The Mosta Archives Banner

Storja tal-Mosta bil-Knisja Taghha (Malta 1986)

migbura minn E.B. Vella u ohrajn


ZIEDA III: MOSTIN LI GHAMLU L-IKBAR GIEH LIR-RAHAL


(p.243) Jekk nibdew mis-seklu sittax u nibqghu sejrin il-quddiem, dejjem niltaqghu ma hafna kappillani, qassisin, patrijiet u profesjonisti Mostin li kellhom isem mal-gzira kollha. Jisghobbina illi l-wisa ma jhalliniex nitkellmu minn dawn kollha, imma biex nuru illi l-Mosta kellha wkoll biex tiftahar, niehdu biss tliet Mostin kbar li ghexu fis-seklu li ghadda, u nghidu xi haga fuqhom fil-qosor kemm jista jkun.


It-Tabib Tumas Chetcuti (15.Gun.1797 - 17.Mar.1863)


It-tabib Tumas Chetcuti It-tabib Tumas Chetcuti

Il-lapida tat-Tabib Tumas Chetcuti li hemm fir-Rotunda fil-kuritur ta' bejn is-sagristijiet Il-lapida tat-Tabib Tumas Chetcuti li hemm fir-Rotunda fil-kuritur ta' bejn is-sagristijiet

Fil-15 ta' Gunju 1797, sena qabel id-dehra ta' Napuljun fuq Malta, Gammari Chetcuti u martu Grezzja Magri kellhom il-ferh bit-twelid ta' tifel illi fil-maghmudija semmewh Tumasu.


Meta tfarfar gmielu, missieru li kien il-Kmand tal-Mosta ried jibaghtu l-iskola, imma billi fir-rahal ma kienx hemm skejjel, baghtu jitghallemm ghand Fra Gwann Magri li kien joqghod f'Hal Lija.


Wara t-taghlim elementari, dahal fis-seminarju ta' l-Imdina, li kien l-ahjar skola li kellna f'Malta. Barra mit-taghlim tas-suggetti ta' l-iskola, kien ukoll isib zmien biex jghaddi xi haga tal-muzika.


Ghadda l-kors tas-Seminarju u beda jistudja privat il-filosofija. Fl-1815 dahal l-Universita u qabad il-kors tal-ligi li spiccah wara tliet snin. Imma meta Mons. Caruana (li dak iz-zmien kien ir-Rettur ta' l-Universita) ried jaghtih il-lawrja hass li ma kienx sejjer jiehu professjoni ghal qalbu, il-ghaliex kien iktar imhajjar li jsir tabib inkella avukat.


Chetcuti kien jaf tajjeb il-latin u t-taljan u kien mhux (p.244) hazin fl-ingliz u l-franciz. Issa kien ghadu zghazugh u l-istudju kien kif inghidu ahna, jieklu bil-hobz. Ghalhekk minghajr biza ta' xejn telaq ghal Napli u qabad jistudja ghal tabib.


Wara kors ta' tliet snin, fl-24 ta' Novembru 1821 gie lawrjat minn dik il-belt bhala tabib tal-medicina; u billi hemmek kienu jaghzlu l-lawrja tal-medicina minn dik tal-kirurgija, Chetcuti kellu jistenna hames xhur ohra biex ha d-diploma tal-kirurgija.


Meta gie ghal kollox lejn Malta, mar joqghod ir-Rabat, fejn hemm beda l-professjoni tieghu, u mill-ewwel ha isem bhala tabib jinqala tassew.


Ismu xxerred bhal berqa mal-gzira kollha, u fl-1 ta' Jannar 1832 gie msejjah bhala assistant tabib kirurgu ta' l-Isptar Santu Spirtu, fejn wara li spicca t-tabib principali, fl-1 t'April 1834 sar tabib kirurgu principali f'dak l-Isptar. Kulhadd kien isemmi lit-tabib Chetcuti ghall-herqa tieghu biex ighin lill-imsejknin morda li kienu taht idejh; imma din il-fama kellha tikber wisq izjed ftit iehor il-quddiem kif issa sejrin naraw.


