The Mosta Archives Banner

EX ANNALIBUS MUSTAE

George Cassar, editur

Pubblikazzjoni tas-Socjeta Filarmonika Santa Marija Mosta f'gheluq l-100 sena (1905-2005) mit-twaqqif tas-Socjeta.


Dan il-ktieb interessantissimu jinxtara mill-Kazin Santa Marija. Din il-verzjoni digitali ma fihiex il-parti bl-Ingliz, u dik bil-Malti taf fiha xi differenzi mill-original minhabba problemi waqt l-iskanjar li minhabba r-rizorsi limitati ma kellix cans nivverifika ghal kollox u hi raguni ohra ghala wiehed ghandu jmur dirett ghall-ktieb meta jigi biex jiehu riferenzi minnu.


1. Il-bidu u l-ewwel zminijiet tas-Socjeta Filarmonika Santa Marija tal-Mosta

Grazio A. Grech


L-ewwel uniformi tal-Kazin Santa Marija Mosta.(p.1) L-ewwel spalletti u l-arma tal-beritta tal-Banda Santa Marija

(p.3) Xi kittieba jgharrfuna li wara li xi bandisti nfirdu minn hdan l-ghaqda muzikali ‘Nicolo Isouard’ tal-Mosta, dawn, fl-1905, waqqfu ghaqda muzikali ohra fil-Mosta, u b’hekk f’dawk iz-zminijiet kien hemm zewg ghaqdiet filarmonici. Dawn l-istess kittieba jghidu li qabel ma l-ghaqda muzikali ‘Santa Marija’ hadet l-isem taghha, din kienet maghrufa bhala Circolo Unione.


Fis-sena 1903 insibu li fil-Mosta ga kien hemm ‘Casino Santa Maria’ li kien jinsab f’numru 103, Strada Rjali.1 Nota taht il-firma tal-President, Cesareo Chetcuti, tghid li d-direzzjoni ta’ dan il-kumitat kompost minn president, segretarju, kaxxier u direttur, jilqghu membri godda fi hdan din il-ghaqda bi hlas ta’ mizata: “… è stato la direzione di un Comitato composto del Presidente, Segretario, Casiere e Direttore. L ammesione da essere proposta da qualunque membro del Casino. Sotto scrizione trimestrale 3s. Ingresso 4s 2d. Presidente Cesareo Chetcuti.” Din l-istess informazzjoni nsibuha wkoll ghas-sena 1905.2 Nafu wkoll li parti mill-ispejjez tax-xoghol tal-gwarnicun tar-Rotunda li sar bejn l-1899 u l-1903 thallsu mill-President Cesareo Chetcuti tal-Kazin Santa Marija.


Kungress Ewkaristiku fil-Mosta, jidher il-Kazin Santa Marija(p.2) Il-kazin Santa Marija fl-1913 (fejn turi l-vlegga)

Xi sorsi jinnotaw li l-kittieb Robert Mifsud Bonnici jgharrafna li ghal habta tas-sena 1900, Mro. Anton Miruzzi kien direttur tal-Banda Santa Marija.3 Madankollu l-istess Mifsud Bonnici jghidilna li ghall-habta tal-1900 il-Banda Nicolo Isouard kienet immexxija minn Mro. A. Miruzzi.4 Anki l-istorja tgharrafna li f’dak iz-zmien Mro. Anton Miruzzi kien surmast-direttur tal-banda l-ohra Mostija, Nicolo Isouard.5


L-istoriku Arturo Caruana fil-ktieb tieghu Storja ta’ Malta, indika li fl-1905 Mro. Anton Miruzzi kien is-surmast-direttur tal-Banda Santa Marija waqt li (p.4) bhala surmast tal-Banda Nicolo Isouard indika lil Giobattista Mifsud.6 madanakollu, ghas-sena 1905, sors iehor jghid Mro. Anton Miruzzi kien surmast-direttur tal-Banda Nicolo Isouard, waqt li s-Sur Giobattista Mifsud kien id-direttur tal-kazin u l-istess banda.7 Il-Malta Taghn ta’ l-istess sena tikkonfenna li Mro. A Miruzzi kien ghadu surmast-direttur tal-Banda Nicolo Isouard,8 waqt li l-Guida Generale tas-sena 1908, jindika wkoll bhala surmast-direttur tal-Banda Nicolo Isouard lil Mro. A Miruzzi.9


