Il-Mosta: Grajjietha u niesha
Frans Deguara, editur
Pubblikazzjoni tas-Socjeta Filarmonika Nicolo Isouard Mosta f'gheluq l-400 sena (1608-2008) bhala Parrocca.
Dan il-ktieb interessantissimu jinxtara mill-Kazin Nicolo Isouard. Din il-verzjoni digitali taf fiha xi differenzi mill-original minhabba problemi waqt l-iskanjar li minhabba r-rizorsi limitati ma kellix cans nivverifika ghal kollox u hi raguni ohra ghala wiehed ghandu jmur dirett ghall-ktieb meta jigi biex jiehu riferenzi minnu.
Lil Ommna Marija Mtellgha s-Sema
(b’dedika lil missirijietna)
Isem Musta sar il-Mosta,
illum saret it-tieni belt,
kibret u sbiehet bil-bosta
ghax gensha hu hawtiel u zvelt.
Li l-bidwi jghix bit-tama
hu l-motto mal-Protettrici,
izda fil-kobor u l-fama
ghaddiet anki lill-Matrici!
Tempju monumentali bnew
b’tant hila u konvinzjoni,
ghal tlugheK fis-sema semmew
das-Santwarju b’devozzjoni.
Gorg Grognet kien l-arkitett
ma’ Mastru Ang - x’kapacita,
tellghu Rotunda mill-kbar nett
u l-Mostin tat identita.
Koppla waqqfu b’maestrija
biex jaghlqu dawk il-hitan kbar,
w’ghalkemm bomba tgerbet fiha
ma splodietx - kien miraklu car!
Kemm stinkaw, ma qatghux qalbhom,
biex dak li sabu ikabbruh,
b’gharaq gbinhom irnexxielhom
ghal ta’ warajhom isebbhuh.
Huwa propju dak li sibna
f’dan ir-Raba Centinarju,
li nkomplu tkun weghditna
li nimxu fuq dal-binarju.
Ta’ kemm grazzji int qlajtilna
hajr naghtu lilek, Marija,
sabiex izzomm idejk fuqna
u fuq il-Parrocca Mostija.
Minn qalbna ahna nitolbuk
biex izzomm l-ghaqda bejnietna,
bhalma dejjem b’hegga talbuk
dawk l-gheziez missirijietna.
B’hekk inheggu ‘l ta’ warajna:
komplu ghozzu r-Rotunda.
Bhal dejjem fik ittamajna,
o Vergni Mbierka w Assunta!
Frans Deguara, 30 ta’ Mejju, 2008
(f’jum il-175 sena mit-tqeghid ta’ l-ewwel gebla tar-Rotunda)
Prezentazzjoni
(p.xi) Huwa pjacir tieghi bhala President tas-Socjeta Filarmonika Nicolo Isouard li ghat-tielet darba qed inwasslilkom ktieb gdid ippubblikat mill-Kummissjoni Pubblikazzjonijiet bl-isem ta’ ‘Il-Mosta - Grajjietha u Niesha’.
Il-hsieb li jigi ppubblikat dan il-ktieb issemma l-ewwel darba waqt seminar li l-Kumitat u l-Kummissjonijiet tas-Socjeta qattajna f’lukanda ewlenija fil-Gzejjer Maltin fi Frar 2007 - novita ohra li wettaqna ghall-Baned Maltin. Dan is-seminar sar bi thejjija biex il-Kumitat u Kummissjonijiet jipprezentaw l-inizjattivi, ideat u l-attivitajiet principali taghhom minn sentejn qabel fl-okkazjoni ta’ l-erba’ mitt anniversarju minn meta l-Mosta saret Parrocca fis-16 ta’ Settembru 1608. Kienet idea ta’ siehbi Frans Deguara u tal-Kummissjoni Pubblikazzjonijiet li, barra l-Annwal tas-Socjeta li din is-sena wasal fil-21 edizzjoni tieghu, jigi ppubblikat ukoll xi haga specjali ghal dan l-Anniversarju hekk important ghall-Mosta u l-Mostin.
Wara li s-sena l-ohra pprezentajnielkom it-Tieni Volum ta’ Mustensia bhala introduzzjoni ghall-festi centinarji li konna ser nibdew, qed inniedu dan il-ktieb fil-festi ta’ Santa Marija 2008 li jitratta dwar l-istorja tal-Mosta tul dawn l-erba’ mitt sena maqsuma f’hames kapitli li jkopru diversi aspetti bhalma huma religjuzi, socjali, kulturali, politici, pulizjeski, drawwiet, snajja’, ecc. Insomma dak kollu li sawwar il-hajja ta’ missirijietna, li tant hadmu u stinkaw biex tawna rahal, jew ahjar belt, sabiha u modema kif nafuha llum.
‘Il-Mosta - Grajjietha u Niesha’ li fih aktar minn 500 pagna, huwa msejjes fuq kitba originali minn uhud fost l-aqwa awturi fil-Gzejjer Malin, kif ukoll xi kittieba ohrajn Mostin - kull wiehed marbut ma’ xi aspett partikolari li l-aktar jispecjalizza fih. Ghalhekk fih insibu min kienu l-Kappillani u l-Arciprieti li kellha l-Parrocca tal-Mosta, ir-Rotunda maestuza taghna bir-rikkezzi u tezori taghha; id-devozzjoni u l-kult tal-Gimgha l-kbira u l-festa titulari ta’ Santa Marija; naraw kif kienu jghixu missirijietna, dawk il-Mostin ta’ qabilna, kif kienu jahdmu, xi snajja’ kellhom; insibu wkoll dik il-laqta’ politika, kif ukoll l-aspett pulizjesk; hemm informazzjoni dwar l-ghaqdiet Mostin li fihom trabbew ulied il-Mosta, u naturalment dwar (p.xii) is-sehem importanti li s-Socjeta Filarmonika Nicolo Isouard tat lil-Komunila Mostija tul dawn l-137 sena ta’ hajja taghha. U ta’ min jirrimarka li f’kull attivita principali fil-Mosta b’rabta mal-Parrocca, is-Socjeta taghna dejjem kienet hemm prezenti u fuq quddiem biex taghti s-servizzi taghha. Mhux ta’ b’xejn li l-twaqqif ta’ din l-ewwel Socjeta fil-Mosta sar propju fl-istess jum tal-Konsagrazzjoni tar-Rotunda - fil-15 t’Ottubru, 1871.
