Il-Mosta: Grajjietha u niesha
Frans Deguara, editur
Pubblikazzjoni tas-Socjeta Filarmonika Nicolo Isouard Mosta f'gheluq l-400 sena (1608-2008) bhala Parrocca.
Dan il-ktieb interessantissimu jinxtara mill-Kazin Nicolo Isouard. Din il-verzjoni digitali taf fiha xi differenzi mill-original minhabba problemi waqt l-iskanjar li minhabba r-rizorsi limitati ma kellix cans nivverifika ghal kollox u hi raguni ohra ghala wiehed ghandu jmur dirett ghall-ktieb meta jigi biex jiehu riferenzi minnu.
Dun Felic Calleja (1748-1833)
Biex niftakru u nfakkru f’gheluq il-175 sena minn mewtu
Louis Vassallo
(p.77) Fil-Mosta nsibu zewg toroq qodma, dojoq u mserrpin li jinsabu fil-qalba taghha. Wahda quddiem ir-Rotunda u l-ohra fuq in-naha ta’ wara ta’ l-istess Knisja Parrokkjali. Dari, it-triq ta’ biswit ir-Rotunda kien jisimha: ‘Strada Chiesa’. Illum hi maghrufa bhala ‘Triq il-Kurat Calleja’ u li bit-thabrik tal-Kunsill Lokali saret l-ewwel zona pedonali fil-Mosta fl-1997. It-triq l-ohra magenb in-naha ta’ wara tar-Rotunda, tfakkar it-twaqqif tal-Parrocca tal-Mosta nhar is-16 ta’ Settembru 1608.
F’din it-triq, imsejha ‘Triq il-Parrocca’ niltaqghu ma’ dar kbira u sabiha,li fl-imghoddi kienet serviet bhala post ghat-taghlim tat-tfal mis-sorijiet Agostinjani, meta dawn iddecidew li jigu l-Mosta fl-1929. Izda fuq kollox din id-dar, li llum iggib in-nru. 26 fuq il-bieb ewlieni taghha, kien jghix fiha Dun Felic Calleja. Jekk ngharrxu sew b’ghajnejna fuq il-logg tal-bieb, nilmhu disinn sabih mahdum bil-hadid u li fic-centru hemm iffurmati l-ittri D.F.C. Bla dubju dawn l-ittri qeghdin jirreferu ghal dan is-sacerdot Zurrieqi, izda li tant kien mahbub min-nies tal-Mosta. Ghalhekk dawn iz-zewg toroq partikolari, qeghdin jixhtu dawl u fl-istess waqt iqanqlu fina kurzita biex insiru nafu aktar, dwar din il-persuna u x’irnexxielha twettaq fil-hajja tant attiva, tul il-85 sena li ghexet. U li fl-ahhar sitta u tletin minnhom kienu ddedikati ghall-hidma ta’ raghaj spiritwali fil-Parrocca tal-Mosta.
Studja f’Ruma
(p.78) Dun Felic Calleja twieled fir-rahal taz-Zurrieq nhar il-15 ta’ Frar 1748, u gie mghammed fil-knisja parrokkjali ta’ l-istess rahal fl-istess jum. Il-genituri tieghu kienu Guzeppi u Marija. Ommu ma tilfitx kunjomha wara li zzewget, ghax meta kienet ghadha xebba kienet Calleja wkoll. Tfulitu kienet bejn wiehed u iehor bhall-kumplament ta’ shabu tar-rahal. Wara li studja fis-Seminarju Arciveskovili, telaq lejn Ruma biex ikompli l-istudji tieghu f’din il-Belt Eterna. Bejn l-1770 u l-1771 kien student fl-Universita ta’ Sapienza. Calleja gie ordnat sacerdot nhar it-23 ta’ Frar 1771 minn Mons. Francesco Mattei, Patrijarka ta’ Lixandra fil-Katidral tal-Lateran. L-ewwel quddiesa tieghu, iccelebraha fil-Panteon ta’ Ruma. Jinghad li Dun Felic Calleja qatt ma harbitlu minn mohhu dik l-esperjenza sabiha, f’dak il-jum ghaziz ghalih. U tant iehor ma nesiex dik il-knisja ferm qadima fejn hi msebbha b’koppla ta’ l-ghageb!