L-ewwel uniformi tal-Kazin Santa Marija Mosta.(p.4) Il-programm muzikali tat-23 ta' Lulju 1905 mill-Kazin Santa Marija fil-pjazza tal-Mosta

L-ewwel uniformi tal-Kazin Santa Marija Mosta.(p.4) Mro. Giuseppe Micallef

Izda storikament nafu li fl-1905, il-Banda Santa Marija tal-Mosta kienet diga mwaqqfa u stabbilita tajjeb. Tant li matul l-istess sena din il-banda Mostija tat diversi servizzi muzikali fil-pubbliku kemm fil-Mosta kif ukoll barra mill-Mosta. Nafu li nhar it-23 ta’ Lulju, 1905, il-Banda Santa Marija taht it-tmexxija tas-surmast taghha, Mro. Guzeppi Micallef, esegwiet programm muzikali fil-pjazza tal-Mosta. F’dan il-programm il-banda esegwit il-marc Core ed Arte ta’ D. Barbara, l-Overture Masaniello ta’ Auber, selezzjoni mill-opra Aida ta’ Verdi, il-kavatina Barbiere ta’ Rossini, il-valz Spanjol El Turia ta’ D. Granado u l-polka Aux Frendchaft ta’ Liebig. Il-Banda Santa Marija kienet ghalqet dan il-programm bid-daqq ta’ l-innu L’Unione u l-God Save the King.10


Mro. Guzeppi Micallef twieled f’Haz-Zabbar, nhar il-5 ta’ Gunju, 1854, bin Anton u Carmela, mwielda Meli. Kien idoqq mal-banda tar-Royal Malta Fencible Artillery u kien ukoll surmast-direttur ta’ diversi baned Maltin, fosthom tal-baned Maria Mater Gratiae (p.5) u San Mikiel ta’ Haz-Zabbar, Prince of Wales ta’ Vittoriosa, Melita tan-Naxxar, kif ukoll tal-banda l-ohra Mostija, Nicolo Isouard. Is-Surmast G. Micallef ikkompona wkoll diversi bcejjec muzikali. Huwa kien mizzewweg lil Grazia Psaila u kellhom hames ulied. Miet il-Hamrun nhar l-20 ta’ Ottubru, 1914.11


Minn korrispondenza, datata 20 ta’ Lulju, 1906, li ghaddiet bejn id-deputazzjoni tal-festa ta’ Santa Marija komposta mill-arcipriet ta’ dak iz-zmien, Dun Gwann Sarreo D.D., Dun Gwann Fenech, Dun Ang Camilleri, u Dun Guzepp Borg, u l-baned Santa Marija u Nicolo Isouard dwar is-servizzi li dawn iz-zewg baned Mostin kellhom jaghmlu matul il-granet tal-festa tas-sena 1906, fost affarijiet ohra nsibu ndikat: “… nixtiequ nafu jekk il-filarmonika tieghek (Santa Marija) tridx taccetta l-istess servizz u ddoqqu programm filwaqt il-ghasar ta’ lejlietha bhalma ghamiltu s-sena l-ohra.” Dan il-kliem jindika car li l-Banda Santa Marija kienet hadet sehem fil-festa ta’ Santa Marija fil-Mosta tas-sena 1905.12


Matul is-sena 1905 il-Banda Santa Marija harget iddoqq barra l-Mosta. F’rapport dwar il-festa tal-Madonna tad-Duluri ccelebrata f’San Pawl il-Bahar fl-1905, insibu li z-zewg baned Mostin kienu hadu sehem f’din il-festa: “... San Pawl il-Bahar, mal-banda l-Qadima il-bierah marru wkoll kwazi l-istess nies, San Pawl il-Bahar ghax marret il-banda gdida”. 13 Kif wiehed jista’ jinnota, f’dan r-rapport il-Banda Nicolo Isouard giet identifikata bhala l-banda l-qadima, waqt li l-Banda Santa Marija giet msejha bhala l-banda gdida. Rapport iehor li deher fuq il-gazzetta Malta Taghna (p.6) tat-23 ta’ Novembru 1905, jindika wkoll li l-Banda Santa Marija daqqet programm fl-okkazjoni tal-festa tal-Madonna tad-Duluri fil-Mosta.


