Mosta bl-addocc.23


Jumejn wara li ntlaqtet il-knisja tal-Mosta, f’kumment editorjali fit-Times of Malta24 inkiteb li, “Hekk ukoll f’Malta hemm reazzjoni simili ghad-dive-bombing bla razan tal-Belt Valletta u wara tal-Mosta.”25


Is-Sur A.J. Mallia-Vernon, zmien wara, fakkar il-wiri tal-George Cross fil-Mosta. “Kif hemm miktub fl-istorja ta’ pajjizna li fil-Medju-Evu r-rahal tal-Mosta dejjem garr il-piz ta’ l-attakki tal-barbari fuq gziritna, hekk ukoll, f’dawn il-jiem tragici, il-Mosta kalma tista’ turi sehemha mhux zghir mill-qerda bl-addocc li ghadu bla razan ghamel minn djarna.”26


Piloti fuq bejt fejn il-knisjaPlt Off. Ed Streets u Plt Off. ‘Junior’ Steele fuq bejt fil-pjazza tal-knisja tal-Mosta, lebsin l-uniformi jixorbu l-birra ta’ Farsons u wiski. Dawn iz-zewg Amerikani ta’ Skwadra 126 RAF wara mietu fit-taqbida ghad-difiza ta’ Malta.

F’intervista li saret min-National War Museum Association fil-15 ta’ Settembru, 1982 lil osservatur tal-Luftwaffe li fil-gwerra kellu r-rank ta’ Oberfeldwebel (Flight Sergeant), sar maghruf li Ju 88s ta’ Lehrgeshwader nhar il-21 ta’ Marzu, 1942 taru minn Catania fil-14:34 b’ordnijiet specifici biex jibbumbardjaw il-Mosta. Kien issuspettat li piloti u haddiema tat-tarzna kienu jghixu hemm. Fi tfulili kont ta’ spiss nisma’ min igerger u jaghti bicca mill-htija lill-piloti Inglizi ghax kienu joqoghdu fuq xi bejt qrib il-knisja. Ir-ritratt tal-piloti Ed. Streets u ‘Junior’ Steele, Amerikani ta’ 126 Squadron f’Ta’ Qali, hu prova li piloti qaghdu fuq bejt qrib ir-Rotunda. Kienu bl-uniformi. It-tnejn kellhom imutu fit-taqbid fl-ajru.


(p.160) Ix-xhieda ta’ NCO ta’ D Company tar-Rigment tar-Royal Irish Fusiliers, stazzjonat fl-area tal-Mosta, hi xhieda kontra l-Luftwaffe. Dal-NCO kien qieghed jaghmel field exercises fl-area tal-Mosta nhar id-9 ta’ April, 1942 x’hin beda attakk mill-Germanizi. Qal li nduna li kienu qeghdin jibbumbardjaw il-Mosta. Il-knisja ntlaqtet minn balla li dahlet gewwa u minn ohra li bbawnsjat u splodiet fit-triq. Dal-NCO kiteb artiklu kollu kemm hu fuq l-avveniment u semmieh Episode. Gabu fil-harga ta’ l-1944 tal-Journal of the Royal Irish Fusiliers, The Faugh-A-Ballagh.27 “Huma (il-Germanizi) kienu qeghdin jibbumbardjaw ir-rahal...” Il-Mosta ma kinitx mifruxa kif inhi llum f’dak li hu bini u ghalhekk nistghu nahsbu fejn kien ic-centru ta’ l-attakk. Infatti l-knisja, mibnija f’post centrali, intlaqtet. Sinifikanti l-fatt li l-bumbardament li saru fuq il-Mosta fid-9 ta’ April, 1942 sar b’dive-bombing. Il-kittieb jikteb: “Kien hemm it-tinwiha ta’ malajr tal-bomber jiddajvja, eqreb din id-darba, u maghha t-tifsira zzarzar tal-bombi nezlin.”28 Meta tara bomber jiddajvja u jixhet il-bombi, il-konkluzjoni hi wahda: il-pilota u l-avjaturi shabu riedu jolqtu t -target. L-NCO ta’ D Company ikkonferma dak li ra Dun Angelo Camilleri minn fuq il-bejt tax-xelter fid-dar tieghu, illum 21, Triq Cassar.


L-NCO isemmi bombers Junkers, xhieda li fis-sema kienu jiddominaw huma fl-attakk. Fl-attakk fuq il-Mosta dak il-hin hadu sehem Ju 88s; il-Ju 87s marru band’ohra.


Meta kienet titkellem maghna s-Sinjura Grazzja Vella ta’ Triq il-Kurat Calleja qaltilna li, “Dakinhar tad-9 ta’ April (1942) mill-Bidnija “l-Mosta rawha huggiega wahda... daqskemm zara’ balal il-Germaniz...”29


Metodi ta' BumbardamentMetodi ta' Bumbardament

Meta, nhar il-Hadd, 3 ta’ Mejju, 1992, kellmet lil Dun Angelo Camilleri fl-Oratorju Qalb ta’ Gesu, qalli li hu kellu tnax-il sena u kien fuq il-bejt tax-xelter tad-dar taghhom fi Triq Callus. L-ajruplan rah jaqbad ir-rotta ghal fuq il-knisja min-naha tan-Naxxar. Gie mill-grigal relattiv mal-knisja, mhux mit-tramuntana. Allura ma kienx ghal Ta’ Qali izda ghazel il-knisja bhala mira. Fit-23 ta’ Gunju, 1992 Dun Angelo Camilleri qalli: “Is-soltu l-ajruplani kienu jidhlu dritt ghal fuq Ta’ Qali. Nhar id-9 ta’ April, 1942 min-Naxxar ilwew ghal fuq il-knisja tal-Mosta. Kien ghal t’apposta.”