Inhossni konvint li dan il-ktieb ghandu jkun ktieb interessanti li kull familja Mostija ghandha jkollha fil-librerija taghha. U perswaz li ‘Il-Mosta - Grajjietha u Niesha’ huwa rigal iehor xieraq lill-Komunita Mostija f’gheluq ic-celebrazzjonijiet ta’ l-erba’ mitt sena minn meta l-Mosta saret Parrocca.
Irrid pubblikament nirringrazzja lil-Editur u Cerpersin tal-Kummissjoni Pubblikazzjonijiet, is-Sur Frans Deguara, ta’ l-impenn tieghu u d-dedikazzjoni tieghu biex seta’ jigi ppubblikat dan il-ktieb b’sens ta’ gratitudni lejn il-Mosta taghna. Nirringrazzja wkoll lill-membri l-ohra tal-Kummissjoni: is-Sinjuri Salvu Dimech, Raymond Deguara, Raymond Ghigo Laferla, Sandro Dimech u Ivan Scerri, kif ukoll lill-kontributuri kollha ta’ l-artikli interessanti taghhom dwar il-grajjiet li sawwru l-istorja tal-Mosta u dwar il-persunaggi li ffurmaw parti minn din il-Komunita Mostija.
Nipprezentalkom mela minn qalbi ‘Il-Mosta - Grajjietha u Niesha’ u nittama li dan il-ktieb, bhall-pubblikazzjonijiet l-ohra ta’ qablu ppubblikati mill-Kummissjoni Pubblikazzjonijiet tas-Socjeta Filarmonika Nicolo Isouard, isib postu kif jixraq fil-libreriji taghna l-Mostin - kemm f’Malta kif ukoll fil-pajjizi ta’ l-emigranti taghna, fil-libreriji pubblici u ta’ l-iskejjel taghna ghaliex it-taghrif migbur f’dan il-ktieb ikompli jkun ta’ xhieda ta’ dak kollu li lilna jaghmilna Mostin u Maltin. Ghal darb’ohra nhossni kburi u rikonoxxenti li qed nerga’ nkun jien li f’isem is-Socjeta Filarmonika Nicolo Isouard nipprezentalkom dan il-ktieb ‘Il-Mosta - Grajjietha u Niesha’
Nazzareno Vassallo, President,
Socjeta Filarmonika Nicolo Isouard
Dahla generali: Il-Ktieb u l-Parrocca
Kif issawret din il-pubblikazzjoni
(p.xiii) Il-hsieb li nippubblikaw dan il-ktieb fl-okkazjoni ta’ l-400 sena tal-Parrocca tal-Mosta kien ilu jberren f’mohh il-Kummissjoni Pubblikazzjonijiet tas-Socjeta Filarmonika Nicolo Isouard sa minn meta twaqqfet f’Jannar 2006. Izda ufficjalment tnebbet waqt il-live-in seminar li l-Kumitat u l-Kummissjonijiet tas-Socjeta qattghu fil-Lukanda Radisson SAS ta’ San Giljan bejn id-9 u l-11 ta’ Frar 2007, fuq l-inizjattiva tal-President is-Sur Nazzareno Vassallo. U precizament f’jum San Pawl Nawfragu f’gurnata maltemp enormi, wahda minn dawk li jhobb jaghmel l-iqsar xahar tas-sena.
Aktar tard fl-2007 is-Socjeta ppubblikat it-Tieni Volum ta’ ‘Mustensia’ (editur Manwel D. Schembri), gabra ta’ artikli l-aktar interessanti li jkunu diga gew ippubblikati fid-diversi annwali li s-Socjeta tippubblika fl-okkazjoni tal-festa ta’ Santa Marija. Ghalhekk bhala Kummissjoni hsibna li nippubblikaw xi haga ohra, izda b’kitba originali.
Konvinti mill-fatt li hargu diversi pubblikazzjonijiet ohra b’rabta mal-Mosta - u kollha interessanti, informattivi u importanti - l-ghan wara dan il-ktieb kien li nippubblikawh minghajr prezunzjoni zejda. Forsi anki biex jimtela vojt li jista’ jkun hemm. Dan ghamilnieh semplicement b’sens ta’ tifkira u rikonoxxenza lejn il-Mosta, fl-okkazjoni ta’ dan ir-raba’ centinarju mit-twaqqif tal-Parrocca ghaziza taghna. Kemm b’dak li hu tajjeb, sabih u prestigjuz kif ukoll b’dak anqas tajjeb, anqas sabih u forsi anki ikrah. Jew ahjar, dawk il-grajjiet li sawru, ghagnu u wahhdu l-istorja ta’ erba’ mitt sena tal-Komunita Mostija, li wara kollox ghandha storja mhawra minn kollox bhal kull rahal jew belt ohra FMalta u Ghawdex, jekk mhux xi ftit aktar specjali wkoll! Ghalhekk semmejnieh Il-Mosta - Grajjietha u Niesha!
