The Mosta Archives Banner

EX ANNALIBUS MUSTAE

George Cassar, editur

Pubblikazzjoni tas-Socjeta Filarmonika Santa Marija Mosta f'gheluq l-100 sena (1905-2005) mit-twaqqif tas-Socjeta.


Dan il-ktieb interessantissimu jinxtara mill-Kazin Santa Marija. Din il-verzjoni digitali ma fihiex il-parti bl-Ingliz, u dik bil-Malti taf fiha xi differenzi mill-original minhabba problemi waqt l-iskanjar li minhabba r-rizorsi limitati ma kellix cans nivverifika ghal kollox u hi raguni ohra ghala wiehed ghandu jmur dirett ghall-ktieb meta jigi biex jiehu riferenzi minnu.


Prefazzjoni


Mons. Bartilmew Bezzina, Arcipriet 1960-1981


(p.viii) Fl-okkazjoni tal-100 sena mill-ftuh tal-Kazin Santa Marija - illum Socjeta Filarmonika Santa Marija - gejt mitlub nikteb xi tifkiriet fuq il-Mosta u l-Kazin ta’ Santa Marija.


Fiz-zmien li jiena kont Arcipriet tal-Mosta sar zvilupp fil-qasam socjali, edukattiv u religjuz.


Dwar il-qasam socjali sar zvilupp fil-bini: inbnew iz-zona ta’ Sant’ Andrija, iz-zona tan-naha tas-Sorijiet Agostinjani, il-qasam tad-djar, u tkompliet Triq il-Kostituzzjoni, li kienet tasal sal-’Mustina.’ Inbena wkoll l-ewwel Centru Civiku ta’ Malta, inawgurat fl-1966.


Dwar il-qasam edukattiv, ta’ min jghid li fil-Mosta minn dejjem kien hemm imhabba kbira ghat-taghlim. Fis-sena 1967 infethet l-iskola ‘Lily of the Valley’ bhala skola ta’ l-extended courses, li wara saret skola sekondarja tal-bniet. Fi Triq Grongnet fl-1969/70 infethet l-iskola sekondarja tas-subien. U fl-1974, f’Targa Gap infethet l-Iskola tas-Snajja’ jew Artiganat. It-tfal kienu jhobbu jistudjaw u numru kbir minnhom kien jghaddi mill-ezamijiet tal-GCE. Hafna minnhom komplew jistudjaw u saru ghalliema u kapijiet ta’ skejjel. Dak iz-zmien mill-Mosta lahqu wkoll tliet inspectors u direttur ta’ l-edukazzjoni.


Dwar il-qasam religjuz, anki hawn kienu qeghdin isiru zviluppi mghaggla. Fis-sena 1961 is-Sorijiet Frangiskani fethu d-dar ‘Pax et Bonum’ li giet imkabbra fis-sena 1968. Fis-sena 1964 kienet inawgurata d-dar ta’ l-irtiri tal-Gizwiti ‘Mount St Joseph’ f’Targa Gap. U f’Ottubru tas-sena 1971, is-Sorijiet tal-Bon Pastur fethu d-dar fil-’Mustina’ fi Triq il-Kostituzzjoni.


Fi Triq Valletta nfethet ufficjalment in-Nunzjatura Appostolika li giet imbierka fit-13 ta’ Novembru 1967, min-Nunzju Mons. Martin J. O’Connor.


Fit-12 ta’ Gunju ta’ l-1980, il-kappella tal-housing estate fi Vjal l-Indipendenza kienet imbierka mill-Vigarju Generali Mons. Carmelo Xuereb. Saru preparamenti ghall-bini ta’ sala fi Vjal l-Indipendenza li kienet se tinbena fuq art li nghatat b’xejn. Kienu tlestew ukoll il-pjanti mill-Perit Joseph Ellul Vincenti ghall-bini ta’ kappella gdida n-naha ta’ Sant’ Andrija. Dawn ma nbewx ghax il-permessi ghalihom ma kinux hargu.


Bejn is-snin 1960 u 1973 saru modifikazzjonijiet u tkabbir ta’ l-Oratorju ‘Qalb ta’ Gesu.’ L-ahwa Borg hallew id-dar spazjuza taghhom fi Triq it-Torri lill-Knisja tal-Mosta. Din id-dar saret l-Oratorju tal-Bniet ‘Marija Immakulata.’ Fit-12 ta’ Awissu 1975 gie mbierek mill-Arcisqof Mons. Mikiel Gonzi. Fis-sena 1971 kien inawgurat (p.x) u mbierek il-qasam il-gdid tal-M.U.S.E.U.M. tas-subien fi Triq Papa Gwanni XIII. Fis-sena 1975, il-M.U.S.E.U.M tal-bniet kien trasferit ghad-dar nru. 44, Triq il-Pont, moghtija mis-Sinjorina Michelina Sciberras.


