EX ANNALIBUS MUSTAE
George Cassar, editur
Pubblikazzjoni tas-Socjeta Filarmonika Santa Marija Mosta f'gheluq l-100 sena (1905-2005) mit-twaqqif tas-Socjeta.
Dan il-ktieb interessantissimu jinxtara mill-Kazin Santa Marija. Din il-verzjoni digitali ma fihiex il-parti bl-Ingliz, u dik bil-Malti taf fiha xi differenzi mill-original minhabba problemi waqt l-iskanjar li minhabba r-rizorsi limitati ma kellix cans nivverifika ghal kollox u hi raguni ohra ghala wiehed ghandu jmur dirett ghall-ktieb meta jigi biex jiehu riferenzi minnu.
6. Il-Gvern lokali fil-Mosta (1773 – 1896)
Winston L. Zammit
(p.141) Il-Granmastru Fra Ximenes de Texada
(p.141) Is-sistema ta’ gvern lokali li twaqqfet fil-gzejjer Maltin fl-1993, u li bdiet tahdem fil-Mosta fl-1994, ma kenitx l-ewwel forma ta’ gvern lokali. Forom ohra ta’ gvern lokali ezistew fi zmien il-hakma tal-Kavallieri ta’ San Gwann, tal-Francizi (1798) u fi zmien l-Inglizi sa l-1896.
Il-gvern lokali fil-Mosla fl-ahhar snin tal-Kavallieri (1773 – 98)
Permezz ta’ digriet tad-data tat-28 ta’ Marzu 1773, il-Granmastru Fra Francesco Ximenes de Texada (1773-5) ghamel riforma ta’ l-amministrazzjoni lokali fil-kampanja. Permezz ta’ dan id-digriet Ximenes iddecieda li jahtar tliet ufficjali ghall-kampanja li kienu s-sindku, il-gurat u l-acatapanus. Dawn it-tliet ufficjali kellhom jinhatru mill-granmastru ta’ kull sena u nghataw certi responsabiltajiet. Il-kampanja ta’ Malta giet maqsuma f’disa’ distretti u f’kull distrett kellu jkun hemm it-tliet ufficjali msemmija. Fost id-distretti, kien hemm id-distrett li kien maghmul mill-irhula tal-Mosta, in-Naxxar u Hal Gharghur.
Id-digriet tal-granmastru specifika d-dmirijiet tat-tliet ufficjali fuq imsemmija. Fost affarijiet ohra, is-sindku u l-gurat kienu mistennija li jghassu fuq l-imgieba u l-istil ta’ hajja ta’ l-abitanti tad-distrett taghhom. Flimkien, it-tliet ufficjali kellhom jissorveljaw fuq tal-hwienet u l-bejjiegha tal-qamh u l-mahlut sabiex ix-xerrejja ma jigux imqarrqa fejn jidhlu l-uzin u l-prezzijiet. Kellhom ukoll jghaddulhom l-uzin mahrug mill-gurati ta’ l-Universita (il-gvern municipal ta’ l-Imdina). Is-sindku kellu wkoll (p.142) dmirijiet gudizzjarji ghax kellu l-jedd li jiddecidi numru ta’ kawzi. Biex izomm l-ordni fid-distrett tieghu, kellu l-jedd li jkollu fir-residenza tieghu, jew f’xi post iehor, cella fejn seta’ jzomm ghal xi zmien qasir lil min kien ikun kiser il-ligi. Izda kien obbligat li jressqu immedjatament quddiem il-qorti li tahtha kien jaqa’. ls-sindku kellu wkoll id-dritt li jkollu ghad-dispozizzjoni tieghu numri ta’ rgiel li jissejhu franchi biex jghinuh fil-qadi tad-dmirijiet tieghu. Dawn l-irgiel kellhom ikunu mehlusa mid-dmirijiet militari.1
Is-sistema introdotta minn Ximenes, b’xi tibdiliet zghar, baqghet tahdem sa tmiem il-hakma tal-Kavallieri ta’ San Gwann.
Fl-istess jum li hareg id-digriet tieghu, Ximenes, ghamel ukoll l-ewwel hatra tas-sindki, gurati u acatapani. Ghad-distrett tal-Mosta, in-Naxxar u Hal Gharghur saru dawn il-hatriet: sindku - Frangisk Magri; gurat - in-Nutar M.A. Darmanin; u acatapanus - Filippu Abela.2
(p.143) L-istess ufficjali regghu nhatru fl-1774.3 Dawn il-hatriet baqghu jsiru regolarment sa l-1797 (Tab. 1).
Tab. 1 (p.142) | |||
Sena | Sindku | Gurat | Acatapanus |
---|---|---|---|
1775 | Gio. Maria Bonello | Francescum Borg | Gio. Domenico Mifsud4 |
1776 | Nutar Frangisk Borg | Gio. Maria Bonello | Salv Galea5 |
1777 | Nutar Frangisk Borg | Gio. Maria Bonello | Salv Gafa6 |
1778 | Frangisk Borg | Guzeppi Mifsud | (ma nhatarx)7 |
1779 | Frangisk Borg | Guzeppi Mifsud8 | |
1780 | Frangisk Borg | Salvatore Bonnici9 | |
1781 | Frangisk Borg | Salvatore Bonnici10 | |
1782 | Frangisk Borg | Salvatore Bonnici11 | |
1783 | Frangisk Borg | Salvatore Bonnici12 | |
1784 | Salvatore Bonnici | Pietru Decelis13 | |
1785 | Salvatore Bonnici | Pietru Decelis14 | |
1786 | Salvatore Bonnici | Pietru Decelis15 | |
1787 | (ma sibtx l-ismijiet) | ||
1788 | Salvatore Borg | Pietru Decelis16 | |
1789 | Salvatore Bonnici | Andrea Decelis17 | |
1790 | (ma sibtx l-ismijiet) | ||
1791 | Salvatore Bonnici | Pietru DeCelis18 | |
1792 | Salvatore Bonnici | Pietru Decelis19 | |
1793 | (ma sibtx l-ismijiet) | ||
1794 | (ma sibtx l-ismijiet) |
Mill-1795 bdew jinhatru aktar ufficjali fid-distrett. Fil-fatt, minbarra s-sindku, bdew jinhatru tliet gurati, wiehed ghan-Naxxar, l-iehor ghall-Mosta u l-iehor ghal Hal Gharghur (Tab. 2).
