The Mosta Archives Banner

Il-Mosta: Grajjietha u niesha

Frans Deguara, editur

Pubblikazzjoni tas-Socjeta Filarmonika Nicolo Isouard Mosta f'gheluq l-400 sena (1608-2008) bhala Parrocca.


Dan il-ktieb interessantissimu jinxtara mill-Kazin Nicolo Isouard. Din il-verzjoni digitali taf fiha xi differenzi mill-original minhabba problemi waqt l-iskanjar li minhabba r-rizorsi limitati ma kellix cans nivverifika ghal kollox u hi raguni ohra ghala wiehed ghandu jmur dirett ghall-ktieb meta jigi biex jiehu riferenzi minnu.


Ir-rabta tas-Socjeta Filarmonika Nicolo Isouard mal-Parrocca tal-Mosta

Saviour Dimech


Triq Rumana li tinsab fl-inhawi tad-Dwejra(p.327) Parti minn triq Rumuna li tinsab fl-inhawi tad-Dwejra, isserrep f’nofs telgha mdawwra bl-ghelieqi.

(p.327) Dik ir-roqgha art wietja fic-centru ta’ Malta, mifruqa bl-ifnad wied li ghandna fi gziritna, mistura kif inhi bejn l-gholja tan-Naxxar fuq naha wahda u l-gholja ta’ l-Imdina fuq in-naha l-ohra kienet mghammra mill-bniedem sa mill-qedem. Il-hajt megalitiku1 li tlifnieh darba ghal dejjem meta l-Inglizi bnew il-Fortizza tal-Mosta, ir-Raddet tar-Roti2 li nsibu f’Misrah Ghonoq u d-Dolmens3 ta’ fuq Wied Filep - wied pittoresk li ahna, il-generazzjoni ta’ l-ahhar nofs tas-seklu ghoxrin bdilnieh f'gerha kbira li sejjahnielha barriera - huma kollha fdalijiet, li juruna li din l-art kienet mghammra fi zmien ir-Ram u fi zmien il-Bronz, madwar hames t’elef u erba’ t’elef sena ilu. L-Oqbra Punici mxerrdin mad-dawra tar-rahal, min-naha ta’ Santa Margerita sa Wied l-Isperanza, il-fdalijiet u l-oqbra Rumani, l-oqbra ta’ l-ewwel insara u l-Katakombi ta’ Bistra jaghtu xhieda li din l-art baqghet mghammra mill-bniedem minn civilta ghall-ohra tul sekli shah.


Disinn ta' hajt megalitiku minn Gorg Grognet li kien jinsab fl-inhawi tal-fortizza tal-Mosta(p.328) Disinn ta’ Gorg Grognet li juri l-hajt megalitiku li kien wieqaf fl-inhawi tal-fortizza tal-Mosta.

L-eqdem dokumenti maghrufa li fihom insibu l-isem Musta imorru lura sal-bidu tas-seklu hmistax.4 Il-leggendi ta’ San Kurradu, ta’ l-Gharusa tal-Mosta u l-istorja tat-tfajla ta’ l-Isperanza jaghtuna hjiel tal-hajja semplici izda kultant imtaqqla bil-problemi li kienu jghixu missirijietna li fil-maggoranza kbira taghhom kienu bdiewa.


Izda dan kollu li semmejt fil-qosor jaghti identita lill-poplu partikolari. Poplu sod fit-twemmin nisrani u fil-virtu tat-tama. Hekk hu l-motto tal-Mostin Spes Alit Ruricolam (it-Tama tmantni lill-Bidwi). Dan il-poplu kiseb l-gharfien tieghu nnifsu (p.328) mill-awtoritajiet meta nhar it-Tlieta, is-16 ta’ Settembru 1608, l-Isqof ta’ Malta Tumas Gargallo hareg digriet li bih fired il-Mosta mill-Parrocca tan-Naxxar.


Illum meta ahna qeghdin niccelebraw l-erba’ mitt sena tal-Parrocca tal-Mosta qeghdin nesprimu l-awtonomija ta’ din il-komunita bl-uzanzi partikulari taghha. Bit-twemmin nisrani marbut b’imhabba specjali mat-Tlugh ta’ Ommna Marija fis-Sema. Bid-djalett li nippreferu nsemmghu l-vokali ‘u’ flok ‘o’. Bil-bzulija u l-ghaqal li huma ingredjenti bzonnjuzi ghall-familji b’sahhithom. U hafna hwejjeg ohra li jaghmlu marka fuq kull Mosti u Mostija.


Ghaldaqstant jizbalja min jghid jew jippretendi li dan l-anniversarju li qeghdin niccelebraw hu xi haga tal-Knisja biss. Qeghdin niccelebraw l-gharfien tal-komunita Mostija bhala persuni shah, kemm f’dak li ghandu x’jaqsam mat-twemmin u l-hajja spiritwali kif ukoll ma’ dak li hu socjali fil-hajja ta’ kuljum.


Is-Socjeta Filarmonika Nicolo Isouard bhala l-eqdem socjeta civika fil-Mosta u li dejjem haddnet il-principji nsara hija l-ewwel wahda li thoss din ir-rabta li ghandu jkun hemm f’kull individwu. B’dan il-hsieb f’mohhi ser nislet dawk il-grajjiet fl-istorja tas-Socjeta Filarmonika Nicolo Isouard li huma marbutin mat-Twemmin Nisrani u mal-Knisja taghna. B’hekk nuru kif is-Socjeta Filarmonika Nicolo Isouard li hija primarjament ghaqda socjali hija marbuta ma’ dak li huwa religjuz.


It-Twaqqif tal-Banda


(p.329) Lejn l-ahhar nofs tas-seklu dsatax, f’Malta bdew jitwaqqfu l-baned bil-kazini taghhom, xi ftit jew wisq, kif nafuhom illum. Il-Mostin taw bidu biex iwaqqfu l-banda taghhom ghall-habta ta’ l-1869. F'dik is-sena Ganni Azzoppardi li kien idoqq il-klarinett mal-Banda Navali Ingliza - beda jghallem liz-zghazagh Mostin bil-ghan li titwaqqaf il-banda tar-rahal. Sa dik is-sena diga kienu twaqqfu xi baned fil-Kottonera u f’xi irhula ohra bhal Haz-Zebbug, Hal-Qormi, ir-Rabat, in-Naxxar u Birkirkara.


Aktarx li l-Mostin kien ilhom jixtiequ li jwaqqfu l-Banda taghhom. Izda dan m’ghamluhx ghax kienu aljenati bit-tempju monumentali li bnew missirijietna. Ma ninsewx li r-Rotunda damet sebgha u ghoxrin sena biex inbniet - bejn l-1833 u l-1860. Kienu snin fejn il-Mostin hlew gidhom u sahhithom biex jaraw il-holma taghhom issir realta. Kulhadd ta sehmu, irgiel, nisa u tfal - forsi dan kollu jixhed dak li ghidt qabel - poplu sod fil-fidi u fil-virtu tal-tama. Huma emmnu, ittamaw, hadmu u waslu.


Statwa Santa Marija antika tal-Mosta kif mahduma originarjament minn Salvatore Dimech fl-1868(p.329) L-istatwa ta’ Santa Marija kif hadimha fl-injam l-iskultur Salvu Dimech (is-Sartx) fl-1868.

Nhar il-11 ta’ Marzu 1860, l-Isqof ta’ Malta Fra Gejtanu Pace Forno ntona t-Te Deum fil-knisja l-gdida tal-Mosta5 wara li kien ghadha kemm inghalqitilha l-koppla maestuza taghha. Il-bini tal-knisja kien lest, izda kien ghad fadal hafna xoghol fuq l-aktar hwejjeg bzonnjuzi. Kienu qed jahsbu wkoll biex jibdew izejnu t-tempju taghhom. Fl-1866 harget l-ewwel purcissjoni tal-Gimgha l-Kbira bil-vari ta’ Kristu fl-Ort u tal-Marbut. Fl-1868 saret l-Istatwa ta’ Santa Marija, imnaqqxa fl-injam minn Salvu Dimech is-Sartx.


Hekk nistghu nghidu li l-Mostin issa kellhom certu serhan tal-mohh dwar il-holm taghhom. Il-knisja kienet lesta u bdiet tintuza ghall-quddies u l-funzjonijiet religjuzi. Il-festi zdiditilhom l-importanza u bdew isiru l-vari. Bl-aktar mod naturali issa kien imiss il-banda tar-rahal. Kien f’dan l-ambjent li nghata bidu biex titwaqqaf ‘il-Banda tal-Mosta.’  (p.330) Aktar ma bdew igerrbu x-xhur, aktar bdew jizdiedu it-tfal u z-zghazagh li bdew jighallmu xi strument fil-ghan li titwaqqaf il-Banda. Id-dirigenti tal-Banda kienu attenti ghall-progress li kienu qeghdin jaghmlu l-istudenti. Fl-istess bin kienu herqana u jittamaw li xi darba din il-holma tal-Banda ssir realta. Ghaddew sentejn ta’ hidma iebsa sew minn min kien qieghed imexxi, sew minn min kien qieghed ighallem il-muzika, kif ukoll minn min kien qieghed jitghallem idoqq. Kien jidher car li d-data ta’ l-inawgurazzjoni tal-Banda tal-Mosta ma kinitx fil-boghod.


Il-Konsagrazzjoni tal-Knisja


Gara li l-Kappillan Dun Anton Mallia u l-Kleru tal-Mosta kienu ressqu t-talba biex il-knisja tal-Mosta (li kien ilha hdax-il sena li nghalqitilha l-koppla) tigi kkonsagrata. Id-data ffissata kienet il-Hadd, il-15 t’Ottubru 1871. Kif wiehed jista’ jobsor, dik il-habta l-‘Banda tal-Mosta’ kienet giet iffurmata u ppreparata biex tohrog iddoqq fil-pubbliku. Kieku riedu setghu ghamlu dan fil-festa ta’ Santa Marija ta’ l-1871. Izda dawk li kienu qed imexxu ddecidew li jistennew. Kienu jafu li xahrejn wara kienet ser issir il-Konsagrazzjoni tar-Rotunda. Kienu jafu li din kienet ser tkun grajja singulari u storika ghall-Mostin kollha. Kellhom rabtiet sentimentali mar-Rotunda nnifisha ghax kienu ghadhom jiftakru tajjeb is-sagrificcji li ghaddew minnhom huma stess kif ukoll missirijiethom biex bnew dan it-Tempju Monumentali. Ghalhekk ghazlu li jistennew u jinawguraw il-Banda fl-okkazjoni tal-Konsagrazzjoni tal-knisja taghhom.


Salib tal-konsagrazzjoni fir-Rotunda tal-Mosta(p.330) Wiehed mit-12-il salib li hemm mal-pilastri tar-Rotunda u li jfakkruna fil-Konsagrazzjoni li saret nhar il-15 t'Ottubru, 1871.

Nhar il-15 t’Ottubru 1871, l-Isqof ta’ Malta Fra Gaetano Pace Fomo telaq fis-7.00 ta’ fil-ghodu mill-Palazz tieghu fil-Belt ghall-Mosta. F’dik il-ghodwa huwa kkonsagra t-tempju gdid iddedikat lit-Tlugh tal-Vergni Marija fis-Sema skond ir-riti tal-Knisja. Wara offra s-Sagrificcju tal-Quddies fil-knisja kkonsagrata fejn kien hemm gemgha kbira ta’ nies mhux biss mill-Mosta, imma wkoll mill-ibliet u rhula ohra.6


Wiehed malajr jifhem li l-15 t’Ottubru 1871 kien jum specjali ghall-Mostin kollha. Jum li kien jghaqqad flimkien is-sagrificcji ta’ tant u tant Mostin biex bnew dan it-tempju ma’ l-imhabba taghhom stess lejn Ommna Marija Mtellgha s-Sema. Jum li gab mieghu sens qawwi ta’ sodisfazzjon fost il-Mostin u ghalhekk zgur li kulhadd kien ferhan. U biex ikomplu jkabbru s-sollenita ta dik il-gurnata u l-ferh fost il-Mostin, id-dirigenti tal-Banda ddecidew li dakinhar fil-ghaxija l-Banda tal-Mosta taghmel l-ewwel dehra taghha fil-pubbliku u ddoqq programm muzikali lil-pjazza tal-knisja. B'hekk (p.331) il-konsagrazzjoni tar-Rotunda u l-maghmudija tal-Banda tal-Mosta sehhew fl-istess jum! Sehhet rabta li messet ir-ruh ta’ l-eqdem Socjeta Civika fil-Mosta. Rabta li matul is-snin li gew wara dejjem imbuttat lis-Socjeta Filarmonika Nicolo Isouard biex taghti s-sehem shih taghha f’kull attivita importanti tal-Parrocca.


L-XXIV Kungress Ewkaristiku Internazzjonali


Banda Nicolo Isouard waqt il-Kungress Ewkaristiku 1913 fil-Mosta(p.332) Il-Banda Nicolo Isouard issellem lill-kungressisti u mistiedna ohra huma u dehlin fir-Rotunda ghal wahda mill-laqghat tal-Kungress Ewkaristiku 1913.

Bejn it-23 u s-27 t’April 1913 sar f’Malta l-XXIV Kungress Ewkaristiku Internazzjonali. Il-laqghat kollha ta’ dan il-Kungress saru fir-Rotunda tal-Mosta. Qabel ma gie deciz fejn kellu jsir dan il-Kungress kien hemm diversi proposti u kontra-proposti mill-membri ta’ l-istess kumitat li kellu jiehu hsieb l-organizzazzjoni kollha tal-Kungress. Il-polemika dwar l-ghazla tal-knisja tal-Mosta damet tkarkar mis-17 ta’ Dicembru 1912 sa l-24 ta’ Frar 1913.7 Wara li ttiehdet id-decizjoni fejn kellu jsir il-Kungress, fil-Mosta twaqqaf kumitat bil-ghan li jippreparaw lill-knisja, lill-Mosta u lill-Mostin ghal din il-grajja singulari. It-triq ta’ quddiem il-knisja - Via Nuova Valletta - giet imsaqqfa b’festuni tal-weraq u fjuri, bi bnadar tal-gnus kollha, u b’armi b’kitbiet fuq l-Ewkaristija li gew impittra ghall-okkazjoni mill-artist Rafel Caruana Dingli. L-istess tizjin kompla dawwar il-pjazza tal-knisja. Kull dar zejnet il-faccata jew il-gallarija bid-damask, fjuri u simboli ta’ l-Ewkaristija.


Nhar l-Erbgha, 23 t’April, wara nofs inhar saret ic-cerimonja tal-ftuh tal-Kungress. Minn kmieni l-Banda Nicolo Isouard kienet fuq iz-zuntier tal-knisja ddoqq muzika ferrieha waqt li l-kongressisti u mistiedna ohra kienu qed jingabru fir-Rotunda tal-Mosta. Ghall-habta tat-3.30 ta’ fil-ghaxija wasal il-Legat tal-Papa, il-Kardinal Domenico Ferrata. Dan gie milqugh b’ghajjat ta’ ferh, capcip u xita ta’ ward fost il-muzika helwa ta’ l-Innu Pontificju mill-Banda Nicolo Isouard u d-daqq ferriehi tal-qniepen. Nhar l-24 u l-25 t’April saru zewg laqghat ohra tal-Kungress. Dawn ukoll saru wara nofsinhar.


Kongregazzjoni Kungress Ewkaristiku fil-knisja tal-Mosta nhar il-23 t’April 1913(p.333) Il-kongregazzjoni fil-knisja tal-Mosta ghall-Ewwel Laqgha tal-Kungress Ewkaristiku nhar il-23 t’April, 1913.

Nhar is-Sibt, 26 t’April, fil-11.00 ta’ fil-ghodu saret l-ahhar laqgha tal-Kungress. Fl-ahhar ta’ din il-laqgha l-Isqof Pietro Pace pprezenta kalci tad-deheb lill-Kardinal Domenico Ferrata. Izda qabel ma' bdiet din l-ahhar laqgha, fir-Rotunda saret Quddiesa Pontifikali mill-Kardinal Frangisku Bourne. Kien dan il-Kardinal li hareg bil-proposta biex l-XXIV Kungress Ewkaristku jsir f’Malta. Dakinhar minn fil-ghodu kmieni l-Mosta harget bi hgara f'tarf ir-rahal. Malli waslet il-karozzella tal-Kardinal Bourne, il-Mostin nehhew iz-zwiemel u gibduh huma sal-Knisja Arcipretali fost il-ferh kbir tal-poplu mmexxi mill-Banda Nicolo Isouard. Aktar tard il-Banda Nicolo Isouard kompliet tilqa’ lill-kungressisti b'muzika ferrieha fuq iz-zuntier tal-knisja. Wiehed malajr jinduna li dan il-Kungress kien grajja importanti fl-istorja ta’ Malta kif ukoll grajja marbuta mal-Fidi Kattolika (p.333) tal-Maltin. Biex wiehed japprezza aktar dan kollu, qeghdin nippublikaw lista li turi min tkellem, fuqhiex u b'liema lingwa, fl-erba' laqghat li saru fir-Rotunda.8


L-ewwel laqgha tat-23 t’April:

  • Mons. Tumas Heylen - Isqof ta’ Namur, u President tal-Kumitat tal-Kungressi - fetah id-diskorsi u kiteb telegramma lill-Papa (tkellem bit-taljan).
  • Mons. Pawlu Gauci - Segretarju tal-Kungress ta’ Malta - qara l-breve tal-Papa (bil-latin).
  • Kardinal Duminku Ferrata - Legat tal-Papa - tkellem fuq Malta u l-Ewkaristija (bit-taljan).
  • Mons. Pietru Pace - Isqof ta’ Malta - twegiba ghall-kliem tal-Kardinal D. Ferrata (bit-taljan).
  • Mons. Anglu Portelli - Isqof Awziljarju ta’ Malta - tislima lill-Kungressisti fl-isem tal-Kleru (bit-taljan).
  • Il-Markiz Dr Alfredu Mattei - tislima lill-Kungressisti fl-isem tac-Cittadim (bl-ingliz).
  • Mons. Emard - Isqof ta’ Valleyfield, il-Kanada - twegiba ghat-tislima ta’ Malta (bil-franciz).
  • Patri Vincenz Sammut - Gizwita - X'inhu l-Kungress (bit-taljan).

It-tieni laqgha tat-24 t’April:

  • (p.334) Mons. T. Heylen - President tal-Kungressi - fetah it-tieni laqgha (tkellem bit-taljan).
  • Mons. Lwigi Farrugia D.D. - tkellem dwar Malta Ewkaristika (bit-taljan).
  • Avukat Ganni Galea - dwar Il-liturgija tal-Quddiesa (bit-taljan).
  • Prof. Anastasju Cuschieri - tkellem dwar Il-Quddiesa Riparatrici (bit-taljan).
  • Abbati A.F. Leynaud - Kurat ta’ Sousa, Tunezija - dwar Il-Quddiesa fl-Istorja tal-knisja ta’ l-Afrika (bil-franciz).