Diversi karigi
Meta rritoma lura f’art twelidu, Dun Felic gie mahtur Vici-Parrokku fil-Parrocca tal-Mosta. Hu kellu diversi karigi ohra fid-djocesi, fejn fost ohrajn insibu li kien direttur tal-Konfessuri fil-Knisja Parrokkjali ta’ Bormla u kien ukoll Vigarju Kurat fil-Knisja Kolleggjali ta’ Birkirkara u fil-Parrocca ta’ Hal Balzan. Dan is-sacerdot kien Predikatur maghruf, fejn nafu li ghamel l-Ezercizzi Spiritwali fil-Monasteru (p.79) ta’ San Pietru fl-Imdina u fis-Seminarju. Meta kien responsabbli bhala direttur tal-Konfessuri f’Bormla, gieli ppriedka lill-poplu waqt il-quddiesa tal-Hadd. Dun Felic kien ukoll Konfessur Ordinarju tal-Monasteru ta’ San Benedittu fl-Imdina u tal-Monasteru ta’ Santa Margerita f’Bormla.
Kwalitajiet mehtiega
B’din l-esperjenza kollha, zgur li Dun Felic kellu l-kwalitajiet kollha mehtiega biex jigi mahtur Kappillan ta’ Hal Balzan mill-Isqof Labini fl-1792. Wara li dam imexxi din il-parrocca ghal hames snin shah, Mons. Labini hatar lil Dun Felic Calleja bhala Kappillan tal-Mosta nhar is-16 ta’ Frar, 1797. B’hekk fl-eta ta’ 49 sena, Dun Felic bhala Kappilan tal-Mosta beda rabta twila u soda ma’ dan ir-rahal u l-poplu tieghu. Hu sab ruhu responsabbli mill-hajja spiritwali u socjali tal-Mostin, li kienu jattendu bi hgarhom ghall-quddies u funzjonijiet ohra fil-knisja l-qadima ddedikata lill-Marija Mtellgha s-Sema, mibnija mill-arkitett Tommaso Dingli fl-1614. Ma ninsewx li fl-imghoddi, il-kariga ta’ kappillan kienet iggor maghha diversi mpenji ohra ta’ natura socjali u materjali lin-nies tar-rahal jew belt, li fil-maggoranza taghhom kienu llitterati u foqra.
L-irvell tal-Maltin
Gara li sena u seba’ xhur biss wara li Dun Felic kien gie mahtur kappillan tal-Mosta, faqqa’ l-irvell tal-Maltin kontra l-hakkiema Francizi nhar il-Hadd, 2 ta’ Settembru 1798. Is-serq li wettqu l-Francizi mill-knejjes ta’ pajjizna, qanqal mibgheda harxa mill-poplu li dejjem qies il-knisja bhala dik il-propjeta l-aktar ghaziza ghalih - aktar mill-istess imkejjen fejn jghammar. Wara kollox, missirijietna kienu migbuda lejn il-qassisin Maltin li mexxew b’ghaqal lill-parrocci taghhom u lejn il-patrijiet, li offrew l-ghajnuna taghhom mill-kunventi u l-knejjes. Il-Maltin hassew li kienu gew (p.80) ittraduti mill-hakkiema l-godda. Il-membri tal-kleru, in-nobbli u l-poplu ingenerali, hassewhom urtati b’diversi drawwiet, ligijiet u taxxi li dahhlu l-Francizi fi zmien qasir ta’ xahrejn.
Atti ta’ profanazzjoni
Il-Maltin ma felhux izjed jaraw quddiem ghajnejhom atti ta’ profanazzjoni fuq il-knejjes gheziez ghalihom. Nhar il-Hadd, 2 ta’ Settembru 1798, il-Francizi telghu l-lmdina biex mill-knisja tal-Karmnu jiehdu t-tapizzerija u hwejjeg ohra ta’ valur. Is-siegha kienet waslet u hekk f’daqqa wahda kien beda l-irvell tal-Maltin. Billi l-Mosta tinsab vicin ta’ l-Imdina, kienet minn ta’ quddiem li offriet l-ghajnuna f’din it-taqtiegha harxa. Fi ftit sieghat l-Imdina u l-kampanja kienu waqghu f’idejn il-Maltin. Il-Francizi sfaw imsakkra fil-Belt, il-Furjana, il-Kottonera u fil-Fortizzi ta’ Manoel u Tigne.