Tab. 2 (p.143) | ||||
Sena | Sindku | Gurat (Naxxar) | Gurat (Mosta) | Gurat (Hal Gharghur) |
---|---|---|---|---|
1795 | Aloysium Caruana | Pietru Decelis | Tumas Chetcuti | Lawrenz Gafa20 |
1796 | Salvatore Bonnici | Pietru Decelis | Tumas Chetcuti | Lawrenz Gafa21 |
1797 | J.M. Borg | Guzeppi Ciappara | Tumas Chetcuti | Lawrenz Gafa22 |
Il-hakma Franciza
Il-hakma ta’ l-Ordni ta’ San Gwann fuq il-gzejjer Maltin giet fit-tmiem taghha f’Gunju ta’ l-1798. Fid-9 ta’ Gunju 1798 il-parti l-kbira ta’ l-armata Franciza, li kienet fi triqtha lejn l-Egittu, taht il-kmand tal-General Napuljun Bonaparte, tfaccat quddiem Malta. Talba tal-General Franciz biex jidhol f’Malta u jiehu provvista ta’ ilma giet milqugha b’certi kundizzjonijiet. Dawn il-kundizzjonijiet ma gewx accettati mill-Francizi u ghaldaqstant Bonaparte ta’ l-ordni biex l-ghada tinbeda l-invazjoni ta’ Malta kif fil-fatt sehh.23
Fil-11 ta’ Gunju l-Ordni talbet biex isir waqfien mill-glied. Din it-talba giet (p.144) mill-Francizi, u nhar it-12 ta’ Gunju 1798 ir-rapprezentanti ta’ l-Ordni ffirmaw id-dokument li bih cedew il-Gzejjer Maltin lill-Francizi, wara hakma ta’ kwazi 268 sena (Ottubru 1530 – Gunju 1798).24
Matul il-waqfa tieghu f’Malta bejn it-12 u d-19 ta’ Gunju, Bonaparte wettaq diversi riformi. Dawn kienu jinkludu sistema gdida ta’ gvern lokali li giet imwaqqfa permezz ta’ proklama bid-data tat-13 ta’ Gunju 1798. Skond l-artiklu VII ta’ din il-proklama, il-gzejjer Maltin kellhom jinqasmu f’numru ta’ distretti li jissejhu cantons. Kull canton kellu jitmexxa minn korp municipali b’hames membri. F’kull canton kellu jkun hemm ukoll imhallef tal-paci.25
Fil-fatt Malta nqasmet f’disa cantons jew distretti u Ghawdex fi tnejn. Fost dawn id-distretti kien hemm id-distrett maghmul min-Naxxar, il-Mosta u Hal Gharghur. Il-korp municipali li kellu jmexxi dan id-distrett kien iffurmat bhal tad-distretti l-ohra, izda kien maghmul minn sitt membri li kienu: president - Nutar Indri Micallef min-Naxxar;26 segretarju - l-Avukat Gamri Borg mill-Mosta; membri - it-Tabib Frangisk Falzon u l-benestant Tumas Chetcuti, it-tnejn mill-Mosta, il-benestant Wigi Bezzina min-Naxxar, u l-benestant Ganni Gafa minn Hal Gharghur.27
Minn dawn is-sitt persuni, wiehed biss kellu esperjenza fil-qasam tal-gvern lokali. Dan kien Tumas Chetcuti, li kien diga serva bhala gurat fil-Mosta bejn is-snin 1795 u 1797. Wahda mir-ragunijiet ghall-ghazla tieghu setghet kienet li l-Francizi riedu jaghmlu uzu mill-esperjenza tieghu f’dan il-qasam.
Fl-arkivju parrokkjali tan-Naxxar instabu ghadd ta’ dokumenti b’rabta ma din il-municipalita. Din inghatat xi nkarigi mill-gvern fosthom dik li jigbru (p.145) l-irgiel biex iservu fil-flotta Franciza.28 Mill-istess dokumenti nafu li l-municipalita kellha problema kbira ma xhiex thabbat wiccha, billi xi nies ta’ kondotta hazina kienu qeghdin jisirqu u joholqu l-inkwiet fost ic-cittadini. B’rabta ma’ din il-problema nsibu li fid-9 ta’ Awissu 1798, il-municipalita regghet talbet l-ghajnuna lill-militar kontra nies ta’ kondotta hazina li kienu qeghdin iwerwru lill-pubbliku.29
Izda l-municipalitajiet tal-kampanja kellhom hajja qasira, ghax mietu mewta naturali f’Settembru 1798, malli beda l-irvell tal-Maltin fil-kampanja kontra l-Francizi.
Il-Gvern Lokali fil-Mosta fi zmien l-imblokk (Settembru 1798 – Settembru 1800)
Nhar il-Hadd, 2 ta’ Settembru 1798, fir-Rabat ta’ Malta beda l-irvell tal-Maltin kontra l-Francizi. L-ghada l-Imdina waqghet f’idejn il-Maltin u l-attentat tal-Francizi li jergghu jiehdu l-Imdina f’idejhom falla. Il-Maltin hadu wkoll f’idejhom il-fortizzi u t-torrijiet ta’ madwar il-kosta.30
B’rizultat ta’ dan l-irvell, il-gzira ta’ Malta sfat maqsuma fi tnejn. L-Imdina u l-kampanja kienu f’idejn il-Maltin, filwaqt li l-Belt Valletta, il-Furjana u l-Kottonera u l-fortizzi Manoel u Tigne baqghu f’idejn il-Francizi.31
Inhass mill-ewwel il-bzonn li titwaqqaf amministrazzjoni alternattiva fil-kampanja biex tmexxi lill-Maltin. Dan sar fl-4 ta’ Settembru, meta bhala deputati tal-poplu gew mahtura n-Nutar Emmanuele Vitale, il-Konti Salvatore Manduca, il-Konti Ferdinandu Theuma Castelletti u l-Markiz Vincenzo Depiro. In-Nutar Emmanuele Vitale gie wkoll unanimament mahtur bhala l-kap tal-forzi Maltin. Dawn l-erba’ deputati hatru wkoll segretarju u numru ta’ ufficjali (p.146) ohra. B’hekk twaqqaf il-gvern Malti fil-kampanja u beda jissejjah l-Assemblea Nazzjonali.32
Izda minbarra l-Assemblea Nazzjonali, forom ta’ gvern lokali twaqqfu fl-irhula tal-kampanja. Fil-fatt. il-Baruni Vincenzo Azzopardi jghidilna li minbarra l-Assemblea Nazzjonali kien hemm gvern provizorju fl-irhula kollha.33
Il-gvern provizorju tal-Mosta jidher li kien maghmul minn erba’ persuni li kienu: il-Kappillan Dun Felic Calleja, Dun Marin Galea, Dun Guzepp Tonna u Frangisk Dimech.34
Il-gvernijiet ta’ l-irhula kellhom zewg responsabilitajiet kbar li kienu: il-manteniment tal-battaljun tar-rahal, u x-xiri ta’ l-ikel ghall-abitanti u ghall-battaljun tar-rahal. B’kollox, matul l-Imblokk twaqqfu 21 battaljun. Fost dawn kien hemm il-battaljun tal-Mosta, li matul l-imblokk il-manteniment tieghu kien jiswa 53 skud u 6 tari kuljum.35 Matul iz-zmien ta’ l-imblokk, madwar 633 ruh servew fil-battaljun tal-Mosta.36 Diversi persuni matul l-imblokk taw somom ta’ flus ghall-manteniment ta’ dan il-battaljun.37