It-tielet laqgha tal-25 t'April:

  • Mons. T. Heylen - President tal-Kungressi - qara t-twegiba tal-Papa ghat-telegramma li baghtulu (tkellem bit-taljan).
  • Kardinal Frangisku Bourne - Primat ta’ l-Ingilterra dwar L-Ewkaristija u l-Familja (bl-ingliz).
  • Avukat Arturu Mercieca - wara President tal-Qrati - dwar L-Ewkaristija u t-Tfal (bit-taljan).
  • Patri Wistin Gemelli O.M. - dwar L-Ewkaristija u Lourdes (bil-franciz).
  • Tabib Gan Felic Inglott - dwar Il-Vjatku fl-ahhar hinijiet tal-hajja (bit-taljan).

Ir-raba’ laqgha tas-26 t’April:

  • Mons. T. Heylen - President tal-Kungressi - dwar Qima lil Gesu’ Ostja (tkellem bit-taljan).
  • Patri A. Leanza S. J. - Redattur tac-Civilta Kattolika - qara dak li kiteb Mons. Zorn de Bulach fuq Il-Konverzjoni tan-nies tan-Nord (bit-taljan).
  • Mons. Guzeppi Farrugia - dwar Iz-zjara ta’ fil-ghaxija u s-Siegha Mqaddsa (bit-taljan).
  • Magistrat Guzeppi Cremona - wara Imhallef - dwar Il-Gid li taghmel l-Ewkaristija fost il-Bnedmin (bit-taljan).
  • Konti Pawlu de Quinsonas - President tal-Jeunesse Chatolique - qara rapport (bil-franciz).
  • Kardinal Almarezy Santos - Arcisqof ta’ Sivilja - fahhar lill-Maltin (bl-ispanjol).
  • Kardinal Duminku Ferrata, Legat tal-Papa - ghalaq id-diskorsi fuq l-Ewkaristija (bit-taljan).

Ordinazzjoni Sacerdotali


(p.335) Ser ingibu dak li hemm dokumentat fil-Librum Baptistatorum XIV, pagna 152, li hemm fl-Arkivju tal-Knisja tal-Mosta.9


Fid-19 ta’ Lulju, 1925 l-Eccellenza Tieghu Mons. Dom. Mauro Caruana OSB, l-Arcisqof ta’ Rodi u ta’ Malta, meghjjun minn Mons. Dun Pawl Vella Mangion u minn Mons. Dun Guzepp Pietru Agius u l-Mons. Penitenzier tal-Katidral Dun Anton Vella, b’ferh kbir tal-Kleru u l-Poplu tal-parrocca ghamel ic-cerimonja ta’ l-ordinazzjoni sacerdotali fil-Knisja Parrokkjali (tal-Mosta) ta’ dan ir-rahal lil seba’ djakni li gew ordnati sacerdoti godda. Dawn kienu: Rev. Ganni Mallia Tabone (Mosta), Rev. Kan. Cesarino Attard (Zejtun), Rev. Antonio Farrugia (Mosta), Rev. Gorg Scicluna (Qormi), Rev. Emanuele Camilleri (Zejtun), Rev. Enrico Mahoney (Senglea) u Rev. Carmelo Farrugia (Valletta).

Il-ferh kbir li din l-ordinazzjoni nisslet fil-poplu Mosti kollu kienet turija cara tal-fidi, imhabba, ferh u rispett li bih kien imdawwar l-Arcisqof taghna f'din il-parrocca waqt li s-subien ta’ l-Oratorju Qalb ta’ Gesu xerrdu fjuri fit-toroq minfejn ghadda l-Arcisqof u l-banda tal-post daqqet l-Innu tal-Papa.

Wara li c-cerimonja ta’ l-ordinazzjoni spiccat il-poplu assista ghat-tberik min-naha ta’ l-Arcisqof ta’ zewg standardi ghas-Socjeta tal-Banda Nicolo Isouard - wiehed kien tal-Papa, isfar u abjad - u l-iehor ta’ l-Ingilterra.

Wara l-funzjoni l-Arcisqof Mons. Dom Mauro Caruana. akkumpanjat mill-Monsinjuri, Kleru u l-banda. flimkien mal-kumitat, marru fid-dar ta’ l-Arcipriet fejn, wara li saru r-ringrazzjamenti, l-Arcisqof ta l-Benedizzjom Pastorali lil dawk prezenti.


Dwar iz-zewg qassisin Mostin li gew ordnati dakinhar nistghu nghidu li t-tnejn mietu f’qasir il-ghomor.


Dun Anton Farrugia twieled fit-2 ta’ Marzu 1899. Missieru kien Pawlu u ommu Carmela, imwielda Agius. Kien joqghod fi Triq San Gwann mhux ‘il boghod mill-Kappella ta’ San Anard. Kellu mgieba helwa ma’ kulhadd. Kien gharef, umli u mizmum b'haddiem bla mistrieh fil-qasam tal-Mulej. Miet waqt il-qadi ta’ dmirijietu fit-23 ta’ Dicembru 1934 fl-eta ta’ 35 sena.


Kanun tal-Bizbizija l-Mosta fit-tieni gwerra dinjija(p.336) Il-kanna tal-kanun li kien armat fil-Bizbizija matul it-Tieni Gwerra Dinjija. In-numru ta’ Skawts fuq l-istess kanna jaghti hjiel tal-kobor ta’ dan il-kanun.

Dun Gwann Mallia Tabone twieled fit-12 t’Awwissu 1897, u gie mghammed nhar Santa Marija. Missieru kien F. Saverju u ommu Teresa mwielda Gatt. Il-familja tieghu kienet maghrufa bhala tal-Markiz u kienu joqghodu fi Triq il-Kbira, fid-dar biswit l-Ufficcju Parrokkjali. Ta’ spiss kien imur sal-Wardija, isuq iz-ziemel. Darba minnhom waqt li kien il-Wardija, fi zmien it-tieni gwerra dinjija beda l-hbit (p.336) mill-ajru. Dun Gwann haseb biex imur lura l-Mosta u jingabar ma’ niesu. Imma kellu accident sfortunat li swielu hajtu. Charlie Vella rrakkontali li fil-mument li Dun Gwann kien qieghed tiela' fuq is-serkin, gie sparat il-kanun kbir li kien hemm fil-fortizza tal-Bizbizija. Mal-hoss ta’ l-isparatura z-ziemel ghola fuq saqajh ta’ wara. Dun Gwann, li f'dak il-hin kien zbilancjat, waqa’ u korra gravi. Ittiehed fil-Konservatorju Vincenzo Bugeja l-Hamrun, li kien qieghed jintuza bhala sptar ghax l-Isptar Centrali kien intlaqat bil-bombi. Hemmhekk Dun Gwann miet nhar it-3 ta’ Novembru 1941 fl-ghomor ta’ 44 sena.


Dwar l-istandardi li jissemmew f'dan id-dokument nghidu li jidhru fir-ritratt tal-Banda Nicolo li ttiehed fl-1931 meta l-Banda ghalqet sittin sena mit-twaqqif taghha.


Il-Barka tal-Papa u l-Konsagrazzjoni tas-Socjeta


Meta fl-1914 faqqghet l-Ewwel Gwerra Dinija, il-Kazin tal-Banda Nicolo Isouard kellu jaghlaq. Dan sar principalment minhabba d-diffikultajiet ekonomici li kienet ghaddejja minnhom Malta u minhabba l-emigrazzjoni li kienet qeghda dejjem tizdied. B'dana kollu l-bandisti li kien fadal, baqghu jiltaqghu bejniethom daqqa l’hawn u daqqa l’hinn biex minn zmien ghal iehor il-Banda Nicolo Isouard tkun tista’ taghti s-servizzi taghha bhal nghidu ahna fil-festi tal-Gimgha l-Kbira u dik ta’ Santa Marija.   (p.337) Fl-1921 Malta nghatat kostituzzjoni gdida mill-gvern Ingliz li b'rizultat taghha s-sitwazzjoni f’Malta bdiet taghmel progress. Fis-sena 1922 infetah Kazin gdid u s-Socjeta Filarmonika Nicolo Isouard regghet bdiet tiffunzjona b'mod normali. Dun Guzepp Borg inhatar Kappillan tas-Socjeta. Dan il-qassis kien Vici fil-parrocca tal-Mosta u fl-1929 sar il-prokuratur tal-knisja. Isem il-kappillan tas-Socjeta Dun Guzepp Borg jibqa' marbut mal-Barka Appostolika li nghatat lis-Socjeta Filarmonika Nicolo lsouard mill-Papa Piju XI.


Certifikat tal-Barka tal-Papa Piju XI lis-Socjeta Filarmonika Nicolo lsouard Mosta(p.337) Ic-certifikat tal-Barka tal-Papa Piju XI lis-Socjeta Filarmonika Nicolo lsouard.

Ic-certifikat tal-Barka tal-Papa li hu mizmum fil-Kazin Nicolo lsouard bl-akbar ghozza jirreferi ghal Dun Guzepp Borg bhala l-Cappellano del Circolo Filarmonico Nicolo Isouard li kien approvat mill-awtoritajiet ekklezjastici. Il-barka appostolika specjali li talab Dun Guzepp Borg kienet ghalih innifsu, ghall-Kumitat u ghas-Soci attwali tas-Socjeta Filarmonika Nicolo lsouard. Il-Barka harget mill-Vatikan nhar l-4 ta’ Jannar 1928.


Konsagrazzjoni lill-Qalb ta’ Gesu


(p.338) Bejn it-13 u l-20 t'Ottubru 1946 kienu saru diversi attivitajiet biex ifakkru l-75 anniversarju mit-twaqqif tal-Banda Nicolo Isouard. Dawn il-festi kienu gew ikkombinati ma’ atttivitajiet ohra tal-knisja peress li l-Arcipriet Dun Karm Sciberras flimkien mal-Kleru riedu jfakkru wkoll il-75 anniversarju mill-Konsagrazzjoni tar-Rotunda.


Att ta' konsagrazzjoni Socjeta Filarmonika Nicolo Isouard lill-Qalb ta' Gesu u Marija(p.338) Mons. Edgar Salomone jaqra l-Att tal-Konsagrazzjoni tas-Socjeta Filarmonika Nicolo Isouard lill-Qalb ta’ Gesu u lill-Qalb ta’ Marija fit-12 t'Awwissu, 1956.

Nhar it-13 t’Ottubru fis-7:00 ta’ fil-ghodu Mons. Anton Buhagiar qaddes fil-Kazin u saret Tqarbina generali. Il-Quddiesa saret fil-bitha tal-Kazin fejn intrama artal ghall-okkazjoni. Ghal din il-Quddiesa attendew hafna bandisti u numru kbir ta’ membri. Wara li spiccat il-Quddiesa saret il-Konsagrazzjoni tas-Socjeta Nicolo Isouard lill-Qalb Imqaddsa ta’ Gesu. Ic-cerimonja spiccat billi Mons. Buhagiar intona t-Te Deum bhala ringrazzjament lill-Alla ghall-75 sena ta’ hidma li s-Socjeta Filarmonika Nicolo Isouard kienet wettqet. Mons. Buhagiar kien sodisfatt hafna, tant li kien ikkwotat li ghamel dan il-kumment: “Tassew hadt pjacir, gietni daqsxejn id-dinja tqila ninqala’ mill-boghod, izda ghall-Mosta tieghi naghmel kollox.”


Ghaxar snin wara, fit-12 t'Awwissu 1956, saret Quddiesa ohra fil-Kazin. Rega’ ntrama artal fil-bitha tal-Kazin u din id-darba qaddes Mons. Edgar Salomone. Mons. Salomone kien dak il-qassis zaghzugh li bejn l-1916 u l-1917 laqa’ lill-Banda Nicolo Isouard fl-Oratorju Qalb ta’ Gesu li f’dak iz-zmien kien fi Triq il-Kungress Ewkaristiku. Kif jikteb huwa stess, organizza l-Banda taht id-direzzjoni ta’ Salvu Mifsud.


Att ta' konsagrazzjoni Socjeta Filarmonika Nicolo Isouard lill-Qalb ta' Gesu u Marija(p.339) Is-santa li saret fl-okkazjoni tat-tigdid tal-Konsagrazzjoni tas-Socjeta Filarmonika Nicolo Isouard fit-12 t’Awwissu 1956.

Fit-8 ta’ Gunju 1956 il-kumitat kien iddecieda li jgedded il-Konsagrazzjoni tas-Socjeta lill-Qalb Hanina ta’ Gesu u lill-Qalb bla Tebgha ta’ Marija, ghaliex dik is-sena kien jahbat ic-centinarju mill-festa tal-Qalb ta’ Gesu. Ghall-Quddiesa, li bdiet fis-6.30 ta’ fil-ghodu, attendew hafna bandisti u membri tas-Socjeta kif ukoll numru ta’ emigranti Mostin li kienu gew biex igawdu l-festa ta’ (p.339) Santa Marija. Wara l-Quddiesa Dun Edgar ghamel l-Att tal-Konsagrazzjoni tas-Socjeta. Imbaghad giet imbierka bandalora gdida. L-emigrant Mosti Salvu Gatt, flimkien ma’ l-emigrant iehor Emanuel Borg, ipprezenta din il-bandalora gdida f’isem l-emigranti Mostin ta’ Detroit li gabru bejniethom biex jirregalaw din il-Bandalora lis-Socjeta Filarmonika Nicolo Isouard. Il-Bandalora kienet saret ghand is-sorijiet ta’ l-Istitut ta’ Cini, il-Hamrun, fuq id-disinn tal-maghruf Emmanuel Buhagiar. Kien irsista hafna biex issir din il-Bandalora l-Vici President tas-Socjeta - is-Sur Nikol Muscat.



Induratura u Restawr tar-Rotunda


L-armar ghall-iskultura u nduratura tal-koppla tar-Rotunda tal-Mosta(p.340) L-armar li x-xoghol fuqu beda fl-1928. Wara li minn fuqu saret l-iskultura u l-induratura tal-koppla, gie zarmat fl-1936.

F'Settembru ta’ l-1928 inbeda x-xoghol diffikultuz fuq l-armar biex il-koppla maestuza tal-Knisja tal-Mosta tigi skolpita u ndurata kif narawha llum.10 Il-prokuratur tal-knisja f'dik il-habta kien Dun Karm Gauci. Dan kien il-bniedem li rsista u mbotta biex din l-opra setghet issir. Izda ma kellux ix-xorti li jaraha lesta ghax miet fid-9 ta’ Novembru 1929 f'nofs ix-xoghol ta’ l-armar. Dan l-armar kien indahal ghalih is-Senglean Tuse De Maria - inginier it-Tarzna. Kellu jghinu lil Guzeppi Zammit, Karkariz li kien mghallem it-Tarzna wkoll. Il-perit responsabbli kien is-Sur Indri Micallef. Il-koppla hazzha Mastru Salv Zahra fuq id-disinn tqil u sabih ta’ Grognet. Sadattant bhala prokuratur tal-knisja nhatar Dun Guzepp Borg li fuq spallejh waqghet ir-responsabbilta kollha ta’ dan ix-xoghol enormi.


Il-Kavallier Carmelo Dimech P.E.P. li hallas l-ispejjez kollha nvoluti fl-iskultura u fl-induratura tal-koppla tar-Rotunda tal-Mosta(p.340) Il-Kavallier Carmelo Dimech P.E.P. li hallas l-ispejjez kollha nvoluti fl-iskultura u fl-induratura tal-koppla.

(p.340) Nhar il-15 ta’ Marzu 1930, inbeda x-xoghol tat-tqattiegh tal-kwadretti u l-iskultura ta’ 576 ruzun. L-iskultura giet fdata f’idejn Guzeppi Micallef - mghejjun minn lavranti tal-gebel Mostin. L-induratura saret minn Salvu Brincat mill-Hamrun. Ix-xoghol kollu ntemm fl-1936 meta bil-mod il-mod gie mnizzel l-armar - speci ta’ forci kbir - li ntuza ghal tmien snin shah. L-ispejjez kollha biex saret din l-opra unika hallashom il-benefattur kbir il-Kavallier Carmelo Dimech P.E.P. B'tifkira ta’ dan il-benefattur hemm il-monument tieghu mahdum fl-irham fil-Kappella ta’ San Bastjan u pittura tieghu fis-Sagristija. Il-Kav. Carmelo Dimech kien ukoll Tezorier tas-Socjeta Filarmonika Nicolo Isouard.


L-inawgurazzjoni ta’ din l-opra kbira saret nhar il-Hadd, 6 ta’ Dicembru 1936. Dakinhar il-Banda Nicolo Isouard kompliet izzid il-ferh tal-Mostin billi daqqet Programm Muzikali.


Anniversarju tar-Rotunda


(p.341) Nhar it-Tnejn, 30 ta’ Mejju 1983, il-Pjazza tal-Knisja kienet imzejna bl-antarjoli bil-bandalori u b’fustuni tad-dawl. Dan sar ghax dakinhar kien jahbat il-150 anniversarju mit-tqeghid ta’ l-ewwel gebla tar-Rotunda nhar it-30 ta’ Mejju 1833. Fis-7.00 ta’ fil-ghaxija l-Arcisqof Mons. Guzeppi Mercieca ghamel Pontifikal Sollenni u mieghu kkoncelebraw tmintax-il sacerdot Mosti. Hadu sehem l-Orkestra u l-Kor Collegium Musicum taht id-direzzjoni ta’ Mro Dion Buhagiar. Il-funzjoni ghalqet bil-kant sollenni tat-Te Deum u l-Barka Sagramentali. Il-Mostin attendew bi hgarhom ghal din ic-celebrazzjoni u litteralment imlew kull rokna tal-knisja. Wara li spiccat il-funzjoni tal-knisja, il-Banda Nicolo Isouard ghamlet marc mat-toroq tal-Mosta biex tkompli zzid il-ferh tal-Mostin f'dik l-okkazjoni singulari.


Restawr tar-Rotunda


Arcipriet Dun Joe Carabott jaghti bidu ghar-restawr tar-Rotunda tal-Mosta, 25 t’Ottubru, 1992(p.341) L-Arcipriet Dun Joe Carabott jaghti bidu ghar-restawr tar-Rotunda nhar il-25 t’Ottubru, 1992.