Sittax-il Mosti
Is-success miksub minn dan l-irvell, gab mieghu l-htiega li jitwaqqaf gvern biex ikun ta’ gwida militari ghal aktar glied kontra l-Francizi. Nhar l-4 ta’ Settembru 1798, iltaqghet l-Assemblea Nazzjonali tal-Maltin fil-Palazz ta’ San Anton gewwa H’Attard, fejn gew mahtura l-Kapijiet ta’ l-irhula. Gew imwaqqfin truncieri ta’ difiza biex il-Francizi jibqghu mblokkati wara s-swar. Il-Mostin taw is-sehem shih taghhom, biex jintlahaq dan il-ghan. Sadanittant kien gie mhejji l-kumplott ta’ Dun Mikiel Xerri fil-lejl tal-11 ta’ Jannar, 1799. Il-pjan ma rnexxiex u l-kumplott gie mikxuf mill-Francizi. Il-Maltin inqabdu u nhar is-17 ta’ Jannar 1799, gew xkubettjati f’Misrah il-Palazz. Fosthom kien hemm sittax-il Mosti li hallew hajjithom ghall-helsien ta’ pajjizhom. Dawn kienu: Salvu Aquilina, Frangisk Borg. Indri Bezzina, Guzeppi Camilleri, Frangisk Chetcuti, Frangisk Fenech, Xmun Fenech, Dumink Galea. Ganni Galea, Guzeppi Galea, Indri Galea, Pawlu Galea, Frangisk Pisani, Ganni Said, Frangisk Xerri u Guzeppi Xiberras.
Mahtur mexxej fil-kungress
(p.81) Wara dan il-fatt drammatiku, il-kapitulazzjoni Franciza kellha titwal b’aktar minn sena. F’dak iz-zmien ta’ taqbid u glied, il-familji Mostin kienu ghazlu lill-kappillan taghhom biex jirrapprezentahom fl-Assemblea. Dun Felic Calleja attenda ghal-laqghat tal-kungress li saru nhar it-18 ta’ Frar u l-4 ta’ Marzu 1799. Il-kappillan tal-Mosta hadem spalla ma’ spalla mal-kappillan ta’ l-Imqabba, Dun Bartilmew Caraffa. Dawn is-sacerdoti kienu gew mahtura biex jaghtu rendikont lill-kungress u kif ukoll jissuggerixxu l-pariri taghhom. Il-kapijiet Maltin qawwew qalbhom meta waslet l-ghajnuna mill-Ingilterra u malajr lahhqu lill-Kaptan Alexander Ball bhala president ta’ l-Assemblea Nazzjonali, li mil-laqgha tat-18 ta’ Frar 1799, bdiet tissejjah ‘Il-Kungress.’ B’kollox saru mal-35 laqgha u l-ahhar wahda saret nhar il-25 t’Awwissu 1800.
Midalja tad-deheb
Nhar il-5 ta’ Settembru 1800, il-Francizi cedew il-fortizzi kollha li kellhom taht idejhom lill-Inglizi. Il-Francizi ddecidew li jkun ghalxejn li jibqghu jirrezistu izjed, ghax it-tbatija tal-blokk kienet keddithom hafna. Dan l-imblokk karkar ghal sentejn shah u huwa kkalkulat li kien hemm 633 persuna mill-Mosta li servew fid-difiza ta’ Malta. Il-Gvern Ingliz kien qassam ghotjiet ta’ flus lil dawk li taw is-sehem taghhom fil-battaljun tal-Mosta bhala apprezzament. Dun Felic Calleja - wiehed mill-mexxejja Maltin tal-Kungress Malti - gie moghti pensjoni u midalja tad-deheb bil-kitba fuqha: ‘Malta Liberata’ mill-Gvern Ingliz bhala radd ta’ hajr ghas-servizz li hu wettaq matul l-imblokk tal-Francizi.