Fid-9 ta' Gunju 1837 dahlet fil-Gzira taghna l-kolera, u billi din kienet marda tal-biza, hafna nies u sahansitra tobba bdew jaharbu dawk il-postijiet fejn dahal il-flagell. Imma t-Tabib Chetcuti, li kien bniedem ta' qalb kbira, kont tarah sejjer magenb l-imsejknin morda, kien ighinhom, iqawwilhom qalbhom u sahansitra jaghmlilhom il-kura mehtiega hu stess. Kien jifli l-marda b'reqqa kbira, u kien jaghmel l-izbar fuq il-mejtin, dan kollu biex ifittex kif wiehed jista jehles minnha.


Ghaddew erba' xhur u l-kolera telqet minn l-art taghna, imma Chetcuti kien ghadu jhabbat rasu fuqha, il-ghaliex wara ftit ipubblika ktieb zghir li jitkellem minn dik il-marda harxa1. Din il-bicca xoghol ta' Chetcuti hija storika u medika f'daqqa wahda. U meta wiehed ixebbah dak li qal hu ma dak (p.245) li kitbu tobba ohra fl-Ewropa, wiehed jista jghid illli din il-bicca xoghol tat-Tabib Chetcuti kienet thabbatha ma l-aqwa li gew ippublikati.


B'notifikazzjoni ta' 1 ta' Jannar 1838, il-Gvern ghazel lit-Tabib Chetcuti biex jiehu taht idejh il-manikomju, wiehed mill-ewlenin sptarijiet tal-Gzira. Biex ma jkunx supratendent ta' dak l-istitut ghall-isem biss, Chetcuti deherlu li kellu jinxtehet sewwa ghal dan ix-xoghol gdid, u biex jimmxi l' quddiem f'dan l-istudju ghamel safra ghall-Italja, Franza u l-Ingilterra fejn zar l-ikbar manikomji ta' dawk il-pajjizi.


Dak iz-zmien l-imgienen kienu mizmuma f'bicca mill-Ospizju tax-Xjuh gewwa l-Furjana. Hemm kont tara dawk l-imsejknin morda f'kuritur mudlam u mahmug, hafna minnhom mixhutin fl-art fuq il-hmieg taghhom stess; u min ighajjat bil-genn u min jokrob krib li jgiblek hniena. Imma dan mhux bizzejjed, il-ghaliex mal-mard li baghtilhom Alla, il-bniedem mhux biss ikkalzrawhom imma hemm kienu izommuhom bhala ilsiera, il-ghaliex kont sahansitra tara bicciet mill-morda mmanettjati; u meta l-imsejken bhal mohh jirvella iktar kienu isawtuh bil-bastuni. Haga li tassew tkexkex u twerwer. Ghal xi mard iehor, issejjah it-tabib, imma ghal mard tal-mohh hadd ma kien jista jaghmillek xejn, u hemm arak mehud bhal bhima ghal ta' l-imgienen.


Dan hu fil-qosor dak li sab it-Tabib Chetcuti meta ha f'idejh ir-riedni ta' dan l-istitut. Beda biex sab post ahjar u ghazel il-Palazz ta' Francuni (Palazzo Franconi) li kien iktar tas-sahha minn dik, tista tghid, il-kantina li kienu fiha l-morda. Il-habs tal-biza li kienu fih issa tbiddel fi sptar, u l-imgienen saru issa bhal morda ohra. Tqattghu l-hbula, inhallu l-ktajjen u tnehha darba ghal dejjem il-bastun minn idejn il-gwardjani. Il-genn beda jigi mqassam, il-mard jintghazel, gew maghmula registri, u fuq kollox bdiet issir kura bil-ghaqal.


