Il-Mosta: Grajjietha u niesha
Frans Deguara, editur
Pubblikazzjoni tas-Socjeta Filarmonika Nicolo Isouard Mosta f'gheluq l-400 sena (1608-2008) bhala Parrocca.
Dan il-ktieb interessantissimu jinxtara mill-Kazin Nicolo Isouard. Din il-verzjoni digitali taf fiha xi differenzi mill-original minhabba problemi waqt l-iskanjar li minhabba r-rizorsi limitati ma kellix cans nivverifika ghal kollox u hi raguni ohra ghala wiehed ghandu jmur dirett ghall-ktieb meta jigi biex jiehu riferenzi minnu.
Aspett u Impenn Pulizjesk Mosti
HARSA MADWAR IS-SIGURTA FIL-KOMINITA
Raymond G. Zammit
“L-ebda karatteristici nazzjonali, l-ebda regim politiku, l-ebda ligi, forza pulizjeska jew gustizzja, trattament jew terrur, ma’ rnexxielha tmewwwet il-kriminalira f’socjeta ...
difficli li l-forza tal-kriminalita tisparrixxi” -
(Radzinowicz and King, 1977, p.15, Psychology of Crime).
(p.383) Ghandhom ikunu tlieta fost l-ewwel hsibijiet li wiehed jiguh f’mohhu meta jiddiskuti jew ikun jixtieq jaqra fuq suggetti pulizjeski, specjalment meta l-istess persuna ndirettament ser tkun involuta. L-ewwel u fuq quddiemnett wiehed jistaqsi: “f’idejn min ghandha tkun fdata s-sigurezza tas-socjeta jew komunita?” It-tieni hsieb huwa: “kif u minn fejn jinghata dan id-dritt?” u t-tielet hsieb: “min huma l-pulizija?” Izda qabel ma’ wiehed jibda biex jiddiskuti, tajjeb li naghtu titwila qasira ta’ x'kien u x’ghadu llum l-impenn flimkien ma’ l-aspett pulizjesk offrut.
Demografija
Mal-milja taz-zmien, specjalment matul dawn l-ahhar zewg sekli, il-pulizija Maltija rat tibdil enormi jsehh f’pajjizna, b’hekk xejn inqas fil-komunita Mostija. Rat trabi jitwieldu, ohrajn imutu minhabba faqar jew mard, rat kemm romol kif ukoll iltiema, rat zwigijiet jitkattru, rat imwiet ta’ persuni ghonja, ohrajn foqra, ohrajn ta’ skola u li ghamlu isem u gid lill-komunita, ohrajn illitterati kif ukoll haddiema ta’ l-id. Matul dan il-perjodu, il-pulizija esperjenzaw ukoll il-kruha tal-gwerer u kif bhalma sehh f’diversi nhawi ohra f’Malta, il-pulizija fil-Mosta rat it-tifrik ta’ diversi bini, semghet il-krib tal-midruba. Fuq kollox il-pulizija - bhal kull uman iehor - rat u (p.384) ghexet il-biza’, diversi drabi ohra minhabba ragunijiet varji bkiet, f’ohrajn ferhet ukoll. Izda, ma nistghux insemmu biss l-ikrah u naghtu l-genb dak li hu sabih u pozittiv. Il-pulizija fil-komunita rat tibdil enormi jsehh fil-kostruzzjoni ta’ bini gdid, titjib fl-iskejjel u ftuh ta’ negozji godda u ta’ kull daqs li lkoll flimkien kabbru l-idejat u gibdu lejn il-belt Mostija eluf ta’ persuni. Fuq kollox, il-pulizija rat il-komunita tikber, tithallat u titnissel minn rahal u bliet ohra f’Malta, rat lill-Mosta tikber u ssir it-tieni l-ikbar belt f’pajjizna b’popolazzjoni ta’ kwazi 20,000 ruh.
Dan kollu u iktar kien u ghadu jfisser zieda fix-xoghol u hidma bla heda ghall-Pulizija lokali. Naturalment, ma’ dan it-tkabbir kollu kiber b’ritmu gmielu t-traffiku b’eluf ta’ vetturi ta’ kull daqs u kobor li jghaddu mit-toroq ewlenin tal-Mosta. Sfortunatament maghhom kibret ukoll id-delinkwenza flimkien mal-kriminalita. Ma nistghux ma nsemmux l-ugigh ta’ ras f’dik li hija delinkwenza fejn ricentement f’diversi nhawi mal-Mosta u l-konfini taghha tidher li regghet qieghda tgholli rasha. L-istess jidher li ghamlet il-kriminalita li ghal xi drabi nhasset li qabzet kull limitu. Maghhom hemm dawk offizi ohra, dawk li nirreferu ghalihom bhala ‘komuni’ li c-cittadin - ikun x’ikun il-livell ta’ edukazzjoni tieghu - donnu ma’ jistax johrog minnhom u ma jwettaqhomx.1
Madankollu, b’rizultat ta’ dan li gie rraportat, mal-milja taz-zmien il-pulizija kibret u nvestiet biex tkun tista tilqa’ ghal dawn id-delitti ‘moderni’ tal-komunita, kibret fl-idejat biex b’hekk gharfet tkabbar u tkattar servizzi ahjar, fejn b’rizultat ta’ din il-hidma sfieqa u bla waqfien zammet u rnexxielha zzomm il-komunita hielsa minn diversi gwaj ta’ kull xorta li forsi jkun ftit difficli ghal dawk il-persuni mhux fil-mistier pulizjesk li jista’jasal biex jifhem u japprezza dak li qeghdin nghidu.
Min huma l-Pulizija?
(p.385) Tajjeb li qabel ma wiehed jghaddi ghal iktar taghrif, ikun jaf ftit iktar mill-qrib kif u meta gie mwaqqaf il-korp tal-Pulizija, kif ukoll ghal liema ghan dan gie mwaqqaf.
Il-korp tal-pulizija f’Malta gie mwaqqaf nhar it-12 ta’ Lulju tas-sena 1814, wara proklama numru XXII2 iffirmata mill-ewwel Gvernatur ghal Malta - Sir Thomas Maitland. Insibu li bhala l-ewwel kmandant li mexxa dan l-ewwel korp dixxiplinat kien il-Konti Kurunell Francesco Rivarola ta’ nazzjonalita Griega, mill-gzira ta’ Korsika. Il-konti Rivarola kien gie maghzul wara l-kapacitajiet kbar li kien wera bhala kmandant ta’ diversi battaljuni militari fosthom gewwa l-Egittu u Sqallija. Bniedem ta’ hila u dixxiplina kbira rega’ wera Rivalora hekk kif rifes xtutna meta kellu jhabbat wiccu mal-marda qerrieda tal-pesta (3 ta’ Mejju, 1813), fejn b'diversi mizuri iebsa dahhal f’kull rahal f’Malta kif ukoll f’Ghawdex attenzjoni specjali fejn kienet tidhol it-trobbija tat-tjur flimkien ma’ hasil ta’ hwejjeg u mard irraportat gewwa djar.3
Ghalfejn il-Pulizija
Ghalfejn il-Pulizija? Dan il-kontenut, meta migbur flimkien, insibuh ukoll fil-kodici kriminali Maltija, Kap 9 (referenza artiklu ‘Fuq is-Setghat u d-dmirijiet tal-Pulizija Esekuttiva fil-Procedimenti Kriminali’ (ref. art 346) li jaqra:
Dmirijiet tal-Pulizija
Huwa dmir tal-Pulizija li zzomm l-ordni u l-kwiet pubbliku, li ma thallix isiru reati, li tikxef u tinvestiga r-reati li jsiru, li tigbor il-provi, sew kontra sew favur il-persuna suspettata li tkun ghamlet dak ir-reat, u li ggib il-hatjin - kemm l-awturi u kemm il-komplici - quddiem l-awtorita gudizzjarja; (346(I)).
Setghat tal-Pulizija
(p.386) Il-Pulizija Esekuttiva ghandha s-setgha li tarresta kull persuna li tkun ghamlet jew li jkun hemm suspett li ghamlet delitt u ghalih hemm il-piena ta’ prigunerija, minbarra d-delitt punibbli taht l-Att dwar l-Istampa; (art. 347).