Wara l-festa ta’ Santa Marija ta’ l-1992 inbeda x-xoghol biex isir ir-restawr tal-knisja tal-Mosta minn barra. Kien ilha tinhass il-htiega li ssir xi haga li twaqqaf il-hsara u tnehhi l-periklu li xi partijiet, l-aktar fil-kampnari, jiggarrfu ghal isfel. L-Arcipriet Dun Joe Carabott ha d-decizjoni. Decizjoni kuraggjuza meta wiehed iqis l-ispejjez li bicca xoghol bhal din setghet tinvolvi. Izda l-Arcipriet Carabott emmen fil-generozita tal-Mostin u bil-ghajnuna t’Alla x-xoghol inbeda u ntemm. Fil-faccata tal-knisja - ma’ wiehed mill-pilastri li fuqhom jistrieh il-kampnar tal-qanpiena l-kbira - wiehed isib l-ewwel gebla ta’ dan ir-restawr li ggib id-data ta’ 25-X-1992.


Ix-xoghol kollu gie fdat f’idejn il-kuntrattur Nazzareno Vassallo li fl-1994 inhatar l-ewwel Sindku tal-Mosta u llum huwa l-President tas-Socjeta Filarmonika Nicolo Isouard. Ix-xoghol kollu tar-restawr nistghu nghidu li kien maqsum f'erba’ partijiet. L-ewwel sar il-kampnar tal-lemin tal-knisja li huwa l-aktar espost ghall-majjistral u kien jidher li kellu l-akbar hsara. Imbaghad ix-xoghol kien tkompla fuq il-kampnar tax-xellug. Sar ix-xoghol fuq il-frontispizju u l-faccata tal-knisja. Fl-ahhar giet restawrata l-koppla u l-lanterna.


Wara li l-Arcipriet habbar li nghata bidu ghal dan il-progett, is-Socjeta Filarmonika Nicolo Isouard hasset id-dmir li toffri donazzjoni finanzjarja sostanzjali. Nhar it-12 t’April 1993 il-kumitat iddecieda li l-ewwel donazzjoni tkun ta’ Lm500. (p.342) Ic-cekk gie pprezentat lill-Arcipriet Dun Joe Carabott nhar il-Hadd, 18 t'April 1993, meta gie jbierek il-Kazin.


L-inawgurazzjoni ta’ l-ewwel kampnar restawrat saret nhar il-Hamis, 29 ta’ Lulju 1993. Peress illi issa kien hemm zewg baned fil-Mosta, f’din l-okkazjoni hadu sehem it-tnejn. Il-Banda Nicolo Isouard daqqet l-Innijet Processjonali ta’ Anton Miruzzi, ta’ Anthony Sammut, ta’ Victor Zanimit u silta mill-Innu l-Kbir ta’ Miruzzi. Il-Banda Santa Marija daqqet it-tliet innijiet ta’ Ganni Vella li kien kitibhom ghall-Banda Nicolo Isouard fis-snin ghoxrin tas-seklu l-iehor, u l-Ave Maria ta’ Gounod.


It-tieni kampnar gie nawgurat nhar it-12 ta’ Gunju 1994. Dakinhar kienet il-festa tal-Qalb ta’ Gesu. Wara li z-zewg baned Mostin hadu sehem fil-purcissjoni tal-Qalb ta’ Gesu huma assistew ghall-inawgurazzjoni tal-kampnar restawrat billi alternaw fid-daqq ta’ marci ferrieha.


Tlestija tar-restawr tar-Rotunda tal-Mosta 29 ta' Lulju 1996(p.342) Ic-ckejkna Lorraine Muscat tpoggi kuruna tar-Ruzarju bhala tifkira waqt l-gheluq tar-restawr tar-Rotunda, nhar id-29 ta’ Lulju, 1996. Jidhru wkoll is-Sur Nazzareno Vassallo u Rev. Joe Carabott, is-Sindku u l-Arcipriet ta’ dak iz-zmien.

L-istess sar nhar it-Tnejn, 29 ta’ Lulju 1996, meta gie fi tmiemu r-restawr tal-faccata tal-knisja. Dakinhar, wara li l-istatwa nharget min-nicca sar programm orkestrali fil-knisja. Imbaghad l-istatwa ta’ Santa Marija nharget fuq iz-zuntier tal-knisja ghall-inawgurazzjoni tar-restawr u tal-mixghela tal-knisja mill-Prim Ministru Dr Eddie Fenech Adami. Waqt ic-cerimonja tqieghdet f’posta l-antifissa l-kbira li fuqha jistrieh is-salib tal-frontispizju. Iz-zewg baned Mostin holqu atmosfera festiva bid-daqq ta’ muzika ferrieha. Spiccaw billi daqqew l-Innu Malti flimkien.


Imbaghad ix-xoghol kollu tar-restawr inghata gharfien internazzjonali billi fl-1 ta’ Marzu 1998 l-Imhallef Caruana Curran bhala c-Cermen tal-Kumitat Malti ta’ (p.343) l-Europa Nostra pprezenta l-plakka u d-diploma ghas-sena 1997 lill-Arcipriet u lis-Sindku tal-Mosta. Din ic-cerimonja saret fl-istess knisja wara l-Quddiesa tad-9.00 ta’ fil-ghodu li ghaliha kien attenda l-President ta’ Malta l-E.T. Dr Ugo Mifsud Bonnici.


Ir-raba’ u l-ahhar fazi tar-restawr intemmet b'cerimonja qasira u sinifikattiva fuq il-bejt tar-Rotunda nhar l-10 t’Awwissu 2000. F’din l-okkazjoni l-Arcipriet Dun Joe Carabott irringrazzja lill-haddiema kollha li kienu nvoluti fix-xoghol tar-restawr. Huwa pprezentalhom midalja tal-25 Anniversarju mill-Inkurunazzjoni ta’ l-Assunta biex tibqaghlhom bhala tifkira. Huwa stmat li l-ispiza tar-Restawr tar-Rotunda lahqet is-somma ta’ Lm205,516.


Il-Festa ta’ Santa Marija


Nafu li sa mis-sena 1780 ga kien ikun hemm id-daqqaqa li kienu jiehdu sehem fil-purcissjoni ta’ Santa Marija tal-Mosta. Ghalhekk meta l-Mosta kellha l-Banda taghha wiehed jissoponi li din hadet post id-daqqaqa jew xi gruppi muzikali ohra li kienu jigu mikrija ghall-festa. Dan ifisser li aktarx li ‘l-Banda tal-Mosta’ bdiet taghti s-sehem taghha fil-festa ta’ Santa Marija fl-1872. Nafu li fl-1897, il-Banda zanznet l-Innu ‘0 Del Ciel Regina’ - muzika ta’ Anton Miruzzi fuq kliem ta’ Dun Wistin Azzopardi. Dan l-innu kien jindaqq fil-hrug tal-purcissjoni ta’ Santa Marija. Izda Miruzzi kiteb innu iehor ‘Alla Beata Maria Vergine’ maghruf bhala l-Innu l-Kbir li kien jindaqq fid-dhul tal-purcissjoni. Fl-1910 is-Surmast Ferdinando Camilleri kiteb innu iehor ghall-Banda Nicolo Isouard. Kien jismu ‘Con Gioia Cantiamo.’ Wara li Mro. Ganni Vella ha l-Banda f’idejh fl-1922, kiteb tliet innijiet ohra li jisimhom ‘Vergine Madre Figlia e Sposa,’ ‘Sorgi O Sposa’ u ‘Vergine Bella e Madre Intatta.’ Fl-1975 is-Surmast Anthony Sammut kiteb l-Innu Marc ‘Lill-Assunta Nkurunata’ fl-okkazjoni ta’ l-Inkurunazzjoni ta’ l-Assunta. Ghaxar snin wara, jigifieri fl-1985, is-Surmast Victor Zammit kiteb l-innu ‘Marija Marija Int l-Omm tal-Mulej.’ Dawn l-innijiet, li ghadhom jindaqqu sal-lum, huma xhieda tas-snin twal li l-Banda Nicolo Isouard ilha takkumpanja b’devozzjoni lix-xbieha artistika ta’ Santa Marija fil-purcissjoni tal-Mosta. Xi haga li kienet unika ghall-hafna snin.


Naturalment in-numru ta’ servizzi li l-Banda Nicolo Isouard tat matul is-snin fil-festa ta’ Santa Marija jvarja minn zmien ghal zmien. Gieli tat seba’ servizzi f’sena wahda. Dawk kienu marc fil-bidu tal-Kwindicina, tliet marci fit-Tridu, il-marc tat-Te Deum, iehor waqt it-Transulazzjoni u l-akkumpanjament ta’ Santa Marija fil-purcissjoni. Dan kien isir sas-snin hamsin tas-seklu ghoxrin. Illum il-Banda taghti hames servizzi - jigifieri naqqset iz-zewg servizzi li kienet taghmel lejlet il-festa.


Uzanza ricenti ohra marbuta mal-festa ta’ Santa Marija hija l-Ghotja tad-Demm lill-Bank Nazzjonali tad-Demm li ssir fil-Kazin Nicolo Isouard. Din l-attivita tkun (p.344) mifruxa fuq jumejn fl-ewwel gimgha t’Awwissu biex il-membri u kull min ikun jixtieq, joffru pinta demm b’sens ta’ solidarjeta ma' min ikun fil-bzonn. Din l-inizjattiva tas-Socjeta saret ghall-ewwel darba f’Awwissu 2004 bil-ghajnuna tas-Sur David Zammit u baqghet issir ta’ kull sena. Kull darba jingabru madwar disghin borza demm. Li ma nistax nifhem hu kif kull meta tigi l-mobile unit fil-Mosta, isir appell waqt il-Quddies tal-Hadd biex in-nies imorru jaghtu d-demm. Imbaghad meta din l-attivita tigi organizzata fil-Kazin Nicolo Isouard ma jsir l-ebda appell min-naha tal-Parrocca u ma tissemmiex ma’ l-attivitajiet l-ohra fil-programm tal-festa.


Id-Domma ta’ l-Assunta


Membri ta’ l-Azzjoni Kattolika fir-Rotunda fil-ftuh tal-Kungress Djocesan 22 ta’ Settembru 1946(p.344) Il-membri ta’ l-Azzjoni Kattolika mlew ir-Rotunda meta sar il-ftuh tal-Kungress Djocesan nhar it-22 ta’ Settembru, 1946.

Il-festi li naghmlu llum u l-imhabba ta’ missirijietna lejn l-Assunta sabu l-milja taghhom fid-definizzjoni tad-Domma ta’ l-Assunta. Fid-19 ta’ Lulju 1946 saret l-ewwel laqgha tad-Direttorju Djocesan ta’ l-Azzjoni Kattolika Maltija fl-Ufficcju Centrali ta’ l-Azzjoni Kattolika fil-Palazz Caraffa, il-Belt. Din il-laqgha ghaddiet (p.345) rizoluzzjoni biex jingabru firem mill-familji u s-socjetajiet kollha Maltin bhala petizzjoni lill-Qdusija Tieghu l-Papa Piju XII ghad-definizzjoni tad-Domma ta’ l-Assunzjoni ta’ Marija Santissima.


Fuq is-suggeriment ta’ l-Arcisqof Mons. Mikiel Gonzi, il-Knisja tal-Mosta ntghazlet biex fiha jsir il-ftuh tal-Kungress Djocesan ta’ l-Azzjoni Kattolika Maltija u f’din il-laqgha ssir il-prezentazzjoni tal-petizzjonijiet ghad-definizzjoni tad-Domma ta’ l-Assunta. Din il-laqgha saret nhar il-Hadd, 22 ta’ Settembru 1946. Ghal din l-okkazjoni l-istatwa ta’ Santa Marija tpoggiet fuq ix-xellug tal-presbiterju taht mant u kuruna mahdumin b'sengha kbira bil-fjuri tas-sempreviva. Giet imdawwra wkoll bil-fjuri u l-qsari, u b’hafna xemghat. Quddiem il-bankun intrama tarag ta’ l-injam biex fuqu jitpoggew il-petizzjonijiet iffirmati minn Malta kollha.


Santa Marija l-antika tal-Mosta bil-pakketti bil-petizzjoni Domma ta' l-Assunta(p.345) L-istatwa ta’ Santa Marija taht mant mahdum bil-fjuri tas-sempreviva. Fuq it-tarag quddiem l-istatwa jidhru il-pakketti bil-petizzjonijiet ghad-Domma ta’ l-Assunta.

Mat-8.00 ta’ fil-ghodu bdiet miexja l-isfilata twila tal-membri ta’ l-Azzjoni Kattolika mill-Oratorju Qalb ta’ Gesu sal-Knisja Arcipretali. Wara li kulhadd sab postu fil-knisja, dahal l-Arcisqof Mons. Mikiel Gonzi li ghadda minn bejn zewg fillieri standardi mill-bieb sal-presbiterju, fost il-kant ta’ l-Innu tal-Papa. L-Arcisqof iccelebra s-Sagrificcju tal-Quddiesa. Wara diskors qasir mill-Assistent Generali Dun Mikiel Azzopardi bdew jissejhu l-ismijiet ta’ kull parrocca biex jigu kkunsinjati l-petizzjonijiet taghhom. Fost dawn il-petizzjonijiet kien hemm dik tas-Socjeta Filarmonika Nicolo Isouard tal-Mosta. Il-pakketti b'dawn il-petizzjonijiet imlew it-tarag li kien hemm quddiem l-istatwa ta’ Santa Marija. Ic-celebrazzjoni spiccat billi l-Arcisqof ghamel diskors u wara qara t-telegramm li kellu jibghat lill-Q.T. l-Papa Piju XII.


(p.346) Nhar l-1 ta’ Novembru 1950 il-Papa Piju XII ipproklama sollennemenl it-Tlugh ta’ Marija bir-Ruh u l-Gisem bhala Domma ta’ Fidi. Ghal din l-okkazjoni, l-istatwa ta’ Santa Marija regghet giet esposta fil-knisja. Quddiemha ntrama artal ta’ l-injam u tqaddes il-quddies. Nhar l-1 ta’ Novembru 1950 fil-ghaxija, il-Maltin regghu ltaqghu fit-tempju monumentali tal-Mosta ghal Te Deum Nazzjonali b'ringrazzjament lil Alla.


Dwar l-istatwa ta’ Santa Marija


Hekk kif ghaddiet il-festa ta’ Santa Marija ta’ l-1947, l-istatwa ta’ Santa Marija li l-iskultur Salvu Dimech kien naqqax fl-1868 ittiehdet tas-Sliema ghand l-iskultur Censu Apap. Dan sar biex l-iskultur Apap jibdilha skond l-abbozz tal-gibs li hu stess kien ghamel u li kien espost fil-kappella ta’ l-Oratorju Qalb ta’ Gesu.


Dun Pawl Calleja jlibbes stellajru gdid ma ras Santa Marija nhar it-8 t'Awwissu, 1948 Mosta(p.346) Dun Pawl Calleja jlibbes l-istellajru l-gdid madwar ras Santa Marija nhar it-8 t'Awwissu, 1948.

F'inqas minn sena, ix-xoghol kollu kien tlesta u l-istatwa ‘l-gdida’ ta’ Santa Marija giet milqugha mill-Mostin nhar it-8 t'Awwissu 1948. Dakinhar l-istatwa nkixfet f’tarf Triq il-Kungress Ewkaristiku. Imbaghad Dun Pawl Calleja. li kien Vici-Parroku, ghax l-Arcipriet Dun Karm Sciberras kien marad, libbes lil Santa Marija stellarju gdid tad-deheb li sar mill-gbir fost il-Mostin. Dan kollu sar fost ic-capcip tan-nies akkumpanjat mid-daqq tal-Banda Nicolo Isouard. L-istatwa tnizzlet trijonfalment minn Triq il-Kungress Ewkaristiku fost il-ferh tal-poplu Mosti mmexxi mill-Banda Nicolo Isouard. Mons. Anton Buhagiar bierek l-istatwa l-gdida fuq iz-zuntier tal-knisja. Wara li ddahlet fil-knisja u tpoggiet fuq il-bankun, Mons. Buhagiar ta l-Barka Sagramentali. Imbaghad il-Banda Nicolo Isouard ipprezentat programm muzikali fuq il-plancier. F’din l-okkazjoni s-Socjeta Filarmonika Nicolo Isouard irregalat sett ta’ erba’ forcini tal-fidda godda li saru bid-donazzjonijiet tal-membri tas-Socjeta. Dawn il-forcini ghadhom jintuzaw fil-purcissjoni ta’ Santa Marija sal-lum.


Vara Santa Marija Mosta ndurata mill-gdid 1985(p.347) Nhar il-Hadd, 28 ta’ Lulju 1985, wara li l-istatwa ta’ Santa Marija giet indurata mill-gdid, l-Arcipriet Dun Joe Carabott kixifha ghas-sodisfazzjon tal-poplu Mosti.

Din il-grajja giet ripetuta nhar il-Hadd, 28 ta’ Lulju 1985. Il-Vara ta’ Santa Marija kien ilha disa' xhur nieqsa mill-knisja taghha. Kien sarilha r-restawr mehtieg u induratura gdida mill-imghallem Emmanuel Darmanin tal-Belt Valletta. Fis-7:30 ta’ fil-ghaxija l-istatwa ta’ Santa Marija giet mikxufa mill-Arcipriet Dun Joe Carabott. Il-folla prezenti nfexxet iccapcap u dlonk bdiet il-mixja minn Vjal l-Indipendenza ghal Triq il-Kungress Ewkaristiku. Il-Banda Nicolo Isouard (p.347) bid-daqq ta’ l-Innijiet Marjani u marci ferrieha wasslet lil-poplu Mosti f’din il-mixja ta’ imhabba lejn Ommna Santa Marija sal-Knisja Arcipretali. Fuq iz-zuntier tal-Knisja, l-Arcipriet bierek l-istatwa u ftit mumenti wara libbisha c-curkett li l-Kardinal Corrado Ursi kien libbisha ghall-ewwel darba ghaxar snin qabel b'turija tar-rabta ta’ imhabba bejn il-poplu Mosti u Marija Santissima. Kienu saru kwazi l-11:00 ta’ fil-ghaxija x’hin l-istatwa ta’ Santa Marija tpoggiet fuq il-bankun taghha. Dan kien il-bidu ghall-festi specjali li kienu saru fl-okkazjoni ta’ l-ghaxar Anniversarju mill-Inkurunazzjoni ta’ l-Assunta.


L-Inkurunazzjoni tat-Titular


L-Inkurunazzjoni ta’ l-Assunta li saret nhar l-10 t’Awwissu 1975 kienet ix-xewqa ta’ hafna generazzjonijiet ta’ Mostin. Anke s-Socjeta Filarmonika Nicolo Isouard esprimiet din ix-xewqa tal-Mostin meta nhar il-15 t'Awwissu 1968 l-Isqof Emmanuel Gerada zar il-Kazin fl-okkazjoni tal-Festa ta’ Santa Marija. Dakinhar il-President tas-Socjeta s-Sur Carmelo Schembri esprima din ix-xewqa qaddisa tal-Mostin quddiem l-Isqof u talbu biex iressaq l-istess xewqa ghall-attenzjoni ta’ l-Arcisqof Mons. Mikiel Gonzi. Kienet l-ewwel darba li din it-talba saret minn persuna civili.