Ghalhekk ghazilna whud minn fost l-aqwa kittieba kontemporanji li ghandna fil-Gzejjer Maltin kif ukoll ohrajn li dehrilna li jixirqilhom ghall-Mostanita taghhom. Fil-pubblikazzjoni ta’ dan il-ktieb ghandhom il-mertu principali u rridu niningrazzjawhom kollha minn qalbna ghall-kontribut utli taghhom. U anki ghax fihom sibna kollaborazzjoni shiha u sinciera.
(p.xiv) F’dan il-ktieb ippruvajna kemm jista’ jkun ma nirrepetux dak li gie ppubblikat qabel (ghalkemm f’xi kazijiet hi xi haga impossibli), u xtaqna nigbru fih l-islorja maqsuma f’diversi aspetti, religjuzi, socjali, kulturali, politici, pulizjeski, drawwiet, u snajja’ tal-Mostin, ecc. Ittrattajna l-grajjiet jew fatti ftit jew wisq maghrufa, u mhux bilfors miktuba kronologikament kif sehhu, kif ukoll persunaggi, kemm jekk huma importanti u kemm jekk forsi minsija jew sahansitra mwarrba.
Wara t-tislima misthoqqa, nahseb li huwa xieraq li nibdew mil-lat religjuz la darba l-anniversarju huwa tal-Parrocca. Fl-ewwel kapitlu bdejna bl-aspett pastorali, xi tfisser u kif twaqqfet din il-parrocca, u tajna l-lista tal-Kappillani u l-Arciprieti li mexxew din il-komunita, u li kienu l-holoq ta’ din il-katina twila 400 sena tal-Parrocca tal-Mosta. Fit-tienu kapitlu tajna harsa lejn l-aspett parrokkjali u devozzjonali, partikolarment lejn ir-Rotunda. Fil-tielet kapitlu niskopru l-aspett storiku u socjali, fejn staqsejna ‘Min huma l-Mostin?’ u kif haddiehor jahsibha dwar is-Santwarju maestuz ‘taghna’. Fir-raba’ kapitlu naghtu harsa lejn l-aspett politiku u nfakkru u nsellmu lir-rapprezentanti tal-Mostin fil-parlament kif ukoll dawk lokali b’titwila lejn ‘Jum il-Mosta’ ta’ l-ewwel kunsill fl-1994. Fil-hames kapitlu ttrattajna l-aspett kulturali b’titwila lejn l-aspett pulizjesk. Naraw ukoll it-tibdil socjali flimkien mad-drawwdet li ghagnu lil dan il-poplu agrikolu fil-principju, izda li aktar tard immodernizza u mexa mal-progress maz-zminijiet. Naraw diversi snajja’ u persunaggi ftit jew wisq minsija, u li mhux bilfors huma ezemplari. Naturalment ma tonqosx il-harsa lejn is-sehem importanti u kostanti li s-Socjeta Filarmonika Nicolo Isouard tat lejn il-Komunita Mostija b’rabta mal-Parrocca. Sehem li jmur lura sa mill-fondazzjoni taghha fil-15 t’Ottubru 1871 - propju fl-istess jum tal-Konsagrazzjoni tar-Rotunda! Imbaghad ghandna wkoll xi taghrif minghand xi Ghaqdiet Mostin, li sfortunatament mhux kollha accettaw l-istedina taghna. Nirringrazzjaw lil dawk li ghogobhom jikkoperaw maghna.
X’inhi l-Parrocca ghalina
Fid-dizzjunarju l-kelma ‘Parrocca’ tfisser dritt kanoniku ta’ parti minn territorju ta’ djocesi b’assenjazzjoni ta’ diterminanti poplu ta’ fidili u ta’ ekklesjastiku li jipprovdi l-kura ta’ l-erwieh ta’ dak il-grupp li jifforma dik il-komunita, grupp socjali li jikkostitwixxi entita organika fuq bazi ta’ l-istess principji, interessi prattici u ideal tal-komponenti tieghu.
Imma ghalina l-kelma ‘parrocca’ tfisser semplicement dak il-lokal jew il-komunita li wiehed ikun trabba fiha bl-aspetti kollha taghha - kemm jekk huma religjuzi, kemm jekk huma socjali, u kemm jekk huma kulturali jew politici. Ahna, li mhux trabbejna biss imma anki twelidna fil-Mosta, niftakru sa mill-ahhar tal-hamsinijiet meta konna zghar u r-rahal kien ghadu ma’ djul il-Knisja - is-simbolu ta’ kull (p.xv) parrocca - li fil-kaz taghna hija l-famuza ‘Rotunda’. Naturalment fil-parrocca ghamilna l-Precett, jew ahjar hadna l-Ewwel Tqarbina, kif ukoll is-Sagrament tal-Grizina ta’ l-Isqof, wara li attendejna ‘l-muzew’ ghal-lezzjonijiet ‘tad-duttrina’.
Niftakru wkoll li fil-bidu tas-sittinijiet konna ‘tghallimna’ l-quddiesa bil-Latin, jew ahjar konna ‘nirrispondu’ bil-Latin lic-celebrant (ghalkemm ma konna nifhmu kwazi xejn). Kien ‘ghallimhielna’ s-Sur Karmenu Demartino (il-Mulej jaghtih il-genna), is-Superjur ‘tal-muzew’ fil-post l-antik, biswit il-Knisja Arcipretali. U la semmejna l-Museum, ta’ min ifakkar ix-xorti li kellna li niltaqghu mal-fundatur ta’ din l-Ghaqda religjuza Dun Gorg - illum San Gorg Preca, l-ewwel Qaddis Malti - meta kien jigi jzur is-sede Mostija.
