Storja tal-Mosta bil-Knisja Taghha (Malta 1986)
migbura minn E.B. Vella u ohrajn
ZIEDA IV: ISTITUTI U SOCJETAJIET
L-iskola tal-Gvern1
(p.253) Il-Mosta kienet mill-ewlenin ghall-bidu tat-taghlim tat-tfal. Ara kemm hu hekk illi fl-1840 insibu biss ghaxar skejjel f'Malta u Ghawdex, u wahda minnhom kienet f'dan ir-rahal2. It-taghlim ma qata' qatt u ghall-ahhar tas-seklu li hareg il-Gvern haseb ghal skola gdida li nbniet fl-1898 u nfethet is-sena ta' wara.
F'dawn l-ahhar snin din l-iskola sabiha bdiet ukoll tinhass zghira u l-Gvern fl-1928 beda jkabbarha.
F'din is-sena fl-iskola Elementari tar-rahal qeghdin jitghallmu 355 subien u 342 bniet.
Nota
- Dwar l-izvilupp fl-iskejjel Governattivi ara Zieda XIV f'dan l-istess ktieb.
- Malta Penny Magazine, 2nd January 1841, p. 4.
Oratorju tal-Qalb Imqaddsa ta' Gesu
L-ewwel wiehed li haseb biex iwaqqaf Oratorju ghat-tfal kien il-mejjet Dun Karm Gauci li talab lil Dun Gorg Preca (il-fundatur qaddis ta' hafna istituti ghat-taghlim tad-Duttrina Nisranija) biex huwa jghinu fit-twaqqif ta' l-oratorju. Dun Gorg laqa' bil-ferha din l-istedina ghax-xoghol u l-oratorju, li mill-ewwel gie msejjah ghall Qalb Imqaddsa ta' Gesu, gie miftuh fis-7 ta' Gunju 1914. Ghadda z-zmien u tbiddlu l-haddiema kemm ukoll id-diretturi1.
Fl-ahhar dawk li jhobbu t-taghlim qaddis tat-tfal hasbuha tajjeb illi jibnu Oratorju ghal tal-apposta fejn it-tfal mal-kappella u l-klassijiet tat-taghlim ikollhom ukoll post fejn jilghabu, u (p.254) b'hekk iktar jingibdu lejn dak l-istitut. Ghalhekk l-Arcipriet (wara Monsinjur) Dun Pawl Mallia waqqaf kumitat ta' qassisin u sekulari biex jibdew jiehdu hsieb ghat-twaqqif ta' Oratorju. Il-kumitat beda jahdem u bil-flus ta' hafna benefatturi inxtrat l-art (quddiem it-triq li wara giet imsemmiha 'Triq l-Oratorju') u fil-11 ta' Novembru 1928 tqeghdet l-ewwel hagra.
Il-bini ta' dan l-istitut jiehu wisa ta' 58 pied, u 118 il pied fond. Quddiem, fin-nofs, hemm kappella ta' 30 pied wisa, 82 pied tul u faccata ta' 39 pied gholi. Ma kull genb tal-kappella jitilghu erba kmamar ghall-klassijiet, u wara l-klassijiet u l-kappella jitla t-teatrin li fih 70 pied tul u 30 pied wisa. Iktar lura mit-teatrin tinfirex bitha ghal-loghob li fiha fuq tomna art. Ix-xoghol gie mholli f'idejn il-Perit is-Sur Nettu Mifsud Ellul u l-imghallem Mastru Salv Zahra.
Bil-ghajnuna tal-benefatturi u bil-hidma tal-habrieki Direttur Dun Karm Sciberras, l-Oratorju kien lest mill-bini ghal habta tal-1935 u hekk il-Mosta ghandha opra ohra li ma taghmilx ghajb lir-Rotunda taghha.
L-Oratorju2 gie inawgurat nhar is-Sibt 8 ta' Gunju 1940 wara nofs inhar mill-E.T. Arcisqof Dom Mawro Caruana O.S.B. li ried jigi apposta bhala turija ta' apprezzament ghax-xoghol kbir li kien qed iwettaq Dun Karm Sciberras.