Problema ohra kienet dik ta’ l-ikel. Meta faqqa’ l-irvell ma kienx hemm ikel mahzun fil-kampanja u l-Maltin lanqas kellhom il-munita barranija biex jixtru l-ikel minn Sqallija. F’dawn (p.147) ic-cirkustanzi il-gvernijiet ta’ l-irhula ddecidew li jipotekaw il-beni stabbli (djar u ghelieqi) li kien hemm fid-distretti rispettivi taghhom, biex jixtru bi kreditu provvisti ta’ l-ikel minn Sqallija.38 Il-gvern provizorju Mosti ghamel bhalhom. Ghaldaqstant fit-30 ta’ Marzu 1799, huma ddecidew li kellu ssir l-ipoteka tal-beni tal-Mosta biex igibu minn Sqallija 1,500 salma qamh, 500 salma mahlut u ikel iehor ghas-servizz tal-poplu u tal-battaljun tal-Mosta. Min kien kontra din id-decizjoni kellha erbat ijiem zmien biex jaghmel il-protesti tieghu mad-deputati.39 Din l-ipoteka fil-fatt saret u giet iffirmata mill-proprjetarji tal-beni fir-rahal u giet imnizzla fl-atti tan-Nutar A.P. Spiteri bid-data tat-3 ta’ April 1799.40
Il-Kungress (1799-1800)
Sa dan iz-zmien (Jannar 1799) il-kampanja Maltija kienet qed titmexxa minn grupp ta’ rgiel prominenti li kienu jsejhu l-laqghat taghhom Assemblea tad-Deputati. Izda l-Kaptan Alexander Ball R.N. li kien jikkmanda l-igfna Inglizi li kienu qeghdin jimblukkaw lill-Francizi fil-portijiet Maltin, u li kien rispettat hafna min-nies tal-lokal, gietu l-idea li jorganizza ahjar dan il-korp. Huwa ssuggerrxxa li jizdiedu l-membri li kellhom issa jigu eletti mid-diversi rhula, u li dan il-korp jibda jissejjah ‘Kungress’.41
Fil-laqgha tal-Kungress li saret fil-11 ta’ Frar 1799, u li kienet ippreseduta mill-imsemmi Kaptan Ball, hadu sehem il-kapijiet tal-battaljuni kollha. F’din is-seduta gie deciz li fil-laqghat futuri tal-Kungress kellhom jiehdu sehem id-Deputat Logutenent ta’ l-Arcisqof-Isqof ta’ Malta, li kellu jirrapprezenta lill-kleru tad-djocesi; imhallef, li kellu jigi elett: u rapprezentant ta’ kull belt jew rahal. Iz-zewg kmandanti tal-forzi Maltin li kienu n-Nutar Emmanuele Vitale u (p.148) l-Kan. F.S. Caruana, setghu wkoll jattendu ghal dawn il-laqghat.42
Jidher li l-hatra tar-rapprezentanti ta’ l-irhula saret bejn it-12 u t-18 ta’ Frar, ghax fis-seduta tal-Kungress li saret fit-18 ta’ Frar, 1799, gew ezaminati l-kredenzjali tad-deputati li gew eletti biex jirrapprezentaw l-ibliet u l-irhula. Bhala rapprezentant tal-Mosta, insibu lill-Kappillan Dun Felic Calleja.43 Dan il-Kungress baqa’ jiltaqa’ sa Awissu 1800, jigifieri sa ftit qabel ma ntemm l-imblokk. Fil-laqghat tal-Kungress kienu jitkellmu dwar dak kollu li kien jolqot il-bzonnijiet u l-gid tal-gzira u jittiehdu d-decizzjonjiet necessarji.44
Il-Logutenenti (1800-1815)
F’Settembru ta’ l-1800, il-Francizi cedew u immedjatament bdiet il-hakma kolonjali Ingliza fuq Malta. Taht l-Inglizi, kien hemm diversi forom ta’ gvern lokali sa l-1896, meta kull forma ta’ gvern lokali spiccat mill-gzejjer Maltin.
Fil-qasam tal-gvern lokali, l-Inglizi holqu ufficjal bl-isem ta’ ‘Luogotenente,’ li ha l-post tas-sindku u l-gurat ta’ l-ahhar snin tal-Kavallieri. Proklama tal-gvern bid-data tad-9 ta’ Mejju 1801, issemmi l-logutenenti ta’ l-ibliet tal-Kottonera, tal-Furjana u ta’ l-irhula kollha. Dan juri bic-car li sa Mejju 1801, kien hemm il-logutenenti fl-irhula kollha.45 Il-logutenenti kellhom uniformi46 u salarju marbut mal-kariga taghhom. Fil-fatt fl-1812, il-logutenent tal-Mosta kellu salarju ta’ 35 skud fix-xahar.47
Il-logutenent tal-Mosta, bhal-logutenenti l-ohra, kellu dmirijiet gudizzjarji u amministrattivi, li gew specifikati fi proklama li nharget f’Dicembru 1801.48 Maz-zmien dawn (p.149) id-dmirijiet zdiedu u fost dawn insibu li kellhom jaghmlu diversi rapporti li kienu jolqtu lid-distrett taghhom.49
Min kien il-logutenent tal-Mosta fl-ewwel hmistax-il sena tal-hakma kolonjali Ingliza? Minn minuta bid-data tad-29 ta’ Mejju 1802, hu indikat li dan kien Giovanni Maria Chetcuti.50 Naturalment hadd daqs il-logutenent ma kien ikun jaf x’kienu l-bzonnijiet tal-belt jew rahal tieghu. Ghaldaqstant, meta kien jinqala’ l-bzonn huma kienu jiktbu lill-kummissarji civili u jaghmlu t-talbiet taghhom. Ghalhekk insibu li fl-1803, talab “che sia fatto un Molino a vento in detto casale per comodo della popolazione” [li tinbena mithna tar-rih ghall-bzonnijiet tal-poplu]. Din it-talba giet mghoddija lill-Amministratur tal-Beni Pubblici.51 Ma jidhirx li t-talba giet milqugha ghax tliet snin wara, fl-1806, Chetcuti ghamel talba simili. Bhal qabel regghet giet riferuta lill-Amministratur tal-Beni Pubblici.52
Il-pesta (1813-1814)
Bejn April 1813 u Marzu 1814, Malta kienet intlaqtet minn imxija qawwija ta’ pesta li qatlet 4,572 ruh.53 Il-pesta harbtet il-hajja ekonomika kollha, u dan gab mieghu l-faqar u l-mizerja. Matul din il-krizi, il-gvern centrali kellu l-ghajnuna tal-logutenenti fl-ibliet u l-irhula li komplew jaqdu dmirijiethom f’dawn ic-cirkustanzi difficli.