Nhar il-Gimgha, 15 ta’ Frar 1974, waqt il-Quddiesa ta’ fil-ghaxija, Dun Bartolomeo Bezzina - l-Arcipriet ta’ l-Inkurunazzjoni - qara d-digriet ta’ l-inkurunazzjoni li hareg mis-Santa Sede bl-awtorita tal-Papa Pawlu VI. Imbaghad tkanta t-Te Deum b’ringrazzjament lil Alla. Din il-grajja giet iccelebrata b’marc mill-Banda Nicolo Isouard mat-toroq tal-Mosta. Dakinhar kienet gurnata ta’ maltemp kif jaf jaghmel Frar, izda fil-ghaxija l-ajru fetah u l-marc irnexxa.


Wara dan il-bidu kemmxejn semplici izda sinifikattiv, bdew isiru l-preparamenti ghac-cerimonja u l-festi ta’ l-Inkurunazzjoni. Il-Kunsill Presbiterjali kellu f’idejh ic-celebrazzjonijiet religjuzi. Twaqqaf il-Kumitat Festi ta’ l-Inkurunazzjoni. Is-Socjeta Filarmonika Nicolo Isouard bdiet tahseb minn kmieni ghal din il-grajja u l-Kumitat iddecieda li jsir innu popolari. Dun Gwann Debono gie avvicinat biex jikteb il-kliem ghal dan l-innu. F'Gunju 1974 Dun Gwann tana l-lirika ghalih u l-kumitat ghaddieha lil Mro. Anthony Sammut biex jimmuzikaha. Bil-hila muzikali tieghu Mro. Sammut tana l-Innu ‘Lill-Assunta Nkurunata’ - innu li (p.348) malajr kiseb popolarita kbira u gie accettat minn kulhadd bhala l-innu ufficjali ta’ l-Inkurunazzjoni.


Il-programm tal-festi kien mifrux bejn it-30 ta’ Lulju u l-15 t'Awwissu 1975. Sejjer nillimita ruhi ghal dawk il-partijiet tal-programm li fihom hadet sehem il-Banda Nicolo Isouard. Il-ftuh tal-festi sar nhar l-Erbgha, 30 ta’ Lulju, meta saret Koncelebrazzjoni mis-sacerdoti Mostin kollha ma' l-E.T. Mons. Guzeppi Mercieca - Vigarju Generali ta’ Malta. Wara l-funzjoni religjuza l-Banda Nicolo Isouard daqqet marci brijuzi mat-toroq tal-Mosta. Imbaghad saret wirja tal-loghob tan-nar fil-pjazza.


Nhar il-Hadd, 4 t'Awwissu, is-sur Joe Quattromani bil-ghajnuna ta’ hafna ohrajn tella' pegint bl-isem ta’ ‘Festa fl-isfond ta’ l-Istorja tal-Mosta,’ fil-wesgha ta’ wara l-Knisja. Is-Socjeta Filarmonika Nicolo Isouard - bhala l-eqdem ghaqda socjali li ghandna fil-Mosta - tat il-kontribut taghha u rajna l-Banda ddoqq il-marci mhallta mal-frattarija u t-twerziq tas-sfafar li joholqu l-briju fil-marci tradizzjonali Maltin.


Banda Nicolo Isouard waqt l-Akkademja Muziko-Letterarja fir-Rotunda Mosta nhar it-8 t’Awwissu, 1975(p.349) Il-Banda Nicolo Isouard taht id-direzzjoni ta’ Mro. Anthony Sammut waqt l-Akkademja Muziko-Letterarja fir-Rotunda nhar it-8 t’Awwissu, 1975.

Nhar il-Gimgha, 8 t'Awwissu, fir-Rotunda giet imtellgha Akkademja Muziko-Letterarja taht il-presidenza ta’ l-E.T. Mons. Guzeppi Mercieca. F'din l-akkademja saru diskorsi mill-Wisq Rev. Arcipriet Bartolomeo Bezzina, is-Sur Carmelo Schembril il-Profs. Dun Karm Cassar u l-E.T. Mons. G. Mercieca. Hadet sehem il-Banda Nicolo Isouard li kienet taht id-direzzjoni tas-Surmast Anthony Sammut. Mal-Banda hadu sehem ukoll il-Kor Santa Cecilja tal-Mosta, is-sopran Hilda Mallia Tabone, it-tenur Robert Vella u l-baxx Piju Zammit. Il-muzika li ndaqqet mill-Banda f’din l-okkazjoni kienet:

Innu PontificjuCh. Gounod
Innu ‘Lill-Assunta Nkurunata’Mro Anthony Sammut (versi - Dun Gwann Debono)
MoseG. Rossini
Alla VergineF. Fringuelli
Ave MariaCh. Gounod
La Vergine Degli AngeliG. Verdi
Innu MaltiR. Samut

Jum l-Inkurunazzjoni


Jum tant mistenni ta’ l-10 t’Awwissu 1975 - meta l-Assunta giet inkurunata solennement - wasal. Fid-9.30 ta’ fil-ghodu saret il-Quddiesa li fiha 192 tifel u tifla rcevew l-Ewwel Tqarbina. Bejn id-9.00 u d-9.30 l-Banda Nicolo Isouard kienet fuq iz-zuntier tal-Knisja Arcipretali tilqa’ l-korteo tat-tfal li flimkien mal-genituri taghhom kienu dehlin fil-knisja biex jircievu lil Gesu fis-Sagrament ta’ l-Ewkaristija.


L-Arcisqof Mons. Mikiel Gonzi jinkuruna l-Assunta fil-Kwadru Titulari tar-Rotunda Mosta(p.349) Fis-7:40 ta’ fil-ghaxija ta’ l-10 t’Awwissu 1975, l-Arcisqof Mons. Mikiel Gonzi nkuruna solennament ix-xbiha ta’ l-Assunta fil-Kwadru Titulari tar-Rotunda.

(p.351) Fis-7:40 ta’ fil-ghaxija (hin tas-sajf), l-Arcisqof Mons. Mikiel Gonzi pogga l-kuruna prezzjuza fuq ras ix-xbieha ghaziza ta’ l-Assunta fost ic-capcip u l-entuzjazmu tal-folla ta’ madwar 50,000 ruh. Wara li spiccat il-Quddiesa saret il-purcissjoni bil-kwadru titulari mat-toroq tal-Mosta. Imbaghad il-Banda Nicolo Isouard ghamlet marc qasir mill-Kazin tal-Banda sa fuq iz-zuntier tal-Knisja - minn dakinhar Santwarju - fejn il-Banda daqqet l-Innu l-Kbir ta’ Miruzzi. Il-programm ta’ dik il-lejla nghalaq bid-daqq ta’ l-Innu Nicolo Isouard u l-Innu Nazzjonali.


Nhar l-Erbgha, 13 t’Awwissu, il-Banda Nicolo Isouard ghamlet il-marc tradizzjonali ta’ l-ahhar tat-tridu. Bhal dejjem dan il-marc hareg lill-eluf ta’ Mostin minn djarhom u kaxkarhom lejn ‘it-triq il-gdida’ u l-pjazza biex ilkoll flimkien joholqu l-briju bit-tixjir tal-bnadar, hruq ta’ suffarelli u rdieden u flimkien mad-daqq tal-banda tirrenja atmosfera ta’ ferh li tkun mistennija minn sena ghall-ohra. Dik is-sena kellna n-novita li n-nies bil-karti f’idejha bdiet tkanta ‘Xerrdu hienja ward u fjuri, lir-Regina tas-Smewwiet... Dir-Regina nkurunata, gawrha sbejha tal-Mostin...’ - strofa wara l-ohra, il-kliem helu ta’ l-Innu ta’ l-Inkurunazzjoni.


Sebah il-Gimgha, 15 t'Awwissu. Fit-8.30 ta’ fil-ghodu l-Banda bl-istandardi u l-bandalori taghha kienet bdiet tmexxi lill-poplu Mosti f’dimostrazzjoni kbira li giet moghtija lill-Em. Tieghu l-Kardinal Corrado Ursi - Arcisqof ta’ Napli - li gie fostna biex imexxi l-festi ta’ Santa Marija. Il-ferh tan-nies kien jidher fuq wicc kulhadd u l-briju li holqot il-banda bid-daqq tal-marci brijuzi kompla eccita lill-folla, tant illi x'hin il-Kardinal gie biex jidhol fil-knisja, ma kienx hemm fejn toqghod labra fil-pjazza.


Wara li ghamel pontifikal sollenni fil-knisja u wara li l-Kardinal Ursi libbes curkett prezzjuz f’wiehed mis-swaba ta’ l-istatwa ta’ Santa Marija, il-Kardinal zar il-Kazin bhala l-mistieden ta’ l-unur. Il-Kardinal Ursi, li kien akkumpanjat mill-Arcipriet u l-kleru Mosti, gie milqugh fil-bieb tal-Kazin mill-President, membri tal-kumitat u l-bandisti. Fid-diskors li ghamel ghall-okkazjoni l-President sellem lill-Kardinal mhux biss bhala persuna distinta li giet izzurna, izda wkoll bhala habib illustri li gie fostna ghat-tieni darba. Ma ninsewx li l-Kardinal kien gie fostna f'Ottubru ta’ 1971 meta ccelebrajna c-centinarju tal-Konsagrazzjoni tar-Rotunda u l-mitt sena mit-twaqqif tal-Banda Nicolo Isouard.


Kardinal Corrado Ursi jinawgura plakka fil-kazin Nicolo Isouard 15 t’Awwissu, 1975(p.350) Nhar il-15 t’Awwissu 1975, il-Kardinal Corrado Ursi jinawgura plakka kommemorattiva mal-faccata tal-Kazin biex tfakkar is-sehem tas-Socjeta Filarmonika Nicolo Isouard fil-festi ta’ l-Inkurunazzjoni.

Kardinal apprezza hafna d-diskors tal-President u fit-twegiba tieghu qal li l-Maltin bhan-nies ta’ Napli gejjin minn art Mediterranja u z-zewg popli ghandhom qalb li taf thobb. Ghalhekk l-Inkurunazzjoni ta’ l-Assunta ghandha tfisser id-devozzjoni u l-imhabba ta’ dik il-qalb Maltija lejn l-Imqaddsa Marija Omm Alla. Imbaghad il-Kardinal qaghad jitkellem ma’ hafna nies li kienu prezenti ghar-riceviment li sar f’ismu. Bhala rikordju tat-tieni zjara fostna huwa ffirmalna l-ktieb tal-vizitaturi (p.352) u hallielna l-kallotta tieghu. Wara, il-Kardinal gie mitlub biex jikxef il-plakka kommemorattiva li hemm mal-faccata tal-Kazin biex tfakkar is-sehem tal-Banda Nicolo Isouard fil-festi ta’ l-Inkurunazzjoni ta’ l-Assunta. L-ahhar impenn tal-Banda kien is-sehem taghha fil-purcissjoni ta’ Santa Marija. Il-Banda akkumpanjata bil-kant tat-tfal nizzlet lill-Vara ta’ Santa Marija tul Triq il-Kungress Ewkaristiku.


Jibqa’ jigi ccelebrat


L-ewwel anniversarju ta’ l-Inkurunazzjoni ta’ l-Assunta gie ccelebrat nhar it-Tlieta, 10 t'Awwissu 1976, permezz ta’ celebrazzjoni gewwa l-knisja. Wara l-koncelebrazzjoni sollenni, l-E.T. Mons. Angelo Mifsud O.S.B. Abbati President ta’ Monte Cassino, kixef u bierek lapida kommemorattiva li twahhlet mal-faccata tal-knisja taht il-kampnar tal-qanpiena l-kbira. Il-Banda Nicolo Isouard kienet prezenti ghal din l-okkazjoni wkoll u daqqet l-Innu tal-Papa u l-Innu ta’ l-Inkurunazzjoni li gie kantat mill-Kor ta’ l-Oratorju tal-bniet. Imbaghad il-Banda ghamlet marc mat-toroq tal-Mosta u wara kien hemm il-loghob tan-nar fil-pjazza. Dan il-marc baqa' jsir ta’ kull sena mill-Banda Nicolo Isouard biex ifakkar lill-Mostin fil-grajja storika ta’ l-Inkurunazzjoni. Ghall-bandisti u l-membri tas-Socjeta d-data ta’ l-10 t’Awwissu mhix semplici kommemorazzjoni ta’ l-Inkurunazzjoni, izda hija parti mill-istorja taghna, jew ahjar bicca minna.


Festi Sekondarji


Aktar minn mitt sena ilu l-festa ta’ San Guzepp kienet issir bis-sehem tal-Banda. Minn korrispondenza li dehret fil-Malta Taghna tas-Sibt, 4 t’Awwissu 1906, nafu li fil-festa ta’ Santa Marija ta’ l-1905 hadu sehem iz-zewg baned Mostin - jigifieri l-Banda Nicolo Isouard u l-Banda Santa Marija ta’ dak iz-zmien.


San Guzepp


Izda meta d-deputati tal-festa ghamlu l-istedina liz-zewg baned biex ghall-festi ta’ l-1906 jaghmlu l-istess servizzi, inqala’ l-ghawg. Il-Banda Nicolo Isouard accettat l-istedina. Izda l-Banda Santa Marija qalu li jixtiequ li jiehdu sehem fil-festa ta’ l-Assunta imma bhala nies ta’ l-istess pajjiz. Minn din il-korrispondenza johrog car li kien hemm pika bejn il-baned. Fil-festa ta’ San Guzepp li giet wara, iz-zewg baned ipprezentaw irwiehhom biex idoqqu, meta wahda biss kienet mistennija li ddoqq. L-antiki jirrakkuntaw li x'hin beda joqrob il-hin biex tohrog il-purcissjoni, il-kap tal-pulizija tela’ f’nofs iz-zuntier u ordna liz-zewg baned biex hadd minnhom ma jdoqq. Heddidhom li min idoqq l-ewwel nota jarrestah! Ftit wara, Dun Ang Camilleri, li kien il-prokuratur tal-knisja, hareg mill-knisja u habbar li San Guzepp mhux ser johrog. Qal lil kulhadd biex imur lejn daru bil-kwiet. Kienu erba’ kelmiet li kkalmaw is-sitwazzjoni u evitaw konfrontazzjoni bejn l-ahwa - dawk li kienu kollha ulied (p.353) il-Mosta. Minghajr ma nidhlu fil-merti ta’ min kellu tort jew ragun, nikkonfermaw li l-purcissjoni ta’ San Guzepp thassret minhabba l-pika bejn il-baned. Izda din il-grajja ta’ ghajb, servietna wkoll ta’ lezzjoni. Ghax meta fl-1986 twaqqfet it-tieni banda fil-Mosta li wkoll inghatat l-isem ta’ Banda Santa Marija, il-kumitati qaghdu attenti biex din l-istorja ma tirrepetix ruhha. Hekk insibu li matul dawn l-ahhar ghoxrin sena z-zewg baned Mostin hadu sehem flimkien f’diversi okkazjonijiet.


Id-Duluri


Banda Nicolo isouard fil-purcissjoni tad-Duluri ta' Settembru l-Mosta(p.353) Il-Banda Nicolo Isouard taht id-direzzjoni ta’ Mro. Giovanni Vella tassisti ghall-hrug tal-purcissjoni tad-Duluri. Ritratt mehud bejn l-1923 u l-1927.

Fil-Hadd ta’ wara l-15 ta’ Settembru kienet tohrog il-purcissjoni tad-Duluri. Din kienet purcissjoni sekondarja ohra li fiha kienet tiehu sehem il-Banda. M'ghandna l-ebda kitba f’idejna li tikkonferma dan. Izda jezisti ritratt li ttiehed bejn l-1923 u l-1927 li juri l-hrug tal-purcissjoni tad-Duluri. Fuq palk armat ghall-okkazjoni fuq ix-xellug taht iz-zuntier, tidher il-Banda Nicolo Isouard taht id-direzzjoni ta’ Mro Ganni Vella.


San Pacifku


Il-Korp Sant ta’ San Pacifku fir-Rotunda l-Mosta(p.354) Il-Korp Sant ta’ San Pacifku – gisem shih ta’ wiehed mill-martri mic-cimiterju ta’ Priscilla li nghata lill-parrocca tal-Mosta fl-1783.

Il-festa ta’ San Pacifku Martri kienet ikkonsidrata bhala s-sekonda festa fil-Parrocca tal-Mosta. Il-Korp Sant li jinsab fin-nicca fuq l-artal tal-Kor huwa ta’ wiehed mill-martri li nqalghu mic-cimiterju ta’ Priscilla. Din ir-relikwa nghatat lill-parrocca (p.354) tal-Mosta fit-30 t'Awwissu 1783 fi zmien il-parrokat ta’ Dun Salv Saver Bonnici. Il-festa lil San Pacifku kienet issir b'certu pompa. Gieli anke nxteghlet il-faccata tal-knisja. Ghalhekk wiehed jifhem aktar, ghala l-Banda Nicolo Isouard kienet iddoqq f’din il-festa. Mill-gurnali nafu li fis-sena 1949 il-festa ta’ San Pacifku saret nhar il-Hadd, 11 ta’ Settembru, u dakinhar il-Banda Nicolo Isouard ghamlet marc u programm muzikali fil-pjazza tal-knisja.


Il-Qalb ta’ Gesu


Matul is-snin il-festa tal-Qalb ta’ Gesu fil-Mosta ziedet hafna fil-popolarita taghha. Wiehed mill-fatturi li ziedu din il-popolarita kien is-sehem tal-Banda Nicolo Isouard. Wara li l-attakki tat-Tieni Gwerra Dinjija bdew jitbieghdu minn Malta, sa mill-1944, il-Banda Nicolo Isouard bdiet tipprezenta Programm Muzikali fil-pjazza tal-knisja, nhar il-festa tal-Qalb ta’ Gesu. Kien fl-1948 - fiz-zmien li Dun Pawl Calleja kien Vici-Parroku tal-parrocca tal-Mosta - li l-Banda Nicolo Isouard akkumpanjat fil-purcissjoni tal-Qalb ta’ Gesu bid-daqq ta’ l-Innijiet Ewkaristici ghall-ewwel darba. Il-Banda Nicolo Isouard baqghet taghti sehemha fil-purcissjoni tal-Qalb ta’ Gesu sa l-1984.


Banda Nicolo isouard fil-purcissjoni tal-Qalb ta’ Gesu fl-2006 fil-Mosta(p.355) Il-Banda Nicolo Isouard fil-purcissjoni tal-Qalb ta’ Gesu fl-2006.