L-ghada, il-Hadd 9 ta' Gunju tbierek sollennement il-bini gdid kollu u wara giet iccelebrata quddiesa solenni mill-Ex-Arcipriet tal-Mosta, Mons. Dun Pawl Mallia, li kien assistit minn Dun Edgar Salomone, u Dun Karm Sciberrras, Ex-Direttur u Direttur rispettivament.
Fl-ahhar gwerra dinija 1939-45 l-Oratorju beda jaghti kenn lill-imsejkna rifugjati li hallew djarhom minhabba x-xita ta' bombi li bdew jitwaddbu fuq l-ibliet taghhom.
Sofra hsara fil-gwerra meta fl-20 ta' Jannar 1942 waqghet bomba f'nofs il-misrah.
Diretturi ohra ta' l-Oratorju kienu Dun Pawl Calleja, Dun Karm Sciberras, il-Kan. Dun Anton Muscat, il-W. R. Arcipriet (p.256) (illum Mons) Pawlinu Galea, Dun Salv Magro u mill-1956 Dun Angelo Camilleri3.
L-Oratorju laqa' ghal diversi snin lis-Scouts tal-Mosta fejn wettqu diversi hidmiet. Twaqqfet go fih l-Azzjoni Kattolika Irgiel (illum is-sede taghhom qieghda fis-sala Immakulata Kuncizzjoni), u l-Azzjoni Kattolika Guvintur.
L-Oratorju ghadu post fejn tigi mghallma d-Duttrina u twaqqfu go fih l-Ghaqda Studenti (1958) u l-Kor Santa Cecilja (1958) li ghadhom iwettqu hidma fejjieda sallum. Isiru wkoll Recti Teatrali ta' Drammi u Films.
Saru xi zidiet fil-Bini – Centru ghaz-zaghzagh (1960). Sular fuq kull naha tal-kappella ghat-Taghlim tad-duttrina (1962) (1967) u modifikazzjoni fis-sala tat-Teatrin (1973). Dawn saru fuq pjanti tal-Periti A. Cotugno u l-On. L. Gatt.
L-Oratorju kien ukoll il-post fejn ghal xi snin kien iservi ta' skola primarja.
Riferenzi
- Ara Rev. E. Salomone, Guide to Musta (1917), fil-kopertina ta' wara.
- Din iz-zieda giet mehuda minn Il-Mosta, Nri. 52, 53, 61 u 62.
- Barra d-Diretturi fuq imsemmija ghadd ta' sacerdoti, Religjuzi u sekulari hadmu u ghadhom jaghtu l-kontribut taghhom biex l-Oratorju jimxi ‘l quddiem.
Oratorju tal-Immakulata Kuncizzjoni
Barra mill-Oratorju tas-subien li ghadna kif semmejna, fir-rahal jinsab iehor tal-bniet. Bhal dak tas-subien, l-ewwel wiehed li habrek biex jitwaqqaf dan l-istitut kien Dun Karm Gauci, li ghall-ewwel gie meghjjun ukoll minn Dun Gorg Preca tal-Hamrun, u fethuh flimkien ghat-taghlim tal-bniet, fit-13 t'Awissu 1914. Ma lahaqx ghadda zmien twil meta Dun Karm ha t-tmexxija kollha tieghu f'idejh.
Barra mit-taghlim tad-Duttrina Mqaddsa, dan l-Oratorju sewa ghal xi ftit snin biex fih imorru jitghallmu l-iskola dawk ix-xebbiet kbar li ma kienux jafu jaqraw u jiktbu.
Mieghu jinsab imghaqqad laboratorju ghax-xogholijiet tan-nies fejn ix-xbejbiet kif ukoll nisa jistghu jitghallmu xoghol ta' bizzilla, tifsil, hjata u rakkmu.
(p.257) Dan l-Oratorju1 sab ir-Residenza tieghu fi Triq il-Kbira hdejn l-istatwa ta' San Guzepp f'dar qadima izda sabiha u spazjuza mlaqqma tan-Nutar.