Kungress Ewkaristiku fil-Mosta, jidher il-Kazin Santa Marija(p.6) L-istatwa titulari l-antika ta’ Santa Marija

Is-sena 1906 gabet maghha xi ftit ta’ l-inkwiet. Mill-korrispondenza li d-deputati tal-festa kienu baghtu lid-dirigenti tal-Banda Santa Marija sabiex jaraw jekk riedux jaccettaw l-istess servizz li kienu ghamlu fis-sena 1905, jigifieri programm lejlet il-festa waqt il-ghasar, mir-risposta li kienu taw l-ufficjali tal-Banda Santa Marija datata 24 ta’ Lulju. 1905, indirizzata lil Dun Ang Camilleri, wiehed mid-deputazzjoni tal-festa, hemm indikat li, “… ahna mixtiqin wisq li niehdu sehem fil-festa ta’ l-Assunta, imma bhala nies ta’ l-istess pajjiz”.14


(p.7) Dan l-ilment hu wkoll indikat fl-ittra li l-istess mexxejja tal-Banda Santa Marija kienu baghtu nhar is-27 ta’ Lulju 1906, lid-deputati tal-festa meta nsibu miktub: “… nirrepetulkom dak li gia ktibnilkom cioe illi ahna nixtiequ wisq li ikolna sehem fil-festa bhala tfal tal-Mosta, u ahna qeghdin naghmlu hekk mhux biex nimmaltrattaw il-festa, imma biex naghmluha izjed kbira il-festa tal-Beata Vergni Marija”. 15


L-ittra tas-27 ta’ Lulju, tkompli taghti aktar taghrif: “… fl-ewwel ittra taghkom li fiha ghidtulna indoqqu fil-festa bhas-soltu, u jiena inghidilkom li dak li kien solitu, ma jezistix izjed, imma spicca, u ma jigix ikkalkulat izjed, imma z-zmien li ahna fih jghodd u mhux l-imghoddi, ghaliex ahna ta’ l-istess patria, cioe ta’ l-istess rahal, ma ghandniex inkunu maltrattati u persegwitati minkom b’dina l-manjiera.” L-ittri f’isem l-Ghaqda Muzikali Santa Marija, kienu ffirmati mill-president, is-Sur Edward Grech, il-vici-president, is-Sur Frangisk Gatt, u l-kummissjonant, is-Sur Pawlu Grech.16


Izda, minkejja dan, iz-zewg baned taw is-sehem taghhom permezz ta’ diversi servizzi matul il-jiem tal-festa ta’ Santa Marija ta’ dik is-sena. Ittra li dehret fuq il-gurnal Malta Taghna tal-25 ta’ Awissu 1906, bil-firma ta’ ‘Indipendent,’ tgharrafna li: “… bosta kienu illi dis-sena hasbu il-kuntrarju billi l-banda l-gdida kienet offisa ghal xi hwejjeg li ppretendiet bhala Mostin u lilha gew michuda. Izda l-banda l-gdida hija Mostija, u bhala Mostija hija kwieta, hija prudenti …” Anki hawn il-Banda Santa Marija giet indikata bhala il-banda l-gdida.17


Fil-bidu tas-sena, 1907, il-Banda Santa Marija li kienet ghadha taht it-tmexxija tas-surmast Guzeppi Micallef, esegwiet programm muzikali fil-pjazza (p.8) tal-Mosta,18 waqt li fl-1908 thallset is-somma ta’ £5 ta’ zewg servizzi li ghamlet fis-7 u fit-8 ta’ Settembru, ghall-okkazjoni tal-festa tal-Vitorja fin-Naxxar: “… pagati alla Societa Filarmonica ‘S. Maria’ della Musta per due servizzi musicali eseguiti l’uno la sera del 7 Sett. e l’altro nel tempo della Processione del giorno susseguente dell’anno 1908”.19 Il-Hadd, 14 ta’ Frar, 1909, il-Banda Santa Marija, taht it-tmexxija tas-Surmast Micallef, esegwiet program mmuzikali fil-pjazza tal-Mosta.20