Ghal dak li hu tisbieh fil-knisja, insemmu l-appostli, li nhadmu mill-iskultur Marco Montebello u li tqieghdu fil-faccata tar-Rotunda bejn is-snin 1966 u 1974. Fuq in-naha ta’ wara tal-knisja tlesta x-xoghol tal-friz, il-gwarnicun u l-frontispizju fis-sena 1968.


Matul dawn is-snin saru wkoll zewg tifkiriet. Fis-sena 1963 gie mfakkar il-50 anniversaqu tal-Kungress Ewkaristiku: u f’Ottubru ta’ l-1971 gie mfakkar il-mitt anniversarju tal-konsagrazzjoni tal-knisja. Il-Kardinal Corrado Ursi, Arcisqof ta’ Napli, ikkonkluda l-festi ta’ dan l-anniversarju.


Imma l-ikbar festi li saru kienu fl-okkazjoni tal-25 anniversaru mill-proklamazzjoni tad-Domma ta’ l-Assunta, fis-sena 1975. F’dik is-sena, fl-10 ta’ Awissu, l-Arcisqof Mons. Mikiel Gonzi, waqt koncelebrazzjoni mill-aktar solenni, qieghed kuruna tad-deheb fuq ras l-Assunta fil-kwadru titulari. Ghal din l-okkazjoni rega’ gie l-Kardinal Corrado Ursi biex jaghlaq il-festi titulari nhar l-14 u l-15 ta’ Awissu. Wara l-Pontifikal solenni, il-kardinal libbes curkett fis-saba ta’ l-Assunta b’turija taz-zwieg mistiku bejn il-poplu Mosti u l-Assunta.


Matul dan z-zmien, jigifieri bejn is-snin 1960 u 1981 il-Kazin Santa Marija kien maghruf bhala Kazin Socjali li bit-thabbrik ta’ nies anzjani baqa’ miftuh b’kumitat maghzul minn fosthom.


Il-laqghat tal-kumitat ma kenux regolari, imma kull meta kienu jsiru dejjem ittiehdu l-minuti u gie moghti rendikont tad-dhul u l-hrug.


Ghal xi zmien, bi ftehim, kienu jaghmlu uzu mill-kazin il-Mosta Gunners (tim tal-futbol). Is-sala tal-kazin kienet tinkera ghat-tigijiet u ghal ricevimenti f’okkazjonijiet ohra.


F’dak iz-zmien il-Kazin Santa Marija kien jiehu sehem fil-purcissjoni tal-Qalb ta’ Gesu.


Inzid ukoll li mill-14 ta’ Mejju 1991, gejt mahtur Direttur Spiritwali ta’ l-istess Kazin. Matul din il-kariga, fl-4 ta’ Awissu 1991 sar it-tberik tal-fabbrika tan-nar fl-inhawi taz-Zebbiegh. Sar ukoll it-tbetrik tal-Bandalora l-gdida, moghtija mis-Sur Joseph Grech (il-Paramount) fil-bitha tal-villa tieghu fi Triq il-Kostituzzjoni.


F’din l-okkazjoni ta’ gheluq il-100 sena mill-ftuh tal-Kazin Santa Marija, illum ‘Is-Socjeta Filarmonika Santa Marija,’ minn qalbi nifrah lill-President, lill-Kumitat u lis-socji kollha li qed jorganizzaw dawn il-festi centinarji. Nawgura wkoll kull success ghal gejjieni mseddaq bil-barka t’Alla u bil-harsien hanin ta’ l-Assunta.


Mons. Joe Carabott, Arcipriet 1981 -2003


(p.xii) Gie dan il-hsieb f’mohhi: mur ghid lill-ewwel membri li ffurmaw is-Socjeta Santa Marija fil-Mosta, li mitt sena wara, kellhom ikunu mfakkra b’gieh minna!


Il-process naturali huwa wiehed u dejjem l-istess, jigifieri: ckejken fil-bidu, zvilupp b’diffikultujiet, maturita u identita. Ghadni kemm rajt ritratt tal-Papa Benedittu XVI meta kien ghadu tfajjel ta’ 5 snin bil-basket ta’ l-iskola fuq spallejh … mur ghidlu li kellu jsir Papa!


Il-bidu tas-Socjeta Santa Marija kellu jkun, u naturalment kien, bidu ckejken: xi rgiel ddecidew li ikollhom post fejn jiltaqghu biex jghaddu ftit hin flimkien ta’ rikreazzjoni u mistrieh. F’kull haga. specjalment meta tkun tajba, jinqalghu diffikultajiet u ghalhekk ikun mehtieg li jkun hemm min jiehu inizjattiva, u meta ikun hemm bzonn, decizjonijiet halli d-diffikultajiet jintrebhu. Aktar ma jghaddi z-zmien aktar jinhass il-bzonn li ssir xi haga iktar ta’ siwi u f’dan il-kaz kellu jkun li tigi ffurmata banda filarmonika. Illum is-Socjeta Filarmonika Santa Marija tal-Mosta ghandha identita tant li rnexxielha tnizzel fl-annali taghha hidmiet, okkazjonijiet u inizjattivi li jaghmlu lid-dirigenti u lill-membri kburin b’dak li sar u tistimola numru ta’ zghazagh biex jaghtu sehemhom u jassiguraw il-gejjieni.