L-Arcipriet Dun Joe Carabott kien xtaq li lill-purcissjoni tal-Qalb ta’ Gesu jaghtiha bixra ta’ devozzjoni akbar. Ghal dan il-ghan kienu jigu nstallati lawdspikers matul it-triq tal-purcissjoni li minn fuqhom kien isir qari mill-iskrittura u l-kant ta l-innijiet biex il-poplu li jkun qieghed jiehu sehem fil-purcissjoni ikollu sehem attiv. Naturalment inholqot il-problema li d-daqq tal-banda u l-kant minn fuq il-lawdspikers ma jkunux jaqblu. Saru diversi esperimenli bil-ghan li din il-problema tigi solvuta. Izda kien kollu ghalxejn. Fl-1985 ittiehdet id-decizjoni li minn dik is-sena ma jkunx hemm aktar baned fil-purcissjoni tal-Qalb ta’ Gesu. Izda gara li ghalkemm il-purcissjoni kienet okkazjoni ta’ gabra akbar, in-nies li jiehdu sehem fiha bdew kulma (p.355) jmur jonqsu. Dan wassal biex fl-1994 l-Arcipriet Dun Joe Carabott rega' dahhal is-sehem tal-baned fil-purcissjoni tal-Qalb ta’ Gesu u minn dik is-sena bdew jiehdu sehem iz-zewg Baned Mostin. Il-Banda Santa Marija bdiet takkumpanja fil-bidu tal-purcissjoni, filwaqt li l-Banda Nicolo Isouard kompliet izzomm il-post tas-soltu, jigifieri wara s-Santissimu Sagrament. Dan l-arrangament baqa’ sejjer sa l-2006, meta l-Arcipriet Dun Mario Tong hass li m’hemmx lok ghal zewg baned fil-purcissjoni tal-Qalb ta’ Gesu. Itellghet il-polza bejn iz-zewg baned biex jigi deciz liema banda ser iddoqq fis-sena 2007, u imbaghad fis-snin ta’ wara, il-baned jalternaw kull sena bejniethom. Ir-rizultat kien li tibda l-Banda Nicolo Isouard li hadet sehem xorta wahda allavolja kellha servizz iehor fiz-Zejtun fejn akkumpanjat fil-purcissjoni ma’ l-istatwa ta’ Santa Katerina.


Hadd il-Palm


Nhar Hadd il-Palm il-Banda Nicolo Isouard kienet tohrog ukoll fil-berah biex ta’ kull sena ssemmaghlna muzika kiebja ta’ l-okkazjoni. Din l-uzanza baqghet sejra sas-snin hamsin tas-seklu l-iehor. Wiehed forsi jorbot programm bhal dan, mal-marci funebri. Izda mhux ezattament hekk, u biex nuru dan, ser ingibu l-programm li ndaqq mill-Banda Nicolo Isouard taht id-direzzjoni ta’ Ganni Vella fl-1940. F'dik is-sena l-programm kien sar il-Hadd ta’ qabel, jigifieri nhar l-10 ta’ Marzu 1940, u beda fit-3.00 ta’ wara nofsinhar. Ta’ min ifakkar li tliet xhur wara bdew l-attakki tat-Tieni Gwerra Dinjija fuq Malta. Il-muzika li ndaqqet kienet:

Marcia FunebreDoloresOrsomando
Le Sette ParoleA. Miruzzi
ResponsorioPlange Quasi VirgoV. Carabott
DolorosaGrieg
PreghieraThe RosaryNevin
Recordare DominoBugeja
ResponsorioJerusalem SurgeV. Carabott
Marcia FunebreA Mio PadreG. Vella
Innu PontificjuCh. Gounod
Innu Nicolo IsouardA. Miruzzi
La Marseillais (ad unur Nicolo Isouard)
God Save the King

Il-Gimgha l-Kbira


Banda Nicolo Isouard fil-purcissjoni tal-Gimgha l-Kbira fl-2001 fil-Mosta(p.356) Il-Banda Nicolo Isouard fil-purcissjoni tal-Gimgha l-Kbira fl-2001.

(p.356) Kulhadd jaqbel li ghall-Mostin l-akbar festa - wara dik ta’ Santa Marija - hija l-Gimgha l-Kbira. Is-sehem tal-Banda Nicolo Isouard f’din il-purcissjoni huwa xi haga li llum nistghu nsejhulha tradizzjonali. Xi marci funebri tas-Surmast Anton Miruzzi, tas-Surmast Ferdinandu Camilleri u ta’ Dun Pawl Mifsud li jinsabu biss u li jindaqqu biss mill-Banda Nicolo Isouard huma xhieda li l-Banda Nicolo Isouard ilha taghti dan is-servizz aktar minn mitt sena. Matul dawn is-snin kollha l-Banda dejjem akkumpanjat il-vara tal-Krucifissjoni jew kif nirreferu ghaliha - il-Vara l-Kbira. Mal-medda twila ta’ dawn is-snin, l-arkivju muzikali tas-Socjeta staghna b'madwar mitt marc funebru, uhud minnhom miktuba mis-surmastrijiet tal-Banda Nicolo Isouard u ohrajn ta’ surmastrijiet maghrufa. Kien ghalhekk illi f'dawn l-ahhar 15-il sena dawn il-marci gew maqsuma f’libretti differenti biex ta’ kull sena l-Banda Nicolo Isouard issemmaghlna marci differenti.


L-Irxoxt


Fit-18 t’April 1976, nhar l-Ghid il-Kbir, fil-Mosta zzanznet l-istatwa ta’ l-Irxoxt - xoghol l-iskultur Glormu Dingli. Din l-istatwa saret fuq l-inizjattiva ta’ ftit nies, fosthom Toni Vassallo u Pawlu Sammut, u giet irregalata lill-knisja. Harget ghall-ewwel darba mill-Oratorju Qalb ta’ Gesu f’pegint li beda fil-5:30 ta’ fil-ghaxija. Dakinhar il-Banda Nicolo Isouard imxiet u daqqet marci ferrieha quddiem l-istatwa ta l-Irxoxt. Fis-7.00 ta’ fil-ghaxija l-istatwa waslet fuq iz-zuntier tal-knisja fejn giet imbierka u imbaghad iddahhlet fil-knisja. Il-Banda Nicolo Isouard baqghet taghti s-servizz taghha fil-pegint ta’ kull sena.


Izda gara li fl-1978 il-purcissjoni ta’ l-Irxoxt sfrattat. Sena qabel jigifieri fl-1977, il-purcissjoni ta’ l-Irxoxt kienet regghet harget mill-Oratorju Qalb ta’ Gesu. Kien hemm grupp ta’ dilettanti li ressqu talba biex il-purcissjoni tibda tohrog mill-knisja u mhux mill-Oratorju. Argumentaw li ma jaghmilx sens li l-istatwa ta’ Kristu Rxoxt tigi esposta fil-knisja fl-ahhar hinijiet ta’ Hadd il-Ghid, wara li jidhol il-pegint. Wasal is-26 ta’ Marzu 1978, l-Ghid il-Kbir. Fil-ghaxija, il-Banda Nicolo Isouard kienet fil-pjazza ta’ l-Oratorju Qalb ta’ Gesu, iddoqq marci ferrieha u bdiet hierga l-pegint ta’ l-Irxoxt mill-kappella ta’ l-Oratorju. Il-Banda hadet postha biex (p.357) timxi wara l-persunaggi u quddiem l-istatwa ta’ Kristu Rxoxt. Bdiet iddoqq marc wara l-iehor, izda l-istatwa ma kienx hemm li tohrog. X'kien gara? Ir-reffiegha ta’ l-istatwa u xi rgiel ohra riedu garanzija mill-Arcipriet li mis-sena ta’ wara, il-purcissjoni tohrog mill-knisja u mhux mill-Oratorju. L-Arcipriet ma setax jaghti din il-garanzija u l-purcissjoni sfrattat. Gara dak li kien gara lill-purcissjoni ta’ San Guzepp sebghin sena qabel. Izda din id-darba l-Banda ma kellha l-ebda tort. Wara dan l-incident l-affarijiet trangaw u mill-1979 il-purcissjoni ta’ Kristu Rxoxt bdiet tohrog mill-Knisja Arcipretali.


Nhar l-Ghid il-Kbir ta’ l-2002, fil-31 ta’ Marzu, il-Banda daqqet ghall-ewwel darba sett ta’ valzi fil-purcissjoni ta’ Kristu Rxoxt. Kienet xi haga li ntlaqghet tajjeb mill-Mostin u li holqot atmosfera iktar serja izda ferrieha f'din l-okkazjoni.


Attivitajiet Muzikali fil-Knisja


Ic-Centinarju Pawlin fl-1960


Fis-sena 1960 il-Gzejjer Maltin iccelebraw id-Dsatax-il Centinarju mill-migja ta’ San Pawl fostna. F’dik l-okkazjoni l-Papa Gwanni XXIII kien baghat lill-Kardinal Aloisius Muench fostna bhala l-Legat tieghu. Nhar il-Gimgha, 22 ta’ Lulju 1960, kienet saret l-Akkademja Pawlina fir-Rotunda tal-Mosta.11 Din kienet ippreseduta mil-Legat tal-Papa u bdiet fil-5.30 ta’ fil-ghaxija. Il-kelliema f'din l-akkademja kienu:

  • l-Arcisoqf ta’ Liverpool Mons. Heenan li tkellem bl-Ingliz fuq ‘Shipwreck in the Mind of God.’
  • Mons. Pietru Pawl Saydon li tkellem bil-Malti fuq ‘It-Taghlim ta’ San Pawl Illum.’
  • Patri Alfonso Orlini OFM Conv li tkellem bit-Taljan fuq ‘La lieta ventura di Malta nel Naufragio di San Paolo.’

L-Orkestra, taht id-direzzjoni ta’ Patri Albert Borg, interpretat l-opra ‘Paulus’ ta’ Mendelssohn. F’din l-okkazjoni l-Banda Nicolo Isouard kienet fuq iz-zuntier tal-knisja ddoqq muzika ferrieha waqt li l-mistednin kienu qeghdin jingabru fir-Rotunda.


Pawlu ta’ Malta


Fuq ix-xewqa ta’ l-Arcipriet Dun Joe Carabott l-oratorju ‘Pawlu ta’ Malta’ gie pprezentat fir-Rotunda nhar il-Gimgha, 15 ta’ Frar 1985, fit-8:00 ta’ fil-ghaxija.12 Dan l-oratorju kien l-ewwel wiehed li nkiteb bil-Malti bil-kliem tal-Prof. Oliver Friggieri u muzika ta’ Charles Camilleri. Gie pprezentat fil-kappellun ta’ San Pawl taht id-direzzjoni ta’ Dun Gwann Galea quddiem udjenza ta’ Mostin u barranin li (p.359) mlew il-knisja sa l-inqas rokna. L-ispiza ghal din il-prezentazzjoni kienet ta’ Lm450. Minnhom is-Socjeta Filarmonika Nicolo Isouard offriet id-donazzjoni ta’ Lm50.


Esekuzzjonijiet mill-Banda


Aktar minn mitt sena ilu s-Surmast Anton Miruzzi kien ikkompona l-innu ‘Alla Beata Maria Vergine’ fuq kliem ta’ Dun Wistin Azzoppardi, li baqa' maghruf bhala l-Innu l-Kbir. Ghal hafna snin dan l-innu kien jindaqq fid-dhul tal-purcissjoni ta’ Santa Marija. Imbaghad wara li kien ilu ma jindaqq ghal numru gmielu ta’ snin, fl-ahhar tas-snin hamsin u fil-bidu tas-snin sittin tas-seklu l-iehor indaqq diversi drabi nhar it-13 t’Awissu, wara l-marc tradizzjonali.


Waqt laqgha li l-Arcipriet Dun Joe Carabott kellu mad-dirigenti tas-Socjeta Filarmonika Nicolo Isouard fil-bidu tal-parrokat tieghu, dawn ta’ l-ahhar informaw lill-Arcipriet bl-Innu l-Kbir u esprimew il-pre-okkupazzjoni taghhom dwar kif u meta dan l-Innu jista’ jindaqq fil-granet tal-festa ta’ Santa Marija. L-Arcipriet ippropona li jista’ jsir fil-knisja. Din il-proposta ntlaqghet b’entuzjazmu kbir mid-dirigenti tas-Socjeta u b’hekk insibu li fis-snin ta’ wara l-Banda Nicolo Isouard daqqet tlettax-il darba fir-Rotunda. Dawn kienu:

Banda Nicolo Isouard waqt l-Akkademja b’tifkira tal-Miraklu tal-Bomba nhar it-12 t’April, 1992 Mosta(p.358) Il-Banda Nicolo Isouard taht id-direzzjoni ta’ Mro. Victor Zammit waqt l-Akkademja b’tifkira tal-Miraklu tal-Bomba nhar it-12 t’April, 1992.

Banda Nicolo Isouard iddoq Alla Beata Maria Vergine fil-hrug min-nicca Santa Mosta 1995(p.359) Nhar id-29 ta’ Lulju 1995, il-Banda Nicolo Isouard esegwiet l-innu immortali ‘Alla Beata Maria Vergine’ ta’ Miruzzi meta Santa Marija nharget min-nicca.
  1. Nhar l-10 t’Awwissu 1983 fit-tmien anniversarju ta’ l-Inkurunazzjoni ta’ l-Assunta meta l-Innu ‘Alla Beata Maria Vergine’ ndaqq fil-knisja ghal l-ewwel darba.
  2. Fit-8 t’Awwissu 1985 fl-okkazjoni ta’ l-ghaxar anniversarju mill-Inkurunazzjoni. Il-Banda animat il-quddiesa bid-daqq taghha u wara esegwiet l-Innu ‘Alla Beata Maria Vergine.’
  3. L-istess sar nhar it-8 t’Awwissu 1988 fl-okkazjoni ta’ gheluq is-Sena Marjana.
  4. Nhar is-7 t’Awwissu 1990 fl-okkazjoni tal-hmistax-il-sena mill-Inkurunazzjoni. Il-Banda Nicolo Isouard regghet animat il-quddiesa ghal darb’ohra u wara esegwiet l-Innu l-Kbir.
  5. Nhar Hadd il-Palm, fit-12 t’April 1992, il-Banda Nicolo Isouard ipprezentat programni muzikali fil-knisja waqt l-akkademja li saret biex tfakkar il-hamsin anniversarju mill-Miraklu tal-Bomba meta nhar id-9 t’April 1942 bomba ta’ l-ghadu nifdet il-koppla u dahlet fil-knisja minghajr ma splodiet.
  6. Fid-29 ta’ Lulju 1995 il-Banda animat il-quddiesa u wara li l-istatwa harget min-nicca rega' gie pprezentat l-Innu l-Kbir fl-okkazjoni ta’ l-ghoxrin sena mill-Inkurunazzjoni.
  7. Fit-23 ta’ Marzu 1997 il-Banda pprezentat programm b’rabta mal-Gimgha Mqaddsa nhar Hadd il-Palm.
  8. F’Hadd il-Palm tas-sena ta’ wara, nhar il-5 t'April 1998 regghet esegwiet programm muzikali iehor tal-Gimgha Mqaddsa fil-Knisja Arcipretali.
  9. (p.360) B'rabta mas-sena tal-Gublew il-Kbir, nhar id-19 t'April 2000 – li kien jahbat l-Erbgha tat-Tniebri, il-Banda Nicolo Isouard ipprezentat il-Programm tal-Gimgha Mqaddsa ghar-raba' darba.
  10. Nhar is-7 t’Awwissu 2000 il-Banda regghet animat il-quddiesa u esegwiet l-lnnu l-Kbir ta’ Miruzzi fl-okkazjoni tal-25 anniversarju mill-Inkurunazzjoni.
  11. Fis-7 t’Awwissu 2002, l-lnnu ‘Alla Beata Maria Vergine’ gie pprezentat fil-knisja ghas-seba’ darba.
  12. Sena wara, fis-7 t’Awwissu 2003 il-Banda Nicolo Isouard regghet daqqet fil-knisja. Din id-darba interpretat ghall-ewwel darba ‘L-Ghanja tal-Konvoj ta’ Santa Marija’ - muzika tas-Surmast tal-Banda, Mro. Emanuel Spagnol, fuq il-versi tal-Prof. Oliver Friggieri.
  13. L-ahhar esekuzzjoni muzikali mill-Banda Nicolo Isouard fir-Rotunda saret nhar is-7 t’Awwissu 2006 meta ghal darb’ohra gie nterpretat l-lnnu ‘Alla Beata Maria Vergine’ ta’ Anton Miruzzi.

Pellegrinaggi u Konferenzi


Kungressi tax-Xirka ta’ l-Isem Imqaddes t’Alla


Banda Nicolo Isouard waqt korteo fit-12 t’Ottubru 1930 fl-okkazjoni tat-Tieni Kungress tax-Xirka ta’ l-Isem Imqaddes t’Alla Mosta(p.361) L-ewwel parti tal-korteo li sar nhar it-12 t’Ottubru 1930, fl-okkazjoni tat-Tieni Kungress Nazzjonali tax-Xirka ta’ l-Isem Imqaddes t’Alla. Fuq quddiem jidhru t-tfal bniet ikantaw u warajhom hemm il-bandisti tal-Banda Nicolo Isouard immexxia minn Mro. Ganni Vella.

L-ewwel Kungress tax-Xirka ta’ l-Isem Imqaddes t'Alla sar ir-Rabat fil-festa ta’ Pentekoste fl-1929. Ix-Xirka twaqqfet fil-Mosta nhar it-23 t’April 1929. Fit-12 t'Ottubru 1930, sar it-tieni Kungress Generali tax-Xirka. Dan il-Kungress kien sar fir-Rotunda tal-Mosta. Huwa stmat li kien hemm madwar 25,000 ruh li gew mid-divizjonijiet tal-Mosta, tar-Rabat, tal-Belt Valletta, tal-Birgu, ta’ Haz-Zebbug, taz-Zurrieq, tas-Siggiewi, ta’ Birzebbuga, ta’ Hal Qormi, ta’ Hal Lija u ta’ l-Imgarr.


Knisja tal-Mosta fit-12 t’Ottubru 1930 fl-okkazjoni tat-Tieni Kungress tax-Xirka ta’ l-Isem Imqaddes t’Alla(p.361) Fit-12 t’Ottubru 1930, il-knisja tal-Mosta kienet imballata bin-nies li attendew ghall-Kungress tax-Xirka.

Qabel ma beda dan il-Kungress l-imsehbin imxew f’korteo tul Triq il-Kungress Ewkaristiku. Il-Banda Nicolo Isouard bid-daqq taghha mexxiet dan il-korteo sal-pjazza tar-Rotunda. Hamsin sena wara rega’ nzamm Kungress iehor tax-Xirka ta’ l-Isem Imqaddes t’Alla, fil-Knisja Arcipretali tal-Mosta. Kien is-sebgha u erbghin kungress, li nzamm nhar il-25 ta’ Mejju 1980. Ghal darb’ohra l-Banda Nicolo Isouard mexxiet il-korteo tul Triq il-Kungress Ewkaristiku bid-daqq taghha.