Meta, nhar it-3 ta’ Mejju, 1992, ghamilt xi mistoqsijiet, Dun Angelo osserva fost ohrajn li l-bombi kienu kkatenati ma’ xulxin. B’hekk jaqghu fuq l-istess target u jeqirduha. Sa minn meta kont zghir kont nismaghhom jghidu li l-bombi kienu kkatenati. Dun Ang ikkonfermali minghajr ma staqsejtu.


(p.161) Staqsejtu x’jifhem meta jghid li l-ajruplan kien “iswed”, hux iswed bhas-suttana jew olive drab. Wiegeb li l-ajruplani kienu jkunu fil-gholi u huma kienu jarawhom suwed.


B’idejja wrejtu modi ta’ attakk. L-ewwel metodu kien ta’ dive sostnut f’angolu ta’ bejn 30° u 40°. Fit-tieni metodu spjegajtlu mod ta’ attakk li bih l’ajruplan joghdos f’angolu precipituz ta’ 60° minn gholi ta’ 12,000 pied, imbaghad meta jasal f’gholi ta’ 6,000 pied jillivella catt catt qabel jitlaq il-bombi biex ma jahbtux ma’ l-iskrejjen, u jibqa’ sejjer. Dan il-metodu kien meghjun mit-Tachometric Bombsight li kienet tahdem b’mod awtomatiku u l-pilota kien ikollu ftit li xejn x’jaghmel. Barra minn hekk kienet facilita li (p.162) tghin lill-pilota jgib il-bombi fuq it-target. Dan il-metodu kien maghgub minn Albert Kesselring.


Dun Angelo Camilleri indikali l-ewwel metodu. Interessanti li ma kienx ghaddej jittajjar orizzontalment dak li ra Dun Angelo Camilleri, li dak il-hin stess, fehem l-implikazzjonijiet ta’ dik il-mossa u ghajjat li l-bombi kienu ghal fuq il-knisja. Dun Angelo qalli car li l-ajruplan xehet il-balal ghax ried fuq il-knisja.


Qalli wkoll li ma kienx hemm fighters Inglizi jigru warajh. Dakinhar l-attakk sar minn forza ta’ madwar mitt ajruplan. Kontriehom telghu zewg Spitfires u ghaxar Hurricanes minn Skwadri 185 u 229. Pilot Officer McKay halla miktub30 li kontra forza bhal dik il-ftit fighters li telghu jitqabdu kienu jidhru li telghu ghal xejn. Izda xorta rnexxielhom itellfu lil ghadd ta’ bombers milli jibqghu sejrin fuq it -target. Ghalhekk ix-xhieda ta’ Dun Angelo Camilleri hi utli hafna. L-ewwelnett turina li l-bomber li attakka r-Rotunda ghazel it-target li kienet moghtija lilu u t-tieni li ebda ajruplan Ingliz ma tellfu milli jasal fuqu. Tant hu hekk li laqat bi precizjoni, bi tliet bombi ta’ kalibru kbir.


Dakinhar tad-9 ta’ April, 1942 waqghu bombi ohra fil-Mosta. Wahda hdejn l-istatwa ta’ Santa Marija fi Triq it-Torri ma haditx. Madwar il-knisja kien hemm ghadd gmielu ta’ bombi mhux sploduti. Bicca tnehhew dakinhar; ohrajn instabu u tnehhew wara l-gwerra.


Is-Sur Frank Calleja, Mosti li fi zmien il-grajja kien guvnott, kiteb li l-attakk sar hekk. Mewga ta’ bombers Junkers resqu lejn il-Mosta, x’aktarx fi triqthom lejn Ta’ Qali. Sabu t-tiri tal-kanuni ta’ l-ajruplani ma’ wicchom. Il-baraxx kien qawwi u l-bombers xehtu l-balal ftit ’il boghod mill-knisja. L-ispluzjonijiet bezzghu lill-fidili migburin gewwa l-knisja. Huma fittxew il-kenn tal-kappelluni u tal-kuriduri. Kien ghalhekk li hadd ma wegga’ meta dahlet il-bomba.


Ftit minuti wara waslet it-tieni mewga ta’ bombers. Sabu l-istess qilla tistenniehom u skarikaw it-taghbijiet ta’ TNT fuq il-Mosta. Kien waqt din it-tieni fazi li l-bomba dahlet fil-knisja.


Is-Sur Calleja ma semmiex li xi ajruplan partikulari ghazel il-knisja bhala mira tieghu. Wara kollox hu kien fil-knisja dak il-hin. Izda lanqas ma hu eskluz il-fatt, jekk wiehed jasal biex jikkonkludi li s-Sur Calleja basar li l-bombers kienu “x’aktarx” ghal Ta’ Qali. Ghal Calleja l-htija li l-bombi spiccaw fuq il-Mosta kienet mhux ghax l-ajruplani tal-glied kienu mqabbdin maghhom izda minhabba l-isparar tal-kanuni.