Wara li nbena ‘l-muzew tas-subien’ il-gdid fi Triq il-Papa Gwanni XXIII - propju fejn trabbejna ghax konna noqoghdu bil-familja - ma ninsewx il-mumenti ta’ gabra, ferh u entuzjazmu li konna nqattghu flimkien mas-Soci tal-Museum tal-Mosta li b’tant hlewwa u dedikazzjoni xettlu fina s-sentiment religjuz, imzewwaq bil-kultura tal-loghob - tal-ballun jew tal-’gwerra Franciza’! Barra s-Sur Demartino, jiguni f’mohhi wkoll John (il-Mulej jaghtih il-genna wkoll) u huh Freddie Delicata, Emanuel Vella, Joe Bonnici, Paul Borg, Edwin Zammit, u ohrajn.
Ghexna dejjem qrib u fid-dell tal-knisja. Fi tfuliti niftakarni wkoll bhala abbati flimkien ma’ hija Raymond, u hbieb ohra bhal Francis Galea (illum awtur maghruf u ghandna kitba tieghu) u huh Charlie, Joe Muscat, Mario Azzopardi (li minn dejjem kien ihobb hafna l-films), Mario Micallef, Ronnie Farrugia, l-ahwa Karmnu u Vitor Galea, Charlie Schembri, u hafna ohrajn. Hawn nixtieq insellem lill-Arcipriet u d-direttur taghna ta’ dawk iz-zminijiet - Rev. (illum Mons.) Bartolomeo Bezzina u Rev. Dun Gwann Caruana (illum fil-missjoni fil-Brazil). Kemm konna nattendu b’zelu ghall-funzjonijiet tal-knisja! Kemm konna nippreparaw ruhna sewwa qabel il-festi religjuzi! U kemm konna nkunu kuntenti meta konna nigu maghzula biex noqoghdu bhala akkolta jew bic-censier (kemm konna ‘ndawwruh’ sewwa fis-sagrestija dak l-imbierek ta’ censier!). Jew kemm konna nattendu b’riverenza u qima ghall-harga ‘tal-Vjatku’ kmieni mas-sebh! Bhala prefetti, konna nippreparaw speci ta’ roster ghal min ikun imissu jattendi l-quddies, zwigijiet, maghmudijiet, funerali jew il-perilja (garr tal-mejtin mill-isptar),ecc. Mhux bhal-lum, gieli lanqas abbati wiehed ma jkun hemm! Ir-rikreazzjoni ma kinitx tonqos. Min jaf kemm-il darba dhalna nigru fis-sagrestija gharqanin xraba wara li nkunu ilna nilaghbu bil-ballun fit-triq ta’ hdejn il-knisja, tant li konna ninsew il-hin, u kienu jghajtulna fl-ahhar mumenti! Infatti fil-kaxxarizz li kien ikollna kull wiehed, barra s-suttana u l-ispellizza, f’dak tieghi ma kienx jonqos xi ballun ... tal-plastik! Kemm memorji sbieh u innocenti!
(p.xvi) U min jista’ jinsa dawk il-granet tat-tberik fid-djar fi zmien il-Ghid! Konna nkunu milqughin fid-djar b’dik ic-certa devozzjoni u rispett. U lis-sacerdot (jew ahjar lill-Arcipriet, ghax dak iz-zmien kien idur hu wahdu r-rahal kollu!) mhux ftit kienu jkunu dawk li joqoghdu jirrakkontawlu l-problemi taghhom u ... ta’ haddiehor ukoll! Normalment konna nigu offruti dik id-daqsxejn ‘kinnie’ kif ukoll dik il-galletina lesla ghalina. Ta’ tfal li konna, meta ma kienx ikollna aptitha, konna nehduha xorta wahda u nitfghuha ‘fil-borza’ li kien ikollna mdendla taht is-suttana!! Imbaghad niehdu dik it-‘tliet-soldi’ jew dak is-‘sikspenz’ (xi 6c t’ewro!) ‘ghas-sassla’. Jekk ukoll ma jwaddbuhilekx dirett fis-sassla! Il-hinijiet kienu jkunu mid-9.00 sa 12.00, u mill-16.00 sas-19.00! Izda kollox kien isir b’aktar awtenticita u genwinita. Il-flus li konna nigbru bhala abbatini konna nitfghuhom f’landa apposta fl-ufficcju ta’ l-Arcipriet, biex bihom kienu jorganizzawlna xi harga jew xalata, jew jaghtuna xi premju fl-ahhar tas-sena.
Il-Parrocca f’zghozitna
(p.xix) ... u ma Mons. Isqof Mario Grech, li qed jiffirma l-Annual tas-Socjeta 2006, meta gie jinawgura l-Wirja Sagra fil-Kazin Nicolo Isouard, fis-27 ta Marzu, 2007Pgxix_FransDeguara2.jpg
Imbaghad waslu s-sebghinijiet u maghhom l-era taz-zghozija. Kien ikollna laqghat regolari kull gimgha minn Dun Salv (wara Mons.) Sammut fid-dar fejn illum hemm il-Kunvent Pax et Bonum,u aktar tard f’garaxx fi Triq Callus. Pero z-zghozija propja ‘ghexnieha’ fl-Oratorju Qalb ta’ Gesu. Kemm konna nattendu bi hgarna l-laqghat li kien jaghmlilna d-direttur Dun Ang ‘iz-zghir’ Camilleri ta’ kull nhar ta’ Tlieta bhala membri fl-Azzjoni Kattolika! Jew il-laqghat il-Hadd fil-ghodu ghall-Istudenti, fejn konna ltqajna mal-mibki Sammy Calleja, li kien l-ewwel wiehed li hajjarna ‘nharbxu’ xi haga ghall-fuljett tieghu ‘Lejn ix-Xefaq.’ U min jaf kemm-il camata qlajna wara xi bawxata li nkunu ghamilna minghand Dun Ang li normalment kien ikun medhi jipprepara l-gazzetta ‘Il-Mosta’ flimkien mal-mibki Tony Camilleri.