Aktar impenn u funzjonijiet tal-Pulizija
Huma diversi il-funzjonijiet fdati u mwettqa mill-pulizija, ghalkemm wiehed irid isemmi li minn ricerka dokumentata (Sherman 1980) turi li ghad hemm lok ghal diversi studji fejn tidhol l-imgieba pulizjeska u dan biex l-istess membri jkunu jistghu jwettqu d-doveri taghhom ferm ahjar lejn is-socjeta. Fost id-diversi funzjonijiet li jsemmi Sherman flimkien ma’ studju iehor ippubblikat (Bayley, 1979, p.82 - Psychology of Crime) wiehed isib: Il-protezzjoni tal-hajja u propjeta, infurzar tal-ligijiet kriminali, investigazzjonijiet ta’ kull offiza kriminali, ronda mal-komunita specjalment f’postijiet pubblici u dawk residenzjali, taghlim ta’ prevenzjoni kontra offizi kriminali, iz-zamma ta’ l-ordni, osservazzjonijiet fuq il-komunita u dak kollu li jsir, kontroll ta’ traffiku, kontroll ta’ attivitajiet sportivi, kummercjali u ohrajn simili, glieda u kontroll kontra l-vizzji mill-abbuz tad-droga u kontra d-delinkwenza. Impenn iehor huwa dwar l-ghajnuna lil zghazagh fejn jidhol counseling, gbir ta’ informazzjoni fejn jidhol l-interess ghall-gid tal-komunita, spezzjonar ta’ hwienet, spezzjonar ta’ permessi ta’ diversi azjendi, osservazzjoni globali, laqghat mal-Kunsill Lokali biex titjieb il-kwalita ta’ hajja fejn tidhol sigurta u serhan il-mohh ghal kull eta.
Ghal liema ghan hemm bzonn korp tal-Pulizija
Zewg teoriji ferm importani kif ukoll interessanti li wiehed isib u li hargu mill-pinna ferm tajba tal-Kummissarju tal-Metropolitan Police tar-Renju Unit - C. Rowan - waqt indirizzi separati kienu jaqraw:
... The protection of life and property, the preservation of public tranquility and the absence of crime will alone prove whether the objects for which the police were appointed have been attained. ... These instructions ... are not to (p.387) be understood as containing rules of conduct applicable for every variety of circumstances that may occur in the performance of their duty; something must necessarily be left to the intelligence and discretion of individuals. ... Be civil and attentive to all persons of every rank and class.
(From these instructions given to the London Metropolitan Police - the world's first fully professional force — by their first Commissioner, C. Rowan, 1829 (The Psychology of Crime p. 80) )
It should be understood at the outset that the principal object to be attained is the Prevention of crime. ... The security of person and property, the preservation of the public tranquility and all other objects of a police establishment will thus be better effected, than by detection and punishment of the offender after he has succeeded in committing the crime.
(From General Instruction Book by C. Rowan — (The Psychology of Crime, p. 410) )
Ghases tal-Pulizija fl-imghoddi u llum
Bhalma kelli x-xorti nippubblika f’okkazjoni ohra fil-ktieb ta’ l-awtur Dr George Cassar B.A. (Educ.), M.Ed., Ph D. ‘Ex Annalibus Mustae’ 2005, (Kap. 8) insibu li diversi kienu dawk is-siti li servew bhala ghases tal-pulizija. Nistghu nghidu li matul dawn l-ahhar 400 mitt sena kienu erba' postijiet ‘ghases’ b'kollox li servew lill-komunita Mostija. Ta’ interess huwa li mal-milja taz-zmien dawn l-ghases imxew minn post ghal iehor skond il-bzonnijiet ta’ kif kibret u nfirxet il-komunita. Sintendi, l-awtoritajiet dejjem taw importanza u qaghdu attenti fejn setghu kienu dawk l-ahjar postijiet li minnhom dawn l-ghases setghu servew biex jaghtu l-ahjar servizz lill-komunita kollha. Ghall-benificcju ta’ dawk li — huma x’inhuma r-ragunijiet — dan ix-xoghol qatt ma qrawh, inhoss li din hija opportunita ohra tajba li jaraw x'kien l-impenn pulizjesk offrut u dovut lejn il-komunita Mostija. Ghal dan il-ghan ser nippubblika xi siltiet qosra minnhom.
Tqassim ta’ distretti
Biex seta’ jimxi ahjar ix-xoghol tal-korp tal-pulizija, il-pajjiz gie maqsum f’sitt distretti (cirka 1818) bil-lokalita tal-Mosta tifforma parti mit-tieni distrett flimkien mar-Rabat (Malta), Had-Dingli, Haz-Zebbug (Malta), kif ukoll is-Siggiewi Dan id-distrett kien fdat f’idejn il-kmandant il-Konti Baldassare Sant.
Kien fis-sena 1840 meta l-Mosta saret taghmel parti mir-raba' distrett li kien jigbor fih ukoll kemm id-distrett tan-Naxxar kif ukoll dak ta’ Hal-Gharghur. Wara nsibu li lejn il-bidu tas-seklu ghoxrin, id-distrett tal-Mosta beda jissejjah bhala (p.388) Divizjoni ‘S’ u ricentement bhala Distrett numru ‘9’ li fih jigbor il-lokalitajiet ta’ Burmarrad, San Pawl il-Bahar, il-Qawra u Bugibba, ix-Xemxija flimkien ma’ l-inhawi ta’ San Martin, Ghajn Tuffieha fejn jibqa' tiela’ sa tarf il-Mellieha u c-Cirkewwa.
Supervizjoni Pulizjeska matul l-ahhar zewg sekli
L-ewwel Ghassa
Qabel ma naghtu ftit taghrif fuq is-supervizjoni pulizjeska matul dawn l-ahhar zewg sekli, tajjeb li nghidu li f’ricerka turina li, bhala l-ewwel sit li selghet serviet bhal speci ta’ ‘Ghassa’ kienet tinsab vicin il-kappella maghrufa bhala ‘Ta’ Wejda’ li tinsab vicin hafna l-inhawi ta’ Ta’ Qali.4
Tajjeb li nirriflettu li ghalkemm il-korp tal-Pulizija kien ghadu ‘l boghod hafna minn dawn iz-zminijet b’mitejn sena, xorta wahda l-gzejjer Maltin kienu jgawdu minn sistemi ta’ sigurta fosthom forom ta’ pulizija, maghrufa bhala’ ‘Zbirri’.5 Nifhmu li kienu l-Kavallieri ta’ San Gwann li komplew sahhew is-sigurta fil-pajjiz, diga mibdija minn zmien l-Gharab fejn matul il-perijodu msemmi kienu mal-mitejn ragel ta’ statura muskolata maghrufa bhala tad-‘Dejma’ li kienu fdati b'dan ix-xoghol.
It-tieni Ghassa
Bhala t-tieni Ghassa li l-korp tal-pulizija kellu ghad-dispozizzjoni tieghu, insibu li din kienet tinsab fi Triq il-Kbira, vicin hafna hdejn il-kappella maghrufa bhala dik ta’ San Anard jew ahjar biswit in-negozju maghruf aktar bhala tas-‘City’.6
It-tielet Ghassa
(p.389) It-tielet Ghassa li l-korp tal-Pulizija ghamel uzu minnha biex kompla l-impenn tieghu lejn il-Komunita Mostija, kienet tinsab fi Triq il-Kungress Ewkaristiku - kantuniera ma’ Triq it-Torri. Nistghu nghidu u ippermettuli nesprimi l-opinjoni personali tieghi, li din kienet wahda mill-isbah ghases li l-korp tal-Pulizija qatt kellu f’Malta. Din intuzat bejn is-sena 1935 u l-1964.7
Ir-raba’ Ghassa
Ir-raba’ u l-ahhar Ghassa hija propja dik li qeghda tintuza fil-prezent. Din tinsab fic-Centru Civiku biswit il-knisja parrokkjali. Il-hsieb li giet trasferita ghal dan il-post imur lura fis-sena 1964, biex b’hekk ikun iktar fic-centru tal-belt u tkun tista tintlahaq ferm ahjar minn min ikollu bzonn.
Kienu Qrati tal-Gustizzja?