(p.163) Is-Sinjura Grazzja Vella qalet li min ra l-attakk dakinhar tad-9 ta’ April, 1942 mill-Bidnija ra l-Mosta “huggiega wahda”.31 Qalet ukoll li balla waqqghet il-faccata tad-dar taghhom f’Nru 44, Triq il-Kurat Calleja. Hdejn Santa Marija ta’ Triq it-Torri gew il-balal ukoll. NCO ta’ D Company kiteb li l-Germanizi kienu jibbumbardjaw il-Mosta.32 Kesselring kiteb li mill-1 sad-9 ta’ April il-Luftwaffe tertqet lil Malta. Kwazi tghid li l-knisja dakinhar bilfors kellha tlaqqatha ghax il-balal nizlu fl-abitat bil-kotra. Izda ta’ lanqas persuna wahda, Dun Angelo Camilleri, rat b’ghajnejha li l-hbit sar ghax l-avjaturi riedu. Fl-opinjoni ta’ espert tar-Royal Navy, Lt Jones fl-1948, meta nstabet bomba ta 550 libbra (SC 250) wara l-knisja, il-Luftwaffe sparat “salvo” kontrieha. Hu l-kaz li wiehed jikkonkludi, b’mod ragunevoli, li knisja, pjazza quddiemha u gnien warajha mdewdin b’ghadd gmielu ta’ bombi ta’ kull daqs huma prova li l-knisja tal-Mosta kienet mira specifika ta’ Luftflotte II.


PARTI VIII


Reichmarschall Hermann GöringReichmarschall Hermann Göring, Ministru tal-Luftwaffe

Meta wiehed joqghod jgharbel u jqis ’l ghala l-bombi li laqtu r-Rotunda, hlief l-izghar, ma splodewx, jista’ jasal ghal diversi konkluzjonijiet. Jista’ jkun li l-bombi kienu difettuzi. Ghadhom jinstabu bombi Germanizi mhux sploduti ta’ zmien it-Tieni Gwerra Dinjija. Meta l-Inglizi bbumbardjaw targets taz-zejt fil-Germanja fl-1944 tmintax punt disgha fil-mija (18.9%) tal-bombi ma splodewx. Mhix ghalhekk haga li grat lill-Germanizi biss.


Setghu kienu fjusijiet hziena. Seta’ sar xoghol ta’ malajr mill-Waffenmeister (armourer). Seta’ kien sabutagg mill-haddiema tal-pajjizi okkupati min-Nazi mgieghla jahdmu ghalihom. Seta’ kien Kattoliku li ma riedx li tempju jinqered. Din hi spjegazzjoni possibbli imma ma tantx tistennieha. Ara kemm knejjes Maltin inqerdu jew gratilhom hsara! Mhux wahda u tnejn u mhux tghid ghax kollha kienu jinsabu f’target area. Imqar il-kappella ta’ San Pawl hdejn il-Gillieru qalghetha. Wiehed ma jridx jinsa li qieghed jitratta ma’ qawwa ta’ l-ajru l-aktar efficjenti u li kienet tiehu u tesegwixxi ordnijiet minghajr tlaqliq. Anqas tghid kien hemm rispett lejn hajja jew proprjeta. Pajzana, piloti nezlin bil-paraxut, annimali, dghajjes, karozzi tal-linja, ferry boats u lanec, kull haga li ticcaqlaq, imqar f’nofs ix-xaghri, kienet tigi mmaxinganjata bla hniena minn piloti li kienu xebghu jaghfsu l-buttuni f’kull teatru ta’ operazzjonijiet fejn servew, mill-Ingilterra sar-Russja u min-Norvegja sa Malta u l-Afrika ta’ Fuq. L-immaxinganjar (strafing) kien (p.164) specjalita tal-piloti tal-Messerschmitts 109 filwaqt li l-bumbardamenti bl-addocc jew fuq targets civili, meta ordnati, kienu xoghol il-Ju 88s, li kont issibhom f’kull attakk u li kienu huma li habtu r-Rotunda u l-Mosta nhar id-9 ta’ April, 1942.


Wiehed irid jahseb sew jekk il-balal li nxtehtu fuq it-Teatru Rjal fis-7 ta’ April, 1942, jumejn qabel il-hbit fuq ir-Rotunda, inxtehtux bi zball. L-istess jinghad dwar il-balal li ghamlu hsara lill-Kon-Kattidral ta’ San Gwann, li qerdu l-Berga ta’ Franza u l-qrati. Il-knisja tal-Furjana ntlaqtet ghal t’apposta. Meta ajruplani mhux maghrufa laqtu l-kwartier Ruman ta’ San Lawrenz, Ruma qamet tikkundanna, bir-ragun, dawk il-bumbardamenti li qatt ma kellhom isiru, riduhom jew ma riduhomx dawk li ghamluhom. Din il-kundanna saret meta hadd ma kien jaf jekk dawk il-bumbardamenti sarux b’intenzjoni jew bi zvista. Hawn Malta, kemm qabel u izjed wara li giet ibbumbardjata r-Rotunda, kien hawn hafna ilhna li riedu li Ruma tkun attakkata mir-RAF. Ohrajn qalu li zball ma jitpattiex bi zball iehor.


Jidher li hawn fil-Mosta mhux il-kaz li tistaqsi jekk dak il-bumbardament tad-9 ta’ April sarx ghax il-Luftwaffe riedet jew ma riditx. Hawnhekk kien hawn nies li raw l-ajruplan jiehu r-rankatura ta’ dive-bomber ghal fuq ir-Rotunda. Donnu li l-iskop tal-Qawwa ta’ l-Ajru Germaniza gie esegwit sa l-ahhar. Riedet teqred ir-Rotunda, mhux ghax kienet target militari jew industrijali imma, kif jidher, bhala parti mill-kampanja ta’ terrur, gwerra psikologika, biex therri l-moral tal-Maltin. Issa li r-rizultat mixtieq mill-Germanizi ma nkisibx, anzi kellu effett kuntrarju fuq il-moral, hu haga ohra.


Albert Kesselring, Oberbefehlshaber der Luftwaffe, SüdAlbert Kesselring, Oberbefehlshaber der Luftwaffe, Süd, Fliegerkorps 2, kien inkarigat mill-offensiva ta’ l-ajru konta Malta fix-xitwa u r-rebbiegha ta’ l-1942.