Il-pesta qerrieda ziedet ix-xoghol tal-logutenenti ghax malli fegget bdew jircievu ordnijiet mill-gvern centrali fil-Belt Valletta. Fost l-ordnijiet li rcevew insibu li kellhom jibaghtu l-lista tad-djar infettati fid-distrett taghhom, u jispecifikaw liema kienu abitati jew vojta.54
Malli bdiet il-pesta giet fix-xejn kull (p.150) attivita ekonomika u dan naturalment holoq it-tbatija lil min ma kellux mezzi biex jghix. Ghaldaqstant il-logutenenti gew inkarigati biex jaghtu ghajnuna li tlahhaq sa a tari kull ras kuljum lill-membri ta’ familji li kienu fil-bzonn, izda f’kull cirkustanza kull familja ma kellhiex tircievi izjed minn zewg skudi kuljum.55
Minhabba t-tbatija li gabet maghha l-pesta, minn Gunju 1813 ‘il quddiem, il-logutenenti kollha ta’ l-irhula bdew, ta’ kull gimgha, jircievu somma flus mit-Tezor u ammont ta’ qamh minghand il-gurati biex iqassmuhom fost il-foqra tad-distrett taghhom. Il-logutenenti rispettivi kellhom izommu nota ezatta tad-distribuzzjoni li jkunu ghamlu biex ikunu jistghu jibaghtu rendikont ta’ din id-distribuzzjoni u l-mod li bih tkun saret, fl-ahhar ta’ kull gimgha. Il-logutenent tal-Mosta, Giovanni Maria Chetcuti, b’effett mit-23 ta’ Lulju 1813, kellu jibda jircievi 10 mdied qamh minghand il-gurati tal-Belt Valletta, kull gimgha,56 kif ukoll is-somma ta’ 200 skud fl-gimgha.57
Ir-riforma ta’ Maitland (1815-1839)
Sir Thomas Maitland, li kien il-gvernatur tal-gzejjer Maltin bejn l-1813 u l-1824, ghamel bosta riformi li laqtu diversi oqsma ta’ l-amministrazzjoni, fosthom il-qrati58 u l-gvern lokali.
Ritratt: (p.151)
Permezz ta’ proklama bid-data tas-7 ta’ Gunju 1815, huwa wettaq riforma fil-qasam tal-gvern lokali. L-ufficcju ezistenti ta’ logutenent f’Malta u sindku f’Ghawdex gew aboliti. Minflok huwa holoq kariga gdida ta’ ‘Luogotenente di Governo.’ Din il-kariga gdida kellha tinghata lil sitt membri tan-nobilta li kellhom jezercitaw sopraintendenza civili fuq is-sitt distretti li fihom kellhom jinqassmu l-gzejjer Maltin. Il-proklama li biha waqqaf dan l-ufficju l-gdid, izda, (p.151) kienet tghid ukoll li l-persuni li kienu se jispiccaw mill-kariga ta’ logutenenti u sindki kellhom jibqghu jgawdu l-istess salarju li kellhom dak iz-zmien, u jibqghu jezercitaw il-poteri li kellhom izda bl-isem u t-titlu ta’ ‘Deputato del Luogotenente del Governo’.59
Skond id-dispozizzjonijiet ta’ din il-proklama, Malta u Ghawdex inqassmu f’sitt distretti (hamsa f’Malta u wiehed f’Ghawdex). It-tieni distrett, maghruf bhala ‘Distretto Notabile,’ kien maghmul mill-Imdina, ir-Rabat, Had-Dingli, il-Mosta, Haz-Zebbug u s-Siggiewi. Il-Konti Baldassare Sant gie mahtur logutenent tad-distrett, filwaqt li Giovanni Maria Chetcuti nhatar bhala deputato del luogotenente gewwa l-Mosta.60 Ir-riforma li ghamel Maitland f’dan il-qasam kienet pjuttost kosmetika, ghax it-tmexxija ta’ kuljum ta’ l-ibliet u l-irhula baqghet f’idejn id-deputati del luogotenente.
Giovanni Maria Chetcuti kompla fit-tmexxija tal-Mosta, sa l-1821 meta minfloku nhatar Salvatore Pizzuto,61 li baqa’ f’din il-kariga sakemm miet. Wara mewtu, fis-7 ta’ Jannar 1825, Salvatore Teodoro Mamo gie mahtur bhala deputat tal-logutenent fil-Mosta.62 Izda ma damx wisq f’din il-kariga, ghax sa (p.152) Mejju 1826 kien diga rrizenja u minfloku, b’effett mill-31 ta’ Mejju 1826, gie mahtur Filippo Perini.63 L-imsemmi Filippo Perini miet fil-bidu ta’ l-1828, u minfloku, fl-10 ta’ Marzu 1828, gie mahtur Giuseppe Perini64 li fl-1838 kellu salarju annwali ta’ £51 4s. 0d.65 Perini baqa’ f’din il-kariga sakemm giet abolita fl-1839.66
Is-sindki (1839-1880)
Fl-1839 regghet saret riforma fil-qasam tal-gvern lokali b’riehet rakkomandazzjonijiet li kienu saru mill-Kummissjoni Rjali li kienet inhatret mill-gvern Ingliz fl-1836. B’rizultat ta’ din ir-riforma, fil-kampanja spiccaw il-karigi mahluqa minn Maitland fl-1815, ta’ ‘Luogotenente di Governo’ u ta’ ‘Deputato del Luogotenente.’ Minflok inholqot il-kariga ta’ sindku li baqghet tezisti sa l-1896.
Il-Kummissjoni Rjali li ntbaghtet fl-183667 kienet ta’ l-idea li jitnehhew iz-zewg karigi li kien waqqaf Maitland fl-1815.68 Il-gvernatur, Sir Henry Bouverie, filwaqt li qabel mat-tnehhija tal-kariga ta’ ‘Luogotenente del Governo,’ ma qabilx mat-tnehhija tal-kariga ta’ ‘Deputato del Luogotenenete’ u minflok issuggerixxa alternattiva. Bouverie ippropona li Malta tinqasam f’disa’ distretti, u li fuq kull distrett kellu jinhatar sindku, li kellu jkollu l-istess gurisdizzjoni li d-deputat tal-logutenent kellu fir-rahal tieghu.69
Wara korrispondenza mal-gvern Ingliz, Bouverie naqqas in-numru ta’ distretti minn disgha ghal sebgha70 u wara ressaq abbozz ta’ ordinanza quddiem il-Kunsill tal-Gvern.71 Din eventwalment saret l-Ordinanza Nru XI ta’ l-1839, li stabiliet l-ufficcju ta’ sindku fil-kampanja ta’ Malta.72 Minkejja l-fatt li saru xi emendi fiha fl-1880 u fl-1885, din il-ligi baqghet il-bazi tas-sistema tal-gvern (p.153) lokali fil-kampanja f’Malta sa l-1896.