Kelli x-xorti nkun Arcipriet tal-Mosta meta s-Socjeta Santa Marija saret Filarmonika: kien pass iebes u riskjuz. Imma meta jkun hemm rieda tajba, ghaqal fit-tregija, u mhuh u dirghajn lesti ghax-xoghol, ir-rizultat ikun pozittiv ... f’dan il-kaz kien rizultat pozittiv hafna!


Nifrah ghas-snin li ghaddew u nawgura mill-qalb ghall-futur!


W. Rev. Dun Mario Tong, Arcipriet 2003 -


(p.xiv) Spiss nisimghu b’xi anniversarju, li jfisser tifkira u celebrazzjoni ta’ avveniment li beda f’xi zmien. Hafna jiftakru fl-anniversarju taz-zwieg taghhom, u f’certi mumenti koppja mhux biss tiftakar hi wehidha, imma wkoll thoss il-bzonn li ticcelebra dan l-avveniment ma’ haddiehor. Trid twassal messagg: ifirhu maghna ghal dak li bdejna u ghexna u wettaqna ghal dawn is-snin. Hemm ukoll skop iehor, li koppja tirrifletti fuq dak li ghexet u wettqet matul tant zmien u fl-istess hin iggedded l-impenn taghha li tkompli fit-triq li bdiet. Waqt li tiftakar fil-passat, tiggedded fl-impenn taghha, u thares b’fiducja u tama lejn il-futur.


Anniversarji jigu mfakkra minn nazzjonijiet, gruppi, ghaqdiet u socjetajiet differenti. L-iskop jibqa’ l-istess: naraw minn fejn tlaqna, x’wettaqna, niccelebraw u niggeddu fl-impenn taghna.


Din is-sena s-Socjeta Filarmonika Santa Marija qieghda ticcelebra anniversarju importanti fil-hajja taghha. Huwa mument ta’ celebrazzjoni fil-komurtita li fiha tghix u tahdem.


Huwa wkoll zmien ta’ hsieb u riflessjoni: tara kif bdiet u fejn waslet; tara x’wettqet u x’ikkontribwiet ghall-membri taghha u ghall-komunita tal-Mosta b’mod general; taghraf x’kien il-pozittiv u t-tajjeb li tat biex tkompli ssahhu, waqt li ttejjeb dak li sata’ sar ahjar.


Huwa wkoll mument ta’ tigdid fl-impenn taghha ghall-futur: tara kif se tkompli taghmel il-gid ghall-membri taghha u ghall-komunita tal-Mosta; kif tista’ tkompli tikkontribwixxi b’mod pozittiv ghal din il-komunita f’dak li hu socjali, edukattiv u kulturali, taghraf kif tista’ tkompli tahdem flimkien ma’ socjetajiet ohra biex flimkien maghhom iggib il quddiem il-progress ta’ dan il-poplu.


Bhala Arcipriet, nirringrazzja lis-Socjeta Filarmonika Santa Marija ghat-tajjeb kollu li wettqet tul dan iz-zmien. Nawgura li d-dirigenti u l-membri kollha jkomplu jahdmu flimkien ghall-gid ta’ din is-Socjeta u tal-Mostin kollha.


Nawgura fuq kollox li l-ispirazzjoni ewlenija tigi minn dik li ghaliha din is-Socjeta hi msemmija: Santa Marija. Jalla fuq l-ezempju ta’ ommna Marija tfittxu li tkunu qaddejja tal-Mulej, u fuq il-kmand u t-twissija taghha taghmlu dak kollu li jghidilkom il-Mulej Gesu.


Kunu mberkin.


Il-messagg tal-President


(p.xvi) Bhala president ta’ din is-Socjeta gejt mitlub mill-editur, Dott. George Cassar, biex nikteb messagg introduttorju ghal dan il-ktieb li qieghed jigi ppubblikat fl-okkazjoni tal-mitt sena mit-twaqqif tas-Socjeta.