Hawn konna niltaqghu abitwalment ma’ Charlie Camilleri (‘ta’ Marjanna’, li llum jinsab il-Kanada), l-ahwa Vanni u Peter Sciriha, Charlie Abela (illum President tal-Mosta F.C.), Lino (illum l-Onor. Dr Anglu Farrugia), l-ahwa Tony u Joe Galea, Twannie ‘il-Bomber’ u huh Joe Farrugia, Salvu Sant, ecc. Niftakru l-partecipazzjoni fl-isports day ghall-festa tal-Qalb ta’ Gesu fil-grawnd ta’ l-Oratorju (jekk ma titkaxkarx xi wahda wkoll taht xi bank!). Niftakru l-hrug fil-ghaxijiet, l-aktar ‘sas-sajrins’ (is-Sirens) f’San Pawl il-Bahar b’dak is-sewqan - forsi xi ftit perikoluz frott iz-zghozija! F’dak il-bicca vann Commer li kellna u b’dik il-mangiadischi fih fejn konna litteralment ‘naharqu’ xi diska partikolari tal-mument - jekk ma tehilx! Insemmu b’nostalgija kanzunetti li ghadhom popolari sal-lum bhal A Whiter Shade of Pale Harum, Nights in White Satin tal-Moody Blues, Don’t Forget to Remember tal-Bee Gees, La Canzone del Sole u Il Mio Canto Libero ta’ Lucio Battisti, Questo Piccolo Grande Amore ta’ Claudio Baglioni, jew Pensiero ta’ I Pooh, u nistghu nibqghu sejrin!
(p.xvii) Kien f’dan iz-zmien ukoll li twebbilna li nergghu nibdew niehdu sehem fil-purcissjoni tal-Gimgha l-Kbira. Infatti qabel iz-zmien bhala abbati (xi tmien snin) kien hemm is-snin infantili bl-ilbies taz-zimarra u b’xi tabella li l-habel taghha kien ‘jahraqlek’ ghonqok! Izda issa li kbirna ftit, bdejna nkaxkru l-ktajjen - normalment dawk it-tnax-il wizna (48 kg). Kemm konna noqoghdu attenti u metikoluzi fl-ghazla u fl-irbit tal-ktajjen li nkunu ddubbajna minghand xi kuntrattur! Jew biex nippreparaw sewwa l-fanali u l-qfieli. Aktar tard, imbaghad, gietna l-okkazjoni biex nilbsu ta’ xi persunagg. U fl-1980 jien ‘akkwistajt’ il-libsa ta’ Kajfa minghand Freddie Magri li kien ‘ghamilha’ lejn l-ahhar tas-sittinijiet - persunagg li ghadna niehdu sehem bih sal-lum.
Lura ghall-Oratorju, u xi parti zghira f’xi dramm ma kinitx tonqos, lanqas. U maghhom xi ghajta minghand Joe Quattromani (fil-grupp ‘Jien u l-Ohrajn’) fi drammi bhal ‘Guda’, ‘Marija’, u ohrajn. U aktar tard, minghand Edwin Vassallo (illum Membru Parlamentari wkoll). Insemmu pagints bhal ‘L-Omm li Thobb’, ‘Il-Fidwa’, ‘Storja ta’ Poplu’, ‘Fejn Hu?’, ecc. fejn kienu jiehdu sehem atturi maghrufa bhal Peter Borg, Joe Borg, Joe Bartolo, Raymond Sammut, u ohrajn bhal Anna Galea u Doris Camilleri, Charles Stroud, Valerio Schembri, Mark Schembri, Jimmy Mifsud, Jimmy Chetcuti, Charlie Sant, l-ahwa George u Agnes Muscat, Anna Pizzuto, Doris Tabone, Mario Fenech, Marthese Said, ecc. U l-hidma ta’ nies bhal Edwin Vassallo u Ruben Caruana wasslet biex twaqqfet l-Ghaqda Talent Mosti, b’Louis Vassallo jahdem minn wara l-kwinti... bhal dejjem! U mhux ser ninsew l-attivitajiet u ‘l-kant’ mal-Kor Santa Cecilja, flimkien mac-cajtiet li konna naghmlu ma’ Ronnie Magri u l-bella kumpanija.
Jew min jista’ jinsa dawk il-partiti futbol mimlija akkanitizmu - u battibekki! - li konna norganizzaw meta konna niffurmaw parti mit-timijiet ta’ Red Stars u l-Bluettes, kif ukoll fil-kampjonati l-aktar fis-sajf fil-grawnd ta’ l-Oratorju. U fuq dak ir-ramel, ma jinghaddux kemm il-tkaxkira hadna! Izda mhux fir-rizultati ghax kienu partiti ‘memorabbli’ ghalina, l-aktar meta konna nilaghbu kontra xi selezzjoni mill-klabb tal-Mosta. Ta’ min jirrimarka li konna nkunu rispettati hafna anki minn plejers important bhal Charles Agius ‘il-Ginger’, Bertu Gatt ‘ta Soldi’, Pawlu Vella ‘il-Bubasku’, Pawlu Vella ‘l-Iswed’, Charlie Borg Sant, Dennis Falzon, l-ahwa James u Leli Grima, l-ahwa Pawlu u Stephen Cuschieri, ecc.