Fil-memorji tieghu, miktubin ftit wara l-gwerra, Kesselring qal li hu qatt ma kien favur li jigu bbumbardjati centri civili biex jitkisser il-moral tal-poplu.33 Kesselring kiteb: “Hu bi kredtu tal-Luftwaffe li zammet il-battalja ristretta ghal targets purament militari, fatt li l-Inglizi accettawh.”34 Jekk dawk kienu l-principji tieghu dejjem u minghajr eccezzjoni, il-Feldmarschall ma jistax jinghata htija personali ghal dak li gara fil-Mosta. Kesselring jidher li kien bniedem rett, wiret edukazzjoni tajba minghand missieru, ghalliem, u kien ufficjal zelanti ’l fuq mill-politika fit-tradizzjoni tal-korp ta’ ufficjali ta’ l-armata Bavariza sakemm ic-cirkostanzi ssikkawh fis-servizz tan-Nazi. Hemm imbaghad il-punt li Kesselring kiteb il-memorji fi zmien qrib li kien ghadu kif hareg mill-habs, mnejn inheles wara li nhafritlu l-piena tal-mewt. Donnu kawt; hsiebu fil-fatti tal-gwerra u li ma jinkrimina lil hadd, anqas lil pajjizu. Hu fatt maghruf li l-Parlament Germaniz fis-settur okkupat mill-potenzi tal-Punent kien oggezzjona ghal sentenzi relattivament hfief, moghtija (p.168) lil kriminali Nazisti. Avolja kien ghadhom iqumu minn holma kerha l-Germanizi ta’ dik l-epoka ma redux jammettu li x’uhud wasslu lil pajjizhom ghal atti kiefra.


Kesselring kellu responsabbilti li jiehu passi kontra min seta’ awtorizza l-hbit fuq ir-Rotunda jekk wara sar jaf li kien hemm xi awtorizzazzjoni jew xi hadd wettaq ghemil abbuziv. S’hawnhekk kien responsabbli bhala kap kmandant ta’ Luftflotte II, ex ufficio. Il-gwaj kien ikun kieku ordna bumbardamenti biex iwahhxu l-poplu, tattika li kienet maghguba minn Hitler u awtorizzata fuq hafna fronti tal-gwerra; tattika michuda minn Kesselring skont kif kiteb fil-memorji tieghu.


B’rabta ma’ dan fl-awtobiografija tieghu, The Memoirs of Field Marshal Kesselring, li kitibha b’gieh u b’difiza tal-kondotta tas-suldat Germaniz fost ragunijiet ohra,35 Kesselring sostna x’kura kbira hadu l-Germanizi, u hu b’mod partikolari, ghax kien Oberbefehlshaber Süd, biex tezori ta’ l-arti Taljana jigu salvagwardati.36 Ghall-kuntrarju, fakkar Kesselring, l-alleati ghamlu herba minn bliet bhal Wurzburg, Niimberg, Freiburg, Dresden u ohrajn.37 Min irid jahseb b’mod indipendenti u b’sens ta’ gustizzja storika ghandu jizen kliemu sewwa. Dan ma jfissirx li l-Germanizi ma kellhomx taghhom. Anqas wiehed ma jrid jinsa li Kesselring, xempju tat-tradizzjonijiet soldateski Bavarizi, ma kienx ihoss ghal pajjizu, li tilef il-gwerra, u kif seta’ jghinu billi jixhed dwar il-kondotta tal-qawwiet militari Germanizi. Il-htija tinghata lill-forzi politici, militari u para-militari li holoq Hitler. Kesselring qal li l-qtil ta’ aktar minn tliet mitt elf ruh fil-Fosse Ardeatine kien xoghol is-SD. Safrattant Kappler, il-Kap tas-SD responsabbli mill-qtil tal-massa, hareg illiberat minn qorti Taljana, filwaqt li tribunal militari Ingliz sab lil Kesselring hati ta’ l-istess akkuza, meta ma kellu ebda responsabbilta jew awtorita fuq is-SD. Il-Professur Richard James Beck kien jghidilna, peress li kien pilota prigunier tal-gwerra, li l-qawwiet militari tradizzjonali Germanizi kienu jirrispettaw lill-prigunieri; imma kulhadd kien jibza’ fejn tidhol l-SS.


Bruno Lörzer, General der FliegerBruno Lörzer, General der Flieger

Ma jonqsux ix-xiehda Maltin li raw piloti ta’ Messerschmitts jimmaxinganjaw zewgt itfal li kienu jirghu l-moghoz fl-ghelieqi. Is-Sur Charles J. Vella, illum GSL tal-Mosta, kellu madwar ghaxar snin meta darba minnhom azzarda johrog fil-berah tal-Mellieha u l-inhawi u sab ruhu jiggieled ghal hajtu meta mewga ta’ Messerschmitt 109s diehla biex teskorta bombers Germanizi u tattakka fethet in-nar fuqu. Kien jidher li hu tifel u ma kienx qieghed f’inhawi militari. Il-gost ta’ dawk il-piloti, izda, kif xehdu kemm-il Malti u kemm-il Maltija u kif hemm dokumentat f’hafna kotba, (p.169) gazzetti u manuskritti, kien li jifthu n-nar fuq kull haga li tikxef imqar sinjal dghajjef ta’ hajja jew ta’ caqliq.