L-idea ghal din il-pubblikazzjoni kienet giet ezaminata f’laqgha tal-kumitat madwar sentejn ilu, fil-bidu nett tad-diskussjonijiet dwar ic-celebrazzjonijiet ghac-centinarju. Matul din il-laqgha, il-president ta’ dak iz-zmien, is-Sur Alex Vella, kien qal li dan l-anniversarju jixraqlu li jigi mfakkar mhux biss b’numru ta’ attivitajiet barra minn tas-soltu imma wkoll b’pubblikazzjoni specjali li tigbor fiha l-istorja u l-izvilupp tas-Socjeta u tal-Mosta matul iz-zminijiet. B’kazin fil-qalba tal-Mosta, is-Socjeta kienet minn dejjem minn ta’ quddiem fis-sostenn ta’ inizjattivi ta’ attivitajiet kulturali li kienu jsiru jew ikunu organizzati fil-Mosta. Bil-banda taghha ‘Filarmonika Santa Marija,’ bil-kamra tan-nar taghha, b’mijiet ta’ sostenituri u b’sezzjoni taz-zghazagh attiva hafna, din is-Socjeta kellha influwenza u prezenza sinifikanti fil-Mosta f’dawn l-ahhar 100 sena li maghhom igibu responsabiltajiet kbar.


Il-hsieb gie addottat u wara xhur shah ta’ hidma iebsa r-rizultat finali hu dan il-ktieb imprezzabbli. B’ghaxar kapitli, li jinkludu l-aktar storja komprensiva tas-Socjeta li qatt giet miktuba, migbura mill-kotba tal-minuti, din il-pubblikazzjoni tigbor fiha informazzjoni li parti minnha hi bbazata fuq ghejjun li ntuzaw ghall-ewwel darba, miktuba minn uhud mir-ricerkaturi l-aktar maghfufa u kwalifikati f’Malta. Il-kumitat hass li kellu jippubblika dan il-ktieb kemm bl-Ingliz kif ukoll bil-Malti biex b’hekk it-turisti u l-Maltin li jghixu barra minn xtutna ikunu jistghu jibbenefikaw minn dan is-sors importanti ta’ informazzjoni dwar il-hajja u l-bidliet socjali li l-Mosta ghaddiet minnhom matul iz-zminijiet.


Nghaddi l-hajr u l-apprezzament tieghi lill-editur u lill-awturi li onorawna billi offrewlna l-kitbiet originali taghhom u lill-istituzzjonijiet u individwi li offrewlna is-sostenn finanzjarju ghal dan ir-rigal importanti lill-komunita Mostija.


Armand Galea


Nota editorjali


(p.xviii) Il-bniedem ikejjel iz-zmien bis-snin. F’hafna kazi aktar ma jghaddu snin aktar inhossu apprezzament lejn xi haga partikulari. Meta ghaqda taghlaq milt sena inhossu li ghandna nxandru dan il-fatt, specjalment meta din l-ghaqda tkun ghada ghaddejja bil-hidma taghha.


Is-Socjeta Filarmonika Santa Marija tal-Mosta ghalqet mitt sena. Mitt sena ta’ hidma varjata – socjali, kulturali, bandistika u piroteknika. Kienu mitt sena ta’ hajja mhallta fejn f’xi mumenti nhassu d-diffikultajiet, f’ohrajn inhass aktar spirtu ta’ hegga, imma fuq kollox dejjem dehret il-prezenza ta’ din l-Ghaqda kemm fil-hajja Mostija kif ukoll f’dik Maltija.


Biex jitfakkar kif jixraq dan ic-centinarju, is-Socjeta Filarmonika Santa Marija tal-Mosta hasset li ghandha taghti rigal lill-Mostin. imma mhux inqas lill-Maltin kollha li joqoghdu f’pajjizna jew li jghixu boghod minn xtutna, specjalment l-emigranti, billi tippubblika ktieb ta’ studji fuq aspetti varji mill-hajja tal-Mosta matul iz-zmien Ex Annalibus Mustae (Mill-hajja tal-Mosta) hu ktieb bil-Malti u bl-Ingliz li jigbor fih ghaxar kapitli mill-aktar dettaljati u interresanti li zgur jitfghu dawl - xi kultant gdid ukoll - fuq zminijiet differenti mill-hajja ta’ rahal li llum hu belt fost l-akbar fl-Arcipiergu Malti.


Hu ktieb li ghandu jkollu fil-librerija tieghu kull studjuz tal-hajja Maltija u kull kollezzjonist tal-Melitensia li jigbor kitbiet fuq pajjizna.


George Cassar


Il-kontributuri


Alexander Bonnici O.F.M. Conv., H.E.D., S.Th.Lic., Th.B.