Din l-Ordinanza, filwaqt li nehhiet iz-zewg ufficcji ezistenti ta’ ‘Luogotenente di Governo’ u dak ta’ ‘Deputato del Luogotenente,’ waqqfet kariga gdida, dik ta’ sindku, li kellu jinhatar minn fost l-avukati. Is-sindki bhall-magistrati civili, il-kapijiet ta’ distretti u l-ufficjali tal-pulizija ezekuttiva, kellhom ikunu inkarigati taht l-ordnijiet tal-gvern bis-sorveljanza tas-seba’ distretti, li fiha kellha tinqasam il-kampanja ta’ Malta.
Il-poteri gudizzjarji kollha tad-deputati tal-logutenenti gew trasferiti lis-sindku. Dan l-ufficjal, bhala kap tad-distrett, kellu jezercita l-poteri kollha, jaqdi d-dmirijiet, u jaghmel ir-rapporti lill-gvern, li f’dak iz-zmien kienu qeghdin isiru mid-deputati tal-logutenent. Bhala ufficjal inkarigat mill-pulizija ezekuttiva, assistit mill-pulizija, is-sindku kellu jzomm il-paci u l-bonordni fid-distrett tieghu u jarresta lil min jikser il-ligi.
L-istess Ordinanza qassmet lil Malta f’seba’ distretti. Fost dawn id-distretti kien hemm ir-raba’ distrett li kien maghmul mill-irhula tan-Naxxar, il-Mosta u Hal Gharghur. Bhala l-ewwel sindku ta’ dan id-distrett, fis-16 ta’ Awissu 1839 gie mahtur l-Avukat Carmelo Trapani, u r-residenza tieghu kellha tkun fin-Naxxar.73 Dott. Trapani baqa’ jmexxi d-distrett sakemm miet fil-kariga (il-mewt tieghu jidher li grat jew fl-ahhar ta’ Dicembru 1865 jew fil-bidu ta’ l-1866). Wara mewtu, Dott. S. Mifsud, li kien is-sindku attwali tat-tieni distrett, gie mahtur fuq talba tieghu stess, sindku tar-raba’ distrett.74 Dott. Mifsud miet fil-kariga fl-1869, u s-successur tieghu f’din il-kariga kien Dott. Gaetano Darmanin.75
Ir-riforma ta’ l-1880
Ir-riforma ta’ l-1880 fil-qasam tal-gvern (p.154) lokali, kienet ir-rizultat ta’ rapport li sar minn Sir Penrose Julyan li fl-1878, kien gie mqabbad mill-gvern Ingliz biex jaghmel rapport fuq id-dipartimenti tal-gvern.76 Bhala rizultat tas-suggerimenti tieghu77 giet mghoddija ordinanza mill-Kunsill tal-Gvern, li permezz taghha tnaqqas in-numru tas-sindki, sar tibdil fil-limiti ta’ xi distretti u gew estizi s-setghat gudizziarji ta’ l-istess sindki.78
B’rizultat ta’ dan, in-numru ta’ sindki, minn sebgha issa nizel ghal erbgha, b’konsegwenza li xi sindki issa bdew jiehdu hsieb ta’ zewg distretti minflok wiehed. Fil-fatt is-sindku tar-raba’ distrett, Dott. Gaetano Darmanin LL.D., issa beda jiehu hsieb ukoll it-tielet distrett (Birkirkara, H’Attard. Hal Balzan, Hal Lija).79 Dott. Darmanin baqa’ jmexxi r-raba distrett sa Novembru 189080 ghax fit-22 ta’ l-istess xahar Dott. Giovanni Battista Mifsud LL.D. gie provizorjament mahtur sindku ta’ l-ewwel u r-raba’ distrett.81 Fl-1892, Dott. Raffaele Cassar Toreggiani gie mahtur bhala sindku ta’ l-ewwel, it-tieni u r-raba’ distretti82 u kien ghadu sindku ta’ dawn it-tliet distretti f’Settembru 1896.83 Il-kariga ta’ sindku, giet abolita permezz ta’ l-Ordinanza Nru. 1896, li giet mghoddija mill-Kunsill tal-Gvern fil-11 ta’ Novembru 1896.84 B’hekk spiccat kull forma ta’ gvern lokali fil-gzejjer Maltin.
Il-kumitati distrettwali (1867-1882)
Fiz-zmien li kienet tezisti l-kariga ta’ sindku, darbtejn sar attentat biex il-poplu jkun aktar involut fit-tmexxija tal-belt jew rahal tieghu bit-twaqqif ta’ kumitati distrettwali. Dawn twaqqfu ghall-ewwel darba fuq bazi konsultattiva fl-1867 u baqghu jiffunzjonaw sakemm mietu mewta naturali fl-1873. Attentat biex jergghu jitwaqqfu fl-1882 ma rnexxiex.
(p.155) Permezz ta’ avviz legali li nhareg f’Jannar ta’ l-1867 kellu jitwaqqaf kumitat distrettwali fil-Belt Valletta, il-Furjana u l-Pieta, iehor ghat-tlitt ibliet tal-Kottonera, iehor ghal Ghawdex u Kemmuna, u kumitat iehor f’kull wiehed mis-seba’ distretti tal-kampanja fejn kien hemm is-sindki. Kull kumitat distrettwali kellu jkun maghmul minn hames membri, li wiehed minnhom kellu jkun il-president tal-kumitat. Fil-kampanja, il-president kellu jkun is-sindku. Membru iehor kellu jkun wiehed mit-tobba tal-pulizija tad-distrett, filwaqt li t-tlieta l-ohra kellhom jigu eletti mill-eletturi tad-distrett li kellhom id-dritt jivvotaw fl-elezzjoni ghall-Kunsill tal-Gvern. Dawn il-kumitati kellhom biss funzjoni konsultattiva. Kellhom jirrappurtaw lill-gvern fuq il-bzonnjiet tad-distrett u jekk kienu jigu kkonsultati mill-gvern, setghu jaghmlu rapport fuq kull suggett li jigu mitluba jaghmlu rapport fuqu.85
L-ewwel elezzjonjiet municipali ghal dawn il-kumitati distrettwali saru f’Mejju-Gunju ta’ l-1867. Izda l-eletturi ma wrewx entuzjazmu ghalihom. Fil-fatt, minn 2,394 elettur f’Malta u Ghawdex, 482 biss hargu jivvutaw. Fir-raba’ distrett, minn total ta’ 67 elettur, ivvutaw biss 26 u gew eletti Dun Guzepp Carbone (23 vot), in-Nutar Giuseppe Emmanuele Micallef (14-il vot) u n-negozjant Karlu Bugeja (13-il vot).86
Mal-kumitat distrettwali tar-raba’ distrett inghaqdu kif stipulat mir-regolamenti, is-sindku, Dott. S. Mifsud bhala president,87 u wiehed mit-tobba tal-Gvern tad-distrett, li kien il-Mosti Dott. Danjel Chetcuti88 li f’dak iz-zmien kien jokkupa il-kariga ta’ medico di polizia gewwa l-Mosta.89
Minkejja n-nuqqas ta’ interess mill-eletturi, il-kumitati distrettwali bdew (p.156) jiffunzjonaw. Il-kumitat tar-raba’ distrett kien jiltaqa’ n-Naxxar f’Nru. 69, Strada Celsi, jigifieri fil-post fejn is-sindku kien jaqta’ l-kawzi,90 u nafu li sat-8 ta’ Jannar 1869, kien ga zamm 18-il seduta.91
Il-kumitat distrettwali kien jiddiskuti l-problemi tad-distrett u jaghmel is-suggerimenti lill-gvern. Bhala ezempju, fis-sitt seduta tal-kumitat li saret fis-6 ta’ Novembru 1867, tnejn mill-membri eletti li kienu Dun Guzepp Carbone u n-negozjant Karlu Bugeja, tkellmu dwar il-problema tal-qghad u l-bzonn li dawn in-nies jigu impjegati fit-tiswija tat-toroq. It-Tabib Chetcuti esprima wkoll il-bzonn urgenti li jinstab impjieg minghajr dewmien ghan-nies bla xoghol li kienu qeghdin jghixu fil-mizerja. Bhala tabib tad-distrett li kien jidhol fid-djar tal-foqra, Dott. Chetcuti zgur kien qed jara b’ghajnejh l-imsemmija mizerja.