U la qeghdin nitkellmu fuq l-ghases, tajjeb ukoll li ninkludu propjeta ohra, li ghalkemm m’hemm l-ebda rabta li kienet tintuza bhala ghassa, ricerka turi li dan il-post seta’ kien iservi ta’ qorti. Il-post forma ta’ palazz b'arkitettura mill-isbah, maghruf ahjar bhala ‘ll-Palazz tal-Kundanna’ li dan imur lura sas-seklu sittax. Il-post indikat li huwa propjeta privata jinsab fi Triq San Gwann.8 Minn (p.390) dan kollu li ghidna fuq is-sigurta u kif u min fejn kienet titmexxa, kollox juri kemm l-impenn lejn il-Komunita Mostija, fejn tidhol is-sigurta minn dejjem kienet ta’ livell gholi.
Fizzjali nkarigati mid-Distrett tal-Mosta
Insibu li bhala l-ewwel fizzjal li nghata t-tmexxija tad-distrett tal-Mosta kien certu Gianmari Chetcuti. Nafu wkoll li kienu erba’ kmandanti b’kollox li f’idejhom gew fdati d-distretti pulizjeski madwar Malta, u dan sehh ftit qabel il-waqfien tal-korp fl-1814. Biex nimxu iktar ma’ l-istorja, dawn il-kmandanti kellhom ir-rank ta’ Luogotenente. Infatti l-preparazzjoni ghal din it-tmexxija kienet ilha sejra mill-1800, fejn l-approvazzjoni tal-proklama biex dan kollu seta’ jsehh, kienet iffirmata minn Charles Cameron bhala l-Kummissarju Civili.
Ta'’ interess wiehed isemmi li b’din il-kariga Gianmari Chetcuti mhux biss kellu s-setgha, izda kellu r-responsabilita li madwar ir-rahal tal-Mosta li f’dawk iz-zminijiet kellha popolazzjoni li kienet tlahhaq 2,600 persuna, ried jinvestiga kull reat li jigi rraportat. Izda, fuq quddiemnett, Chetcuti kellu r-responsabilita li ssir sorveljanza mar-rahal kollu, kif ukoll li jipprotegi lil dawk foqra minn kull aspett (p.391) socjali, bhall-mard u guh! Ta’ dan kollu, il-kmandant kellu jzomm rendikont u jibghat rapport dettaljat lill-Kummissarju Civili.
Wara x-xoghol tajjeb li kien wettaq Gianmari Chetcuti, insibu li s-supervizjoni fuq il-Komunita ghaddiet ghand il-Konti Baldassare Sant, li dam fil-hatra ghal iktar minn 25 sena - bejn l-1818 u l-1840. Sa dan iz-zmien id-distrett tal-Mosta kien ghadu jitmexxa mill-Ghassa tar-Rabat (Malta), peress li wara din id-data (1840) sa l-1856, id-distrett tal-Mosta gie fdat f’idejn Dott. Carmelo Trapani minn fejn kien jamministra d-doveri tieghu mil-lokalita tan-Naxxar.
Matul dan l-ahhar seklu, fost fizzjali ohra li f’idejhom kienet fdata r-responsabilita tal-Komunita Mostija nsibu li:
- bejn l-1961 u l-1962 Superintendent J. Bencini, bejn l-1962 u l-1962 Superintendent V. Bonello,
- bejn l-1962 u l-1971 Superintendent J. Bencini (li fl-1971 lahaq Kummissarju tal-Pulizija),
- bejn l-1971 u l-1971 Superintendent A. Calleja (acting),
- bejn l-1971 u l-1976 Superintendent P. Grech (snr.),
- bejn l-1976 u l-1978 Superintendent W. Abela,
- bejn l-1978 u l-1980 Superintendent A. Calleja (acting, u li fl-1988 lahaq Kummissarju tal-Pulizija),
- bejn l-1980 u l-1981 Superintendent G. Muscat, bejn l-1981 u l-1982 Superintendent C. Bonello,
- bejn l-1982 u l-1985 Superintendent J. Rizzo,
- bejn l-1985 u l-1986 Superintendent G. Grech,
- bejn l-1986 u l-1990 Superintendent J. Cachia,
- bejn l-1990 u l-1991 Superintendent L. Cauchi,
- bejn l-1992 u l-1996 Superintendent P. Grech (jnr),
- bejn l-1992 u l-1996 Superintendent Dr Angelo Farrugia LL.D., M.P.,
- bejn l-1996 u l-2003 Superintendent Bartolomeo Mula,
- bejn l-2003 u l-2005 Superintendent Lawrence Cutajar,
- bejn l-2005 u l-2006 Superintendent Neville Aquilina,
- bejn l-2006 u l-2008 Superintendent Antonello Grech,
- bejn l-2008 Superintendent Mario Bonello.
Delitti li sehhew fil-Mosta
Biex wiehed jidhol ftit iktar fis-suggett, ikun tajjeb li qabel xejn jaghraf x'inhuma l-offizi kriminali, fejn kultant nirreferu ghalihom bhala ‘delitti.’ Uhud jirreferu wkoll ghall-kelma ‘delitt’ bhala qtil li mhux il-kaz, peress li l-kelma ‘delitt’ hija (p.392) referenza ghal dawk l-offizi kollha mwettqa minn xi hadd kontra xi hadd iehor jew kontra l-propjeta.
Ghal dik li hija statistika fejn tirrigwardja offizi kriminali, tajjeb li wiehed isemmi li dawn jigu mkejla minn diversi angoli differenti. B’hekk wiehed ma jistax jitfa’ kollox f’keffa wahda u johrog biss bhala figura globali. Ezempju, ghalkemm l-istatistika tohrog ir-rizultat ta’ dak li gie analizzat, jekk min-naha l-ohra ma tkunx kejlet kollox b'reqqa minghajr ma tkun giet analizzata x'inhuma l-offizi, kif twettqu, minn liema lokalita, fuq min sehhet l-offiza, x’kien ir-rizultat, x'konsegwenzi halla, u mitt haga ohra, allura hawnhekk, kif ghidna. ghandna biss figura u mhux dak ir-rizultat mixtieq ta’ kif ser niffaccjaw dak li hu hazin. Meta u wara li jigi analizzat ir-rizultat, hawn wiehed ikun jista’ jasal ghall-konkluzjoni ta’ kif l-impenn u mill-aspett pulizjesk, ir-responsabilita u d-dover lejn il-Komunita jkun sehh, jigifieri jew ghandek komunita b’sahhitha u hielsa mill-kriminalita, b'hekk qeghda tghix fi trankwilita, jew inqas hielsa u minn xi daqqiet tkun qieghda tghix f’biza’ bla hadd ma jinduna jew jinduna wara li jkun tard wisq. Meta mkejla din l-istatistika, wiehed irid jaghti wkoll attenzjoni ghall-persentagg, kultant ftit gholi, ta’ dawk il-persuni li jsofru minn xi natura ta’ offiza, izda ghal diversi ragunijiet jaghzlu li ma jirraportawx lill-pulizija.9
Nahseb li f'artiklu bhal dan, fejn il-qarrej ifittex dawk id-delitti l-iktar koroh - b'referenza ghal qtil - tajjeb li nghidu li ghal dik li hija statistika matul dawn l-ahhar zewg sekli, insibu li fil-Mosta gew irraportati mhux inqas minn sittax (16)-il qtil. Il-kazi kollha ta’ qtil huma:
- (12.5.1867) Vittorja Vella ta’ 16-il sena maqtula minn tfajjel ta’ 13-il sena b'tir ta’ senter vicin ta’ Qali;
- (20.9.1894) Frangisku Galea maqtul minn Pietru Azzopardi waqt glieda;
- (1.7.1906) Fortunato Bellia ta’ 65 sena maqtul b'daqqiet ta’ hadida gewwa l-ghorfa tieghu fil-Bizbizija;
- (11.10.1916) Infanticidju mwettaq minn Guzeppa Sammut, armla ta’ 22 sena, fejn it-tarbija spiccat mitfuha f’bir;
- (14.8.1929) Guzeppi Mamo ta’ 36 sena maqtul minn Manwel Mangion lejlet il-festa ta’ Santa Marija, wara argument li sehh barra hanut tax-xorb:
- (25.12.1938) Joseph Muscat safa maqtul b’zewg daqqiet qawwija ta’ mus minn Pawlu Vella hekk kif ezatt spiccat il-quddiesa ta’ nofs il-lejl;
- (p.393) (13.6.1963) Francis Vella ta’ 38 sena jigi maqtul minn Frangisku Fenech (Cikku ta’ Vangiela) nhar il-festa ta’ Korpus;
- (20.12.1982) Alfred Calleja minn B’Kara nstab mejjet u mahruq fejn il-kappella tal-Qlejja. B'dan il-qtil kienu gew ipprocessati u ssentenzjati mart il-vittma u l-habib taghha Baskal Debono;
- (18.5.1984) fil-limiti ta’ Ta’ Qali kien instab mejjet b'tiri ta’ arma tan-nar Wilfred Debono. Il-kaz ghadu mhux solvut;
- (15.1.1992) Victor Gauci mill-Mosta nstab mejjet b’tir ta’ senter fi Triq l-Antinni. Il-kaz ghadu mhux solvut;
- (12.5.1994) Mary Christina Cardona, mara tad-dar, instabet mejta b'tiri ta’ arma tan-nar. Akkuzat u ssentenzjat insibu lil zewgha Emmanuel Cardona;
- (23.9.1994) Emmanuel Sultana u Alfred Grima kienu gew maqtula b'tiri ta’ senter. Akkuzat bid-delitti nsibu lil Charles Muscat (il-Pips);
- (16.2.1999) Maria Buhagiar, anzjana ta’ 70 sena, giet maqtula minn huha stess Francis, b’tir ta’ arma tan-nar. Il-kaz kien sehh fir-residenza taz-zewgt ahwa fi Triq il-Kbira, il-Mosta;
- (13.2.2004) Patricia Attard instabet mejta b'tiri ta’ arma tan-nar gewwa Ta’ Qali (sub-giudice);
- u xvi. (1836 u 1860) Tajjeb li nghidu li ma’ dawn id-delitti ninnotaw li seta’ kien hemm zewg delitti ohra li t-tnejn sehhew waqt il-bibi tar-Rotunda. Dak ta’ l-1836 meta Zejtuni dahal u tela’ fil-kampnar u zelaq ghal isfel (jinghad li kien imbuttat ghal isfel) u dak ta’ l-1860 meta tilwima bejn zewgt irgiel spiccat b’wiehed minnhom mejjet b'daqqa ta’ zappuna (jinghad li nghata d-daqqa).