Il-flagell tal-pesta
Meta fl-1800, Dun Felic spicca mill-kariga ta’ mexxej fil-Kungress Malti, iddedika l-kumplament ta’ hajtu ghall-gid spiritwali tal-Mostin. Billi l-popolazzjoni tar-rahal bdiet dejjem tikber, il-kappillan Dun Felic u l-Mostin bdew jitwebblu li jibnu knisja gdida. Izda gara li f’dawk is-snin, f’pajjizna kienet fegget il-pesta.1 Dan il-flagell fegg nhar id-29 ta’ Marzu 1813, meta fil-port dahal bastiment ta’ wiehed negozjant Malti ‘San Nikola’. Fi triqtu lejn Malta, kienu mietu fuq dan il-bastiment zewg membri ta’ l-ekwipagg bil-pesta u disat ijiem wara li dahal Lazzarett, miet il-kaptan ukoll. Minn abbord dan il-bastiment kienet insterqet xi bicca xoqqa u li kienet inxtrat minn certu skarpan Salvatore Borg. Permezz ta’ din ix-xoqqa nfettata, il-pesta xeghlet f’hakka t’ghajn. Il-gvern kien hareg ordnijiet harxa biex jittanta jevita t-tixrid tal-mewt miz-zewg gzejjer. Il-pesta kienet spiccat fid-29 ta’ Jannar 1815. Kienu tilfu hajjithom 4,572 ruh f’Malta u 97 ohra f’Ghawdex. Minhabba f’din il-marda kiefra, il-hsieb tal-Mostin u ta’ Dun Felic kellu jipposponi ruhu, izda ma ntesa qatt, u baqa’ dejjem ihammem fl-imhuh tan-nies tar-rahal. Dak li xi darba jibnu knisja gdida, kbira u spazjuza!
Cittadin ewlieni
(p.82) Ghar-rahlin, il-kappillan kien ic-cittadin ewlieni taghhom. Kien il-mexxej tal-parrocca fejn tidhol il-komunita religjuza u dik socjali. Dun Felic dan l-impenn fehmu tajjeb u dejjem ghamel hiltu biex iwettaq b’intenzjoni retta dawk il-missjonijiet li gew fdati fir-responsabbilta tieghu. Il-poplu Mosti kien jersaq lejh mhux biss ghall-htigijiet tar-ruh imma wkoll ghal dawk materjali. Irridu ngibu quddiem ghajnejna li l-kappillan kien wiehed mill-ftit nies tar-rahal li kienu jafu jaqraw u jiktbu. Kif kienet l-uzanza f’dak iz-zmien, meta l-kappillan kien iterraq mat-toroq biex ibierek l-ghamajjar, ir-rahlin kienu juru l-gratitudni taghhom billi jaghtuh xi tigiega, xi tuzzana bajd jew xi kocc haxix ghall-borma u xi frott ukoll.
Rabat ismu
Dun Felic kien fid-dover tieghu li jara li l-Mostin iharsu l-Hdud u ‘l fuq minn tletin Festa Kmandata billi jisimghu l-quddies, jattendu ghall-funzjonijiet sollenni fil-knisja l-qadima, jisimghu l-priedki, isumu, u jara li ma jittikilx laham meta tamar il-knisja. Mill-bqija, il-Mostin kienu x’aktarx jitwieldu u jmutu foqra. Ghalihom il-knisja kienet kwazi l-istituzzjoni assoluta li tmexxi u tfassal hajjithom. Mhux ta’ b’xejn li Dun Felic rabat ismu b’mod partikolari mar-rahal tal-Mosta.
Missirijietna Mostin
Kif rajna aktar ‘il quddiem, il-parrocca tal-Mosta kienet diga ddedikata lill-Assunta. Il-kleru Mosti kien ikanta l-ewwel u t-tieni Ghasar u kienet tigi ccelebrata l-quddiesa kantata solenni ta’ nhar il-festa titulari. Il-Mostin kienu juzaw l-istatwa tal-Madonna tar-Ruzarju ghall-purcissjoni ta’ nhar Santa Marija.2 Din l-istatwa barokka ta’ l-injam kienet inhadmet fl-1742 mill-iskultur Senglean Pietro Paolo Zahra (1685-1747). Kienu popolari hafna l-hgejjeg u din id-drawwa, il-Mostin tas-seklu tmintax u l-bidu tas-seklu dsatax kienu jwettquha b’akbar pompa - l-aktar f’Ghid l-Assunta. Ghalina l-Mostin, il-festa ta’ Santa Marija minn dejjem kienet festa wahda, mghagna bejn dak li hu sagru u profan. Missirijietna Mostin urewna kif ir-religjon u l-folklor dejjem imxew pari passu flimkien.