Korteo tax-Xirka ta' l-Isem Imqaddes  t'Alla fil-Kungress li sar il-Mosta, nhar it-12 t’Ottubru, 1930(p.362) Parti ohra ta’ l-istess korteo tax-Xirka li turi divizjonijiet ta’ parrocci ohra li hadu sehem fil-Kungress li sar il-Mosta, nhar it-12 t’Ottubru, 1930.

Barra l-kungressi, ix-Xirka ta’ l-Isem Imqaddes t’Alla torganizza hafna laqghat u konferenzi f’postijiet differenti madwar Malta. Fil-Kazin tal-Banda Nicolo Isouard saru diversi minn dawn il-laqghat matul is-snin. Bhala ezempju nsemmu dik li saret fl-1 ta’ Novembru 1985 minn Patri Angeliku Vella u li ghaliha kien hemm prezenti hafna membri tas-Socjeta.


Festa ta’ Kristu Re


(p.362) Il-festa ta’ Kristu Re giet imwaqqfa mill-Papa Piju XI fil-11 ta’ Dicembru 1925. Mis-sena 1926 ‘il quddiem il-festa bdiet tigi organizzata f’Malta fuq skala nazzjonali. Kien isir korteo li ghalih kienu jigu mistiedna jiehdu sehem kemm l-ghaqdiet civici u socjali kif ukoll dawk religjuzi.


L-Organizzaturi tal-Festa ta’ Kristu Re baghtu stampa ta’ Kristu Re b’kitba fuqha li ggib id-data tat-30 t’Ottubru 1932. Huma rringrazzjaw lill-Kumitat tas-Socjeta Filarmonika Nicolo Isouard u baghtu l-awguri taghhom wara s-sehem tas-Socjeta fil-festi ta’ Kristu Re ta’ dik is-sena.


Pellegrinagg Marjan


F’Dicembru ta’ l-1953, il-Malta Band Club Association kienet organizzat Pellegrinagg Marjan ghall-knisja ta’ l-Immakulata Kuncizzjoni f’Bormla. Wara li s-Socjeta Filarmonika Nicolo Isouard hadet sehem f’dan il-pellegrinagg, l-Assistent Segretarju tal-Malta Band Club Association baghat ritratt ta’ l-Immakulata Kuncizzjoni bhala tifkira tas-sehem tas-Socjeta f’din l-attivita ta’ natura religjuza.


L-ewwel Gimgha tax-Xahar


L-imhabba bejn il-Qalb Imqaddsa ta’ Gesu u d-devozzjoni ta’ l-Ewwel Gimgha tax-xahar rabbew gheruq sodi fi hdan is-Socjeta Filarmonika Nicolo Isouard. Dawn hadu spinta ’l quddiem madwar sittin sena ilu. L-ewwel, kif diga rajna, billi fl-1946 is-Socjeta Filarmonika Nicolo Isouard giet ikkonsagrata solennement lill-Qalb Imqaddsa ta’ Gesu, u imbaghad billi l-Banda bdiet tiehu sehem attiv fil-purcissjoni tal-Qalb ta’ Gesu. Tajjeb nghidu li barra li l-Banda kienet iddoqq wara s-Santissimu Sagrament taht il-baldakkin, il-kumitat u l-membri tas-Socjeta kienu jakkumpanjaw fil-purcissjoni wara l-Bandalora tas-Socjeta - u kienu jkunu numeruzi.


Qabel kull l-Ewwel Gimgha tax-Xahar kien jitpogga avviz f’post prominenti fil-Kazin biex ifakkar lill-membri fil-weghda li Gesu kien ghamel lil Santa Margerita Alacoque u jheggighom biex jitqarbnu. Dan l-avviz kien hareg bil-permess tal-Kurja nhar l-20 ta’ Settembru 1941. Kien jingieb konfessur fil-Kazin biex il-membri jkunu jistghu iqerru bl-akbar facilita. Izda din id-drawwa devota hadet spinta ohra ’l quddiem fl-1983, meta Dun Karm Mifsud lahaq Kappillan tas-Socjeta Filarmonika Nicolo Isouard.


Quddiesa fil-Kazin


Fl-ewwel laqgha li Dun Karm kellu mal-kumitat, hu hareg bil-proposta biex fl-ewwel Gimgha ta’ kull xahar tibda ssir quddiesa fil-Kazin li ghaliha jattendu l-membri tas-Socjeta. Gie miftiehem li jqaddes Dun Karm innifsu, u l-konfessur jibqa’ jigi xorta wahda. Aktar tard Dun Karm stess gab il-permess minghand l-Arcisqof Guzeppi Mercieca, biex din il-quddiesa li kienet qeghda thalli hafna gid fost il-membri, tkompli ssir. Illum iqaddes il-Kappillan tas-Socjeta - Mons. Bartilmew Bezzina - u l-quddiesa ta’ l-ewwel Gimgha tax-xahar tigi offruta b’suffragju ghall-erwieh tal-membri tas-Socjeta jew qraba taghhom li jkunu mietu fix-xhur ta’ qabel.


Kien hemm diversi okkazjonijiet ohra meta saret quddiesa fil-Kazin. Diga semmejna z-zewg quddisiet li kienu saru fil-bitha tal-Kazin - fit-13 t’Ottubru 1946 u fit-12 t’Awwissu 1956. Quddiesa ohra saret fil-bitha tal-Kazin nhar il-Hadd, 10 t’Ottubru 1971 fil-ghodu. Qaddes l-Arcipriet tal-Mosta Dun Bartilmew Bezzina li assistieh bhala djaknu Dun Pawl Calleja - il-Kappillan tas-Socjeta. Din id-darba ntrama artal mejda biex ic-celebrant iqaddes wiccu lejn il-kongregazzjoni. Il-quddiesa kienet il-ftuh tal-festi li saru biex ifakkru l-Ewwel Centinarju mit-twaqqif tal-Banda. Ghaliha attendew hafna bandisti u membri tas-Socjeta kif ukoll xi mistiedna distinti.


Quddiesa ta’ ringrazzjament ohra saret nhar il-Hadd, 13 t’Ottubru 1996. fl-okkazjoni tal-festi li saru biex ifakkru il-125 anniversarju mit-twaqqif (p.364) tal-Banda Nicolo Isouard fil-Mosta. Din ukoll saret fil-ghodu fil-bitha tal-Kazin. Intrama artal mejda ghall-okkazjoni u wara l-artal kien hemm il-kwadru tal-Qalb ta’ Gesu – l-istess wiehed li quddiemu saret il-Konsagrazzjoni tas-Socjeta, hamsin sena qabel. Il-quddiesa kienet ikkoncelebrata mill-Arcipriet tal-Mosta Dun Joe Carabott u l-Kappillan tas-Socjeta Dun Karm Mifsud. Ghal darb’ohra l-bitha tal-Kazin kienet mimlija bil-bandisti, membri tas-Socjeta u mistednin ohra.


Artal storiku


L-artal tas-Socjeta Filarmonika Nicolo Isouard Mosta(p.364) Ganni Gatt hdejn l-artal li hu stess irregala lis-Socjeta Filarmonika Nicolo Isouard nhar is-26 t’Ottubru, 2004.

Kif ghidna, il-quddies fl-okkazjonijiet specjali li semmejna saru fil-bitha tal-Kazin. Izda l-quddiesa ta’ l-ewwel Gimgha tax-xahar kienet issir fil-ghaxija f'sala li kienet tigi armata ghall-okkazjoni. Din is-sala hadet xehta ohra mill-2004 ‘il quddiem. Nhar is-26 t’Ottubru 2004, is-Sur Ganni Gatt irregala artal ta’ l-irham abjad lis-Socjeta permezz ta’ kitba quddiem in-nutar Clinton Bellizzi. Dan l-artal kien fil-Kappella tal-Museum fil-Blata l-Bajda. Izda kellu jitnehha minn postu meta kien deciz li l-gisem ta’ San Gorg Preca jitpogga f’din il-kappella ghad-devozzjoni tal-poplu Malti kollu. Dan l-artal originarjament kien gie kkonsagrat mill-Isqof Mons. Mikiel Gonzi fis-26 t’Ottubru 1947. Wara li tnehha mill-kappella tal-Museum kien spicca ghand is-Sur Ganni Gatt li min-naha tieghu rregalah lis-Socjeta Filarmonika Nicolo Isouard. Intrama fis-sala li fiha kienet issir il-quddiesa (p.365) ta’ l-ewwel Gimgha tax-xahar. Kien gie mbierek mill-Arcipriet Dun Mario Tong qabel ma saret il-quddiesa ta’ l-ewwel Gimgha tax-xahar, nhar il-5 ta’ Novembru 2004. Fl-okkazjoni ta’ l-400 sena tal-Parrocca tal-Mosta, sar artal mejda tal-gewz biex jintuza ghall-quddiesa ta’ l-ewwel Gimgha tax-xahar.


Sala San Gorg Preca


Pittura ta’ San Gorg Preca fuq l-artal fil-Kazin Nicolo Isouard Mosta(p.365) Is-Sur Ivan Scerri jipprezenta l-pittura ta’ San Gorg Preca biex titqieghed fuq l-artal fil-Kazin.

Kif intrama l-artal ta’ l-irham, is-sala nghatat l-isem ta’ ‘Sala Beatu Gorg Preca.’ Imbaghad nhar is-16 ta’ Marzu 2005, is-sur Ivan Scerri pprezenta pittura tal-Beatu Gorg Preca, li saret mill-maghruf Raymond Pitre u tpoggiet fuq l-artal. Wara li nhar il-Hadd, 3 ta’ Gunju 2007, saret il-Kanonizzazzjoni tal-Beatu Dun Gorg Preca mill-Q.T. il-Papa Benedittu XVI fil-Vatikan, isem is-sala fil-Kazin inbidel u sar ‘Sala San Gorg Preca.’


Is-Socjeta Filarmonika Nicolo Isouard ghandha wkoll xi tifkiriet marbuta ma’ San Gorg Preca - l-ewwel qaddis Malti. Nhar il-Gimgha, 10 t'Awissu 1956, Dun Gorg Preca kien gie l-Kazin Nicolo Isouard biex fis-7:00 ta fil-ghaxija jaghmel konferenza lill-membri tas-Socjeta. Il-kumitat kien iddecieda li ssir din il-konferenza bi preparazzjoni ghat-tigdid tal-Konsagrazzjoni tas-Socjeta lill-Qalb Imqaddsa ta’ Gesu u l-Qalb bla Tebgha ta’ Marija li sehhet nhar it-12 t'Awwissu 1956.


Imbaghad nhar l-Erbgha, 9 ta’ Mejju 2007, tliet gimghat qabel ma San Gorg Preca gie ddikjarat qaddis, il-Kummissjoni Kultura fi hdan is-Socjeta organizzat serata muziko-letterarja bl-isem ‘Dun Gorg Preca - l-Ewwel Qaddis Malti,’ fis-Sala San Gorg Preca. Wiehed mill-kelliema kien Dr Anthony Abela Medici li kien responsabbli mill-ezumazzjoni fuq il-gisem ta’ Dun Gorg Preca. Fl-ahhar ta’ din is-serata Dr Abela Medici ghogbu jirregala lis-Socjeta Filarmonika Nicolo Isouard (p.366) relikwa tat-tielet grad ta’ San Gorg Preca. Din ir-relikwa tikkonsisti f’parti minn ingwanta li uza Dr Abela Medici stess waqt li kien jahdem fuq l-ezumazzjoni ta’ Dun Gorg. Skond id-data li hemm fuq l-istess relikwa l-ingwanta ntuzat nhar is-7 ta’ Lulju, 2000.


F’jum il-Festa ta’ Santa Marija 2007, Mons. Bartilmew Bezzina - Kappillan tas-Socjeta - ghogbu jirregala lis-Socjeta Nicolo Isouard relikwa ta’ l-ewwel grad ta’ San Gorg Preca li tikkonsisti fi troffa xahar ta’ San Gorg innifsu, kif ukoll parcmina bil-konferma ta’ l-awtenticita taghha. Din ir-relikwa, flimkien ma’ l-ohra tat-tielet grad li pprezentalna Dr Abela Medici, huma mizmuma b'qima kbira mis-Socjeta.


Uzanzi Ohra


Tberik ta' wirja sagra fil-Kazin Nicolo Isouard Mosta(p.266) L-E.T. Mans. Mario Grech, Isqof t’Ghawdex, jinawgura l-Wirja Sagra nhar is-27 ta’ Marzu, 2007.

Minn zmien ghal iehor isiru laqghat organizzati mill-Kummissjoni Kultura b'kelliema professjonali intizi fuq is-suggett maghzul. L-ahhar laqgha ta’ din ix-xorta saret fit-22 ta’ Frar 2008, meta l-Kanonku Dun Antoine Borg ghamel tahdita spiritwali ghal zmien ir-Randan.


Tberik ta' presepju fil-Kazin Nicolo Isouard Mosta(p.367) L-ET. Mons. Adeodato Micallef jidher ibierek il-presepju kbir statiku ta’ Raymond Deguara fit-13 ta’ Dicembru 2006.

Fi zmien il-Milied, matul il-Gimgha Mqaddsa u fil-festa ta’ Santa Marija l-artal fis-Sala San Gorg Preca jigi armat skond l-okkazjoni mill-Kummissjoni zghazagh fi hdan is-Socjeta. Barra minn hekk, fl-istess zminijiet jittellghu wirjiet marbuta ma’ kull zmien partikulari. Matul il-Gimgha Mqaddsa l-Kummissjoni Kultura tiehu hsieb ittella' wirja artistika b'xi tema marbuta mal-Passjoni ta’ Sidna Gesu Kristu. Imbaghad ghal zmien il-Milied Raymond Deguara jarma l-presepju kbir statiku fil-Kazin. Tajjeb li nghidu li Raymond rebah l-ewwel post fil-kompetizzjoni nazzjonali tal-presepji kemm-il darba.


Banda Nicolo Isouard fl-Oratorju Qalb ta’ Gesu l-Mosta fil-Milied(p.367) Il-Banda Nicolo Isouard fl-Oratorju Qalb ta’ Gesu waqt is-Serata ta’ l-Ghanjiet tal-Milied.

Uzanza ohra marbuta mal-festi tal-Milied huwa l-programm ta’ Ghanjiet tal-Milied li ta’ kull sena, il-Banda Nicolo Isouard tipprezenta fl-Oratorju Qalb ta’ Gesu. F'dawn l-ahhar snin il-programm qieghed jillella’ fil-kappella ta’ l-Oratorju. Matulu jsir wkoll qari mill-Iskrittura Mqaddsa.


(p.367) Insemmu wkoll il-Visti lil Gesu Sagramentat fl-Artal tar-Ripozizzjoni li jigu organizzati mis-Socjeta Nicolo Isouard ta’ kull sena nhar il-Gimgha l-Kbira fil-ghodu. Ghalihom jattendu hafna nies u ghalhekk il-kumitat tas-Socjeta jkompli jsahhah id-determinazzjoni tieghu biex ikompli jorganizza attivitajiet bhal dawn.


F'Rabta mal-Papa, Isqfijiet u l-Kleru


Ahna l-Maltin konna xxurtjati li l-Papa Gwanni Pawlu II gie jzurna darbtejn. L-ewwel zjara kienet bejn il-25 u s-27 ta’ Mejju 1990. Kellu jghaddi mill-Mosta nhar is-Sibt, 26 ta’ Mejju, ghall-habta tat-8:00 ta’ fil-ghodu. Il-Mostin hargu bi hgarhom u kienu qeghdin jistennew li jaraw lill-Papa ghaddej bil-Popemobil, ghax hekk konna avzati. Izda gara li min kellu s-sahha li jiddeciedi, ried li l-Papa jghaddi mill-Mosta b'mod mohbi ghal kollox. Il-vjagg minn H'Attard sas-Santwarju tal-Mellieha li skond il-programm kellu jsir mit-8.00 sat-8.30 ta’ fil-ghodu, fil-verita sar bejn it-8:15 u t-8:30. Intuzat karozza maghluqa bi hgieg skur u kontra kull etika diplomatika lanqas (p.369) il-bandiera tal-Papa ma kellha. Ghall-kuntrarju, mis-Santwarju tal-Mellieha sal-Marfa, jigifieri fid-dizabitat, il-karozza tal-Papa kellha l-bandiera safra u bajda tperper!


Papa Gwanni Pawlu II misjuq b’velocita qawwija fit-toroq tal-Mosta fis-26 ta’ Mejju, 1990(p.368) Il-Papa Gwanni Pawlu II misjuq go karozza maghluqa b’velocita qawwija fit-toroq tal-Mosta nhar is-26 ta’ Mejju, 1990.

Il-kumitat tas-Socjeta Filarmonika Nicolo Isouard kien fehem li l-migja tal-Papa fostna kellha tkun grajja singulari li thalli fostna hafna gid spiritwali. Ghalhekk, dakinhar tas-26 ta’ Mejju, il-Banda Nicolo Isouard harget fil-pjazza biex issellem lill-Q.T. il-Papa u fl-istess hin tferrah il-folol li kienu herqana jistennew il-migja tieghu fostna. Bejn is-7:45 u 8:15 ta’ fil-ghodu, il-Banda daqqet l-Innu Ufficjali tal-Papa li nkiteb ghall-okkazjoni, erba' darbiet. Kull darba n-nies bdiet tkanta mal-Banda u x’hin jispicca d-daqq tinfexx f’capcip li jtarrax. Izda fir-raba’ darba ma garax hekk. Ghaliex hekk kif il-karozza tal-Papa ghaddiet minn fostna b'velocita li qabzet il-hamsin kilometru fis-siegha, kulhadd baqa’ ccassat ma jistax jifhem x'kien gara. B’dan kollu, waqt li lill-Papa ghaddewh bhal lehha ta’ berqa, il-Banda Nicolo Isouard kienet qeghda ssellimlu bid-daqq ta’ l-innu ufficjali. Il-Banda, flimkien mal-poplu Mosti, wettqu dmirhom u biex tibqa’ mfakkra din il-grajja, fil-Kazin Nicolo Isouard hemm certifikat iffirmat mill-Arcisqof Mons. Guzeppi Mercieca.


Papa Gwanni Pawlu II fit-toroq tal-Mosta fit-8 ta’ Mejju 2001(p.368) Il-Baned Mostin isellmu lill-Papa Gwanni Pawlu II meta ghadda fil-Popemobil nhar it-8 ta’ Mejju, 2001.