Fl-istess seduti, Dott. Chetcuti fakkar lill-kollegi tieghu li fi zmien il-gvernatur Sir William Reid, il-Kunsill tal-Gvern kien approva il-formazzjoni ta’ triq gdida li mic-cimiterju ta’ Hal Lija kellha tasal sal-kontrada ta’ Sant’Andrija gewwa l-Mosta. Izda ghal xi raguni jew ohra, kienet saret biss parti minnha li kienet twassal sal-pjazza tal-knisja tal-Mosta. Ghaldaqstant. Dott. Chetcuti ppropona t-tkomplija ta’ din it-triq sal-kontrada ta’ Sant’Andrija, billi jinbena pont fuq il-wied.
Is-suggeriment ta’ Dott. Chetcuti ntbaghat lill-gvernatur, li min-naha tieghu ghaddieh lill-kollettur tal-kera ta’ l-artijiet biex jaghmel rapport fuqu. Dan l-ufficjal, fit-13 ta’ Dicembru 1867 wiegeb li “The construction of the road from the cemetery of Casal Lia to St Andrea alluded in the third resolution of the Committee, a portion of which was constructed some years back, would require an outlay of about £900, (p.157) and is not a work of any urgency”92 (Il-kostruzzjoni tat-triq mic-cimiterju ta’ Hal Lija sa Sant’ Andrija imsemmija fit-tielet resoluzzjoni tal-Kumitat, li bicca minnha kienet mibnija xi snin ilu, tkun tinhtieg somma ta’ madwar £900, u mhux xoghol ta’ xi urgenza). Dan il-progett ma twettaqx f’dak iz-zmien.
Wara li dam jiffunzjonaw tliet snin, f’Dicembru 1870 dawn il-kumitati gew xolti u regghu saru l-elezzjonijiet ghalihom. Dawn regghu ma kinux success ghax in-numru tal-votanti li hargu kien baxx hafna.93 Ghall-kumitat tar-raba’ distrett gew eletti n-Nutar Giuseppe Emmanuele Micallef (20 vot) u Dun Guzepp Carbone (18-il vot), li kienu gew eletti wkoll fl-1867, u l-Avukat Antonio Scicluna (19-il vot).94 It-taghrif dwar l-operat tat-tieni kumitat distrettwali huwa skars hafna. Nafu biss li saru zgur zewg seduti sat-3 ta’ Frar 1871.95 F’dan il-kumitat, minbarra l-membri eletti, inghaqdu s-sindku, Dott. Gaetano Darmanin bhala president, u l-imsemmi Dott. Daniele Chetcuti.96 It-terminu ta’ dawn il-kumitati skada f’Dicembru 1873, izda mid-dehra thallew imutu mewta naturali billi ma sarux elezzjonijiet godda.
Wara tmien snin, wiehed mill-membri eletti tal-Kunsill tal-Gvern, l-eks-Prim Imhallef Sir Antonio Micallef, ipprezenta resoluzzjoni fil-Kunsill biex jergghu jitwaqqfu l-kumitati distrettwali.97 Wara dibattitu fil-Kunsill tal-Gvern98 ir-rezoluzzjoni ta’ Sir Antonio Micallef intbaghtet lis-segretarju principali tal-gvern fl-24 ta’ Dicembru 1881.99 Il-gvern laqa’ t-talba ta’ Micallef ghax permezz ta’ Avviz Legali bid-data tas-6 ta’ Frar 1882 rega waqqaf l-imsemmija kumitati distrettwali. Kull kumitat distrettwali issa kellu jkun maghmul mill-president u sitt membri ohra eletti mill-elettorat. Fir-raba’ distrett, is-sindku kellu jkun (p.158) il-president tal-kumitat. Kull kumitat kellu jkollu terminu ta’ tliet snin u kellu wkoll bhal dak ta’ qablu setgha konsultattiva biss.100
L-elezzjonjiet saru izda, bhal ta’ qabilhom, regghu ma kinux success. B kollox in-numru ta’ eletturi kien ta’ madwar 2,300.101 Izda n-numru ta’ eletturi kien baxx hafna tant li f’distrett partikolari, it-tieni distrett (Haz-Zebbug u s-Siggiewi), ma vvota hadd. Ghar-raba distrett tal-kampanja (in-Naxxar, il-Mosta, Hal Gharghur, u l-Mellieha) gew eletti Dun Guzepp Carbone, Dott. Ignazio Micallef LL.D., u s-Sinjuri Pietru Pawl Decelis, Salvatore Galea, Nicola Fenech u Vincenzo Sciberras, li lkoll gabu sitt voti kull wiehed.102
Izda minkejja l-fatt li minn total ta’ tlettax-il kumitat gew kostitwiti tnax minnhom, dawn ma tlaqqghu qatt.
Hekk waqfet ghal dak il-perjodu l-era tal-gvernijiet lokali li mbaghad issoktat fl-1993/4 bit-twaqqif mill-gdid tal-kunsilli lokali f’68 lokalita f’Malta u Ghawdex.
Riferenzi
- N(ational) L(ibrary) M(alta), A(rchives of the) 0(rder of) M(alta), 577, ff. 206r-206v.
- Ibid., f.201v. M.A. Darmanin kien nutar li pprattika l-professjoni tieghu bejn l-1737 u l-1781 (vide Guida Generale di Malta e Gozo 1933-1934 (Malta: 1934) 317).