Izjed it-tabib Chetcuti kien ghadu mhux kuntent bid-dar ta' Frankuni u beda jithabat biex jinbena istitut ghal tal-apposta. It-thabrik tieghu ma kienx ghalxejn ghax il-Gvern (p.246) bena dak l-istitut ta' Wied Incita, li sewwa ghal-arja li ghandu, ghat-taqsim u ghall-kobor tieghu, ihabbatha ma l-ahjar istituti ta' l-Ewropa. Chetcuti baqa' dejjem jithabat ghal dawn il-morda li taghhom kien il-feddej. Gieb kotba godda, dahhal metodi ahjar u nefaq minn butu 1,000 frank biex gera u ra manikomji ohra u minnhom ha t-taghlim li kellu bzonn.


L-isem ta' Chetcuti baqa' dejjem jikber, l-ahjar nies ta' Malta kienu jsejhulu ghal konsulti. Id-dar tieghu kienet bhala Probatika tas-sahha, u hafna drabi kien jirnexxilu ifejjaq mardiet li kulhadd kien jaqta' qalbu minnhom.


Ghamel diskorsi fuq il-genn u ghamel diskors fuq il-Ghaqda tat-Tobba (Societa Medica) li taghha kien President fil-Gzira taghna2. Meta O'Malley hareg bill-progett tieghu biex jirriforma l-Universita, il-Ghaqda tat-Tobba ghazlet lil Dr. Tumas Chetcuti u lil Dr.Nikol Zammit biex huma jezaminaw dak il-progett, l-iktar fuq dak li huwa studju tal-medicina u kirurgija3.


Il-Gvern li kien jaf tajjeb kemm kien jiswa Chetcuti, fl-1 ta' Jannar 1849 ziedlu kariga ohra, li kienet dik ta' tabib ta' Lazzarett. Riedu wkoll jatuh katedra fl-Universita, imma imhabba l-kundizzjonijiet li qeghdulu ma setax jilqa' din l-ghazla. Chetcuti kien l-ewlieni tabib li minghandu l-Gvern kien jiehu l-parir li kien ikollu bzonn, fuq dak li kellu x'jaqsam mal-professjoni tieghu u fuq ligi medika; kien imsejjah spiss mill-qorti u kien ukoll jippresiedi f'kumitati tat-tobba.


Imma dan mhux bizzejjed, il-ghaliex dan il-bniedem gharef kien ukoll maghruf fi Sqallija, fl-Italja, fi Franza u fl-Ingilterra. Kien membru tas-Societa tal-Medicina ta' Marsilja, kien imdahhal fl-Akkademja Gioenia tax-Xjenzi Naturali u kien ukoll fl-Akkademja Mediku-Kirurga ta' Napli. Fost il-hafna (p.247) professuri li kienu jafuh f'Parigi, insemmu l-Professur Malgaigne u fost dawk ta' Marsilja bizzejjed insemmu lill-Louis Barthelemy.


Chetcuti kien tgharras ma Tereza Diacono bint Gan Batist, li zzewwigha fl-1824 fiz-Zejtun fejn kienet tghammar il-familja taghha. Huwa kien fih ragel sewwa, twil u mgissem, wiccu ftit samrani, kliemu kien jigbdek, u billi kien jaf imur u qalbu tajba kien mahbub minn kulhadd.


Imhabba x-xoghol kbir li kellu, Chetcuti kien joqghod il-Belt Valletta, imma haga tal-ghageb kemm baqa' migbud ghar-rahal ta' twelidu l-Mosta. Hawn kien bena villa li tghaxxaq4 u fiha kien iqatta' l-Hdud u l-festi kollha tas-sena, u hawn kien ta' spiss igib mieghu xi hbieb biex iqattghu l-jum mieghu.


Darba wahda nhar ta' Hadd, fl-Lulju 1856, filwaqt li vettura kienet lesta wara l-bieb ta' Chetcuti tistennih biex bhas-soltu tiehdu ma martu mill-Belt ghall-Mosta, nstema minn barra ghajjat li kien juri li grat xi haga kbira. U hekk kien, il-ghaliex is-sinjura Tereza kienet mixhuta fl-art mejta b'poplesija qawwija f'rasha.