M'hemm l-ebda dubju, kull qtil dejjem halla warajh ghexieren ta’ mistoqsijiet mhux imwiegba flimkien ma’ spekulazzjonijiet u stigma marbuta ma' diversi persuni specjalment familjari taz-zewg partijiet involuti. U hawn wiehed jistaqsi: “izda x’inhu l-impenn pulizjesk f’kazi bhal dawn?” Issib min jirraguna li huma l-investigazzjonijiet flimkien mal-proceduri tal-qorti biss li b'xi mod jergghu jreggghu kollox ghan-normal. Diversi drabi l-vittma tirraguna li l-aqwa li l-gustizzja sehhet, jew iktar minn hekk tkun hasset li sehhet jew sehh ‘fejqan,’ izda dan mhux il-kaz. F’kazi bhal dawn, barra li l-pulizija trid tizgura li taghmel hilitha kollha biex tasal ghall-arrest tal-persuna jew persuni responsabbli u b'hekk jissolva l-kaz, il-pulizija trid tizgura wkoll li l-familjari taz-zewg partijiet ikollhom kull sigurezza mehtiega. U dan trid taghmlu bla waqfien u ghal zmien indefinit. Naturalment mill-aspett pulizjesk dan ix-xoghol ikun irid isir minn hafna angoli differenti.
IT-TIENI PARTI
Drawwiet jew servizz
(p.394) Wara li bejn wiehed u iehor rajna ftit mix-xoghol pulizjesk,10 huma hafna dawk id-doveri li l-pulizija kellha twettaq u f’xi whud minnhom ghadha twettaqhom. Huma hafna wkoll dawk il-persuni li jirreferu ghal xi whud minn dan ix-xoghol bhala ‘drawwiet,’ izda fil-fatt dan huwa dover li l-pulizija kienet b'obbligu tissorvelja u tassigura li dan ix-xoghol isir b'reqqa u ghall-ahjar servizz lejn il-komunita. Hawn il-qarrej irid izomm f’mohhu li kull persuna fil-komunita ghandha d-dritt li tinghata kull assigurazzjoni mill-pulizija matul hajjitha kollha, anke f’mumenti li xi persuna tkun responsabbli ghal xi ghemil hazin jew delitt imwettaq minnha.
Fanal ta’ kulur blu
Huma hafna dawk il-persuni fosthom ukoll xi membri tal-korp tal-pulizija li ghadhom ma jafux precizament x’ifisser dak il-fanal blu li jinsab fuq kull ghassa tal-pulizija. Dan forsi jew ghax ma jaghtux kaz jew inkella ghax ma jaghtuhx dik l-importanza li jixraqlu. Studju interessanti (ref.: The encyclopedia of UK Police) juri kif dan id-dawl kien ha post il-fanal tal-pitrolju li beda jinxtel f’kull ghassa fir-Renju Unit, wara li l-istess fanal kien warrab ghal kollox l-uzu tax-xema flimkien ma’ dak tal-musbieh (cirka 1750). (Huma hafna li kienu jirreferu ghaliha bhala ‘fjamma’).
Izda mat-twaqqif ta’ l-ewwel ghases u hekk kif beda jigi nstallat l-elettriku f’diversi nhawi, b'ordni mahruga mill-gvern, kull ghassa ried li jkollha fanal imwahhal fuq barra b’bozza ta’ kulur blu u li kellha tinxtghel minn fil-ghaxija u tibqa’ mixughla matul il-lejl kollu sa ma jerga’ jisbah. Barra minn hekk, jekk wiehed jistaqsi ghal-liema raguni d-dwal fuq gewwa kienu jithallew mixghula f’kull ghassa, ir-raguni ewlenija kienet illi kulmin ikun ried imur jirraporta xi haga, dan (p.395) kien ikun jista’ jirrikonoxxi lil min kien qieghed ikellem u b’hekk ma jkollux xkiel ghal dak li ried jirraporta.
Kien iservi wkoll bhala mezz ta’ sigurta ghall-istess pulizija ghassa peress li kienu hafna l-attakki rraportati li sehhew fuq il-Pulizija matul il-lejl. Izda ghal dak li huwa fanal fuq barra, is-sinifikant hu ferm differenti minn dak li spjegajna qabel. L-ewwelnett, il-kulur blu kien intaghzel bhala dak il-kulur li ma kellux idejjaq l-ghajnejn tal-pubbliku li jinzerta jkun fl-inhawi, u iktar minn hekk, iz-zewg ragunijiet ewlenin kienu u ghadhom hekk sal-lum, li (a) kemm bhala sinjal ghal fejn kienet tinsab l-ghassa u b’hekk dak li jkun ma joqghodx isaqsi, kif ukoll (b) bhala ‘twissija’ ghal dawk uhud li b'xi hazen jew malizzja ohra kienu jabitaw jew ihufu fl-inhawi bi skopijiet kriminali.11 Bhalma jaf kulhadd u bhalma diga rraportajna, it-twelid tal-korp f’Malta jafu biss lill-Imperu Ngliz li hakem lil dawn il-gzejjer ghal kwazi mitejn sena shah, (1799-1979) biex b'hekk uritna dak kollu li f’diversi stati ohra li wkoll kienu jaqghu taht il-kolonja tar-Renju Unit ghamlu l-istess. Dan hekk baqa' jsehh hawn Malta sal-gurnata tal-lum, inkluz il-hafna ligijiet kriminali.
Pulizija u l-Festa ta’ Santa Marija
Zgur li dan ghandu jkun parti interessanti mill-artiklu li qeghdin ingibu ghall-interess tal-qarrej, peress li jinkwadra hafna fejn jidhol l-impenn tal-Pulizija f’dawn l-attivitajiet. Minn kmieni qabel il-jiem tal-festa, fuq programm iddettaljat mibni mill-Parrocca flimkien ma’ diversi ghaqdiet u kazini, il-pulizija tibda’ hidma ta’ diskussjonijiet biex tassigura li kollox imur tajjeb u kif ippjanat matul il-perjodu kollu tal-festa. L-istess isir ma' diversi stabbilimenti tax-xorb u l-ikel tal-lokal kif ukoll mal-Kunsill Lokali biex jigi zgurat li kull permess mehtieg jigi rispettat. Ikun imiss ukoll tahdidiet ma’ dawk membri kollha tal-pulizija nvoluti, fejn jinghataw struzzjonijiet kif ghandhom igibu ruhhom mal-pubbliku, anke f’kaz ta’ ‘konflitti’ xejn mistennija minhabba mgieba mhux xierqa, kif ukoll kif ghandu jitmexxa x-xoghol specjalment f’jum il-festa.