Wara l-mewt ta' Dun Karm Gauci li grat fid-9 ta' Novembru 1929 lahaq minfloku Dun Guzepp Calleja li bhal ta' qablu mexxa l-Oratorju tajjeb hafna, it-tfal bniet kienu jmorru fih bi kwantita kbira u hekk l-gid kien abbundanti. Direttur sod iehor fit-tmexxija ta' dan l-Oratorju kien Dun Vincenz Caruana.
Malli faqqghet it-tieni gwerra dinjija, dan il-post gie mehud ukoll ghar-refugjati – biss it-taghlim tad-duttrina ma waqafx izda kompla jsir fid-Dar tas-Sorijiet Agostinjani.
Illum (1975) il-bniet sabu regghu l-Oratorju taghhom f'dar spazjuza fi Triq it-Torri. Id-Direttur prezenti hu Dun Salv Sammut.
Riferenzi
- Taghrif mehud minn Il-Mosta, Nru. 54.
Istitut tas-Sorijiet Agostinjani
Il-komunita ta' dawn is-sorijiet ta' Santu Wistin xtaqet tiftah dar ohra fil-Gzira, barra minn dik li ghandha f'Hal Qormi, u l-Monsinjur Isqof tad-Djocesi hajjarhom biex jifthu istitut fil-Mosta, fejn billi ma kienx hemm sorijiet ohra, kienu zguri li jkunu milqughin hafna.
Il-ftuh ta' dan l-istitut sar fl-14 t'Ottubru 1928 u ghal din il-festa helwa kien hemm l-Arcisqof Mons. Mawru Caruana, li kien meghjjun mill-Arcipriet u l-Kleru tal-Mosta1.
Bil-hidma ta' dawn is-sorijiet qaddisa l-istitut mar ‘il quddiem sewwa fil-finijiet tieghu illi huma: L-edukazzjoni tat-tfal bniet u subien zghar, u t-taghlim ta' rakkmu, hjata, u kull xorta ta' xoghol tal-labra lill-bniet ta' kull daqs.
Din l-ewwel dar taghhom2 kienet wara il-Knisja. Izda billi beda jikber l-ghadd ta' tfal li kellhom jitghallmu ghandhom dawn is-Sorijiet hassew il-bzonn li jibnu post aktar arjuz u sabih. L-ewwel gebla ta' dan l-Istitut tqieghdet fid-19 ta' Marzu (p.259) 1952 mill-Ecc. T. Mons. Arcisqof Gonzi; u l-Hadd 12 t'Awissu 1954 l-istess Arcisqof bierek sollennement dan l-istitut gdid li jinsab fi Triq Ponsonby.
Il-Perit Micallef A. & C.E. kien inharigat mill-bini ta' dan il-Kullegg li ghandu kappella, sala ghar-Recti, gnien kbir u playground. Il-bennej kien Pacifiko Falzon mill-Mosta.
F'dan il-Kullegg jircievu l-edukazzjonii tfal (infants) u Primarja sal-eta ta' 8 snin. Kien iservi bhala Skola Sekondarja ghax-xebbiet li jmorru fl-iskejjel taghhom u wkoll bhala Aspirantat ghal dawk li kienu jixtiequ jidhlu sorijiet.
F'dan il-Kulleg hemm illum is-St. Monica School Accordion Band li saret maghrufa ghall-programmi Muzikali li taghti. Jattendu wkoll go fih ghall-laqghat diversi ghaqdiet Parrokjali.
Dan il-Kullegg gie imsemmi ghal "Theresa Spinelli" il-Madre Fundatrici tal-Ordni.
Riferenzi
- Ara l-Malta tat-18 t'Ottubru, 1928.
- Victor B. Caruana, Il-Mosta, Nru. 56.
Konferenza ta' San Vincenz ta' Pawla
Din il-ghaqda tal-karita li hija fergha minn dawk li hemm imxerrdin ma Malta (anzi mad-dinja nisranija kollha), giet imwaqqfa fir-rahal fit-13 t'Awissu 1919 u kienet miftuha mill-President tal-Kunsill Partikolari ghal Malta, il-Wisq Rev. Mons. I. dei Conti Formosa. F'dik l-ewwel laqgha barra mill-membri ufficjali tal-imsemmi Kunsill, kien hemm ghoxrin membru, u dakinhar intaghzel l-Arcipriet Mallia bhala President Onorarju u t-Tabib R. Mizzi B.A., M.D. bhala President Effettiv.