Wara tmintax-il xahar vistu, fis-26 ta' Jannar 1858, it-Tabib Chetcuti zzewweg ghat-tieni darba, u ha lil Kiara Pullicino, bint l-arkitett Gorg Pullicino (dan jinghad li kien wiehed mill-arkitetti li ssottometta pjanta ghall-knisja gdida fil-Mosta fl-1833).


Beda jhoss illi l-gotta (bl-Ingliz "Gout"), li bata biha hafna, bdiet thallih bil-ftit il-ftit, imma minflokha gie salib akbar, li kien marda fil-genb ta' halqu, u li baqghet dejjem tizdied. Huwa kien jemmen shih bit-tobba francizi, ghalhekk, f'Ottubru 1862, ha lil martu mieghu u telaq ghal Parigi, minn mnejn rega lura xahar wara.


Issa hassu hafna ghall-ahjar u rega beda jikkura l-morda. Imma l-marda kienet biss mohbija, il-ghaliex wara ftit regghet dehret b'qawwa u qilla ikbar. Dam tmien xhur ibati, meta wara li kien imsahhah bis-sagramenti mqaddsa, fis-17 ta' (p.248) Marzu 1863 ruhu ttajret lejn dak li halaqha, wara hajja ta' 66 sena.


Qabel ma miet Chetcuti kien halla bil-miktub illi gismu kellu jkun midfun fil-knisja tal-Mosta, ghalhekk il-ghada tal-mewt tieghu, wara nofsinhar, wiehed kien jista jara l-karru tieghu ghaddej minn Strada Rjali tal-Belt qalb folla ta' nies u vistu ma kullimkien. Warajh kellu ghadd kbir ta' karozzi b'hafna mill-ahjar nies, li baqghu sejrin jakkumpanjawh sal-knisja tal-Mosta, haga li wriet kemm kien meqjum dan it-tabib kbir Mosti, u kemm tassew inhasset it-telfa tieghu. Gismu therra u spicca ghal dejjem, imma ismu ghadu u jibqa' haj bhala bniedem li ghamel gieh lir-rahal ta' twelidu u gholla l-isem ta' Malta quddiem l-gheref nies ta' l-Ewropa5.


Fis-sagristija tar-Rotunda quddiem il-kamra tal-Lavabo, hemm lapida kbira tar-rham u taht l-arma ta' Chetcuti tidher kitba latina twila li titkellem mill-hajja ta' dan il-Mosti kbir.


Riferenzi

  1. Tommaso Chetcuti M.D., Notizie Storiche e Patologico - Cliniche sul Cholera del 1837.
  2. Misc. 358. Dr. T. Chetcuti, Discorso Inaugurale, pronunciato all'apertura dell'accademia 1846-47 nella Societa Medica di Malta.
  3. Misc. 352. Chetcuti e Zammit, Rapporto Ragionato della Commissione incaricata dalla Societa Medica … Presentato nella seduta del 9 Giugno 1842.
  4. Illum jisimha Villa Gollcher li qeghda fit-triq imsemmija ghalih, Strada Dottor Tommmaso Chetcuti. Fil-kantuniera tal-villa tidher l-istatwa ta' San Tumas, li Chetcuti kien qieghed ghall-isem tal-qaddis tieghu).
  5. Mehud fil-qosor mill-Biografia di Tomaso Chetcuti miktub mill-maghruf Tabib Gavinu Gulia. Ara wkoll l-Arte tat-22 t'April 1863, pp. 3-6.

Il-Professur Mons. Guzeppi Chetcuti (22.Awi.1812 - 2.Mej.1876)


Dan il-bniedem maghruf ghall-gherf u ghat-tjieba tieghu twieled fil-Mosta fit-22 t'Awissu 1812 u kien bin in-Nutar Frangisk Chetcuti, J.U.D. u s-sinjura Anna Camilleri.


Minghand il-genituri tieghu Guzeppi kien ha l-ewwel taghlimiet ta' tjubija, bzulija u mhabba ghar-religjon. Missieru kien is-segretarju tal-fabbrika tar-Rotunda u ltqajna ma ismu kemm il-darba meta tkellimna mill-istorja ta' dik il-knisja.