Iz-zmien jghaddi gmielu, u waslet it-titwila ‘sal-biljards’ - dak il-post, jew ahjar sala kbira, ‘fit-triq-il-gdida’ (Triq il-Kungress Ewkaristiku) - fejn kien hemm numru ta’ mwejjed tal-biljards. Post fejn zghazagh u mhumiex konna nqattghu hin twil nilaghbu dik il-loghba sabiha tas-snuker. Insomma, fi kliem iehor, nghaddu z-zmien ... jew ahjar iz-zmien kien jghaddiha bina! Niftakru wkoll f’dak il-hanut - pjuttost zghir, izda mimli hajja u ospitalita - fil-kantuniera ‘fit-triq-il-gdida’ wkoll ma’ Triq Callus li kien (p.xviii) imexxih Raymond Ghigo. Stampata f’mohhna tibqa’ d-diska natalizja per eccellenza Happy Christmas War is Over ta’ John Lennon. Ehh, x’mumenti sbieh taz-zghozija, mumenti minghajr hsibijiet partikolari, ghalkemm b’futur incert quddiemna ...
Imbaghad wasal iz-zmien tat-tmeninijiet u hawn bdejna nersqu aktar lejn xi ghaqdiet Mostin, fosthom is-Socjeta Piroteknika 15 t’Awwissu, fejn kellna rispett kbir ghal nies bhal Emy Camilleri, Jimmy Camilleri, Ronnie Magri u Mario Farrugia. U bilfors ikollok tammira l-hila u d-dedikazzjoni ta’ grupp ta’ nies li ghalihom il-festa hija prijorita. Ghax f’dawk il-kmamar maqtughin ghalihom fid-Dwejra jahdmu s-sena kollha - xitwa u sajf, bard u ksieh, cpar u rih isfel, nixfa u shana tremenda - pero dejjem b’ghan wiehed: li jsebbhu s-sema bil-kuluri vivaci tal-murtali ad unur il-Patruna taghna Marija Mtellgha s-Sema (bhall-iskrizzjoni li tinharaq fuq it-tanbur tar-Rotunda fid-dhul tal-purcissjoni).
Kien hemm ukoll il-perjodu twil ta’ hidma fil-kumitati fic-ciklizmu. L-ewwel fil-klabb tal-Mosta u fil-Federazzjoni Maltija, u aktar tard fil-klabb tal-Melita, fejn kienu jispikkaw ciklisti kbar li litteralment sawwru l-istorja tac-ciklizmu Malti bhal Johnny Magri, Joe Farrugia u Freddie Tonna, u ohrajn bhal Albert Micallef, Jimmy Camilleri, Emanuel Camilleri, Patrick Zerafa, Joe Micallef, Joe Muscat, Carmel Muscat (anzi tnejn!), kif ukoll hbieb bhal Vinnie u huh Patrick Scicluna, Hector Camilleri, il-mibki Salvu Abela, ecc. kif ukoll dirigenti bhall-mibki Karmenu Agius, Mario Riolo, Leslie u huh Charles Agius, Mario Meli u ohrajn. F’nofs it-tmeninijiet u dejjem fl-Oratorju, konna niltaqghu - u gieli nargumentaw! - ma’ ohrajn bhal George Muscat, l-ahwa Joe u Silvio Tanti, Charlie Sant, Freddie Cassia, Mario Deguara, Chris Cuschieri, ecc. Kemm battibekki sema’ dak iz-zuntier ta’ l-Oratorju!
Hidma akbar b’rizq il-Parrocca
Zmien il-maturita jasal ukoll, u jigu mumenti li tibda thoss li ghandek taghti xi haga aktar b’rizq il-Parrocca u l-festa ghaziza taghna ta’ Santa Marija. U fl-1997 dhalna niffurmaw parti minn din ‘l-ewwel Socjeta fil-Mosta’ bir-responsabbilta ta’ l-annwali u l-pubblikazzjonijiet l-ohra. Ta’ sodisfazzjon kienet il-hidma kemm mas-Sur Guze Cauchi, kif ukoll biex wettaqna r-riforma f’din is-Socjeta fl-2001 li wasslet ghall-presidenza tas-Sur Nazzareno Vassallo. U memorabbli kienet il-mawra li ghamilna f’Ginevra dik is-sena stess - novita ghall-baned Maltin - meta flimkien mal-Banda Santa Marija tal-Mosta, daqqejna bhala banda wahda fis-sala principali tal-Kwartieri tal-Gnus Maghquda - fuq l-inizjattiva tal-President is-Sur Nazzareno Vassallo u l-kollaborazzjoni ta’ Mosti iehor - is-Sur Lino Bartolo.
Ta’ sodisfazzjon kbir kienet l-esekuzzjoni fir-Rotunda ta’ ‘L-Ghanja tal-Konvoj ta’ Santa Marija’ ta’ Mro. Emanuel Spagnol u versi tal-Prof. Oliver Friggieri fl-2003. (p.xix) Bhalma hu ta’ sodisfazzjon kull darba li jindaqq l-Innu l-Kbir Alla Beata Maria Vergine tas-Surmast Anton Miruzzi u versi ta’ Dun Wistin Azzopardi.
Indimentikabbli wkoll kienet is-sena 2004. L-ewwel meta f’April, il-Banda Nicolo Isouard esegwiet il-Messa da Requiem ta’ Giuseppe Verdi fil-Kon-Katidral ta’ San Gwann fil-Belt Valletta u aktar tard, f’Settembru, giet organizzata l-mawra li ghamilna fl-Istati Uniti u l-Kanada. Hawn grupp ta’ aktar minn mitt ruh konna ospitati mill-Klabbs tal-Maltin f’Dearborn, Toronto, San Francisco u Millbrae, u fosthom kien hemm ukoll numru sabih ta’ Mostin li jghixu f’dawk il-pajjizi tant kbar u b’hajja totalment differenti mill-Gzejjer Maltin. Imma l-mawra taghna gibitilhom nostalgija kbira kull darba li daqqejna (b’kollox seba’ darbiet!) fosthom meta flimkien maghhom iccelebrajna l-festi ta’ Santa Marija u San Pawl, u l-75 anniversarju mit-twaqqif tal-klabb f’San Francisco.