Minn dak iz-zmien tbiddlu xi membri, ukoll kumitati imma ix-xoghol qaddis ta' din il-ghaqda baqa' sejjer dejjem.
Ulied ta' Marija
Din l-ghaqda ta' xbejbiet tajba li jissejhu Ulied ta' Marija giet imwaqqfa mill-imsemmi Dun Karm Gauci, b'degriet li qala minghand l-Isqof Mawru Caruana O.S.B. fit-3 t'Awissu 1927. Imma t-twaqqifa taghha solenni giet imhollija ghal-24 ta' Settembru ta' l-istess sena f'dak il-jum li fih Dun Karm, l-ewwel direttur, ghamel il-festa (p.260) tal-gublew tieghu bhala qassis, li saret fl-Oratorju ta' l-Immakulata Koncezzjoni.
Din il-ghaqda qaddisa ta' l-Ulied ta' Marija imwaqqfa fil-Mosta hija maghqqda mal-Primarja ta' Sant'Anjeze fil-Bazilka Kostantinjana taht il-Kanonici Lateranensi ta' Ruma1.
Noti
- Din il-ghaqda ghadha hajja sallum (1975).
Kazini
L-ikbar kazin tar-rahal hu dak ta' Nicolo Isouard (l-awtur qed jikteb fl-1970s) li ghandu mieghu l-banda taht l-istess isem. L-istorja ta' din il-banda tibda madwar is-sena 1869, meta l-Mosti Ganni Azzopardi, li kien fil-banda tan-Navy, beda jrawwem l-ewwel bandisti, li taghhom kien is-surmast. L-ewwel darba li daqqet prgramm barra kien nhar il-festa tal-konsagrazzjoni tal-knisja fl-1871; u l-isem tal-banda ghal dak il-muziku kbir malti, kien dahhlu l-Professur Napuljun Tagliaferro.
Fl-1905 xi ftit bandisti minn dik is-socjeta fethu kazin gdid taht l-isem ta' Circolo l-Unione, fejn ghaqqdu banda ohra taht l-isem ta' Filarmonica Santa Maria, li baqghet sejra sal-1911. Ghalhekk dik il-habta fil-Mosta kien hemm zewg baned li ma baqghux lura fil-pika, u fin-nefqa ta' flus ghax-xiri ta' strumenti, uniformi, stendardi, ghamara u tizjin.
Man-nuqqas tax-xoghol beda wkoll jiffjakka il-polz tal-kazini sa ma spiccaw il-baned u ma regghux qamu qabel spiccat il-gwerra (1914-1918) meta mbaghad nghaqdet banda wahda taht l-isem il-qadim ta' Nicolo Isouard1. Illum din il-banda ghandha kazin ghaliha, filwaqt li l-kazin l-iehor baqa' miftuh ghar-rikreazzjoni ta' ftit soci.
Ghal dawk li jixxeghlu fil-qari, fl-1921 giet miftuha Camera di Lettura, fejn il-membri taghha iqattghu il-ftit mistrieh taghhom fil-qari ta' gazzetti u bit-tahdit bejniethom2.
Fl-1926 infetah il-Constitutional Club – kazin pubbliku tal-Partit Kostituzzjonali.
Noti
- Fuq din il-Banda Nicolo Isouard ara Zieda IX sezzjoni Kazini f'dan l-istess ktieb.
- Sa fejn nafu ahna kemm il-Camera di Lettura u kemm il-Constitutional Club m'ghadhomx jezistu.
Kapitli ohra mill-ktieb
- Taqsima: 1, 2, 3, 4, 5, 6, 7, 8, 9, 10, 11, 12, 13, 14, 15
- Zieda: I, II, III, (IV), V, VI, VII, VIII, IX, X, XI, XII, XIII, XIV, XV, XVI, XVII