Htiega
Is-snin igerrbu u maghhom ghaddew il-tahbit, l-ansjeta u l-mard li gew fuq ir-rahal tal-Mosta. Ix-xewqa li l-Mostin jibnu knisja gdida u ferm mehtiega saret l-agenda ta’ kuljum. Il-knisja l-qadima saret ckejkna biex tilqa’ l-fidili kollha tar-rahal. Kienet ukoll saret ta’ periklu ghan-nies, peress li l-bini taghha ma kienx b’sahhtu bizzejjed u kien beda jiggarraf xi partijiet minnha. Il-hsieb ta’ htiega li (p.83) tinbena knisja parrokkjali akbar kien ilu jberren f’mohh Dun Felic, imma donnu kien jidher li din il-holma qatt ma setghet tara d-dawl prattiku tat-tweltiq, ghax qiesu bil-maghmul, dejjem kien ifegg xi ntopp!
Dizgwid kbir
Mal-kappillan kienu jaqblu l-Mostin kollha li kienu jghoddu ftit anqas minn 4,000 ruh, li fil-maggoranza taghhom kienu bdiewa. Izda mhux kulhadd kien ta’ fehma wahda dwar fejn kellha tinbena l-knisja l-gdida. Xi whud xtaqu li l-knisja l-gdida titwaqqaf f’naha ohra tar-rahal biex il-qadima tibqa’ wieqfa. Ohrajn irragunaw li l-ewwel haga li ghandha ssir hi, li tinhatt il-qadima biex jinholoq spazju ghall-gdida.
Fost il-Mostin inqala’ dizgwid kbir. Fl-istess waqt, kienu mhux ftit dawk il-periti li fasslu l-pjanti taghhom ghal dan il-progett. Kull wiehed minnhom xtaq li tigi maghzula l-pjanta tieghu, infatti kollha weghdu li ma jridux hlas ghal xogholhom. Fost il-pjanti li gew issottometti, insibu wahda minn Giorgio Pullicino u ohra mill-arkitett inginier Giorgio Grognet de Vasse.
Impressjonah
Grognet kien konxju ta’ x’qed jigri u jinghad mill-Mostin dwar il-knisja l-qadima taghhom. Ghalhekk nebbet il-hsieb f’mohhu li johlom bi knisja tonda. B’hekk il-qadima setghet tibqa’ tilqa’ fiha l-Mostin sakemm mad-dawra taghha tkun qed tinbena l-gdida. Ma l-ewwel daqqa t’ghajn li Dun Felic ta fuq id-disinn ta’ Grognet, dritt hass xi haga go fih li tigbidlu l-attenzjoni. Dlonk ftakar fil-gmiel u l-ghamla tal-Panteon ta’ Ruma fejn fih, f’zoghzitu kien qaddes l-ewwel darba. Tant impressjonah id-disinn ta’ Grognet, li Dun Felic ma riedx ikun jaf x’kienu hejjew il-periti l-ohra!
Kumitat
L-ewwel pass li ghamel Dun Felic kien li fforma kumitat, biex jippjana x-xoghol ta’ dan il-progett hekk kbir u ambizzjuz. Nhar il-5 t’Awwissu 1832 - ghaxart ijiem qabel il-festa ta’ l-Assunta - gew maghzula l-membri u l-ufficjali kollha li kellhom jahdmu fi hdan il-kumitat. L-Isqof Frangisku Saverju gie mgharraf b’dan il-pjan. Hawn bdiet sensiela ta’ korrispondenza bejn il-Parrocca tal-Mosta u l-Kurja dwar l-ghazla tal-pjanta, il-post fejn ghandha tinbena l-knisja, u l-problemi ta’ natura teknika fil-qasam ta’ l-infrastuttura. Irridu nsemmu wkoll il-bsaten fir-roti li sabu ma’ wicchom kemm il-Kappillan u kif ukoll il-kumplament tal-Kumitat.