- N(ational) L(ibrary) M(alta), A(rchives of the) 0(rder of) M(alta), 578, f. 134r.
- Ibid., 579, f. 324r.
- Ibid., 58v, f. 245v. Frangisku Borg ipprattika l-professjoni tieghu bejn l-1777 u l-1784 (vide Guida Generale di Malta e Gozo 1933-1934 (Malta: 1934) 314).
- N(ational) L(ibrary) M(alta), A(rchives of the) 0(rder of) M(alta), 581, f. 252v.
- Ibid., 582. f. 278r.
- Ibid., 583, f. 305v.
- Ibid., 584, f. 194r.
- Ibid., 585, f. 96r.
- Ibid., 586, f. 253r.
- (p.159) Ibid., 587, ff. 280v, 281r.
- Ibid., 589, f. 302r.
- N(ational) L(ibrary) M(alta), Univ. 34, ff. 278v, 279r, 279v.
- Ibid., ff. 327r, 327v, 328r.
- Ibid., ff. 450v, 451r, 451v.
- Ibid., ff. 488r, 488v.
- N(ational) L(ibrary) M(alta), Univ. 35, f. 107v.
- Ibid., f. 160v.
- Ibid., f. 298r.
- Ibid., f. 373r.
- Ibid., f. 441r.
- C. Testa, The French in Malta 1798-1800 (Malta: 1998), 33, 37, 38, 44.
- Ibid., 43-9, 71-9.
- Archivium Melitense, v/6, 79, 80.
- P. Debono, A Brief Compendium of the History of Malta (Malta: 1903), 73; C. Testa, The French in Malta 1798-1800 (Malta: 1998), 107-8, 174-6. In-Nutar Andrea Micallef hadem bhala nutar bejn l-1786 u l-1816 (vide Guida Generale di Malta e Gozo 1913-1934 (Malta: 1934) 321).
- C. Testa, The French in Malta 1798-1800 (Malta: 1998), 175.
- P. Catania, In-Naxxar: Titwiliet fl-Istorja (Malta: 1999), 123, 124, 125.
- Ibid., 123, 124.
- N(ational) L(ibrary) M(alta), 269, ff. 38r-43r; C. Testa, The French in Malta 1798-1800 (Malta: 1998), 273, 274, 286; N(ational) A(rchives) M(alta), PS/01/3, 177.
- A.P. Vella, Storja ta’ Malta, ii (Malta: 1979), 230.
- A. Mifsud, L’Origine della Sovranita Inglese su Malta (Malta: 1907), 38.
- Raccolta di Varie Cose Antiche e Moderne Riguardante Malta e Gozo (Malta: 1842), 193.
- N(otarial) A(rchives) V(alletta), Atti A.P. Spiteri. 3.iv.1799.
- C(athedral) A(rchives) M(alta), Misc. 136, ‘Notizie sul Blocco,’ f. 72r.
- E.B. Vella et al, Storja tal-Mosta bil-Knisja Taghha (Malta: 1972 / 1986), Taqsima X, 115, 116.
- N(ational) A(rchives) M(alta), Letters from the Office of the Chief Secretary, Aug,1808-1812, 281. Matul il-perjodu mqalleb ta’ l-Imblokk, diversi persuni taw somom ta’ flus ghall-battaljun tal-Mosta: (Francesco Chetcuti - 16 scudi), 291, (Giuseppe Grech - 70 scudi), 292, (Giovanni Maria Chetcuti - 75 scudi, Rev. Gwann Magri - 75 scudi), 294, (Rev. Marku Agius - 100 scudi).
- Vide e.g., N(otarial) A(rchives) V(alletta), Atti Gregorio Mifsud 1798, Vol. 13/960, Deliberazzjonijiet - Gvern Provizorju Ghaxaq, ff. 52r, 52v; Gvern Provizorju Zejtun, ff. 53r, 53v; Gvern Provizorju Zabbar, ff. 63r, 63v.
- N(otarial) A(rchives) V(alletta), Atti A.P. Spiteri, 3.iv.1799.
- Ibid.
- W. Hardman, A History of Malta During the period of the French and British occupations 1798-1815 (London: 1909), 191.
- N(ational) L(ibrary) M(alta), 1096, ‘Copia delli Congressi fatti dal 11 Febbraio 1799 fin al 7 Lugho 1800,’ Seduta 11.ii.1799.
- Ibid., Seduta 18.ii.1799 - Ghal biografija tar-Rev. Kappillan Felic Calleja, li kien il-fundatur tar-Rotunda tal-Mosta (vide W.L. Zammit, Il-Mexxejja Maltin fil-Kungress Malti 1799-1800 (Malta: 1999), 50-2).
- W.L. Zammit, Il-Mexxejja Maltin fil-Kungress Malti 1799-1800 (Malta: 1999), 5.
- N(ational) L(ibrary) M(alta), 43v, Vol. i, 141.
- N(ational) A(rchives) M(alta), PS/02/1, ‘Circolare alli Luogotenenti,’ 19.i.1805.
- N(ational) A(rchives) M(alta), PS/06/1, 54.
- N(ational) L(ibrary) M(alta), 430, Vol. i. 174.
- N(ational) A(rchives) M(alta), PS/01/2, ‘Circolare alii Luogotenenti,’ 15.xi.1804, p. 36; 6.v.1805, p. 90.
- N(ational) A(rchives) M(alta), ‘Lettere di diversi luogotenenti,’ ittra, Giovanni Maria Chetcuti, Luogotenente della Musta, 29.v.1802.
- N(ational) A(rchives) M(alta), A/43, Vol. vii, ‘Memoriali decretati da Ball,’ 30.viii.1803 - 30.xii.1803, 182.
- Ibid., Vol. xv, ‘Memoriali decretati da Ball,’ 5.vii.1806 - 17.xii.1806, 17.
- P. Cassar, The Medical History of Malta (London: 1964), 176, 181.
- N(ational) A(rchives) M(alta), PS/01/4 ‘Circolare alli Signori Capitano de Verga, Governatore del Gozo e tutti i Luogotenenti,’ 4.v.1813, ‘Circolare alli Luogotenenti,’ 5.vii.1813.
- Ibid., ‘Circolare alli Luogotenenti di Campagna,’ 25.v.1813.
- Ibid., ‘Illmi Signori Giurati della Valletta,’ 23.vii.1813.
- Ibid., ‘Illmo Sig Tomo Fryers Tesoriere del Governo,’ 23.vii.1813, ‘Signori Luogotenenti de Casali Musta e Zebbug,’ 23.vii. 1813.
- H. Harding, Maltese Legal History Under British Rule (1801-1836) (Malta 1968), 132, 140.
- M(alta) G(overnment) G(azzette), 17.vi.1815.
- Ibid., 28.vi.1815.
- (p.160) Ibid., 30.xi.1821.
- Ibid., 12.i.1825.