Is-Socjeta Filarmonika Nicolo Isouard issa ilha 137 sena toffri s-servizzi taghha lill-Komunita Mostija. Socjeta li, bl-istorja glorjuza li ghandha, il-membri taghha kienu dejjem fuq quddiem kemm fl-attivitajiet ta’ ferh kif ukoll f’dawk ta’ niket ghal huthom Mostin. B’hekk twahhdet ma’ l-istorja ta’ din il-Komunita specjali fic-centru tal-gzira jisimha Malta. U mhux ta’ b’xejn li matul dawn is-snin, (p.xx) is-Socjeta tmexxiet minn fost l-aqwa ulied il-Mosta ghas-servizz tal-Mostin. U b’hekk giet minsuga l-istorja muzikali, religjuza, kulturali, socjali, u anke politika Mostija. Tant li llum saru sinonimi ma’ xulxin – ‘Il-Banda tal-Mosta’ u l-Parrocca tal-Mosta. Jalla din is-sinonimita tibqa’ u tissahhah matul iz-zminijiet futuri.
Gheluq
Kif tistghu taraw (u taqraw) f’din il-pubblikazzjoni tas-Socjeta Filarmonika Nicolo Isouard tajna harsa lejn dawk il-mumenti indelibbli fl-istorja ta’ erba’ mitt sena tal-hajja Mostija - bit-tlugh u bl-inzul taghha - li tnissgu fil-parrocca, issenslu bil-parrocca, u twahhdu mal-parrocca - dik il-parrocca tant ghaziza ghalina, il-Parrocca tal-Mosta. Issemmew hafna persuni. Naturalment kien hemm hafna ohrajn li wkoll kienu protagonisti f’dan ir-rakkont dwar il-hajja taghna fil-Parrocca tal-Mosta matul dawn iz-zminijiet. Pero semmejna dawk li kellna xi konnessjoni diretta maghhom jew almenu dawk li ftakarna. U jekk insejna lil xi hadd, niskuzaw ruhna. Ma kinitx l-intenzjoni taghna. Izda minn dawn l-ismijiet kollha, wiehed kien dejjem protagonista f’din il-mixja tieghi fi hdan il-Parrocca. Dan huwa hija Raymond. U nirringrazzjah talli dejjem sibtu ta’ spalla mieghi. Fuq kollox nirringrazzjaw lill-Mulej talli zamm dejjem idejh fuq din il-Komunita Mostija ghal dawn l-erba’ sekli u jalla din il-komunita tibqa’ dejjem nisranija - dejjem taht il-patrocinju ta’ l-ghaziza Ommu u Ommna - Santa Marija.
Irrid nirringrazzja lil shabi tal-Kummissjoni Pubblikazzjonijiet 2008 - Sandro Dimech, Ray Ghigo Laferla u Ivan Scerri, izda b’mod partikolari lil hija Raymond u Salvu Dimech, kif ukoll il-President is-Sur Nazzareno Vassallo ta’ l-ghajnuna u l-appogg li dejjem offrew. Nittama li din il-hidma taghna - il-pubblikazzjoni ta’ ‘Il-Mosta - Grajjietlta u Niesha’ li qed inwasslulkom bi pjacir tkun mezz ta’ gharfien akbar tal-Parrocca ghaziza taghna, kif ukoll tas-Socjeta Filarmonika Nicolo Isouard fi hdan il-Komunita Mostija.
Frans Deguara, editor
Messagg mill-Arcipriet tal-Parrocca tal-Mosta
Celebrazzjoni ta’ Familja Parrokkjali
(p.xxi) Kemm hi haga sabiha tara familja ticcelebra. Ikun hemm mumenti meta l-membri jibdew isemmu dak li ghaddew minnu flimkien. Jissemma’ xi progett li dahlu ghalih ... forsi rrangaw id-dar, jew komplew jibnu. Imma imbaghad jissemmew wkoll xi grajjiet li ghexu, jew hidmiet li ghamlu flimkien ... u li ghenuhom ikomplu jsiru tassew familja.
Ahna wkoll qeghdin niccelebraw mument importanti fl-istorja tal-familja parrokkjali taghna. Erba’ mitt sena ta’ hajja li wasslet lil din il-familja parrokkjali tal-Mosta biex minn madwar elf ruh tlahhaq id-dsatax-il elf. Anniversarju li jfakkarna fil-hidma li mal-medda taz-zmien kompla jsahhah l-iskop li ghalih twaqqfet bhala parrocca, jigifieri li tkun komunita nisranija, taht il-harsien ta’ l-Assunta, li temmen u titlob flimkien, li tghix u tahdem u tizviluppa lilha nfisha u tkun ta’ servizz ghall-membri taghha.
F’dan l-anniversarju jissemmew mumenti kbar u progetti li twettqu. Tajjeb. Imma importanti li niftakru wkoll fil-hidma li twettqet kull jum tul dawn l-400 sena minn diversi membri ta’ din il-familja parrokkjali.
Mal-medda taz-zmien certi individwi gharfu l-bzonn li jwaqqfu gruppi, ghaqdiet, socjetajiet, kumitati, ecc. ghal xi skop partikulari, bhal taghlim u formazzjoni nisranija jew socjali, kultura, muzika, sport. Imma l-iskop ahhari jibqa’ dejjem li l-komunita tkompli tinbena u tissahhah.