Kif kien jahsibha l-istrategista Taljan il-General Giulio Douhet,38 li fost id-dixxipli assidwi tieghu kellu lid-Duce, kien meqjus bhala wiehed mill-hassieba ewlenin fuq l-ghamla gejjiena tal-qawwa strategika ta’ l-ajru. Kitbitu kellha tqalleb il-glied modern ta’ taht fuq. Il-qawwiet navali u ta’ l-art kienu ser jispiccaw biex jitqabdu gwerra konvenzjonali. Xogholhom kien ser ikun li jharsu pajjizhom mill-attakki u mill-invazjoni. Il-qawwa ta’ l-ajru, min-naha l-ohra, kienet ser tiddeciedi l-kors u r-rizultat ahhari tal-glied. Bl-ajru setghu jinqerdu l-industriji kollha, kemm dawk tal-gwerra kif ukoll dawk pacifici. It-trasport seta’ jigi mharbat. Aghar u aghar, “Poplu li jkun ibbumbardjat illum kif kien ibbumbardjat ilbierah u li jaf li ghada ser ikun ibbumbardjat u ma jista’ jara ebda tmiem tal-martirju tieghu, ikun kostrett li jitlob il-paci fl-ahhar mill-ahhar.”


Dan il-punt ta’ Douhet hu interessanti hafna u dibattibbli. Wiehed jista’ jghid li b’tattika fina u b’id soda l-Inglizi gharfu jisfruttaw is-sens ta’ rassenjazzjoni tipiku tal-Mediterran u l-fidi tal-Maltin li kienet gejja mir-religjon taghhom. Il-Maltin qatt ma semmghu lehinhom matul dak il-kalvarju taghhom biex jitolbu li jcedu. Dak li kien ser icedi, ironikament, skont sorsi ta’ min jorbot fuqhom, kien il-Gvernatur Dobbie, li f’April 1942 fisser il-fehma li hu ma hassx li kellu jhalli lill-Maltin ibatu izjed. Tliet gimghat wara nbidel minn Churchill, l-istess persuna li sal-bidu ta’ April ma kinitx tista’ tasal biex tahseb f’xi haddiehor li kien ahjar minn Dobbie.


Min-naha l-ohra hu fatt li l-bumbardamenti strategici kissru l-industrija u qatlu l-moral ta’ popli ftit ftit.


Paul Deichmann, General der FliegerPaul Deichmann, General der Flieger

Kesselring kiteb li hu qatt ma ried ifarrak il-moral tal-poplu billi jattakka targets civili. Biss, il-mod kif ghexieren ta’ ajruplani bombers u tat-taqbid kienu jintbaghtu jahbtu ghal Malta kuljum f’intervalli qosra bejn hbit u iehor fil-prattika kellu jkollu l-istess effett fuq il-Maltin. Certament kif tindika r-rata tal-mortalita ghas-sena 1942, kien hemm qabza ta’ tmienja fil-mija ’l fuq. Iz-zieda ma gietx biss minn ghadd akbar ta’ mejta kagun ta’ l-isplussivi izda minhabba mard divers li kellu x’jaqsam ma’ nuqqas ta’ ikel, irqad, tensjoni u igjene.


Kesselring kien ihobb it-tattika tal-glide-bombing. Dive-Bomber li jkun f’gholi ta’ 12,000 pied joghdos f’angolu ta’ sittin grad sa 6,000 pied, jiccattja u jitlaq il-bombi fuq it -target. F’dan il-perjodu ta’ April, meta saru aktar minn 10,000 sortie, il-Germanizi tilfu relattivament ftit ajruplani. Ftit (p.170) kienu l-ajruplani tal-glied li setghu jitilghu ghalihom. Ghalhekk jista’ jidher fatt kurjuz kif daqstant targets civili ntlaqtu f’dawn il-bumbardamenti li, skont Kesselring, kienu fuq targets militari. Biss Malta zghira u hafna postijiet qrib stallazzjonijiet militari, aktarx iva milli le, dabbruha, imqar jekk wiehed iqis il-ligi tal-probabbiltii li kienet taghmilha difficli li bini jehlisha mit-tunnellati ta’ bombi li nxtehtu.


PARTI IX


Nhar il-31 ta’ Dicembru, 1941 Generalfeldmarschall Albert Kesselring iffirma dokument importanti li kellu x’jaqsam mal-mod kif kellha titmexxa l-battalja kontra Malta fl-ewwel xhur tas-sena li kienet waslet biex tibda. Kopja ta’ dan id-dokument inghatat lill-Kmand Suprem tal-Kriegsmarine, lis-Superaereo Taljan u lit-II Fliegerkorps.


B’din id-direttiva Kesselring jiddefinixxi l-iskop tat-taqbida bhala li kellu jwassal halli l-Germanizi jikkontrollaw fiz-zgur triqthom bejn l-Italja u l-Afrika ta’ Fuq u biex jirbhu s-supremazija ta’ l-ispazju ta’ l-ajru u tal-bahar fl-istess inhawi. L-ewwel bzonn kien li l-gzira ta’ Malta tingab daharha mal-hajt. Kesselring kiteb li l-fortizza ta’ Malta kienet thedded maz-zmien ir-rotta bil-bahar u bl-ajru bejn l-Italja u l-Afrika ta’ Fuq u kienet post mnejn isiru attakki bl-ajru fl-Italja u l-Afrika ta’ Fuq. Ghall-Inglizi kienet post ta’ appogg (staging post) ta’ l-aqwa importanza strategika ghal vapuri u ajruplani fi triqthom minn Gibilta ghal Lixandra u vici-versa.


Generalmajor Walter LorenzGeneralmajor Walter Lorenz

Kesselring osserva li Malta kellha difiza tajba ghall-ahhar kontra attakki bl-ajru u bil-bahar. L-organizzazzjoni tad-difiza fl-art kienet mill-aqwa u kellha ajruplani tal-bumbardament u tal-glied. Kellha fil-parti l-kbira apparat tal-gwerra u kellha hazna ta’ forniment.


L-ingenji tal-II Fliegerkorps kellhom imexxu l-gwerra kontra Malta mill-bidu ta’ Jannar 1942. Ajruplani Taljani jintuzaw skont ma jkun ordnat.