(p.xx) Twieled il-Furjana fit-28 ta’ Jannar 1936. Hu sacerdot Frangiskan Konventwal, bid-dottorat fl-Istorja mill-Universita Gregorjana ta’ Ruma. Ghandu wkoll gradi akkademici fil-Filosofija u Teologija. Hu l-fundatur u direttur tad-dar editrici ‘Religion u Hajja’ li tippubblika kotba ta’ ispirazzjoni nisranija. Hu ghallem u ghadu jaghti lezzjonjiet ta’ l-Istorja f’universitajiet u kulleggi f’Malta u barra minnha. Imma l-arttivita ewlenija tieghu hi bhala awtur ta’ studji dokumentati. Ippubblika izjed minn 120 ktieb. Huma l-izjed bil-Malti, imma ghandu wkoll bl-Ingliz u bl-Ispanjol. Kotba tieghu gew maqlubin f’ilsna ohra u gew ippubblikati fl-Awstralja, l-Indja, l-Italja u l-Peru. Hu kiteb monografiji dokumentati ta’ personaggi importanti. Hu bizzejjed li jissemmew il-hajjiet tal-Beatu Gorg Preca, Mons. Mikiel Azzopardi, Mons. Guzeppi De Piro, Mons. Isidoro Formosa u Frenc ta’ l-Gharb. Opra ta’ importanza kbira hi Storja ta’ Inkizizzjoni ta’ Malta fi tliet volumi li harget bl-Ingliz ukoll. Hu wkoll l-awtur ta’ volumi dettaljati dwar postijiet bhall-Isla, Had-Dingli, il-Mellieha u n-Nadur. Bonnici gie moghti numru ta’ onorificenzi u medalji kemm f’Malta kif ukoll fir-Renju Unit u fl-Istati Uniti. Jiehu sehem ta’ sikwit fi programmi kulturali fuq it-televixin u r-radju. Kiteb ukoll il-prezentazzjoni ta’ ghadd ta’ pubblikazzjonijiet. Kien ukoll l-editur generali ta’ ghadd ta’ pubblikazzjonjiet ta’ natura generali.


Ruben Paul Borg B.E.&A.(Hons.). A.&C.E. Spec.Struct. Eng. (Milan)


(p.xxi) Hu twieled fl-1976 u kiber u ghex fil-Mosta. Studja fl-Universita ta’ Malta fejn gradwa B.E.&A.(Hons) bhala perit fl-1999. Kompla l-istudji tieghu f’Milan meta nghata borza ta’ studju mill-gvern Taljan. Gab grad ta’ specjalizzazzjoni fl-inginerija civili u strutturali, Spec. Struct. Eng. (Milan), mill-Universita Teknika ta’ Milan fl-2002. Ir-ricerka tieghu f’Milan kienet l-aktar fuq ‘Reinforced and prestressed concrete structures, high strength and fibre reinforced concrete.’ Kif gie lura Malta hadem fuq numru ta’ progetti. Jghallem fil-Fakulta ta’ l-Arkitettura u l-Inginerija Civili u fl-Istitut Internazzjonali ta’ l-Istudji Barokki, fl-Universita ta’ Malta, u hu l-koordinatur tekniku fuq teknoligija innovattiva fil-Kunsill Konsultattiv ta’ l-Industrija tal-Bini. Bhala arkitett u inginier civili hu attiv f’diversi oqsma li huma marbutin ma’ l-arkitettura u l-inginerija civili u strutturali. Jahdem ukoll fuq ic-Certifikazzjoni ta’ Prodotti tal-Kostruzzjoni u Sistemi Manigerjali ta’ Kwalita fl-Industrija tal-Kostruzzjoni.


Glorianne Borg Axisa B.A.(Hons.), PGCE, Dip.Geog.(Milan), M.A.


(p.xxi) Twieldet fl-1976 u studjat fl-Universita ta’ Malta fejn hadet il-B.A.(Hons) fl-Istudji Mediterranji Kontemporanji bil-Gografija bhala s-suggett principal ta’ l-istudji taghha. Gabet ukoll il-Post-Graduate Certificate in Education (PGCE) mill-istess universita. Fis-sena 2000 kompliet l-istudji taghha fil-Gografija fl-Universita degh Studi di Milano, fl-Italja. Kif giet lura Malta kompliet il-grad tal-Masters fil-Gografija. Ir-ricerka taghha fuq l-ekologija tal-pajsagg kien ikkoncentrat b’mod specjali fuq il-bidla tal-pajsagg fil-gzejjer Maltin. Hi tghallem il-Gografija fil-Kullegg Universitarju, fl-Imsida.


Joseph J. Camilleri B.A., M.A., A.I.E. (Lond.)