Bhala tifkira ta’ dan l-anniversarju, is-Socjeta Filarmonika Nicolo Isouard qed toffri dan il-ktieb – Il-Mosta: Grajjietha u Niesha - li jigbor fih storja u informazzjoni dwar dak li sawwar u ghadu jsawwar lil din il-komunita fil-Mosta. Hu rigal iehor lil din il-komunita. Huwa wkoll ritratt tal-Mosta tal-lum.
Anniversarji u celebrazzjonijiet jigu u jghaddu. L-importanti hu dak li johrog minnhom. Nitlob li dak li sar u qed isir, igeddidna biex inkomplu nimpennjaw lilna nfusna ghat-tishih ta’ din il-komunita.
(p.xxii) Nittama li nkomplu nikbru bhala poplu nisrani ... u nfasslu hajjitna fuq it-taghlim ta’ Gesu u l-Knisja tieghu ... ghalhekk sirna parrocca.
Nittama li nkomplu nikbru bhala poplu Marjan ... u nghozzu lil Marija bhala Omm u Patruna taghna.
Nittama li nkomplu nahdmu fil-gruppi u ghaqdiet taghna ... mhux biss biex ingibuhom ‘il quddiem. imma biex fihom u permezz taghhom, inkunu ta’ servizz ghall-komunita kollha.
Nittama li nkomplu nahdmu biex permezz ta’ l-ghaqdiet taghna nkomplu ngibu ghaqda dejjem aktar fost il-komunita l-kbira, li hi l-familja tal-parrocca.
Nittama li mhux nistennew minghand haddiehor biss ... imma naraw ilkoll f’hiex nistghu nikkoperaw ma’ l-ohrajn ... halli nkunu tassew parrocca hajja, ispirata dejjem mill-parir ta’ l-Omm wahda taghna lkoll, Marija, li ttennielna dejjem u f’kollox “aghmlu dak li jghidilkom Gesu.”
Nitlob il-barka ta’ Alla u l-harsien ta’ l-Assunta fuqkom ilkoll.
Rev. Dun Mario Tong, Arcipriet
TISLIMA LILL-MOSTA - 400 sena Parrocca
(p.3) Bidel gmielek in-natura aktar milli s-sustanza
matul l-erba’ mitt sena mindu hadt rajk f’idejk.
Mhux b’rima rhisa hallina nsellmulek,
ja Mosta, sultana ta’ qalbna kburija;
illum, mhux biss illum, twelidek infakkru,
nifirhu ghax uliedek, sabiha omm.
Lejn tas-seklu sbatax is-snin bikrija,
il-bdiewa li ghammru fil-wita nofsani
qajl izjed ma felhu iterrqu fix-xtiewi
kulmeta htegilhom jitrejqu fir-ruh.
Min qies ewlieni lil butu x’kien jaqbel
mill-haqq u r-raguni dam biex intrebah;
jinghad li fit-toroq hargu ferhu l-bdiewa
kif semghu li ngheleb stinat l-ahhar skoll.
Twarrab il-firda, sa mill-bidu ghazilt,
fil-hegga t’uliedek imxejt ‘il quddiem;
parrocca maghquda, bil-ghaqal moghnija,
harsienek fl-imhabba ta’ Omm il-Bnedmin.
Sehhu ghadd ta’ grajjiet, baqghu sallum maghna,
ukoll fit-tieni seklu fhajtek imlewna;
zdiedu l-kappelli zghar, twaqqfu l-fratellanzi
- haxknuk fil-limiti li, kif fehmuha, hazzu!
Met’ghafas, imbaghad, ta’ decizjoni l-waqt,
Niesek dinhom sarrfu, faqarhom bla qiesu,
Fil-maqdes grandjuz, ta’ Grognet ir-Rotunda
- Xhieda dejjiema tas-siwi t’uliedek!
Ftit snin ghaddew u mijiet siefru bi htiega.
F’jiem il-Kungress b’qima lejn l-Ewkaristija
cedew posthom lil min zarek, ir-rahlin:
ksibt fohrija, saru jafu bik l-eluf!
U kif feggew qliel, tal-glied is-snin, tal-qerda,
cahdiet, dmugh, niket, guh, ilkoll garrabthom:
waqaft izda sat-tmiem, sar-rebha qalbiena,
harstek mitfugha fuq ta’ progress gejjieni!
Mosta sabiha, bqajt ghal missirijietna
t’ghajnejhom il-mimmi u bakkru u sahru
biex ta’ warajhom raw fik gmiel ta’ sultana:
W’ahna nahilfu l-weghda li f’qalbna tibqa’!
Vanni Sant,
21 ta’ Settembru, 2007
Kapitli ohra mill-ktieb
- Introduzzjoni
- Il-Parrocca fi hdan il-Knisja Kattolika Universali
- L-Isqof Tumas Gargallo
- Il-Kappillani u l-Arciprieti li kellha l-Parrocca tal-Mosta
- Il-Mosta - 400 sena Parrocca
- Dun Felic Calleja (1748-1833)
- Zvilupp tad-Devozzjoni jew Kult lejn il-Passjoni ta’ Sidna Gesu Kristu fil-parrocca tal-Mosta
- Pitturi fir-Rotunda tal-Mosta
- Min huma l-Mostin?
- ‘Il-Musta’ ssir ‘Mosta’
- Il-Mosta fil-Kamra tad-Deputati
- Il-Gvern Lokali fil-Mosta
- Ir-rabta tas-Socjeta Filarmonika Nicolo Isouard mal-Parrocca tal-Mosta
- Aspett u Impenn Pulizjesk Mosti
- Eroj Socjali: Xi Mostin ta’ l-Imghoddi u Hidmiethom
- Minghand l-Ghaqdiet Mostin
- Immagini Mostin