Fit-tielet punt tad-direttiva, Kesselring fisser kif kellha tkun id-direzzjoni tal-glied (Kampfführung). Il-glieda kontra Malta pproduciet din l-istampa sakemm kien qieghed jippjana Kesselring. L-ajruplani tal-glied Germanizi kienu superjuri ghal dawk Inglizi, li rari kienu jiggieldu. Kien mehtieg b’kull mod immaginabbli ghall-kontinwazzjoni tal-gwerra li l-ajruplani tal-glied Inglizi jkunu sfurzati jitilghu halli jiggieldu.


Il-flakk madwar il-Port tal-Belt Valletta kien qawwi u tajjeb biex iharisha. Mill-okkorrenzi ta’ l-ajruplani ta’ bil-lejl irrizulta li l-piloti tal-bumbardieri kienu qeghdin jahbtu sewwa ghal postijiet alternattivi maghrufin sewwa.


(p.171) L-organizzazzjoni ta’ l-art giet ipperfezzjonata. Kesselring ghalhekk ordna li l-ajruporti kellhom ikunu bbumbardjati sewwa.


Il-vapuri fil-port tal-Belt Valletta kellhom ikunu bbumbardjati biss b’effett bid-dive-bombers.


Kesselring kiteb li fil-glieda kontra Malta fl-ewwel post tinghata importanza, kif elenkat, li jsiru attakki bla ma jaqtghu bl-ajruplani tal-bumbardament u tal-glied, bi nhar u bil-lejl, fuq il-qawwa ta’ l-ajru ta’ l-ghadu fl-istallazzjonijiet ta’ l-art u fl-ajru biex tigi mfarrka u biex il-kanuni tal-flakk (ta’ kontra l-ajruplani) tal-gzira jigu msikkta.


Matul dawn l-attakki ta’ tharbit u tfixkil (nuisance raids) bil-lejl u bi nhar l-artillerija kontra-aerea ta’ Malta kellha tissikket. Dan l-iskop seta’ jintlahaq bi ftit ajruplani; l-ajruplani jew il-units li jtiru fil-limitu tal-hin taghhom f’gholi differenti, kulhadd skont hu, ikun jista’ jisfida pattern stabbilit ta’ sparar ta’ l-artillerija.


Flimkien ma’ ajruplani tal-glied mibghuta ghall-attakk kellhom isiru attakki b’fighter bombers taht skorta qawwija ta’ ajruplani tal-glied, attakki minn ghadd zghir ta’ bumbardiera mmexxija minn numru gmielu ta’ ajruplani tal-glied u attakki ehrex, f’formazzjonijiet jittajru b’bumbardiera taht skorta possibbli ta’ ajruplani tal-glied. L-attakki kellhom jinhasbu skont il-pozizzjoni tax-xemx, vizibbilta u difiza, izda l-gzira kellha tinqasam f’setturi (Zielraumeinteilung) bhala mod semplici kif wiehed jispjega l-pjan tal-glieda. It-taqsim koncernat kien registrat f’mappa mehmuza mad-dokument. Bdil kontinwu fit-taghbija utli tal-bombi kellu jzomm lill-ghadu dejjem jahseb f’xi sorprizi godda. Minbarra attakki horox (Tiefangriffe) b’bombi SD2 kellu jsir uzu mill-varjeta kbira ta’ bombi ta’ kull daqs u toqol.


Il-provvisti ta’ apparat u nies lil Malta bl-ajru u bil-bahar kellhom jinqatghu Dawn il-provvisti kellhom jigu intercettati minn kmieni minn ajruplani tat-tkixxif li joperaw fuq firxa kbira. Fl-ahharnett il-bazi navali ta’ Malta kellha tissikket b’attakki minn bumbardiera tqal fuq it-tarznari, il-vapuri tal-gwerra u il-vapuri merkantili. Isegwi li fic-cirkostanzi Fliegerkorps II kellha tahdem ma bcejjec LM ta Fliegerkorps X u kellhom jintuzaw il-PC 1800RS, bombi meghjunin minn rokits biex jippenetraw l-armar.


Il-bidu ta’ l-ehrex battalja kontra Malta kellu jsir b’ordni tal-Kap Kmandant Suprem, Nofsinhar. Sadakinhar il-battalja kellha ssir b’tattika li ddejjaq lill-ghadu (Störerungsverfahren) u f’kaz specjali bl-uzu u l-ghajnuna teknika li setghu jaghtu l-unitajiet li jkunu lesti ghall-glied mir-rizerva u li jingabu mit-tahrig.


(p.172) F’dan id-dokument ufficjali, li mhux bicca karta ta’ progapanda rhisa izda pjan ta’ battalja, Albert Kesselring fisser li Malta kellha tkun newtralizzata bhala bazi. Biex dan isehh it-targets militari kellhom jinqerdu u r-rifomimenti minn barra jitwaqqfu. Kesselring ta struzzjoni biex fil-Port il-Kbir il-vapuri jigu attakkati b’dive-bombing preciz. Imkien ma jissemma li kellha ssir qerda ta’ bini storiku. Bhala theddida ghall-moral tan-nies, barra l-qilla tal-bumbardamenti li kellhom isiru fuq targets militari, nistghu niehdu r-rejdijiet ma jaqtghu xejn, anke bil-lejl.