(p.xxii) Hu edukatur li twieled il-Mosta u ha l-edukazzjoni tieghu fl-iskola primarja tal-Mosta u fil-Liceo. Ha certifikat mill-Kullegg ta’ l-Ghalliema, ghandu B.A. u M.A. mill-Universita ta’ Malta u l-A.I.E. mill-institute of Education ta’ l-Universita tal-London. Kien kap ta’ skola, ufficjal edukattiv II, u lekcerer fil-Kullegg ta’ l-Ghalliema u fl-Universita l-Gdida. Kiteb bosta artikli dwar l-edukazzjoni, l-istorja u l-folklor, kif ukoll xogholijiet ta’ letteratura. Ippubblika kotba bhal Kwartell, Antenni (antologija ta’ poeziji), u rumanzi bhal Ahna Sinjuri, Is-sejha ta’ l-Art, Il-Ghar tax-Xitan, Ulied il-Qawsalla, Luteru, Illum f’Daqqa Wahda, Habbejtkom it-Tnejn, u F’Dell l-Irdum (puntati fil-Gwida). Ghandu xoghol iehor mhux mitbugh li jinkludi antologija ta’ poeziji, novella, drammi u tnax-il rumanz. Kellu bosta karigi ufficjali bhal fl-Awtorita tax-Xandir, fil-Fakulta ta’ l-Arti ta’ l-Universita ta’ Malta, ezaminatur, u membru f’bordijiet ta’ l-ghazla. Hu membru tas-Socjeta Filarmonika Santa Marija u ghal hafna snin kien membru tal-kumitat u sahansitra f’xi zmien vici-president. Kien ukoll ghal numru ta’ snin editur ta’ l-Annwal ta’ din is-Socjeta. Camilleri hu l-awtur ta’ l-oratorju ‘Il-Ghid ta’ l-Assunta Lilek Marija’ miktub ghall-okkazjoni tal-100 anniversarju mill-fondazzjoni tas-Socjeta Filarmonika Santa Marija. Inghata ‘Gieh il-Mosta’ (2004) mill-Kunsili Lokali tal-Mosta.


George Cassar B.A. (Educ.), M.Ed., Ph.D.


(p.xxiii) Hu senior lecturer ma’ l-Universita ta’ Malta u fil-prezent jokkupa l-kariga ta’ subject co-ordinator tad-Dipartiment tas-Socjologija fil-Kullegg Universitarju, l-Imsida. Ilu ghal hafna snin jahdem mal-Fakulta ta’ l-Edukazzjoni ta’ l-Universita ta’ Malta jharreg l-ghalliema. Cassar ippubblika numru ta’ kotba u kiteb artikli u kapidi ghal kotba ohra. Il-kotba tieghu jinkludu: Grajja ta’ Skola: L-iskola primarja tal-Mosta fis-sekli dsatax u ghoxrin (1999), Ghaxar Fuljetti Simulati ghall-uzu fit-taghlim ta’ l-Istorja (1999), Aspetti mill-Istorja ta’ Malta fi Zmien l-Inglizi: Ktieb ta’ rizorsi (2000), Kun Af il-Mosta Ahjar: Gabra ta’ taghlim u tahrig (2000), u Paola: Storja u kultura (2003). Hu editur jew ko-editur ta’: Il-kelma li tmantni lir-ruh: Antologija ta’ kitbiet minn awruri Mostin (2004), Understanding Social Studies (2004), Sociological Aspects of the Maltese Islands (2004) u The Great Siege 1565: Separating fact from fiction (2005). Cassar hu wkoll l-editur tal-gurnal akkademiku annwali Sacra Militia li jistudja l-Ordni ta’ San Gwann. Irricerka u bena l-websajt www.mosta.gov.mt tal-Kunsill Lokali tal-Mosta. Cassar hu l-president ta’ l-Ghaqda ta’ l-Ghalliema ta’ l-Istorja (Malta), cerpersin tas-Sacra Militia Foundation, president ta’ Harsien Patrimonju Mosti u vici-president tas-Socjeta Filarmonika Santa Marija tal-Mosta. Hu wkoll l-editur ta’ l-Annwal ta’ din is-Socjeta.


Pauline Cassar B.A. (Educ.)


(p.xxiv) Twieldet il-Mosta u hadet l-edukazzjoni taghha fl-iskola primarja tal-Mosta, fis-St Louis Grammar School u fl-Universita ta’ Malta minn fejn iggradwat bhala ghalliema. Hi ilha tghallem ghal hafna snin fl-iskejjel ta’ l-istat. Hi wkoll rapprezentanta ta’ l-ghalliema fil-kunsill skolastiku ta’ l-Iskola Primarja ‘Carmela Sammut’ tal-Mosta. Ghamlet numru ta’ korsijiet fil-qasam ta’ l-edukazzjoni. Tinteressaha hafna l-hajja fil-Mosta matul iz-zmien u taghmel ricerka u kitba fuq dan is-suggett. Involuta bis-shih f’xoghol ta’ assistenza fl-editjar ta’ pubblikazzjonijiet diversi.


Stanley Fiorini B.Phil., M.A. (Oxon), Ph D.


(p.xxiv) Huwa professur tal-Matematika fl-Universita ta’ Malta u kien fil-passat kap tad-Dipartiment tal-Matematika. L-interess tieghu fl-Istorja ta’ Malta, l-aktar fuq il-perjodu Medjevali u l-pubblikazzjoni ta’ sorsi primarji, wassal biex jippubblika numru ta’ kotba kemm wahdu kif ukoll ma’ haddiehor. Fost il-kotba li hareg wahdu jew ma’ ohrajn insibu: Santo Spirito Hospital at Rabat, Malta. The Early Years to 1575 (1989), The ‘Mandati’ Documents at the Archives of the Mdina Cathedral, Malta: 1473-1539 (1992), The Origins of Franciscanism in Late Medieval Malta (1995), u Mdina - The Cathedral City of Malta, 2 volumi (1996). Nieda wkoll serje gdida bl-isem ta’ Documentary Sources of Maltese History u li ghaliha kkontribwixxa, kemm wahdu kif ukoll ma’ ohrajn, l-ewwel sitt volumi, bl-ahhar wiehed ikun The Palermo Chancery/ Documents: 1400-1459. Hames volumi ohra qeghdin fi stadju ta’ preparazzjoni. Hu wkoll editur jew ko-editur ta’ numru ta’ pubblikazzjonijiet tal-Malta Historical Society li taghha kien ukoll president onorarju, u tax-xoghol f’zewg volumi bl-isem ta’ Birgu - A Maltese Maritime City (1992).