It-tieni zjara tal-Papa fostna sehhet bil-ghan li nhar l-Erbgha, 9 ta’ Mejju 2001, il-Papa Gwanni Pawlu II jibbeatifika lit-tliet Maltin bhalna - Dun Gorg Preca, Nazju Falzon u Sor Marija Adeodata Pisani. Din id-darba il-Papa kien alloggjat fin-Nunzjatura f'tal-Virtu r-Rabat. Nhar it-8 ta’ Mejju, ghall-habta tas-6.00 ta’ fil-ghaxija, il-Papa ghadda mill-pjazza tal-Mosta fi triqtu min-Nunzjatura ghall-Belt Valletta. Din id-darba il-Papa kien fil-Popemobil u misjuq bil-mod, isellem bi tbissima u jbierek lil kulhadd. Il-pjazza u t-toroq tal-Mosta minfejn ghadda l-Papa kienu mzejna u mimlija bin-nies, herqana biex isellmu lill-Papa. Il-ferh u s-sens ta’ sodisfazzjon kien evideti fuq wicc kulhadd. Il-Bandisti tal-Banda Nicolo Isouard inghaqdu ma’ bandisti mill-Banda Santa Marija u mill-Banda ta’ l-Iskawts tal-Mosta biex giet iffurmata mass band ghall-okkazjoni. Din il-banda kienet fil-pjazza tal-knisja ddoqq muzika ferrieha biex tkompli zzid l-entuzjazmu tan-nies. X'hin il-Papa ghadda biswit ir-Rotunda, il-Banda sellmitlu bid-daqq ta’ l-Innu tal-Papa.


Nistghu nghidu li l-organizzaturi, li hdax-il sena qabel kienu ghaddew lill-Papa mill-Mosta bl-aktar mod umiljanti, din id-darba raw kif ghamlu biex lill-Papa jghadduh mill-qalba tal-Mosta allavolja tawlulu r-rotta sal-Belt. B’hekk saret gustizzja mal-Mostin u mal-Q.T. il-Papa nnifsu.


Prelati tal-Knisja


Wahda mill-uzanzi sbieh tas-Socjeta Filarmonika Nicolo Isouard hija li nhar il-festa ta’ Santa Marija, torganizza r-riceviment tal-festa wara l-Pontifikal Solenni gewwa r-Rotunda. Ghar-riceviment jigu mistiedna c-celebrant principali, l-Arcipriet u l-kleru flimkien ma' mistednin ohra. Matul is-snin dawn l-okkazjonijiet hallewlna (p.371) hafna tifkiriet sbieh. Kellna fostna diversi prelati tal-knisja sew Maltin kif ukoll barranin. Fosthom Kardinali u Isqfijiet li min-naha taghhom hallewlna l-kallotti b’tifkira taz-zjara taghhom fostna. Qeghdin nippubblikaw lista ta’ sittax-il kallotta li gew irregalati lis-Socjeta matul is-snin, sew fl-okkazjoni tal-festa ta’ Santa Marija kif ukoll f'okkazjonijiet ohra.

Zjara Arcisqof Mikiel Gonzi fil-Kazin Nicolo Isouard Mosta fl-1960(p.370) L-Arcisqof Mons. Mikiel Gonzi jipprezenta l-kallotta tieghu meta zar il-Kazin Nicolo Isouard fil-15 t’Awwissu, 1960.

Zjara Arcisqof Guzeppi Mercieca fil-Kazin Nicolo Isouard Mosta 1985(p.370) L-Arcisqof ta’ Malta Mons. Guzeppi Mercieca jinawgura u jbierek l-Arkivju u s-Sala tal-Kumitat nhar id-9 t’Awwissu, 1985.
  1. 15 t’Awwissu 1960: Mons. Sir Michael Gonzi - Arcisqof ta’ Malta, mistieden fil-Kazin wara l-Pontifikal tal-Festa fl-okkazjoni ta’ l-ewwel centinarju minn meta tlesta l-bini tar-Rotunda. Aktar kmieni l-Banda Nicolo Isouard mexxiet lill-Mostin li ghamlu dimostrazzjoni kbira lill-Arcisqof matul Triq il-Kungress Ewkaristiku.
  2. 15 t'Awwissu 1975: Il-Kardinal Corrado Ursi - Arcisqof ta’ Napli, zar il-Kazin u kixef irhama kommemorattiva mal-faccata tal-Kazin wara li mexxa l-Pontifikal tal-Festa. Aktar kmieni l-Banda Nicolo Isouard kienet mexxiet lill-Mostin f'dimostrazzjom ad unur il-Kardinal.
  3. Il-Gimgha, 9 t'Awwissu 1985: Mons. Guzeppi Mercieca - Arcisqof ta’ Malta, mistieden il-Kazin fejn inawgura arkivju muzikali u l-ghamara gditla fis-Sala tal-Kumitat.
  4. 15 t'Awwissu 1985: Mons. Mariano Przykucki - Isqof ta’ Chelmo fil-Polonja, zar il-Kazin wara li aktar kmieni kien mexxa l-Pontifikal Solenni u ghamel il-panigierku tal-festa.
  5. 15 t'Awwissu 1988: Mons. Paolo Giglio - Nunzju Appostoliku fin-Nicaragua, mistieden ta’ l-unur fil-Kazin wara li kien mexxa l-Pontihkal Solenni tal-festa ta’ Santa Marija.
  6. 7 t'Awwissu 1990: Kardinal Mons. Giuseppe Casoria - Arcisqof Titulari ta’ San Giuseppe in Via Trionfale, mistieden ta’ l-unur ghall-esekuzzjoni ta’ l-Innu ‘Alla Beala Maria Vergine’ fir-Rotunda, fl-okkazjoni tal-hmistax-il anniversarju mill-Inkurunazzjoni tal-Assunta u l-erbghin sena mid-Domma.
  7. 15 t'Awwissu 1993: Mons. Jan Kopiec - Isqof Awziljarju fid-Djoeesi ta’ Opole fil-Polonja, mistieden ta’ l-unur wara li qabel kien mexxa l-Pontifihkal Solenni tal-festa.
  8. 15 t'Awwissu 1995: Mons. Jose Sebastian Laboa - Nunzju Appostoliku ta’ Malta, zar il-Kazin wara li mexxa l-Koncelebrazzjoni Solenni tal-festa ta’ Santa Marija.
  9. 15 t'Awwissu 1996: Mons. Giacinto Boulos Marcuzzo - Isqof Titular ta’ Emmaus u Isqof Awziljarju ta’ Nazaret, mistieden ta’ l-unur wara l-Pontifikal Solenni fir-Rotunda.
  10. 15 t'Awwissu 1997: Mons. Arcisqof Zenon Grocholewski, mill-Polonja - Segretarju fis-Segnatura Appostolica, kien mistieden il-Kazin wara li aktar kmieni kien mexxa l-Pontihkal Solenni u ghamel il-Panigierku tal-festa.
  11. 15 t'Awwissu 1998: L-Arcisqof Spanjol, Mons. Francesco Gil Hellin - Segretarju tal-Kunsill Pontificju ghall-Familja, fil-Vatikan, zar il-Kazin wara li mexxa l-Pontifikal Solenni tal-festa.
  12. 15 t'Awwissu 1999: Mons. Annetto Depasquale - Isqof Titulari ta’ Aradi u Isqof Awziljarju ta’ Malta, mistieden ta’ l-unur wara li kien mexxa l-Koncelebrazzjoni Solenni tal-festa.
  13. 13 t'April 2001: Mons. Edward Michal Nowak, Pollakk - Arcisqof Titular ta’ Luni u s-Segretarju tal-Kongregazzjoni tal-Kawzi tal-Qaddisin, zar il-Kazin nhar il-Gimgha l-Kbira u apprezza hafna l-Wirja Sagra fl-okkazjoni tal-Gimgha Mqaddsa.
  14. 15 t'Awwissu 2002: Mons. Arcisqof Michel Sabbah - Patrijarka ta’ Gerusalem, mistieden ta’ l-unur wara li mexxa l-Pontifikal tal-Festa. Fil-kazin. Mons. Arcisqof bierek is-Sala Principali wara li giet rinnovata mill-gdid.
  15. 13 ta’ Dicembru 2006: Mons. Adeodato Micallef - Isqof Emeritus tal-Kuwajt, mistieden ta’ l-unur ghas-serata li fiha Mons. Isqof inawgura l-wirja ta’ presepji armati fil-Kazin.
  16. 27 ta’ Marzu 2007: Mons. Mario Grech - Isqof ta’ Ghawdex, mistieden ghas-serata fl-okkazjoni tal-Gimgha Mqaddsa. Imbaghad Mons. Isqof inawgura l-Wirja Sagra fil-Kazin Nicolo Isouard.

Aktar tifkiriet


Isqof Awziljarju Mons. Emmanuel Galea fil-Kazin Nicolo Isouard Mosta fl-1946(p.373) L-Isqof Awziljarju Mons. Emmanuel Galea jbierek il-Bandalora li tfakkar il-75 Anniversarju mit-twaqqif tal-Banda, nhar l-20 t'Ottubru, 1946.

Ghandna wkoll tifkiriet specjali ta’ l-E.T. l-Isqof Awziljarju, Mons. Emmanuel Galea. L-Isqof Galea ghex hajja qaddisa u llum qeghda ssir hidma bil-ghan li jigi bbeatifikat u mgholli ghall-qima fuq l-artali.


Fl-20 t’Ottubru 1946, huwa kien il-mistieden ta’ l-unur meta giet inawgurata l-bandalora biex tfakkar il-75 anniversarju mit-twaqqif tal-Banda Nicolo Isouard fil-Mosta. Dakinhar l-Isqof Galea kien bierek din il-bandalora bhala parti mill-festi li kienu saru biex ifakkru dan l-anniversarju.


L-lsqof Galea rega' kien fostna nhar il-Hadd, 17 t'Ottubru 1971, fl-okkazjoni tal-festi ta’ l-Ewwel Centinarju mit-twaqqif tal-Banda. Huwa kien mistieden bhala l-Vigarju Generali u assista ghall-inawgurazzjoni ta’ l-irhama kommemorattiva li nkixfet mill-Gvernatur Generali ta’ Malta Sir Anthony Mamo u li giet imbierka mill-Kardinal Corrado Ursi.


Esperjenza ohra sabiha kienet meta l-Kumitat tas-Socjeta mmexxi mill-President is-Sur Nazzareno Vassallo u l-Kappillan tas-Socjeta Mons. Bartilmew Bezzina ghamel zjara ta’ kortesija lill-Arcisqof Mons. Pawlu Cremona O.P. fl-okkazjoni ta’ l-erba’ mitt sena mit-twaqqif tal-Parrocca tal-Mosta. Il-laqgha saret nhar (p.373) it-Tlieta,


20 ta’ Novembru 2007 fil-ghodu, fil-Kurja u kienet kordjali ghall-ahhar. F'din l-okkazjoni l-Arcisqof gie pprezentat b’kopja tal-ktieb ‘Mustensia II’ u l-Annwal 2007 li gew ippubblikati mis-Socjeta Filarmonika Nicolo Isouard.


Arciprieti


Kull meta jilhaq Arcipriet gdid fil-Mosta, il-kumitat tas-Socjeta Filarmonika Nicolo Isouard jahtruh President Onorarju tas-Socjeta. Dan isir b'sens ta’ rispett lejn l-awtorita ta’ l-Arcipriet.


Bhala Socjeta li tinvolvi ruhha bis-shih fl-attivitajiet li jsiru fil-Mosta, specjalment fil-festa ta’ Santa Marija, is-Socjeta Filarmonika Nicolo Isouard tirsisti biex ikun hemm koperazzjoni shiha bejnha u l-Arcipriet li jkun qieghed imexxi l-Parrocca. L-attivitajiet li jsiru bil-koperazzjoni taz-zewg nahat huma minnhom innifishom tifkiriet li jaglimlulna unur. Izda fil-Kazin ghandna xi tifkiriet sentimentali li kontinwament ifakkruna fl-Arciprieti tal-Parrocca tal-Mosta.


L-Arcipriet Dun Girgor Borg kien Arcipriet tal-Mosta bejn l-14 t’Awwissu 1930 sa mewtu li grat fit-2 ta’ Gunju 1942. Ritratt awtografat tieghu, b’dedika lill-kumitat u l-membri tas-Socjeta u li jgib id-data ta’ l-20 Settembru 1930, huwa mizmum fil-Kazin b’ghozza kbira.


L-Arcipriet Dun Karm Sciberras ha l-pusses tal-Parrocca tal-Mosta nhar l-10 ta’ Frar 1943. Fl-1948 halla r-riedni tal-Parrocca minhabba sahhtu. Bejn l-1928 u l-1940 u bil-hidma tieghu nbena l-Oratorju Qalb ta’ Gesu.


Nhar it-28 ta’ Novembru 1993, il-Banda Nicolo Isouard tat sehemha fl-Akkademja li saret fis-sala ta’ l-Oratorju Qalb ta’ Gesu b’tifkira ta’ gheluq il-mitt sena mit-twelid tieghu. Id-direttur ta’ l-Oratorju Qalb ta’ Gesu, Dun Ang Camilleri, ipprezenta plakka lill-President tas-Socjeta, is-Sur Guze Cauchi, bhala apprezzament ghas-sehem tal-Banda Nicolo Isouard f’din l-okkazjoni.


L-Arcipriet Dun Pawlino Galea ha l-pusses tal-Parrocca tal-Mosta nhar il-5 ta’ Novembru 1948 u baqa’ Arcipriet sakemm f'Mejju 1960 inhatar Kanonku Kapitolari tal-Katidral. B'tifkira ta’ dan l-Arcipriet ghandna ritratt tieghu b'dedika lis-Socjeta. Dan ir-ritratt kien ipprezentat lis-Socjeta fl-1933, meta Dun Pawlin kien Kappillan f'Hal-Gharghur.


Mons. Bartolomeo Bezzina jirregala relikwa ta’ San Gorg Preca lis-Socjeta Filarmonika Nicolo Isouard Mosta(p.374) Mons. Bartolomeo Bezzina jirregala r-relikwa ta’ l-ewwel grad ta’ San Gorg Preca lis-Socjeta Filarmonika Nicolo Isouard nhar il-15 t'Awwissu, 2007.

L-Arcipriet Dun Bartilmew Bezzina ha l-pussess tal-Parrocca tal-Mosta nhar is-Sibt, 13 t'Awwissu 1960. F'dik il-ghodwa l-Banda Nicolo Isouard akkumpanjat lill-Arcipriet il-gdid mill-Oratorju Qalb ta’ Gesu sal-Knisja Arcipretali. Imbaghad l-Arcidjaknu Mons. Joseph Apap Bologna mexxa c-cerimonja tal-Pussess. Dam f’din il-kariga sa Lulju 1981 meta gie mahtur Monsinjur Onorarju tal-Katidral Metropolita ta’ Malta. Illum Mons. Bartilmew Bezzina huwa l-Kappillan tas-Socjeta Filarmonika Nicolo Isouard u ghandna diversi tifkiriet sentimentali tieghu. Fil-15 t'Awwissu 1976, l-Arcipriet Bezzina gie milqugh fil-Kazin Nicolo Isouard mill-President u l-membri tal-Kumitat ghall-festin tal-festa li sar f’giehu, f’gheluq il-25 sena mill-Ordinazzjoni Sacerdotali tieghu. F’din l-okkazjoni l-President is-Sur Carmelo Schembri, pprezentalu gabarre sabih.


Nhar il-15 t’Ottubru 1996, Mons. Bezzina rregalalna plattin tal-fidda fl-okkazjoni tal-125 anniversarju mit-twaqqif tal-Banda Nicolo Isouard fil-Mosta. Fl-10 t'Awwissu 2003, Mons. Bezzina rregalalna l-mitra tieghu fl-okkazjoni tal-hatra (p.375) tieghu bhala Kapillan Onorarju tas-Socjeta Filarmonika Nicolo Isouard. U kif semmejna aktar qabel, Mons. Bezzina ghogbu jirregala wkoll lis-Socjeta relikwa ta’ l-ewwel grad ta’ San Gorg Preca.


Bhala parti mill-programm ta’ l-attivitajiet marbuta ma’ l-400 anniversarju tal-Mosta bhala parrocca, il-Banda Nicolo Isouard ipprezenlat il-Kuncert ta’ l-Epifanija nhar il-5 ta’ Jannar 2008, fis-sala ta’ l-iskola Gilju tal-Widien. Is-serata kienet iddedikata lill-Arcipriet ta’ l-Inkurunazzjoni, Mons. Bartilmew Bezzina, bhala eks-Arcipriet tal-Mosta. Dakinhar il-Monsinjur ghogbu jirregala lis-Socjeta pjaneta rumana rikka li kien juza hu. Din hija l-istess pjaneta li kien libes nhar l-10 t’Ottubru 1971, meta qaddes fil-Kazin fl-okkazjoni ta’ l-Ewwel Centinarju tal-Banda.


Arcipriet Dun Joe Carabott jaghti rigal lis-Socjeta Filarmonika Nicolo Isouard Mosta fl-1981(p.375) Ir-rigal li l-Arcipriet Dun Joe Carabott ipprezenta lis-Socjeta Filarmonika Nicolo Isouard fl-ewwel zjara li ghamel fil-Kazin nhar it-22 ta’ Novembru, 1981.

L-Arcipriet Dun Joe Carabott ha l-pussess tal-parrocca tal-Mosta fl-l ta’ Novembru 1981. Dakinhar fl-4:15 ta’ fil-ghaxija l-Banda Nicolo Isouard wasslitu mill-Oratorju Qalb ta’ Gesu sal-Knisja Arcipretali, fejn saret ic-cerimonja tal-pussess li kienet immexxijja mill-Vigarju Generali Mons. Carmelo Xuereb. Imbaghad il-Banda Nicolo Isouard regghet wasslitu sal-Museum tas-Subien fejn saret il-festa ta’ l-okkazjoni. Nhar il-Hadd, 22 ta’ Novembru 1981, l-Arcipriet il-gdid ghamel l-ewwel zjara tieghu fil-Kazin Nicolo Isouard u pprezentalna centru minn lewn il-fidda b’turija ta’ hbiberija bejnu u bejn is-Socjeta.


Nhar id-29 ta’ Lulju 1987, l-Arcipriet Dun Joe Carabott iccelebra quddiesa ta’ ringrazzjament f'gheluq il-25 sena mill-Ordinazzjoni Sacerdotali tieghu. Dakinhar il-Banda Nicolo Isouard ghamlet marc b’dedika ghalih. Min-naha tieghu l-Arcipriet Carabott ipprezentalna plattin tac-ceramika b’tifkira ta’ l-okkazjoni. L-Arcipriet Dun Joe Carabott temm il-parrokat tieghu fil-Mosta meta fis-26 ta’ Lulju 2003 ha l-pussess bhala l-Monsinjur tal-Katidral ta’ Malta.


Nhar it-18 ta’ Marzu 2008, il-Banda Nicolo Isouard interpretat l-iStabat Mater ta’ Gioacchino Rossini fit-Teatru Manuel bhala wahda mill-attivitajiet marbuta mar-Raba’ Centinarju tal-Parrocca tal-Mosta. Din is-serata kienet iddedikata lill-Mons Dun Joe Carabott bhala eks-Arcipriet tal-Mosta.