Lörzer ikkummenta: "In der Zeit vom. 20 März bis 28. April 1942 wurde Malta als Flotten-und Luftstützpunkt völlig ausgeschaltet ... Insgesamt waren eingesetzt: 5807 Kampfflugzeuge, 5667 Jägere und 345 Aufklärer. 6557231 Kilogramm Bomben wurden abgeworfen.” Fiz-zmien bejn l-20 ta’ Marzu u t-28 ta’ April, 1942 Malta tnehhiet ghal kollox mill-mappa bhala bazi tal-flotta u ta’ l-ajru ... B’kollox intuzaw 5807 bomber, 5667 fighteru 345 ajruplan tat-tkixxif.


Inxtehtu 6,557,231 kilogramma bombi. Meta Lörzer kiteb hekk kien qieghed jafferma, gustament, dak li Kesselring ried li jitwettaq fid-dokument tal-31 ta’ Dicembru, 1941. Kesselring kellu ragun jikteb fl-10 ta’ Mejju, 1942 li, “Malta ist als See- und Luftstützpunkt ausgeschaltet.” Malta tnehhiet mill-mappa bhala bazi tal-bahar u ta’ l-ajru. L-ironija kienet li nhar l-10 ta’ Mejju, 1942 waslu l-iSpitfires Mark V, li kienu superjuri ghall-Me 109s u dakinhar inqalbet il-folja ghax l-Inglizi bdew jergghu jiehdu s-supremazija ta’ l-ajru f’idejhom.


Jekk xi hadd ’l isfel fil-gerarkija fettillu jxellef l-ordnijiet ta’ l-Oberbefehlshaber kien att ta’ insubordinazzjoni. Jekk inzommu f’rasna li Malta kienet mahbuta mil-Luftwaffe u mhux minn elementi tal-Waffen SS, naslu biex nifhmu wkoll, sakemm hu possibbli, li l-ordnijiet tal-Kap Suprem ta’ Fliegerkorps II kienu jikkoncernaw targets militari.


Il-qilla tal-bumbardamcnti matul April 1942, l-aghar u l-ikreh xahar tal-gwerra ghal Malta, ifakkruna fit-tunnellagg enormi ghal naqra ta’ blata bhalma hi Malta li waqa’ fuqha. Christopher Shores jikteb f’Entscheidende Luftschlachten des 2. Weltkriegs.39 “Im April wurden sic wohl am härtesten gefordert, man nannte ihn später den «grausamsten» Monat.” F’April l-aktar li gew ittestjati bl-ahrax. Wara sejhulu x-xahar l-aktar kiefer. Wiehed jistenna li persentagg gmielu tal-bombi ddestinati ghal targets militari kellhom jispiccaw band ohra, ghax ebda bomber m’ghandu garanzija li ser jasal jew ser jithalla jersaq Iejn it-target tieghu.


(p.173) Is-Sur W.D. Scott irrimarkali fl-ittri tieghu li l-Germanizi ma kenux ser jahlu l-bombi fuq il-knisja tal-Mosta jew fuq targets mhux militari. Dan hu konfermat minn diversi fatturi, skont hu. L-ewwelnett inhawi residenzjali bhal Tas-Sliema ma gewx ibbumbardjati u mwittija. It-tieni, il-bombi li waqghu fuq il-knisja tal-Mosta ma kellhomx carg elettriku. It-tielet, Malta hi zghira u kullimkien jintlaqat facilment.


Ghal dawn ir-rimarki gusti, li wiehed irid iqishom sewwa, wiehed jista’ jwiegeb billi jghid li hemm ix-xhieda okulari ta’ Dun Ang Camilleri. Barra minn hekk intlaqtu bosta knejjes, uhud barra t-target areas sewwa. Hu maghruf li kemm ir-RAF u kemm il-Luftwaffe kienu josservaw il-principji tal-gwerra bhala regola, izda gew habtiet meta piloti qatlu piloti avversarji u saret tpattija wara. Wiehed ma jiskantax li gew attakkati targets civili meta wiehed iqis kif gew immaxinganjati pajzana minn piloti ta’ Messerschmitts, li sparaw anke fuq bhejjem u kull haga ticcaqlaq huma u dehlin fil-baxx fuq Malta qishom iz-Seeräuber li darba, fi zmien il-Mislem, kienu jinzlu fi xtutna u jkaxkru dak li jghodd ghal idejhom u joqtlu dak li ma jghoddx.


B’ittra tas-7 ta’ Novembru, 1993 il-Professur Martin ta’ l-Universita ta’ Essex, li qabel kien Keeper of Public Records Office, Kew, qalli li difficli ssib twegiba preciza ghall-mistoqsija tieghi jekk kenux jezistu dokumenti li juru li l-bumbardament ta’ certi postijiet f’Malta sarx apposta jew le. Kif ghedt jien, il-Professur Martin qalli li kien hemm u jkun hemm qabza kbira (wide gap) bejn policy u operazzjonijiet fil-gwerra. Malta kienet target zghir u ffullat u l-ghageb hu li kien fadal affarijiet li helsuha. Bhali l-Professur Martin jiftakar li hemm materji li jinqraw fil-kotba li ma jaqblux mad-dokumenti.


B’ittra tat-8 ta’ Dicembru, 1993, Herr Euteneuer tad-Deutscher Luftwaffenring, e.V., gharrafni li safejn jistghu jghidu mhux maghruf li, meta Generalfeldmarschall Albert Kesselring kien jikkmanda, ordna xi bumbardamenti fuq targets mhux militari f’Malta. Ghaddew hamsin sena u hafna nies mietu. Hafna dokumenti nqerdu wara l-gwerra. Ma setax jaghtini twegiba ahjar minn hekk, skont ma qalli.