- Ibid., 31.v.1825.
- Ibid., 12.iii.1828.
- Malta Blue Book 1838, 106, 107.
- Wara li giet abolita l-kariga, nghata l-pensjoni ta’ £14 fis-sena (vide N(ational) A(rchives) M(alta), CSG 04/16, Giuseppe Casolani, Cashier of the Treasury 2.i.1840, 512).
- A.V. Laferia, British Malta (Malta: 1946), 156, 158, 159, 171.
- Royal Commission of Inquiry, Copies or extracts of reports of the Commissioners appointed to inquire into the affairs of the island of Malta, iii (London: 1839), 25, 26.
- N(ational) A(rchives) M(alta), ‘Duplicate Despatches to,’ Vol. 18 (1839) no. 48, 12.iv.1839, ff. 140r, 141r, 141v, 142v, 143r, 143v, 144r, 144v, 145r.
- Ibid., no. 93, 24.vii.1839, f. 359v.
- M(alta) G(overnment) G(azzette), 15.vii.1839.
- Ibid., 16.viii.1839.
- Ibid.
- N(ational) A(rchives) M(alta), L(ieutenant) G(overnor’s) O(ffice) Storks, Vol. 23 (1866), no. 3388; M(alta) G(overnment) G(azzette), 9.ii.1866.
- M(alta) G(overnment) G(azzette), 10.ix.1869, no. 2405.
- A.V. Laferla. Vol. ii, 24.
- P. Julyan, Report on the Civil Establishments of Malta (1879), 37-41.
- M(alta) G(overnment) G(azzette), 30.xi.1880, 445.
- Ibid.
- Malta Blue Book 1846, H48; M(alta) G(overnment) G(azzette), 22.xi.1890, 539.
- M(alta) G(overnment) G(azzette), 22.xi.1890, 539.
- Ibid., 1.vi.1892, 414.
- Ibid., 16.ix.1896.
- N(ational) A(rchives) M(alta), L(ieutenant) G(overnor’s) O(ffice) Freemantle, Vol. 87 (1896), no. 13,120. Dott. Raffaele Cassar Torreggiani li kien l-ahhar sindku tad-distrett fil-11.xii.1896 gie mahtur bhala wiehed mill-magistrat tal-pulizija gudizzjarja b’effett mill-1.i.1897 (vide ANM, CSG04/127, no. 3626, 40), u miet fil-kariga fit-3.ii.1899 fid-dar tieghu fil-Belt Valletta wara marda qasira. (vide The Daily Malta Chronicle, 4.ii.1899).
- M(alta) G(overnment) G(azzette), 28.i.1867, 39-41.
- N(ational) A(rchives) M(alta), L(ieutenant) G(overnor’s) O(ffice) Grant, Vol. 5 (1867), no. 619.
- Ibid., Vol. 7 (1867), no. 1090.
- Ibid.; E.B. Vella et al, Storja tal-Mosta bil-Knisja Taghha (Malta: 1972 / 1986), Zieda III, 249. Dott. Daniele Chetcuti M.D. kien iben in-Nutar Frangisk Chetcuti u s-Sinjura Anna Camilleri. Hutu kienu, iz-zewg kanonci tal-Katidral Dun Glormu u Dun Guzepp Chetcuti, u l-qassis Dun Salv Chetcuti.
- M(alta) G(overnment) G(azzette), 29.xii.1848, 160, Malta Blue Book 1867, 196-7.
- N(ational) A(rchives) M(alta), L(ieutenant) G(overnor’s) O(ffice) Grant, Vol. 7 (1867), no. 1090, “nelI’Edificio degh affari giudiziari in Casal Naxaro Strada Celsi No 69.”
- N(ational) A(rchives) M(alta), L(ieutenant) G(overnor’s) O(ffice) Grant, Vol. 32 (1869), no. 4730, fejn insibu l-minuti tat-18-il laqgha ta’ dan il-kumitat distrettwali.
Xi laqghat minnhom kienu: seduta no. 4, 13.ix.1867 (N(ational) A(rchives) M(alta), L(ieutenant) G(overnor’s) O(ffice) Grant, Vol. 7 (1867), no. 1090); no. 5, 11.x.1867 (ibid., Vol. 9 (1867), no. 1240); no. 6, 8.xi.1867 (ibid., Vol. 10 (1867), no. 1495); no. 8, 10.i.1868 (ibid., Vol. 14 (1868), no. 2024); no. 9, 14.ii. 1868 (ibid., Vol. 16 (1868); no. 10. 13.iii.1868 (ibid., Vol. 28 (1868), no. 2594); no. 18, 8.i.1869 (ibid., Vol. 32 (1869), no. 4730). - N(ational) A(rchives) M(alta), L(ieutenant) G(overnor’s) O(ffice) Grant, Vol. 10 (1867), no. 1495.
- In-numru ta’ votanti registrati kien ta’ madwar 2,600 (vide M(alta) G(overnment) G(azzette), 9.viii.1879). Izda r-rizultati jindikaw bic-car li n-numru tal-votanti li vvotaw kien baxx hafna (vide M(alta) G(overnment) G(azzette), 9.xii.1870).
- M(alta) G(overnment) G(azzette), 9.xii. 1870.
- N(ational) A(rchives) M(alta), L(ieutenant) G(overnor’s) O(ffice) Grant, Vol. 66 (1870), n 9812.
- Ibid.
- N(ational) A(rchives) M(alta), L(ieutenant) G(overnor’s) O(ffice) Borton, Vol. 71, no. 10,553.
- The Malta Times, 24.xii.1881.
- N(ational) A(rchives) M(alta), L(ieutenant) G(overnor’s) O(ffice) Borton, Vol. 71, no. 10,553.
- M(alta) G(overnment) G(azzette), 6.ii.1882, 22-5.
- Ibid., 17.iv.1882.
- N(ational) A(rchives) M(alta), L(ieutenant) G(overnor’s) O(ffice) Borton, Vol. 78 (1882), no. 11,653.
Kapitli ohra mill-ktieb
- Introduzzjoni.
- Il-bidu u l-ewwel zminijiet tas-Socjeta Filarmonika Santa Marija tal-Mosta.
- Is-Socjeta Santa Marija: minn Kazin ghal Socjeta Filarmonika.
- In-nisga urbana u rurali tal-Mosta.
- Il-Mosta u l-inhawi ta’ madwar fiz-Zmien tan-Nofs.
- Il-Mosta Nisranija.
- Il-Gvern lokali fil-Mosta (1773 – 1896).
- Rahal fi gwerra: il-Mosta matul it-Tieni Gwerra Dinjija.
- Iz-zamma ta’ l-ordni fil-Mosta mill-1800.
- Mill-hajja tal-Mosta fl-ewwel nofs tas-seklu ghoxrin.
- Graffiti fil-Mosta: Il-hitan tal-kappella ta’ San Pawl Nawfragu.