Grazio A. Grech


(p.xxv) Imwieled fl-1942 fil-Belt Victoria, Ghawdex, hu studja fl-iskola primarja tal-gvern, fis-Seminarju t’Ghawdex u fil-Liceo ta’ Ghawdex. Matul is-snin ghamel ricerka intensiva dwar l-istorja tal-baned Ghawdxin u dwar l-istorja muzikali f’Ghawdex u ppubblika diversi artikli storici konnessi ma’ dawn it-temi. Kiteb ukoll artikli konnessi ma’ baned Maltin u surmastrijiet b’konnessjoni ma’ baned kemm Ghawdxin kif ukoll Maltin. Matul is-snin (1965-73) li dam l-Awstralja kiteb ukoll fuq gurnali Maltin f’dan il-kontinent. Huwa ppubblika dawn il-kotba: Grajjiet il-Banda II Leone t’Ghawdex (1967), L-40 Kungress Ewkaristiku Internazzjonali, Melbourne Awstralja (1983), Grajja tas-Socjeta Filarmonika Leone, Ghawdex (1988), L-Istatwa ta’ l’Assunta - Mitt sena Fostna (1997), Erbatax il-Profil ta’ Muzicisti Ghawdxin, Maltin u Barranin (1998), u Mill-Istorja Muzikali ta’ Ghawdex (2002). Ghandu wkoll lesti ghall-pubblikazzjoni zewg kotba ohra. Grazio A. Grech kien jahdem fic-Civil. Ha sehem f’xi programmi fuq radjijiet tal-komunita. Illum hu pensjonant.


Guido Lanfranco MQR


(p.xxvi) Twieled fl-1930 u kien ghalliem f’diversi skejjel primarji u sekondaji f’Malta u Ghawdex. Irtira mid-Divizjoni ta’ l-Edukazzjoni fl-1991 meta kien kap tad-Divizjoni ta’ l-Edukazzjoni fl-1991 meta kien kap tad-Dipartiment tal-Biologija u assistant kap fil-Liceo Gan Frangisk Abela fl-Imsida (li issa hu l-Kullegg Universitarju). Kien fil-kumitati jew president ta’ bosta ghaqdiet kulturali u waqqaf ohrajn li ghalihom organizza wirjiet u attivitajiet ghall-bosta snin. Ilu sa mis-snin hamsin jaghmel tahditiet u programmi fuq ir-radju u mis-snin sittin fuq it-ielevixin, dejjem fuq suggetti ta’ l-istorja, il-folklor u n-natura. Ghandu bosta kitbiet f’gurnali u magazins u hu awtur ta’ ghadd ta’ kotba fuq l-istess suggetti. Fl-1969 inghata medalja mill-Konfederazzjoni tal-Kumitati Civici u fl-1996 gie moghti l-Medalja ghall-Qadi tar-Repubblika ghall-kontribut tieghu fil-kultura u lill-komunita. Fost il-kotba li ppubblika hemm L-Istorja tat-Trasport f’Malta (1999), Drawwiet u Tradizzjonjiet Maltin (2001), u Xoghol, Gahgieh u Snajja li spiccaw (2002).


Joseph Muscat MQR


(p.xxvi) Twieled fir-Rabat (Malta) fl-1934 u rcieva l-edukazzjoni tieghu fil-Liceo u fil-Kullegg ta’ l-Ghalliema St. Michael’s. Hu membru attiv fis-Socjeta tad-Duttrina Nisranija (MUSEUM), fis-Socjeta Storika Maltija, vici-cerpersin tas-Sacra Militia foundation, membru onorarju u vici-president tal-Friends of the Maritime Museum, membru onorarju tal-Hbieb tal-Presepju, tas-Society for Nautical Research (Ingilterra), tan-Naval Dockyards Society (Ingilterra) u ta’ l-Association des Amis du Musée de la Marine (Parigi). Fl-1988 gie maghzul segretarju ghall-kumitat provizorju tal-Muzew Marittimu u ghen fit-twaqqif ta’ dan il-muzew. Minn dejjem kellu interess fl-istorja marittima ta’ Malta, b’mod specjali fuq il-flotta ta’ l-Ordni ta’ San Gwann, l-izvilupp tat-teknologija tal-vapur u d-dghajsa tradizzjonali Maltin, u wkoll fl-ikonografija. Hu ghamel ricerki profondi fuq il-graffiti tax-xwieni u kwadri votivi. Fost il-hafna pubblikazzjonjiet tieghu hemm The Dghajsa and Other Traditional Maltese Boats (1999), Il-Flotta ta’ l-Ordni ta’ San Gwann (2000), Kwadri Ex-Voto Marittimi Maltin (2003), u Slaves on Maltese Galleys (2004). Hu gie moghti l-Croce dell’Ordine al Merito Melitensis mill-Ordni ta’ San Gwann u l-Medalja ghall-Qadi tar-Repubblika.