B’ittra tat-3 ta’ Dicembru, 1993 is-Sur Stephen Walton tad-Dipamment tad-Dokumenti, Imperial War Museum, Londra, fissirli l-pozizzjoni attwali dwar il-kwistjoni tal-bumbardamenti mill-ajru tal-Luftwaffe fuq Malta. Ma hareg xejn gdid fuq is-suggett s’issa mill-Germanja, safejn jaf hu. X’aktarx li tibqa’ kontroversja l-bicca tal-bumbardamenti mill-ajru fuq Malta mill-Qawwiet ta’ l-Assi u jibqa’ spazju bizzejjed biex min jakkuza u min jiggustifika (p.174) dak li sar, ladarba m’hemmx xhieda dokumentata. Habat li sofra hafna mill-bumbardamenti ta’ l-Alleati, iktar minn organizzazzjonijiet militari Germanizi ohra u hafna materjal inqered. Forsi ’l quddiem tfigg xi haga mill-arkivji li r-Russi qabdu wara l-gwerra u issa qeghdin f’idejn il-Germanizi wara l-ghaqda mill-gdid li giet mill-process storiku li ghaggilha minn nhar id-9 ta’ Novembru, 1989.


Il-kwistjoni ta’ hsarat kollaterali kagunati mill-bumbardamenti ta’ stallazzjonijiet militari u ekonomici u n-nuqqas ta’ distinzjoni cara bejn targets militari u civili, intenzjonati u mhumiex, harget fil-berah fil-Konflitt tal-Golf fl-1991. Il-kontroversja tidher li ser tibqa’ sejra fi zmien is-sistema ta’ armamenti “fuq taghhom” (“smart” weapons systems), ikkonkluda s-Sur Stephen Walton.


PARTI X


KONKLUZJONIJIET

  1. L-Inglizi u l-Germanizi attakkaw postijiet civili meta dehrilhom sew bhala policy kif ukoll bhala tpattija.
  2. Skont Dun Ang Camilleri l-ajruplan li minnu nizlet il-bomba li dahlet mill-koppla ddajvja ghal fuq il-knisja.
  3. In-normi tad-direttiva ta’ Generalfeldmarschall Albert Kesselring tal-31 ta’ Dicembru, 1941 kienu jirrestringu l-attakki ghal targets militari.
  4. Abbuzi minn piloti fl-osservanza tar-regoli tal-gwerra huma maghrufin li saru miz-zewg nahat involuti fil-konflitt f’Malta.

RIFERENZI

  1. International Prize Law.
  2. Direttiva Nru 13.
  3. Longmans 1930.
  4. Lübeck, Rostock.
  5. Reminiscences fi Floriana Blitz, 1942 (Commemorative Booklet, 40 th Anniversary 1982, pagna 8).
  6. Ibid. Mehud minn Final Focus on Floriana, pagna 129.
  7. The Artillery Defence of Malta, Lt Col. H.E.C. Weldon OBE, RA fil-Journal Royal Artillery, Vol. LXXIX, Nru 1, pagni 20-21.
  8. Kapitlu 8, The Miracle of Mosta f’Malta: The Triumphant Years 1940-43, pagna 74.
  9. Typescript, pagna 74.
  10. Ibid., pagna 95.
  11. Ibid., pagna 96.
  12. Ibid., pagna 101.
  13. Ibid., pagna 111.
  14. Ibid., pagna 112.
  15. Ibid., pagna 115.
  16. Pagna 670.
  17. Typescript, pagna 119.
  18. Ibid., pagna 120.
  19. Ibid., pagna 123.
  20. Ibid., pagna 124.
  21. Ibid., pagna 124.
  22. Ittra minn Justus, The Times of Malta tas-17 ta’ Frar 1942, pagna 2. “Last Monday, unhappy Mosta once more bore the brunt of the enemy’s ruthless action. As an ocular witness..."
  23. Ittra f’The Times of Malta ta’ l-10 ta’ Marzu 1942, pagna 2. “Will you please allow me space in your esteemed paper to thank publicly Lt (Q.M.) Fannings and his staff for the good work they are rendering whenever the enemy indiscriminately bomb Mosta”.
  24. 11 ta’ April 1942, pagna 2.
  25. “So in Malta is there like reaction to the wanton dive-bombing of Valletta, and later Mosta”.
  26. George Cross at Mosta f’The Times of Malta tat-8 ta’ Ottubru 1942, pagna 2. “As our national history chronicles that in the Middle Ages the village of Mosta invariably bore the brunt of the barbarians’ onslaughts on our Island, so in these tragic days, imperturbable Mosta can proudly show its no small share of the wanton havoc which a ruthless enemy has wrought on our homes”.
  27. Pagni 139,141. ‘They (the Germans) were bombing the village...”
  28. “There was the sudden whine of the diving bomber, closer this time, and followed by the shrill whistle of the falling bombs”.
  29. L-Oratorju Qalb ta’ Gesu, il-Hamis 17 ta’ Gunju 1992. Is-Sinjura Vella qaltilna dan minn jeddha. Ahna ma konniex nitkellmu fuq il-grajja. Kienet qieghda titkellem fuq l-Oratorju Qalb ta’ Gesu.
  30. Mosta Dome Bomb, ittra f’The Sunday Times tat-22 ta’ Mejju 1988, pagna 17.
  31. Intervista, 17 ta’ Gunju 1992.
  32. Journal of the Royal Irish Fusilier, 1944, The Faugh-A-Ballagh, pagni 139-141.
  33. Kesselring Albert, Memoirs, Londra, William Kimber, 1953.
  34. Edizzjoni Greenhill Books, 1988, pagna 122.
  35. Ibid., pagna 315.
  36. Ibid., kapillu 24.
  37. Ibid., pagna 310.
  38. Giulio Douhet, The Command of the Air, New York. Tradott mit-Taljan minn Dino Ferrari, it-tieni edizzjoni, l-ewwel edizzjoni 1927.
  39. Pagna 99.



Kapitli ohra mill-ktieb