Jaghmel testment
(p.84) Fl-imghoddi, il-kappillani kienu jibqghu f’din il-kariga sa mewthom. Meta l-kappillan kien jikber sew fiz-zmien u allura x-xjuhija u l-mard ma kinux ihalluh jaqdi dmiru sewwa, kien ihoss il-htiega li ghandu jaghzel is-successur tieghu. Ghalhekk fl-eta ta’ 72 sena, Dun Felic hatar lil Dun Gammari Schembri bhala l-kugitur tieghu biex jghinu u xi kultant jaghmel minfloku s-servizzi tieghu. Wara li ha dan il-pass, Alla l-Imbierek ghogbu jisilfu l-ghomor ghal ghaxar snin ohra. Imma sahhtu kienet ta’ kuljum sejra lura. Fl-20 ta’ Jannar 1833, ix-xwejjah Dun Felic sejjah lin-Nutar F. Chetcuti biex jaghmel it-testment. Hu halla gidu kollu - li kien jammonta ghal madwar 26,000 skudi - biex jibda l-progett tar-Rotunda.
Funeral mill-aqwa
Imma dan il-Kapillan twajjeb u habrieki li tant thabat biex titwaqqaf din il-knisja gdida, ma kellux il-grazzja li jkun prezenti ghac-cerimonja tat-tqieghed ta’ l-ewwel hagra. Gheluq ix-xahar li Dun Felic kien ghamel it-testment u tliet xhur ‘il boghod mit-tqeghid ta’ l-ewwel gebla, ghadda ghall-hajja ta’ dejjem nhar l-20 ta’ Frar 1833, fl-eta ta’ 85 sena. Il-Mostin kollha kienu bkew il-telfa tieghu. Kienu ghamlulu funeral mill-aqwa ghax hekk kien sewwa u xieraq. Il-Kappillan Calleja gie midfun fil-knisja l-qadima quddiem l-artal tal-Lunzjata. Fuq il-qabar tieghu kienet twahhlet lapida mill-isbah ta’ l-irham intersjat. Illum din il-lapida tinsab imwarrba fil-kannierja, fejn il-medda tas-snin u l-umdita ghamlulha hsara rreparabbli.
Il-Fundatur tar-Rotunda
(p.85) Iz-zmien gerrbeb u gera bla ma stenna lil hadd! U nhar il-11 ta’ Marzu 1860 - wara 27 sena ta’ hidma sfiqa - il-Mostin temmew bi kburija u sodisfazzjon dak it-tempju monumentali ghall-qima t’Alla u ghall-imhabba tal-Vergni Marija Mtellgha s-Sema bir-ruh u l-gisem. Il-holma ta’ Dun Felic kienet issa saret realta. Mhux ta’ b’xejn li baqa’ maghruf bhala l-fundatur ewlieni tar-Rotunda u ghalhekk kien bix-xieraq, li l-fdalijiet ta’ Dun Felic jigu midfuna fir-Rotunda - il-holma ta’ hajtu!
Mafkar f’giehu
Lemin: (p.86) Xbiha ta’ Dun Felic Calleja mahduma fl-irham - dettall minn monument f’giehu li jinsab fir-Rotunda
Ghall-ewwel, il-fdalijiet tieghu gew midfuna fejn illum jinsab il-qabar tal-kappillan F. Camilleri. Meta aktar tard, fis-snin hamsin tas-seklu l-iehor, sar il-monument ta’ l-irham tal-Kappillan Dun Felic Calleja, il-fdalijiet tieghu gabuhom fuq in-naha tax-xellug tal-Presbiterju (int u thares lejn l-artal maggur). Ghalhekk, meta jfettlilna naqbzu qabza sas-sagrestija biex naraw il-bomba jew biex nammiraw il-mudell tal-gebel li kien hadem Fabrizio Bartolo, ikun tajjeb li qabel nidhlu bil-girja, nieqfu ghal ftit hdejn il-bieb biex nitfghu harsa ta’ apprezzament fuq dan il-mafkar. Mafkar sabih li qed jaqdi missjoni importanti - dik li jibqa’ jfakkar sa l-ahhar taz-zmien lil dan il-Kappillan Zurrieqi li habb ‘il pajjizu u l-Mosta b’gherfu u b’sahhtu kollha.
Noti
- Il-pesta li qed nirreferi ghaliha f’dan l-artiklu mhix dik maghrufa bhala l-pesta l-kbira’ ta’ l-1675-1676. Hu maghruf li f’din il-pesta tas-seklu sbatax kienu mietu madwar 11,000 ruh, u li tmintax-il persuna minnhom kienu mir-rahal tal-Mosta.