Ta’ min isemmi wkoll li fil-perjodu ta’ festi, l-impenn tal-pulizija ma jkunx biss il-festa nnifisha, izda l-impenn ikun mifrux fuq skala ikbar minn hekk. Il-lokalitajiet kollha jkunu jridu jigu nforzati b’zieda ta’ Pulizija biex b’hekk ikun hemm deterrent iktar qawwi minhabba s-serq. Ikun hemm ukoll gheluq ta’ diversi toroq biex il-festa tibqa’ ghaddejja, u n-nies tiddeverti bla ebda periklu ta’ xejn. Naturalment (p.396) dan u iktar, kollu jfisser iktar kontroll ta’ traffiku minn diversi bnadi u ghalhekk iktar xoghol. Izda, dan kollu ma jkunx jista’ jsehh jekk ma jkunx hemm zieda ta’ Pulizija minn distretti ohra li lkoll jigu mghajta biex iwettqu dan ix-xoghol. Mill-aspett pulizjesk, xoghol il-pulizija ma jieqafx meta tigi fi tmiemha l-festa, izda meta jkunu certi li l-programm kollu fejn tidhol sorveljanza gie mwettaq, x’kienu r-rizultati ta’ fejn mar tajjeb u x’mar hazin.
Dwal fit-Toroq
Il-kebbies tal-fanal
Studju iehor juri bic-car li l-ewwel interess modem ghal dik li hija relazzjoni bejn dwal fit-toroq u l-kriminalita, kienet nibtet l-ewwel darba fl-Amerika ta’ fuq fil-bidu tas-snin sittin, bir-raguni ewlenija tkun dik ta’ zieda qawwija fil-kriminalita fejn serq minn gewwa d-djar kien spara ‘l fuq b’iktar minn 40%. Kien hawnhekk li l-awtoritajiet ta’ hafna bliet u villaggi mbarkaw fuq progett kbir fid-dwal fit-toroq specjalment f’dawk it-toroq principali, fejn fi zmien qasir ir-rizultat mixtieq kien wiehed pozittiv u nkoragganti hafna (Wright et al, 1974).
Naturalment dan l-istudju nfirex ma’ diversi bnadi ohra madwar id-dinja, inkluz Malta fejn bil-mod il-mod beda jidher titjib sostanzjali f’diversi toroq, inkluz f’inhawi rurali fejn diversi rziezet kienu ghadhom misjuba izolati minn irhula fil-qrib. Naturalment dan il-pass ghen hafna biex razzan il-kriminalita.
(p.397) Mill-aspett pulizjesk dan is-suggett kien ukoll ikkontrollat. X'kien allura l-impenn tal-Pulizija f’dan is-suggett inkluz fil-Mosta? Bhala parti sostanzjali mix-xoghol tal-Pulizija distrettwali, dak li huwa supervizjoni bir-rigel {foot patrol) mar-rahal kollu kien li jizgura z-zamma ta’ l-ordni flimkien mal-paci pubblika. Izda, xi haga ta’ interess kienet, li matul ir-ronda li ssehh matul il-lejl, il-pulizija kienet fid-dover li tirraporta kull qtugh ta’ l-elettriku, inkluz sa l-inqas bozza tkun fejn tkun! Sa ftit tas-snin ilu dan ix-xoghol kien ghadu jsehh. Izda l-probabbilta hija li minhabba l-progress kbir li sehh matul dawn l-ahhar tletin sena fejn diversi familji bdew idahhlu s-servizzi tat-telefon fid-djar taghhom (u llum kulhadd bit-telefon cellulari), flimkien ma’ servizzi ohra offruti minn diversi dipartimenti tal-gvern lejn ic-cittadin, insibu li hafna minn dawn ir-rapporti diretti lejn il-pulizija kwazi spiccaw ghal kollox, jew ahjar naqsu drastikament. Hawn ic-cittadin beda jikkomunika dirett mad-dipartimenti koncernati ghal dak il-hazin li seta’ osserva.
Ma’ dawn is-servizzi wiehed jista’ jsemmi wkoll is-servizz ipprovdut mill-Kunsilli Lokali. Insibu li qabel il-pajjiz beda jkollu dan is-servizz f’diversi lokalitajiet, kien hemm is-servizz tal-fanal li kien biz-zejt u l-ftila. Generalment dan is-servizz hekk importanti kien jiehu hsiebu ragel li kien ikun mill-istess lokalita, fejn ta’ kuljum kien u f’hinijiet fissi jdur mar-rahal u fejn ikun hemm fanal - li kienu ftit fin-numru - ried ikun cert li dawn ikunu mixghula. Izda hafna jistaqsu: “minfejn kien igib iz-zejt?”
Bhalma diga ghedna aktarx li din il-persuna kienet tkun mill-istess lokalita, u dan minhabba li mezzi ta’ trasport ma kienx hawn jew ahjar kienu ftit wisq. Maghha kienet igorr kemm sellum ta’ certu gholi, flimkien ma’ flixkun tal-hgieg, ftejjel zejda ghal li jista’ jkun li jkun irid jibdel xi ftila, sulfluini jew znied biex iqabbad, u naturalment il-landa taz-zejt. Tajjeb li nghidu li matul iz-zmien li qeghdin insemmu z-zejt kien ikkontrollat ukoll mill-pulizija u kien johrog (p.398) biss kejl u kwantita bzonjuza. Ta’ dan kollu kien jinzamm rendikont fl-ghassa tal-lokal flimkien ma’ manutenzjoni li kienet issir.12 Hawn ta’ min isemmi li dan ix-xoghol mhux dejjem kien jinzel tajjeb ma xi whud li jinzertaw ikollhom il-fanal imwahhal mal-faccata tad-dar taghhom jew inkella fil-qrib, u dan minhabba l-hsejjes li l-famuz ‘kebbies tal-fanal’ kien imdorri jaghmel kemm meta jixghel kif ukoll meta jerga’ jirritorna biex jitfi. Insibu li wara l-uzu taz-zejt kien hemm l-uzu tal-pitrolju.