(376) Dun Mario Tong ha l-pusses bhala Arcipriet tal-Mosta nhar it-Tnejn, 8 ta’ Dicembru 2003. Dakinhar il-Banda Nicolo Isouard u l-Banda Santa Marija akkumpanjawh mill-Kunvent tas-Sorijiet Agostinjani sal-Knisja Arcipretali. Ic-cerimonja tal-pusses tmexxiet mill-Kancillier tal-Kurja Mons. Carmelo Zammit. Fost it-tifkiriet marbuta ma’ l-Arcipriet Dun Mario Tong insemmu l-mawra storika li s-Socjeta Filarmonika Nicolo Isouard ghamlet fl-Istati Uniti ta’ l-Amerka u l-Kanada bejn it-22 ta’ Settembru u t-8 t’Ottubru 2004. L-Arcipriet ghogbu jilqa' l-istedina biex jakkumpanjana f’din il-mawra. Ta’ kuljum l-Arcipriet kien iqaddsilna u pogga lilu nnifsu ghad-dispozizzjoni tal-htigijiet spiritwali ta’ kull individwu fil-grupp.


Fit-30 ta’ Lulju 2008, is-Socjeta kompliet bil-programm taghha marbut ma’ l-400 anniversarju tal-Parrocca tal-Mosta billi pprezentat il-Kuncert tal-Kwindicina. Dan il-Kuncert specjali gie ddedikat lill-Arcipriet prezenti Dun Mario Tong.


Qassisin Novelli


Hija uzanza tas-Socjeta Filarmonika Nicolo Isouard li meta xi zaghzugh Mosti joffri ruhu ghas-servizz ta’ l-ohrajn fis-Sagrament ta’ l-Ordni Sagri, il-Banda toffri s-servizz taghha fl-okkazjoni ta’ l-ewwel quddiesa solenni tieghu fil-Parrocca. Il-bicca l-kbira tas-sacerdoti novelli Mostin jaccettaw din l-offerta. Uhud minnhom, imbaghad, joffru rigal lis-Socjeta b’apprezzament ghall-atmosfera ferrieha u festiva li tohloq il-Banda. Dawn it-tifkiriet huma gheziez hafna ghas-Socjeta Filarmonika Nicolo Isouard u jnisslu fina sentimenti profondi ta’ gratitudni.


Ser nippublikaw lista ta’ rigali li nghataw lis-Socjeta fl-okkazjonijiet ta’ l-ewwel quddiesa solenni ta’ sacerdoti Mostin.

Rigal li Dun Darren Pace ta lis-Socjeta Filarmanika Nicolo Isouard Mosta fl-ewwel quddiesa tieghu(p.377) Ir-rigal li Dun Darren Pace pprezenta lis-Socjeta Filarmanika Nicolo Isouard fl-okkazjoni ta’ l-Ewwel Quddiesa Solenni tieghu nhar il-11 t'Awwissu, 2006.
  1. Tazza ta’ lewn il-fidda, moghtija minn Dun Salv Borg, Dun Alfred Camilleri u Dun Reggie Magri meta kkoncelebraw flimkien l-Ewwel Quddiesa Solenni taghhom nhar il-Hadd, 11 t'Awwissu 1974.
  2. Tazza lewn il-fidda, moghtija minn Dun Rafel Demartino li ghamel l-Ewwel Quddiesa tieghu nhar il-Hadd, 6 t’April 1975, u minn Dun Willy Vella li qaddes l-Ewwel Quddiesa tieghu nhar it-3 ta’ Mejju 1975 fl-Imgarr.
  3. Plattin tal-fidda, regalat minn Dun Gerald John Micallef li ghamel il-Quddiesa Solenni nhar il-Hadd, 27 ta’ Lulju 1997, minn Dun Rueben Deguara li qaddes nhar it-Tnejn, 4 t'Awwissu 1997, u minn Dun Joseph Sciberras li ccelebra l-Prima Messa nhar il-Hadd, 10 t’Awwissu 1997.
  4. Salib u zewg gandlieri tal-bronz, moghtija minn Dun Christopher Galea li qaddes l-Ewwel Quddiesa Solenni nhar it-Tlieta, 10 t'Awwissu 1999.
  5. Ikona tal-Madonna fi gwarnic tal-fidda, minn Dun Joseph Cilia li qaddes nhar il-Hadd, 12 t'Awwissu 2001.
  6. (p.377) Plattin tal-fidda, moghti minn Dun Antoine Borg meta qaddes l-Ewwel Quddiesa Solenni nhar l-10 t’Awwissu 2003.
  7. Plattin tal-fidda, irregalat minn Dun Brendan Mark Gatt meta qaddes l-Ewwel Quddiesa Solenni nhar il-Hadd, 8 t'Awwissu 2004.
  8. Arlogg tal-fidda, moghti minn Dun Darren Pace meta qaddes nhar il-Gimgha, 11 t’Awwissu 2006.

Il-Kappillani tas-Socjeta


Ma jistax ikun li nitkellmu dwar ir-rabta tas-Socjeta Filarmonika Nicolo Isouard mal-kleru minghajr ma nsemmu lil dawk is-sacerdoti li kellhom rabtiet mill-qrib fi hdan is-Socjeta Filarmonika Nicolo Isouard.


Dun Wistin Azzopardi ghex bejn l-1855 u l-1922. Kellu huh Ganni li kien hdax-il sena ikbar minnu. Dan Ganni kien dak li fl-1869 beda jghallem il-muzika liz-zghazagh Mostin bil-ghan li titwaqqaf ‘il-Banda tal-Mosta.’ Dun Wistin baqa’ maghruf ghall-karita li kien jaghmel mal-foqra u ghall-pinna tajba li kellu. Ghas-Socjeta Filarmonika Nicolo Isouard kiteb il-kliem ta’ l-Innu l-Kbir - ‘Alla Beata Maria Vergine’ u l-innu maghruf tal-purcissjoni ‘O Del Ciel Regina.’ Dan li semmejna kienu kollha cirkustanzi li qarbuh lejn is-Socjeta Filarmonika Nicolo Isouard. Ghalhekk bl-aktar mod naturali hu kien jahdem biex igib il-quddiem il-gid spiritwali tal-membri tas-Socjeta.


Dun Gwann Fenech ghex bejn l-1852 u l-1934. Kien prokuratur tal-Knisja Arcipretali u kien jiehu hsieb il-festa ta’ barra ta’ Santa Marija. Kien president tas-Socjeta Filarmonika Nicolo Isouard bejn l-1903 u l-1908.


Dun Edgar Salomone twieled fl-1882. Aktar minn President lil Dun Edgar nistghu nikkunsidrawh bhala missier u protettur tal-Banda Nicolo Isouard. Dan ghaliex bejn l-1916 u l-1917 – fi zmien li l-Banda Nicolo Isouard ma kellhiex kazin taghha (p.379) Dun Edgar offra kamra fl-Oratorju Qalb ta’ Gesu li tieghu kien id-direttur, ghad-dispozizzjoni tal-Banda. Bil-hegga tieghu. Dun Edgar zamm il-Banda attiva fl-aktar zminijiet difficli taghha. Fl-1920, l-Arcisqof Dom. Mauro Caruana baghat lil Dun Edgar bhala Vicendarju l-Imgarr, u fl-1930 sar it-tieni Kappillan ta’ l-Imgarr. Miet fit-22 t’Awwissu 1969. Zgur li dawn iz-zewg qassisin barra li kienu Presidenti tas-Socjeta Filarmonika Nicolo Isouard, kien jimpurtahom hafna mill-ispiritwalita tal-membri tas-Socjeta.


Wara li fl-1922 infetah kazin gdid, l-amministrazzjoni tas-Socjeta setghet tigi organizzata ahjar. Minn dik id-data ‘l quddiem insibu numru ta’ sacerdoti li nghataw il-kariga specifika ta’ Kappillan tas-Socjeta.


Dun Guzepp Borg kien il-Kappillan tas-Socjeta Filarmonika Nicolo Isouard bejn l-1922 sa mewtu li grat fit-30 ta’ Lulju 1943.


Warajh lahaq neputih - Dun Anton Muscat li dam fil-kariga mill-1943 sa’ l-1961 meta lahaq Kappillan fil-parrocca ta’ Had-Dingli. Dun Anton kien membru fil-Missjoni l-Kbira. Fl-1969 sar Kanonku tal-Kolleggjata ta’ Bormla u wara gie nominat Kappillan tal-Papa bit-titlu ta’ Monsinjur. Miet fl-1 t'April 1999. B'tifkira tieghu ghandna t-terha u s-salib li kien jilbes ma qaddu bhala membru tal-Missjoni l-Kbira.


Dun Pawl Calleja kien Kappillan tas-Socjeta bejn l-1962 u l-1983. Dun Pawl kien ukoll Kanonku tal-Kolleggjata ta’ San Pawl tar-Rabat. Miet nhar il-Gimgha, 2 ta’ Gunju 1995. B’tifkira tieghu ghandna sett pjaneti rumani li kien iqaddes bihom u par bokkli tal-fidda ghaz-zarbun.


Wara lahaq Dun Karm Mifsud li dam Kappillan tas-Socjeta sa’ l-2001. Missier Dun Karm - Salvu - kien is-Surmast tal-Banda Nicolo Isouard fiz-zmien difficli meta s-Socjeta ma kellhiex kazin. Dun Karm li ghadu mimli bil-ghomor kien irregala lis-Socjeta pjaneta rrakkmata bid-deheb biex tibqa’ bhala tifkira.


Dun Salv Borg kien il-Kappillan tas-Socjeta Filarmonika Nicolo Isouard bejn l-2001 u l-2004. Qabel ma kien Kappillan tas-Socjeta, Dun Salv ghamel tnejn u ghoxrin sena jahdem bhala missjunarju fil-Brazil. F’Settembru ta’ l-2004, Arcisqof Mons. Guzeppi Mercieca hatar lil Dun Salv bhala Kappillan tal-parrocca tal-Kuncizzjoni, il-Hamrun.


Kappillan prezenti tas-Socjeta huwa Mons. Bartilmew Bezzina li kien Arcipriet tal-Mosta bejn l-1960 u l-1981.


Dun Wistin Azzopardi(p.377) Dun Wistin Azzopardi
Dun Gwann Fenech(p.378) Dun Gwann Fenech kien President tas-Socjeta bejn l-1903 u l-1908 (pittura ta' Ray Pitre)
Dun Edgar Salomone(p.378) Dun Edgar Salomone (wara Mons.) barra li kien President tas-Socjeta bejn 1916-17 hu kkonsidrat ukoll bhala missier u protettur tal-Banda Nicolo Isouard (pittura ta' Ray Pitre)
Dun Guzepp Borg(p.378) Dun Guzepp Borg kien Kappillan tas-Socjeta bejn l-1922 sakem miet fl-1943
Dun Anton Muscat(p.378) Dun Anton Muscat (wara Mons.) kien Kappillan tas-Socjeta mill-1943 sa l-1961 (pittura ta' Dione Borg)
Dun Pawl Calleja(p.380) Dun Pawl Calleja (wara Kanonku) kien Kappillan tas-Socjeta bejn l-1962 u l-1983 (pittura ta' Dione Borg)
Dun Karm Mifsud(p.380) Dun Karm Mifsud – Kappillan tas-Socjeta bejn l-1983 u l-2001 (pittura ta' Dione Borg)
Dun Salv Borg(p.380) Dun Salv Borg, Kappillan tas-Socjeta mill-2001 sa l-2004 (pittura ta' Dione Borg)
Dun Bartilmew Bezzina(p.380) Mons. Bartilmew Bezzina – il-Kappillan tas-Socjeta fil-prezent sa mill-2004, u li kien Arcipriet tal-Mosta bejn l-1960 u l-1981 (pittura ta' Dione Borg)


Fl-okkazjoni tar-Raba’ Centinarju tal-Parrocca tal-Mosta, il-kumitat tas-Socjeta ddecieda li dawn is-sacerdoti kollha li kellhom rabta specjali mas-Socjeta jibqghu (p.381) mfakkra billi jsir ritratt taghhom impitter mill-pittur Mosti Dione Borg. Kienet decizjoni li turi r-rispett tas-Socjeta u l-gharfien tas-sehem taghhom b’risq l-ispiritwalita tal-membri.


Gheluq


Banda Nicolo Isouard fl-ghoxriniejiet quddiem il-vara ta' Santa Marija l-antika fil-Mosta(p.381) Ritratt li jixhed ir-rabta tal-Banda Nicolo Isouard mal-festa ta’ Santa Marija fil-Mosta. Hawn tidher fil-purcissjoni quddiem il-Vara ta’ Santa Marija ta’ Salvu Dimech is-Sartx fil-bidu ta’ l-ghoxrinijiet.

Dawn il-grajjiet li semmejna jikkonfermaw li s-Socjeta Filarmonika Nicolo Isouard dejjem tat is-sehem taghha fl-attivitajiet important tal-Parrocca tal-Mosta. Missejna biss aspett wiehed - dak marbut mat-twemmin u l-ispiritwalita. B'danakollu juruna li fil-hajja tas-Socjeta Filarmonika Nicolo Isouard kien hemm grajjiet ta’ ferh li jnisslu sens qawwi ta’ sodisfazzjon. Kellna diffikultajiet u okkazjonijiet ta’ qtiegh il-qalb. Saru l-izbalji, izda minnhom harget taghlima. Kien hemm okkazjonijiet li weggghuna, izda b’xi mod saret tpattija ghalihom u ghalhekk inkisbet il-mahfra. Jinhass ir-rispett tas-Socjeta lejn l-awtoritajiet li hafna drabi kien irreciprokat u ghalhekk issarraf f’ghaqda akbar bejn iz-zewg nahat, li imbaghad gabet maghha s-successi. Sibna l-ghajnuna fl-aktar mumenti difficli. Insomma, nistghu nibqghu sejrin! F'kelma wahda nistghu nghidu li l-hajja tas-Socjeta Filarmonika Nicolo Isouard hija normali bhal kull hajja umana - bis-sabih taghha u b'dak li hu anqas sabih. Jalla ghall-quddiem inkomplu niehdu decizjonijiet tajbin biex is-Socjeta Filarmonika Nicolo Isouard tkompli tiffjorixxi u toffri servizz utli lill-Komunita Mostija.


Referenzi

  1. Storja tal-Mosta migbura minn E.B. Vella u ohrajn, Empire Press, 1972, p.18.
  2. Ibid., p.11.
  3. Ibid., p.15.
  4. Cassar George - Borg Joseph G.M., Il-Mosta, il-Mostin u r-Rotunda taghhom matul iz-zminijiet, Kunsill Lokali Mosta, 2007, p.4.
  5. Storja tal-Mosta migbura minn E.B. Vella u ohrajn, Empire Press, 1972, p.162.
  6. Ibid., p.202.
  7. Ibid., p.219.
  8. Ibid., p.222.
  9. Il-Mosta, Nru. 143, p.5.
  10. Il-Mosta, Nru. 77, p.2.
  11. Il-Mosta, Nru. 62, p.6.
  12. Il-Mosta, Nru. 113, p.10.

Hajr

  • Lil Albert Cassar ghal-ghajnuna tieghu biex nikseb l-informazzjoni mill-Ufficcju Parrokkjali.
  • Lil Joe Camilleri li pogga ghad-dispozizzjoni tieghi ricerki li kien ghamel huh il-mibki habib tieghi Tony.
  • Lil Charles Vella ghall-informazzjoni dwar l-accident ta’ Dun Gwann Mallia Tabone.

Kotba u Rivisti kkonsultati

  • Storja tal-Mosta migbura minn E.B. Vella u ohrajn, 1972.
  • Cassar George - Borg Joseph G.M., Il-Mosta, il-Mostin u r-Rotunda taghhom matul iz-zmijiet, Kunsill Lokali Mosta, 2007.
  • L-lstorja tal-Kazini tal-Banda - L-Ewwel Volum, PIN, 1997.
  • L-istorja tal-Kazini tal-Banda - It-Tieni Volum, PIN. 1997.
  • L-Istorja tal-Kazini tal-Banda - lt-Tielet Volum, PIN. 1998.
  • Azzoppardi P.F. Domenico S. Theol. Lee. O.P., L'XXIV Congress Eucaristicu Intemazionali F'Malta, 1913.
  • Attard Fr. Lawrence E. O.P., Ghall-Gieh t'Ismek Mulej! - Il-Grajja tax-Xirka ta’ l-Isem Imqadddes t'Alla, 1993.
  • Il-Miraklu tal-Qawmien - Hajja u Hidma illi wasslet ghall-Kongress Djocesan ta’ l-Azzjoni Kattolika (Mosta - Valletta - Paola), 1947.
  • Tifkira tal-Festi tal-Inkurunazzjoni ta’ l-Assunta, Il-Mosta, 10 t'Awissu, 1975.
  • Diversi hargiet tal-gazzetta ‘Il-Mosta.’
  • Registri tal-Minuti tal-laqghat tal-Kumitat tas-Socjeta Filarmonika Nicolo Isouard.
  • Diversi hargiet ta’ l-Annwal ippublikat mis-Socjeta Filarmonika Nicolo Isouard fl-okkazjoni tal-festa ta’ Santa Marija.
  • Diversi hargiet tal-fuIjett ‘Lehen il-Banda tal-Mosta’ ippubblikat mis-Socjela Filarmonika Nicolo Isouard.
  • Dokumenti ohra mill-Arkivju tas-Socjeta Filarmonika Nicolo Isouard.



Kapitli ohra mill-ktieb

  1. Introduzzjoni
  2. Il-Parrocca fi hdan il-Knisja Kattolika Universali
  3. L-Isqof Tumas Gargallo
  4. Il-Kappillani u l-Arciprieti li kellha l-Parrocca tal-Mosta
  5. Il-Mosta - 400 sena Parrocca
  6. Dun Felic Calleja (1748-1833)
  7. Zvilupp tad-Devozzjoni jew Kult lejn il-Passjoni ta’ Sidna Gesu Kristu fil-parrocca tal-Mosta
  8. Pitturi fir-Rotunda tal-Mosta
  9. Min huma L-Mostin?
  10. ‘Il-Musta’ ssir ‘Mosta’
  11. Il-Mosta fil-Kamra tad-Deputati
  12. Il-Gvern Lokali fil-Mosta
  13. Ir-rabta tas-Socjeta Filarmonika Nicolo Isouard mal-Parrocca Tal-Mosta
  14. Aspett u Impenn Pulizjesk Mosti
  15. Eroj Socjali: Xi Mostin ta’ l-Imghoddi u Hidmiethom
  16. Minghand l-Ghaqdiet Mostin
  17. Immagini Mostin