Wara li Guzeppi ghadda l-istudji tieghu elementari u sekondarji, dahal l-Universita, fejn qabad l-istudju biex jilhaq tabib. Imma Alla kien qieghed isejjahlu ghal haga ohra u meta (p.249) kien ghadu fil-kors tal-filosofija, zaghzugh ta' dsatax-il sena has ruhu migbud biex isir qassis, meta f'daqqa wahda halla l-ewwel hsieb tieghu u beda t-triq ta' qassis (F'din il-familja kien hemm erba qassisin ahwa, li kienu Dun Glormu, Dun Guzepp (li lahqu t-tnejn monsinjuri), Dun Tumas u Dun Salv. Huhom iehor, Danieli ha l-professjoni ta' tabib).


Meta lahaq qassis, fl-1836 ried li kieku jixtehet ghall-missjonijiet ta' barra min Malta, imma l-Isqof F. S. Caruana, billi kien jaf x'kien jiswa dan il-qassis gdid dawru minn dak li kellu f'rasu u baghtu jghallem fis-Seminarju, allavolja l-katedri kienu kollha mimlijin. Dun Guzepp qaghad ghal dak li qallu s-superjur tieghu, u beda jghallem il-matematika; filwaqt li kien jaghllem minflok is-superjuri meta dawn ma kienux imorru.


Il-hila ta' Dun Guzepp malajr giet maghrufa tajjeb, u hekk kif il-Wisq Rev.Dun Dr.Vincenz P. Galea halla l-katedra tal-filosofija, gie maghzul Dun Guzepp biex ikun professur ta' din ix-xjenza fl-Universita ta' Malta, fejn ta' l-isbah xhieda tal-gherf u l-hila tieghu.


Miet l-Isqof F. S. Caruana u Mons. Publju Marija Sant, li lahaq warajh, gharaf ighozz lil dan il-bravu professur u sabiex ilestilu t-triq ghal-kanonku kapitolari ghamlu Cerimonjier tal-Katidral u baqa' jhobbu tant illi l-Isqof xwejjah kien ta' spiss jiehdu mieghu ghall-passiggati u ghal xi tahdita ta' bejniethom.


Gara illi bil-mewt tal-Professur Dun Gejtanu Vassallo, l-Universita kellha bzonn min jiehu l-katedra tat-Teologija Morali, u f'malajr il-Mons. Dr. Vincenz Rossingaud irrikmanda lill-Dun Guzepp Chetcuti, li kien hekk maghruf ghall-gherf tieghu li fl-1853 il-Gvernatur Reid ghazlu biex jiehu l-imsemmija katedra minghajr ezami.


Il-Professur Chetcuti wera kemm tassew kien xmara ta' gherf u ghalhekk meta miet Dr. P. Pawl Psaila, Rettur u Professur tas-Seminarju, l-Isqof Pace Forno ried jaghmel lill-Dun Guzepp Rettur u Professur tat-Teologija fis-seminarju, u tant habrek biex isir hu illi sahansitra baghat lill-Vigarju tieghu (p.250) fil-Mosta biex igieghelu jiehu dan il-post gdid. Imma Chetcuti billi kellu bizzejjed tahbit bil-katedra ta' l-Universita, u mill-banda l-ohra biex ma jiksirx il-kelma tas-superjur tieghu, indahal biss ghal-lezzjonijiet tal-Kanonika.


Chetcuti kien bniedem hekk maghruf fix-xjenzi illi sahansitra l-Isqof li semmejna l-ahhar, qabel ma telaq ghal Ruma fejn kien sejjer ghal-Koncilju tal-Vatikan, mar kemm il-darba fis-Seminarju ta' San Kalcedonju fejn kien jithaddet fit-tul ma Chetcuti fuq hwejjeg li kellhom isiru f'dak il-Koncilju. Meta miet il-Monsinjur Dr. Gorg Caruana, Chetcuti gie maghzul biex isir Kanonku Kapitolari tal-Katidral.