Minn taghrif migbur jidher li gewwa l-Mosta l-ewwel fanali li kienu jixghelu bil-pitrolju kienu hdejn jew qrib l-inhawi maghrufa bhala ‘l-Erba’ Hwienet’ u iehor bejn Triq San Gwann u Triq Grognet. Dawn kien jiehu hsiebhom certu persuna bil-laqam ta’ ‘Il-Foritorju’ isem mhux maghruf. Imsiehba mieghu kien hemm ukoll eks-kuntistabbli - certu Toni Saliba, li kompla dan ix-xoghol wara missieru u wara li kien spicca mis-servizz.13
Servizz tat-telefon
Tajjeb li nsemmu li bejn l-1897 u l-1915 minhabba l-importanza ta’ dan is-servizz, l-ghases ewlenin tal-pulizija kollha kienu mghammra b’sett tat-telefon. Ghalhekk, kull min ried ikellem lil xi persuna ohra minn rahal ghall-iehor - naturalment fuq affarijiet ta’ urgenza - bi drit kien icempel l-ghassa u hemm jitlob lill-kuntistabbli prezenti biex iwassallu l-messagg mixtieq. Hawn irrid nghid li hafna mit-talbiet li kienu jsiru mill-pubbliku kienu attribwili jew lejn sptar, imwiet jew minhabba n-natura tax-xoghol ta’ dak li jkun. Nghiduha kif inhi, din il-bicca xoghol mhux dejjem kienet tinzel tajjeb mal-Pulizija, u dan ghax sa ftit tas-snin ilu l-mezzi tat-Trasport fi hdan il-korp ma’ tantx kienu ta’ livell tajjeb, ghajr ghal xi rota jew mutur li kien jintuza biss ghat-tqassim ta’ korrispondenza. U bhalma semmejna iktar ’il quddiem, peress li l-ghassa tal-Mosta minn dejjem kienet ghassa maggura, dan is servizz kien meqjus bhala wiehed ta’ kuljum lejn il-komunita.14
Tindif ta’ toroq
Dokument interessanti iehor huwa dak li jitkellem fuq l-immaniggjar ta’ tindif f’diversi toroq li kien isir gewwa l-erba’ bliet ewlenin, cioe f’dak iz-zmien maghzula bhal l-Imdina, il-Belt Valletta, il-Birgu u l-isla. Dan it-tindif kien gie introdott fl-1818 (p.399) u nistghu nghidu li qatt iktar ma waqaf. Kien ukoll parti essenzjali li jsir peress li kif nafu Malta kienet ghadha ssofri mill-kruha li halliet warajha l-marda qerrieda tal-pesta (1813-1815) fejn matulha kienu tilfu hajjiethom eluf ta’ persuni.15
Nafu li f’dawk iz-zminijiet il-Mosta kienet taghmel parti mit-tieni distrett fejn maghha kien hemm ukoll Haz-Zebbug, is-Siggiewi kif ukoll Had-Dingli, peress li l-Mosta kellha l-akbar popolazzjoni (2,600 ruh) fejn baqghet tikbcr fis-snin ta’ wara, kif ukoll kienet frekwentata minn diversi persuni minhabba li hija centru, insibu li din ukoll kellha tigi mnaddfa bhall-ibliet l-ohra. Ghalhekk kull supervizjoni ta’ gbir ta’ skart minn min jingarr u fejn jinzamm kien kollu xoghol fuq il-Pulizija tad-distrett fejn minn zmien ghal iehor kien jintalab rendikont ta’ kif qieghed jigi kkontrollat dan is-servizz.16 Barra minn hekk, il-pulizija kellha l-obbligu assolut biex trazzan lil min johrog xi skart barra mid-djar jekk mhux fil-hin li jsir il-gbir u dan minhabba xi grieden li setghu jerghu jkunu l-kawza ta’ epidemija ta’ pesta ohra.
Bejgh ta’ bolol
Insibu wkoll li bejn l-1891 u l-1921 l-ghases magguri kienu jservu wkoll bhala ‘posta’ biex minn hemm isir il-bejgh ta’ bolol. B’kollox kien hemm 26 ghassa awtorizzati li jsir dan il-bejgh, fosthom anke dik tal-Mosta li kien ilahhaq distrett kbir. Dan il-bejgh dam isir sa l-1921 meta kien hemm waqfien u ri-organizzazzjoni shiha u iktar b’sahhitha fil-fergha tal-posta. Ghalhekk minhabba dan is-servizz hekk bzonnjuz diversi nies kienu jersqu ta’ spiss lejn il-Mosta.
Hawt ta’ l-ilma
Kif hafna min-nies jghidu sewwa, xoghol il-Pulizija huwa li jiehu hsieb kulhadd, u mhux biss tal-bniedem minn meta jitwieled sa ma jmut - izda anke ta’ l-annimali. Insibu li wiehed mid-doveri l-ohra li l-Pulizija kellha fid-dmir li tissorvelja fil-komunita kien propju dak li tiehu hsieb il-klieb abbandunati u tizgura li ghall-inqas dawn ikollhom minn fejn jixorbu. Ghal dan il-ghan ried ikun zgurut li fuq barra u hdejn il-bieb ta’ barra ta’ kull ghassa tal-Pulizija ried li jkun hemm hawt mimli bl-ilma. Mhux hekk biss, kull min kien ikun ghassa ried ukoll jizgura li l-ilma jkun dejjem nadif. Illum il-gurnata ghad baqa’ xi ftit minn dawn il-hwat imxerrda ‘l hemm u ‘l hawn. Ma nafx li kien hemm xi ordni biex dawn jispiccaw, jew ahjar imutu mewta naturali.
Registrazzjoni ta’ klieb
(p.400) Inkomplu fuq il-klieb. u tajjeb li nghidu li dawn ukoll riedu jigu registrati mill-pulizija. Kulmin kien ikollu kelb id-dar jew x’imkien iehor inkluz ghalqa, dan kellu d-dover li jmur l-ghassa u jirregistra l-annimal. Kien ried jaghti taghrif x’kienet ir-razza, kif ukoll il-kulur u jekk hux kelb jew kelba. Bhala registrazzjoni s-sid kien jinghata midalja zghira tal-metal li bhala referenza kellha numru, fejn is-sid kellu l-obbligu li din il-midalja jdendilha ma’ ghonq il-kelb. Din ir-registrazzjoni kienet tiswa biex jekk l-annimal jintilef jew jigi rraportat jigri barra, il-Pulizija jkollha taghrif ta’ min hu s-sid. Ta’ dan kien hemm hlas ta’ Lml. Illum ghalkemm dan li ghidna ghadu jghodd kif ukoll marbut b’ligi, insibu li ftit li xejn jigi nfurzat dan l-obbligu.
Zwigijiet
Interessanti huwa wkoll fejn kienu jidhlu zwigijiet bejn membri tal-Pulizija u nisa mill-istess lokalita. Biex membru tal-korp seta’ jaghmel dan, l-ewwel kellu jaghmel talba bil-miktub lis-superjuri tieghu fejn dan ta’ l-ahhar kien jghaddiha lill-Kummissarju tal-Pulizija ghall-approvazzjoni jew xorta ohra tieghu. Din ir-regola kienet tigi obduta bl-iktar ghaqal u kienet issehh biex jigi zgurat li l-membri tal-korp la jizzewgu persuni b’kondotta mcappsa u l-anqas li setghu jkunu fil-qasam ta’ prostituzzjoni. Iktar minn hekk, kemm bhala dover kif ukoll bhala responsabbilta, il-kmandant tad-distrett ried ikun cert minn zwieg ‘nadif’ bil-ghan ewlieni jkun li l-komunita tibqa’ safja kemm jista’jkun minn certu elementi b’tendenza ta’ karattra mhux xieraq.
Peress li kif diga semmejna l-Mosta kienet centra ghal diversi rhula ohra, diversi kienu l-applikazzjonijiet li ghaddew minn dan id-distrett ghal dan il-ghan. Biex seta’ jsehh rapport sewwa kien irid isir ‘stharrig’ fuq il-membri kollha tal-familji nvoluti, li fost ohrajn kien jinvolvi l-livell ta’ ghejxien, impjieg tal-missier, il-laqam, il-karattra, fejn bl-informazzjoni migbura l-kmandant kien jasal ghall-konkluzjonijiet tieghu.17
Sehem il-Pulizija waqt servizz ta’ funeral
(p.401) Impenn iehor interessanti li wiehed ghandu jgib ghall-attenzjoni tal-qarrej huwa dak fejn kien jidhol is-servizz waqt funerali. Ghalkemm dan is-servizz b’xi mod ghadu jigi mitlub mill-Pulizija u fejn dan jinghata, specjalment fejn ikun mahsub li funeral ikun ser jigbed folla mdaqqsa ta’ nies, illum l-istess servizz m’ghadux jintalab daqs kemm kien fis-snin l-imghoddija. Dan minhabba diversi ragunijiet, fejn insibu li s-servizz funebri bidel hafna mill-process tieghu. Bizzejjed nghidu li minn diversi snin ‘il hawn il-vettura tal-mejtin (hearse) hadet ghal kollox post iz-zwiemel bil-karru, kif ukoll il-famuz ‘katarett’ fejn il-katavru kien jingarr fuqu, flimkien ma’ dak ta’ garr fuq l-ispallejn - specjalment fejn ikun hemm distanza mhux hazin.18 Meta kienet issehh mewt, erhilhom il-qraba tal-persuna jigru lejn l-ghassa tal-Pulizija biex dawn ikunu jistghu jwasslu l-ahbar lill-qraba ohra. L-istess kien isehh meta persuna kienet tmut f’xi sptar, fejn kienu l-istess Pulizija li kienu jircievu l-ewwel ahbar u kienu jintalbu biex iwasslu l-istess ahbar hekk kerha. Niftakar meta kont ghadni stazzjonat fid-distrett b’liema qima konna mmorru nhabbtu l-bieb ta’ dik il-familja biex ninfurmawha. Kemm kienet iddejjaqni dik it-tektika bil-mod fuq il-bieb ta’ barra bhallikieku l-okkupant hemm gewwa jilhaq jintebah u jirrassenja ruhu ghall-ahbar mistennija. Niftakar ukoll li ghalina l-Pulizija f’cirkostanzi bhal dawn l-ewwel kelma kemm kienet iddum biex tohrog. Insomma bicca xoghol li kienet u ghadha ddejjaq lil hafna membri.