Mark Schembri


(p.xxvii) Gej mill-Mosta u twieled fl-1977. Ghandu interess specjali fl-arti tal-pittura, il-poezija u d-drama. Mark ha distinction fl-arti grafika wara li attenda kors ta’ erba’ snin fl-Iskola ta’ l-Arti u Snajja’ Salvatore Dimech, f’Targa Gap, il-Mosta, mill-1993 sa l-1997. Fl-1995 gie moghti l-ewwel premju f’kompetizzjoni ta’ l-arti organizzata mill-Youth Service Organization u sponsorjata mill-Bank of Valletta, u fi Frar tal-1997 attenda kors qasir f’Kerteminde, id-Danimarka. Mill-1997 hadem bhala artist ghal rasu, bhala ghalliem ta’ l-arti u disinjatur fuq il-kompjuter. Mark Schembri esebixxa xogholijiet ta’ l-arti fil-Mosta (1999, 2003, u 2005), Nostalgia Restaurant, San Pawl il-Bahar (1999-2004), f’Bay Street, San Giljan (2001), fil-Logga tat-Teatru Manoel, Valletta (2002), u fil-Muzew Nazzjonali ta’ l-Arti, Valletta (2002).


Raymond G. Zammit Dip. Criminology Cert. I.T.E.C.


(p.xxviii) Twieled fil-Mosta nhar il-15 ta’ Settembru 1954 u rcieva l-edukazzjoni tieghu fl-iskola primarja tal-Mosta u fis-St Joseph Secondary Technical School, f’Rahal Gdid. Kompla l-istudji tieghu fil-kriminologija fl-Universita ta’ Malta. Ingagga fil-Korp tal-Pulizija bhala kuntistabbli fl-1975 u fl-1980 sar surgent. Fl-1987 Zammit gie mahtur spettur u fis-sena 2000 sar supretendent I, u deputat kap kmandant ta’ l-Akkademja tal-Pulizija. Ghadu jservi fil-korp u huwa wkoll lecturer f’diversi suggetti fl-Akkademja tal-Pulizija. Kiteb kotba dwar il-Korp tal-Pulizija.


Winston L. Zammit B.A. (Hons.), M.A.


(p.xxviii) Ha l-istudji tieghu fil-Kunvent ta’ St Joseph, tas-Sliema, u wara fil-Kullegg ta’ San Alwiegi, f’Birkirkara. Gab il-B.A. (Hons) fl-Istorja mill-Universita ta’ Malta fl-1971 u l-M.A. fl-Istorja mill-istess universita fl-1975. Ghamel ukoll kors ta’ sena fil-Kullegg Malti ta’ l-Edukazzjoni (1974-5). Zammit ilu jghallem l-Istorja u l-Istudji Socjali fl-iskejjel sekondarji ta’ l-istat u fil-licej mill-1971. Bhalissa hu subject co-ordinator ta’ l-Istorja mad-Divizjoni ta’ l-Edukazzjoni. Zammit kiteb numru ta’ artikli u kotba dwar l-istorja ta’ Malta fosthom Il-Mexxejja Maltin tal-Kungress Malti 1799-1800 (1999) u Tas-Sliema fis-Seklu XIX (2000).




Kapitli ohra mill-ktieb

  1. Introduzzjoni.
  2. Il-bidu u l-ewwel zminijiet tas-Socjeta Filarmonika Santa Marija tal-Mosta.
  3. Is-Socjeta Santa Marija: minn Kazin ghal Socjeta Filarmonika.
  4. In-nisga urbana u rurali tal-Mosta.
  5. Il-Mosta u l-inhawi ta’ madwar fiz-Zmien tan-Nofs.
  6. Il-Mosta Nisranija.
  7. Il-Gvern lokali fil-Mosta (1773 – 1896).
  8. Rahal fi gwerra: il-Mosta matul it-Tieni Gwerra Dinjija.
  9. Iz-zamma ta’ l-ordni fil-Mosta mill-1800.
  10. Mill-hajja tal-Mosta fl-ewwel nofs tas-seklu ghoxrin.
  11. Graffiti fil-Mosta: Il-hitan tal-kappella ta’ San Pawl Nawfragu.