Ghad illi Dun Guzepp, kien imhabbat sewwa bil-karigi li kellu f'idejh, ma telaqx dak ix-xoghol l-iehor ta' mhabba – irridu nghidu ahna – il-priedki u l-qrar. Ghamel hafna priedki sbieh tant bil-malti kemm ukoll bit-taljan, li fost dawn ta' l-ahhar kienu forsi tawh isem il-kwarezimal li ghamel f'San Gwann tal-Belt, taht l-Isqof Sant; u l-panegirku tal-Konversjoni ta' San Pawl fil-Katidral fi zmien l-Isqof Pace Forno.


Issa s-sahha ta' Chetcuti bdiet tonqos, kemm imhabba f'marda, kemm ukoll imhabba t-tul ta' xoghol li ma kienx fuq haga wahda. Ghalhekk fl-1875 talab lill-Gvern biex jaghtih il-mistrieh li kien jisthoqqlu, u ma damx ma ha l-pensjoni ghall-bqija ta' hajtu, wara li kien ilu tlieta u ghoxrin sena jghallem fl-Universita.


Imma t-tarf ma kienx fil-boghod, ghaliex f'anqas minn sena mistrieh, sew sew fit-2 ta' Mejju 1876, is-Sinjur sejjahlu biex igawdi l-mistrieh iktar mghoti lit-tajbin, u lill-dawk li jahdmu fil-vinja tieghu. Il-ghada l-festa tas-Salib, il-katavru tieghu gie mehud il-Katidral, fejn wara l-funeral li sarlu gie imqieghed fil-qabar li hu u huh Dun Glormu kienu lestew f'dik l-omm tal-knejjes ta' Malta.


Fir-rahal hemm hafna djar li jghozzu r-ritratt ta' dan il-Mosti gharef, imma l-iktar wiehed li jaghmillu unur huwa dak li jinsab imdendel fl-Aula Concilii ta' l-Universita li juri li huwa wiehed minn dawk in-nies li ghamlu gieh kbir l-art twelidhom.


Monsinjur Mikelang Mifsud LL.D., J.U.D. (26.12.1817 - 11.Lul.1886)


Il-bust ta' Mons. Mikelang Mifsud fil-kappellun ta' San Pawl fir-Rotunda Il-bust ta' Mons. Mikelang Mifsud fil-kappellun ta' San Pawl fir-Rotunda

(p.251) Din il-familja Mostija ta' Mifsud kellha hafna rgiel li hadu professjoni u li wara gew maghrufin ghall-hila kbira taghhom. Imma fost dawn ahna niehdu l-Monsinjur Mikelang Mifsud, dak li fil-Mosta hemm mijiet ta' nies li ghadhom jafuh tajjeb, u li d-dar tieghu kienet dik li llum jisimha Villa Grech Mifsud.


Dan il-bniedem gharef twieled fil-Belt Valletta fis-26 ta' Dicembru 1817, u kien bin l-Avukat Ganbatist Mifsud u s-Sinjura Marija Teresa Camilleri. Dan it-twelid tieghu fil-Belt kien imhabba xi ragunijiet privati ta' missieru u ommu, il-ghaliex hu mbaghad trabba, ghex, miet u ndifen fil-Mosta, kif kienu ghamlu niesu ta' qablu.


Meta sar tifel imfarfar gmielu, wera x-xewqa li kellu biex isir qassis, dak li missieru u ommu komplew ihajruh biex jilhaq. Fil-kors ta' l-istudji li ghamel kien dejjem wiehed mill-ahjar, u kellu mohhu hehh tajjeb li kellu l-hila jsir qassis u avukat f'daqqa. Isem ta' bniedem ta' dehen hekk kbir malajr gera mal-Gzira kollha, u kemm fil-Belt kemm ukoll fil-Mosta kont issib min jistennih biex jiehu l-parir gharef tieghu.