Ninnotaw ukoll fis-snin mhux daqshekk imbeghda, jekk persuna tkun giet irraportata li mietet id-dar, il-pulizija kienet tkun tigi nfurmata mill-kummissjonant jew rapprezentant tal-knisja tal-lokal bl-arrangamenti kollha, il-jum, il-hin u r-rotta (p.402) minn fejn ser jghaddi s-servizz. Ghalhekk, membru tal-Pulizija jew tnejn kienu jigu assenjati vicin ir-residenza tal-qraba u tistenna l-korteo jibda. Dan kien isir billi l-mejjet jingarr fuq l-ispallejn sal-knisja. Hawn il-Pulizija kienet tiehu hsieb li tikkontrolla t-traffiku, kif ukoll tiehu hsieb li ma jinqalghux incidenti, specjalment mela l-atmosfera bejn xi membri tal-familjari, jew persuni ohra prezenti ma kinetx tkun daqshekk tajba. Ta’ interess ukoll huwa li meta t-tebut jibda diehel gewwa l-knisja, il-membri tal-Pulizija kienu obbligati — u hekk ghadhom sal-gurnata tal-lum - li jsellmu.19
Is-Sagrament (Il-Vjatku)
Ma’ dan it-taghrif ma nistghux ma nsemmux is-servizz u r-rispett kbir li kien jinghata lis-Sagrament kull meta jkun ghaddej mit-triq. Niftakar sew kull meta konna niltaqghu mieghu u naraw lill-qassis javvicina lejna waqt li konna nkunu fuq ir-ronda (foot patrol) konna nieqfu u b’rispett kbir insellmu sa ma jghaddi. Barra minn hekk kien ikun mehtieg li ghal dak il-perjodu ferm qasir ta’ sekondi jinzamm is-skiet, ghalhekk kien jinghata sinjal kemm lill-persuni ohra li kienu jkunu fl-akkwati kif ukoll lil xi vetturi li jinzertaw ikunu ghaddejjin biex kemm jista’ jkun jinzamm silenzju. Ghalkemm dan id-dover ghadu obbligu llum u l-istess marbut mac-cirkulari msemmija iktar ‘il quddiem - b’dispjacir u fuq nota personali - nghid li ftit li xejn dan kollu li semmejna ghadu jinghata widen, ghajr ghal xi whud li jhossu li din hija xi haga sagra.
Impenn Pulizjesk (Il-bierah u llum)
Wara li tajna titwila lejn xi doveri li l-hajja pulizjeska toffri lejn is-socjeta, biex intejjbu dak kollu li matul dawn is-snin kollha flimkien irnexxielna nibnu, tajjeb li flimkien inkomplu nimirhu halli naraw fejn nixtiequ naslu. Dawk il-kulturi li qsamna u ghexna flimkien ma nistghux naghtuhom il-genb u nwarrbuhom. Kienu huma li ghenuna nikbru u nifhmu iktar lil xulxin, fuq liema livell xtaqna li naraw lis-socjeta taghna tasal. Kienu huma li wrewna nibnu fehmiet ahjar u iktar qawwija fejn, flimkien mat-taghlim imwettaq minn kull aspett tal-hajja, illum qeghdin nghixu hajja kkontrollata minn diversi ligijiet sodi - grazzi ghar-rispett u d-dixxiplina muriha mill-maggoranza kbira tas-socjeta. Ghal dawk il-ftit tal-bierah, tal-lum u t’ghada, ghax bhalma diga semmejna fid-dahla ta’ dan l-artiklu, il-kriminalita ma tinqeridx, u ghalhekk b’ghemilhom kienu, ghadhom u jibqghu jinkwetaw lis-socjeta, jibqa’ d-dover assolut taghna lkoll li nibqghu nahdmu biex flimkien nikkontrollaw ahjar.
(p.403) M’huwiex facli li wiehed jibdel id-diversi kulturi li bil-gherf taghhom missirijietna gharfu jkabbru fina l-irgulija kif ukoll id-dixxiplina b’karattri sodi. L-istess ghal dawk li huma ligijiet jew regolamenti li gharfu jrazznu kif ukoll jikkontrollaw il-hajja ta’ kuljum. Fuq quddiemnett kienu u jibqghu l-edukazzjoni u l-esperjenza ma’ dak l-impenn qawwi u bla waqfien li jista’ jwassal ghal success totali. Il-hajja moderna tal-lum gabet maghha tibdil kbir li b'ritmu mghaggel qieghed jibdel mill-gheruq dak kollu passat. Ghalhekk kien bzonnjuz li l-Pulizija taggorna ruhha ma’ dan il-kambjament kollu. L-impenn pulizjesk kiber u huwa biss bil-kollaborazzjoni ta’ kull cittadin li dak li rnexxielna nibnu nkomplu ntejbuh. M’hemm xejn li ghandu jaqtghalna qalbna.
Gheluq
Jalla, bhalma sehh f’dawn is-snin kollha, il-Komunita Mostija tibqa’ maghquda bhalma dejjem kienet mal-knisja u ma’ Marija Santissima, li mis-sema min jaf kemm wennset lil dawk li talbuha l-hniena taghha, lill-ohrajn li minhabba l-problemi, il-firda mill-gheziez taghhom, il-firda fil-familja, is-solitudni, it-tghajjir, il-hars bl-ikrah. l-istigma, il-faqar ta’ kull xorta u mitt hsieb iehor, batew jew b'xi mod ghadhom qeghdin ibatu.
Mhux l-inqas, wiehed ukoll jitlob lill-Sidtna Marija li bhalma ghamlet tul dawn is-snin bil-mantell taghha tkompli twennes u thares lill-membri tal-Pulizija - li minghajr ma’ wiehed jista’ jintebah minn kemm perikli ta’ kuljum jghaddu minnhom - biex b’hidmiethom lejl u nhar, fis-shana tax-xemx kif ukoll fil-kesha u ljieli qliel tax-xitwa jghassu u jaghtu l-ahjar servizz lill-komunita.
(p.404) M ghandi l-ebda dubju li dik il-lanterna ta’ kulur blu - kulur is-sema, kulur l-ilbies tal-Madonna - misjuba fuq kull faccata ta’ kull ghassa tal-Pulizija tibqa' tnemnem kemm bhala sinjal ta’ twissija ghal dawk talin bi hsibijiet hziena, izda wkoll bhala l-bejta ghal dawk kollha li b’xi mod jahsbu li ghandhom jersqu lejn u jitolbu xi forma ta’ ghajnuna.
Nixtieq li qabel naghlaq dan l-artiklu, nghid grazzi lill-Kumitat tas-Socjeta Filarmonika Nicolo Isouard kemm ghas-sehem tieghu matul dawn is-snin kollha li ilha mwaqqfa s-Socjeta, kif ukoll lill-editur, li ghal darb’ohra rega’ stedinni biex inkun wiehed mill-kittieba u naghti servizz ghal dan il-ktieb ta’ tifkira ta’ l-erba’ mitt sena Parrocca tal-Mosta. L-istess, u mhux l-inqas, lill-Mostin kollha li bhalhom u maghhom din is-sena ser niccelebraw ftit iktar mis-soltu din il-festa hekk kbira.
Riferenzi
- No man ever gave up his liberty merely for the good of the public. Such u ‘chimera’ exists only in romances. Every individual wishes, if possible, to be exempt from the compacts that bind the rest of mankind - (Siegel, 9th Ed. Criminology).
- Malta Government gazette, 3.vii.1813, Proclamation, 25.i.1814.
- Kien saru pieni gholja ghal dawk il-persuni li ma kienux jobdu dawn il-ligijiet, fejn dawn kienu jissarfu f’pieni horox. L-epidemija tal-pesta xorta kienet ghamlet taghha fejn fi ftit zmien infirxet f’diversi nhawi kemm f’Malta kif ukoll f’Ghawdex. Kienu tilfu hajjithom 4,468 persuna. Din kienet l-ewwel bicca xoghol kbira ghall-korp tal-Pulizija li kien ghadu l-anqas biss twieled, izda li kellhom jiffaccjaw il-ftit membri li bdew jinkitbu.