Ta’ min jghid li Mro Guzeppi Micallef kellu sehem kbir in konnessjoni mal-Banda Peace tan-Naxxar, waqt li din il-banda kienet ukoll taghti xi servizzi fil-Mosta. J.F. Caruana jgharrafna li Mro. Micallef fl-1910 kien ghadu surmast-direttur tal-Banda Santa Marija waqt li jghid ukoll li kien ikkompona l-marca sinfonika, La Giovane Turche, ghall-Banda Santa Marija tal-Mosta.21


Il-Guida Generale tas-sena 1910 tindika li s-sede ta’ din l-ghaqda muzikali kienet f’Via Nuova Valletta.22 Fil-publikazzjoni Storja tal-Mosta hemm indikat li l-Banda Santa Marija baqghet tiffunzjona sal-1911, izda wara l-kazin ta’ din is-socjeta baqa’ miftuh.23 J.F. Caruana jindika li fl-1917 il-Banda Santa Marija kienet ghadha tezisti.24


Robert Mifsud Bonnici fl-istorja tieghu dwar il-Banda Nicolo Isouard jikteb li: “… bejn l-1918 u l-1922, il-banda sfrattat, mietet, u rxutat fl-1923 … waqt li l-Banda z-zaghzugha iffjakkat u mietet hesrem”.25 Hawn l-awtur, qed jalludi ghall-Banda Santa Marija bhala l-banda z-zaghzugha.


Intant fil-Guida Generale tas-sena 1920 niltaqghu mal-Banda Santa Marija, izda din id-darba taht l-isem ta’ ‘L’Assunta,’ li bhala direttur muzikali taghha kellha (p.9) lil Mro. Anton Miruzzi.26 Fl-istess sors nsibu li l-kazin - Circolo Filarmonico - ta’ din l-ghaqda muzikali kien f’numru 179, Triq il-Kungress Ewkaristiku, waqt li bhala president taghha kellha lis-Sur Giovanni Schembri. Is-segretarju u l-kaxxier kienu s-Sinjuri Carmelo Gatt u Vincenz Mifsud rispettivament.27


Fl-istess Guida Generale ta’ snin varji nsibu li l-kazin ta’ din l-ghaqda muzikali - L’Assunta - kien ghadu fl-istess lokal.28 F’numru ta’ hargiet ta’ din il-pubblikazzjoni hemm indikat li Mro. Anton Miruzzi kien id-direttur tas-Socjeta Filarmonika L’Assunta.29


Is-surmast Anton Miruzzi twieled il-Furjana nhar l-10 ta’ Ottubru 1867, bin Guzepp u Mikelina, imwielda Brincat. Huwa kien surmast-direttur ta’ diversi baned Maltin, fosthom La Valette tal-Belt Valletta, San Guzepp tal-Hamrun, Beland taz-Zejtun, I Cavallieri di Malta ta’ tas-Sliema, San Piju X ta’ Hal Lija, Sant’Andrija ta’ Hal Luqa, Nicolo Isouard tal-Mosta u Leone ta’ Ghawdex. Mro. Miruzzi kkompona ghadd varjat ta’ bcejjec muzikali li whud minnhom ghadhom jindaqqu sal-lum, waqt li kiseb diversi unuri bil-kompozizzjonijiet tieghu. Huwa kien mizzewweg lil Koncetta, imwielda Cauchi, u miet il-Hamrun nhar it-23 ta’ Ottubru, 1944.30


Il-Guida Generale tas-sena 1922/23 tindika bhala ufficjali tal-kumitat ta’ din l-ghaqda muzikali lil Cesareo Chetcuti bhala president, lil Felic Schembri bhala segretarju, lil Anglu Grech bhala kaxxier u lil Pietru Camilleri bhala direttur.31


L-istess sors ghas-sena 1925, juri bhala ufficjali tal-Banda L’Assunta lil Cesareo Chetcuti bhala president, lil Pietru Camilleri bhala segretarju, lil Anglu Grech bhala kaxxier, waqt li bhala deputati jindika lil Marcell Vella, (p.10) Salvu Sciberras, Guzeppi Bonnici, u Pietru Camilleri.32


It-tibdil fil-formazzjoni tal-karigi ta’ l-ufficjali tal-kumitat ta’ din l-ghaqda muzikali matul is-snin ghoxrin tas-seklu l-iehor jikkonferma li din is-socjeta, dik il-habta kienet ukoll attiva, u ghalhekk hu ragonevoli li wiehed jassumi li, bhal socjetajiet ohra, matul is-snin gew organizzati minnha ghadd ta’ attivitajiet socjo-kulturali ghall-membri u l-partitarji taghha.