- Kien fis-sena 2003, li fl-ahhar sirna nafu min hadem l-istatwa tar-Ruzarju tal-Mosta u liema sena giet skolpita. Kien l-istudjuz Keith Sciberras li hareg b’dan it-taghrif utli fil-ktieb tieghu ‘L-Arti Barokka f’Malta’. Is-sur Joseph Borg xandar dan it-taghrif fil-perjodiku ‘Il-Mosta’ Nru 182 ta’ l-istess sena, kif ukoll fl-Annwal tas-Socjeta Filarmonika Nicolo Isouard tal-Mosta 2004. pp.32-35.
Referenzi
- (p.86)Joseph Borg u John A. Sant, ‘It-Toroq tal-Mosta.’ (Kunsill Loknli Mosta, 1998), pp. 14 u 46.
- Alfie Guillamier, ‘Bliet u Rhula Maltin,’ (Lux Press 1972), p. 273.
- Winston L. Zammit, ‘Il-Mexxejja Maltin tal-Kungress Malti’ (Klabb Kotba Maltin, 1999), pp. l, 3-5, 50-52.
- E.B. Vella u Ohrajn, Storja tal-Mosta, (Empire Press, 1972; Hajja Press, 1986), pp. 121 sa 164.
- Louis J. Scerri, ‘Mosta: The Heart of Malta - Mosta through the Ages’ ta’ Michael A. Sant, pp. 27 u 29; u ‘Urban Development in Mosta’ ta’ Denis De Lucca u Hermann Bonnici pp. 69-70 (Midsea Publications, 1996).
- Michael A. Sant, ‘Il-Mosta fiz-Zmien il-Hakma tal-Kavallieri ta’ San Gwann’ (Kunsill Lokali Mosta, 1996), pp. 13, 14, 16 u 21.
- Joseph Galea, ‘Art Twelidi’ (PEG Publications, 1984), p. 127.
- Manwel D. Schembri, ‘Mustensia Vol 1’ (Socjeta Filarmonika Nicolo Isouard, Mosta 2002) - ‘160 Sena mit-Tqeghid ta’ l-ewwel gebla tar-Rotunda tal-Mosta’ minn Joseph Borg, pp. 10l-102.
- Socjeta Filarmonika Nicolo Isouard, Programm tal-Festa 1992, p. 68.
- Socjeta Filarmonika Nicolo Isouard, Programm tal-Festa 1991, pp. 45-47.
- Socjeta Filarmonika Nicolo Isouard, Programm tal-Festa 1990, p. 36.
- Socjeta Filarmonika Nicolo Isouard, Programm tal-Festa 1999, p. 18.
- ‘Il-Mosta’ – Settembru/Dicembru 2003, Nru. 182, pp. 6 u 19.
- ‘Lehen is-Sewwa’, is-Sibt, 29 ta’ Novembru 2003, Nru. 7310, p. 17.
- Diskors imhejji mis-Sur Joseph Borg u moqri fir-Rotunda nhar il-Hadd, 26 t’Ottubru 2003, waqt Serata Muziko-Letterarja fl-okkazjoni tal-75 Anniversarju mill-wasla tas-Sorijiet Agostinjani fil-Mosta.
Kapitli ohra mill-ktieb
- Introduzzjoni
- Il-Parrocca fi hdan il-Knisja Kattolika Universali
- L-Isqof Tumas Gargallo
- Il-Kappillani u l-Arciprieti li kellha l-Parrocca tal-Mosta
- Il-Mosta - 400 sena Parrocca
- Dun Felic Calleja (1748-1833)
- Zvilupp tad-Devozzjoni jew Kult lejn il-Passjoni ta’ Sidna Gesu Kristu fil-parrocca tal-Mosta
- Pitturi fir-Rotunda tal-Mosta
- Min huma l-Mostin?
- ‘Il-Musta’ ssir ‘Mosta’
- Il-Mosta fil-Kamra tad-Deputati
- Il-Gvern Lokali fil-Mosta
- Ir-rabta tas-Socjeta Filarmonika Nicolo Isouard mal-Parrocca tal-Mosta
- Aspett u Impenn Pulizjesk Mosti
- Eroj Socjali: Xi Mostin ta’ l-Imghoddi u Hidmiethom
- Minghand l-Ghaqdiet Mostin
- Immagini Mostin