- Leggenda interessanti tghid li fis-seklu sbatax, diversi remissi kienu jinstabu fil-vicinanza tal-kappella ta’ Wejda fejn diversi zwiemel kienu jinzammu u jintuzaw minn ‘Zbirri.’ Jinghad ukoll li persuna minn Sqallija kienet tabita f’wahda mir-remissi, fejn peress li kienet midhla tal-furbani din halliet kollox warajha u qatt iktar ma dehret. Jinghad ukoll li qabel ma halliet Malta din kienet halliet xi flus ghal kappella msemmija.
- Taghrif siewi dwar is-sehem li taw il-membri tad-Dejma matul is-sekli hmistax u sittax insibuh fil-ktieb ‘San Pawl il-Bahar,’ p.138-9.
- Insibu li f’din it-tieni Ghassa kienu jabitaw fiha familji maghrufa Mostin - (referenza ghal-familja kbira ta’ Toni Tanti ‘tal-gelat’) kif ukoll ghal familja ohra numeruza, maghrufa bhala ta’ Cikku ‘Ta’ Bormla.’ Dan il-bini ghadu jezisti sa llum, ghalkemm fi stat ta’ abbandun.
- Insibu li din id-dar kien jisimha ‘Villa Amodeo’ mibnija fuq stil neo-klassiku. Bejn is-snin sebghin u tmenin id-dar kienet waqghet propjeta ta’ Gustavo-Esidio, ta’ nazzjonalita Taljana, fejn kien ukoll jokkupa l-kariga ta’ konslu Generali ghal Oman. Illum id-dar hija propjeta ta’ sidien Mostin.
- Mill-affarijiet kollha li jinstabu f’dan il-post, bhal pittura u simboli ohra, kollox jindika li l-post kien jintuza ftit wara l-wasla tal-Kavallieri f’Malta. Huwa dnub li propjeta bhal din ma tintuzax ghal skopijiet ferm iktar ta’ storja.
- Persentagg ta’ bejn 3 u 7% ta’ persuni milquta direttament jew indirettament jaghzlu li ma jirraportawx li kienu vittmi ta’ xi att kriminali. Dan isehh minhabba diversi ragunijiet, ez.: jew jigu mhedda, jew ikunu jibzghu jghidu lill-Pulizija jew jibzghu li jergghu jaqghu vittmi ta’ xi att kriminali iehor.
- Illum il-gurnata x-xoghol tal-Pulizija nbidel hafna u dan minhabba l-integrazzjoni ta’ Malta fl-Ewropa fejn il-fruntieri nfethu kollha u b’hekk persuna tista’ tivvjagga minghajr spezzjonijiet ta’ xejn kemm waqt id-dhul jew il-hrug minn stat ghal l-iehor.
- Il-fanal li jinsab fuq kull ghassa tal-Pulizija huwa maghmul minn hadid li fih erba’ wcuh – kollha bil-hgieg ta’ kulur blu. Fuq in-naha ta’ fuq jinzel forma ta’ umbrella. Illum il-gurnata l-bicca ta’ fuq inbidlet xi ftit mid-dehra li konna nafuha, peress li dawk il-fanali tal-bidu kienu jgorru fuqhom il-kuruna tar-Regina kif ukoll salib fuq nett. 12. Interessanti li jekk wiehed jasal wasla sal-muzew tal-Pulizija li jinsab fil-Kwartieri Generali tal-Pulizija fil-Floriana fejn uhud minn din l-ghodda li semmejna ghadha tinsab esebita – grazzi ghal dawk li ghogobhom jghozzu kif ukoll izommu l-istorja tal-Pulizija hajja.
- Insibu li l-ftejjel ta’ dawn il-fanali kienu jigu mportati mill-Italja, ghalhekk kienu jirreferu ghalihom bhala ta’ ‘L’Otto.’
- Diversi cirkolari tal-Pulizija kienu mahruga fi zminijiet differenti, fejn il-pubbliku kien beda jigi mitlub ihallas ftit soldi (iktar tard centezmi) ghal kull telefonata li ssir. Hawn il-Pulizija prezenti b’lehen zorr kien javza lill-persuna koncernata biex ma ddumx titkellem. Kien ghadu zmien fejn ftit famlji biss kellhom is-servizz tat-telefon, u ghalhekk kienu hafna dawk li kienu jterrqu biex icemplu mill-ghassa.
- Il-pesta f’Malta kienet fegget l-ewwel darba nhar it-3 ta’ Mejju 1813, u f’Ghawdex ftit tax-xhur wara. Matul din il-marda kienu tilfu hajjithom 4,486 persuna. Kienet biss il-hila kbira tal-Kmandant Rivarola (li aktar tard lahaq kmandant tal-korp tal-Pulizija) li bil-mizuri kbar li ordna, fosthom li m’ghandux isir hasil ta’ hwejjeg barra t-triq, projbizzjoni u bejgh ta’ tjur generali, wassal bix in-numru ta’ mwiet jigi mrazzan.
- Ftit li xejn sibt taghrif fuq dan is-suggett hekk importanti. Nifhmu li ghal dan il-ghan kien jinzamm registru fl-ghases, izda wara li diversi dokumenti kienu ‘ntremew’ u mizmuma gewwa Sant’Iermu, hafna minnhom kienu nqerdu qabel ma gew trasferiti ghall-arkivji gewwa Santu Spirtu fir-Rabat (Malta).
- L-istess procedura ghadha ssehh illum li hdan il-korp. Tajjeb li nghidu li kien hemm xi ftit kazi fejn il-membri nvoluti ma thallewx jizzewgu minhabba karattri mhux xierqa, u b’hekk kellhom jirrezenjaw mill-korp. Bhala rendikont kien johrog avviz imwahhal mal-faccata ta’ l-ghassa ghas-sodisfazzjon ta’ kulhadd.
- Il-karru migbud biz-zwiemel - tnejn jew erba' – ta’ kulur iswed jew abjad kienu jintuzaw mill-1880 sa ricentament l-1960, mentri il-‘katarett’ - li kien forma ta’ strecer maghmul mill-injam u kien jingarr minn erba’ min-nies - kien jintuza qabel l-uzu taz-zwiemel.
- Cirkolari nru. 115/03 PS/167/78 (29 ta’ Novembru, 2003) turi li dan l-obbligu ghadu jghodd.
Referenzi ohra
- Psychology of Crime, Philip Feldman.
- Malta Government Gazette, 25.1.1814.
- Crime Encyclopidia, U.K.
- Ex Annalibus Mustae, Dr G. Cassar, (2005).
- Criminal Code, Chap 9, Malta Police, (1814).
- Archives - Malta Police.
- Wright et al., (1974).
- F’Gieh il-Haqq, Kav. Guze Galea, (1982).
- San Pawl il-Bahar, Eugene Paul Theuma, (2003).
- Dokumenti privati/personali.
Hajr lil
- Joe Falzon Undertaker, Mosta.
- Guillaumier Ltd., Hal-Qormi, u
- Joseph Vassallo, eks Maggur tal-Pulizija.
Kapitli ohra mill-ktieb
- Introduzzjoni
- Il-Parrocca fi hdan il-Knisja Kattolika Universali
- L-Isqof Tumas Gargallo
- Il-Kappillani u l-Arciprieti li kellha l-Parrocca tal-Mosta
- Il-Mosta - 400 sena Parrocca
- Dun Felic Calleja (1748-1833)
- Zvilupp tad-Devozzjoni jew Kult lejn il-Passjoni ta’ Sidna Gesu Kristu fil-parrocca tal-Mosta
- Pitturi fir-Rotunda tal-Mosta
- Min huma L-Mostin?
- ‘Il-Musta’ ssir ‘Mosta’
- Il-Mosta fil-Kamra tad-Deputati
- Il-Gvern Lokali fil-Mosta
- Ir-rabta tas-Socjeta Filarmonika Nicolo Isouard mal-Parrocca Tal-Mosta
- Aspett u Impenn Pulizjesk Mosti
- Eroj Socjali: Xi Mostin ta’ l-Imghoddi u Hidmiethom
- Minghand l-Ghaqdiet Mostin
- Immagini Mostin