Riferenzi

  1. Guida Generale di Malta e Gozo (Malta: 1903), 327.
  2. Guida Generale di Malta e Gozo (Malta: 1905), 292.
  3. Filarmonika Santa Marija, Mosta 1991 (Malta: 1991); J.J. Camilleri, ‘Filarmonika Santa Marija,’ L-Istorja tal-Kazini tal-Baned f’Malta u Ghawdex, iii (Malta: 1998).
  4. R. Mifsud Bonnici, Grajja ta’ Baned f’Malta u Ghawdex, ii (Malta: 1957), 75.
  5. Guida Generale di Malta e Gozo (Malta: 1900), 297; (1903), 318.
  6. A. Caruana, Storja ta’ Malta, (Malta: 1904), 448.
  7. Guida Generale di Malta e Gozo (Malta: 1905), 289.
  8. Malta Taghna, 12.vii.1905.
  9. Guida Generale di Malta e Gozo (Malta: 1908), 327.
  10. Malta Taghna, 22.vii.1905.
  11. Socjeta Filarmonika Maria Mater Gratiae 1883-1983, Grajja ta’ Mitt Sena (Malta: 1983); The Times, 14.ix.1982.
  12. Malta Taghna, 4.viii.1906.
  13. Ibid., 30.ix.1906.
  14. Ibid., 4.viii.1906.
  15. Ibid.
  16. Ibid.
  17. Ibid., 25.viii.1906.
  18. Ibid., 23.ii.1907
  19. A(rkivju) P(arrokjali) N(axxar), ‘Esito per banda musicale,’ Lib. Esito, Amministr. Rev. Guzeppe Attard, 1908, f.47.
  20. In-Nahla, 13.ii.1909.
  21. The Times, 14.ix.1982; Programm tal-festa, 1985, Soc. Fil. Maria Mater Gratiae, Zabbar (Malta: 1985).
  22. Guida Generale di Malta e Gozo (Malta: 1910), 395.
  23. E.B. Vella et al., Storja tal-Mosta bil-Knisja Taghha (Malta: 1972), Zieda IV,, 260.
  24. The Times, 14.ix.1982.
  25. R. Mifsud Bonnici, Grajja ta’ Baned f’Malta u Ghawdex, ii (Malta: 1957), 76.
  26. Guida Generale di Malta e Gozo (Malta: 1920), 220.
  27. Ibid., 329.
  28. Guida Generale di Malta e Gozo (Malta: 1922/23, 1925, 1927, 1929/30, 1931/21, & 1933/34), 327.
  29. Guida Generale di Malta e Gozo (Malta: 1922/23), 300; (Malta: 1925), 354; (Malta: 1927), 398.
  30. G.A. Grech, 14-il Profil ta’ Muzicisti Ghawdxin, Maltin u Barranin (Malta: 1998), 22-8.
  31. Guida Generale di Malta e Gozo (Malta: 1922/23), 310.
  32. Guida Generale di Malta e Gozo (Malta: 1925), 364.



Kapitli ohra mill-ktieb

  1. Introduzzjoni.
  2. Il-bidu u l-ewwel zminijiet tas-Socjeta Filarmonika Santa Marija tal-Mosta.
  3. Is-Socjeta Santa Marija: minn Kazin ghal Socjeta Filarmonika.
  4. In-nisga urbana u rurali tal-Mosta.
  5. Il-Mosta u l-inhawi ta’ madwar fiz-Zmien tan-Nofs.
  6. Il-Mosta Nisranija.
  7. Il-Gvern lokali fil-Mosta (1773 – 1896).
  8. Rahal fi gwerra: il-Mosta matul it-Tieni Gwerra Dinjija.
  9. Iz-zamma ta’ l-ordni fil-Mosta mill-1800.
  10. Mill-hajja tal-Mosta fl-ewwel nofs tas-seklu ghoxrin.
  11. Graffiti fil-Mosta: Il-hitan tal-kappella ta’ San Pawl Nawfragu.