Mill-banda l-ohra s-superjuri tieghu dlonk xehtu ghajnejhom fuqu u insibuh ghadu zaghzugh meta l-Isqof Frangisku Saverju Caruana ghazlu bhala segretarju straordinarju tieghu. Wara l-mewt ta' dan l-Isqof u l-ghazla ta' Mons. Publiju M. Sant, li lahaq minfloku, insibu lil Dun Mikelang maghzul bhala Assessur, u dan l-Isqof qatt ma heba kemm tassew kien ighozzu. L-Isqof Fra Gejtanu Pace Forno, li gie maghzul wara Sant, ghamel lil Dun Mikelang Kanonku tal-Katidral.


Bhalma Monsinjur kien hekk stmat u mahbub, li hekk kif miet l-Isqof Pace Forno u bhas-soltu il-Monsinjuri gew jaghzlu wiehed minn fosthom biex imexxi hu lid-djocesi sa ma ssir l-ghazla ta' l-Isqof il-gdid minn Ruma, insibu li ghal dan il-post hekk gholi gie maghzul il-Monsinjur Mikelang Mifsud.


Issa hafna nies, bejn li kienu jafu tajjeb it-toqol tal-gherf kemm ukoll il-fwieha tal-virtujiet ta' Mons. Mifsud, kienu jistennew l-ahbar li huwa jigi maghzul biex isir Isqof tad-djocesi; (p.252) imma ghal ragunijiet li ahna ma nafuhomx, Ruma ghazlet lill-Konti Karmenu Scicluna. Mill-banda l-ohra x-xoghol ta' Mons. Mifsud ma baqghax ma giex maghruf, il-ghaliex il-Papa Piju IX zejjen lil Mifsud bl-ilbies prelatizju, u ‘l quddiem izjed gie ukoll imzejjen bit-titolu ta' Avukat ta' San Pietru.


Fi zmien l-Amministratur tad-Djocesi Fra Antonju M. Buhagiar, Mons. Mifsud gie maghzul bhala Vigarju Generali, li kienet l-ahhar kariga ta' hajtu. Min kien jafu tajjeb halla bil-miktub xi prattika kbira kellu fil-hwejjeg tat-tmexxija tal-Kurja u kien jikteb il-latin b'heffa li tghaggeb.


Bhala patrijott Mosti, Mons Mifsud baqa' dejjem ihobb lir-rahal tieghu, u hadem ghal biex issir l-iskultura, l-induratura u bicca mix-xoghol tar-rham gewwa r-Rotunda. Ahna u nitkellmu mill-istorja ta' din il-knisja konna semmejna li wara li hattew il-knisja l-qadima minn gewwa l-gdida Mons. Mifsud kien li qaddes l-ewwel quddiesa fl-artal li hemm fil-kor. Wara dan kien mal-Markiz Vicenz Bugeja C.M.G. thabat biex ingabru l-flus ghall-monument li waqqfu lill-arkitett Gorg Grognet.


Wara hajja ta' 68 sena, imghoddija fl-istudju, fil-hidma tar-Religjon u fil-gid lill-ghajru, fil-11 ta' Lulju 1886 ruhu ttajret lejn Dak li kienet taqdi. Gismu gie, kif xtaq hu, midfun fir-Rotunda tal-Mosta u qieghed jistrieh fil-kappella ta' San Pawl, li hu u missieru kienu zejnu bi skultura, induratura, irham u kwadri. Hemm ghandu monument kif jixraqlu b'mezzu bust tieghu sabieh li nhadem mill-maghruf Tudolini ta' Ruma1.


Riferenzi

  1. Ara n-nekrologija qasira tal-Crepuscoli, 19 ta' Lulju 1886, p. 86.

(Jisghobbina hafna li mhabba n-nuqqas tal-wisa' kellna nhallu barra t-tidwir mil-latin ghall-malti tal-kitba fuq il-lapidi tal-oqbra kollha fil-knisja, bicca xoghol twila u sabiha tal-bravu latinista l-Patri Lettur Albert M. Grech O.P.)


Kapitli ohra mill-ktieb