The Mosta Archives Banner

Storja tal-Mosta bil-Knisja Taghha (Malta 1986)

migbura minn E.B. Vella u ohrajn


L-GHAXAR TAQSIMA


Il-Francizi


(p.106) Hawn ikollna nhallu barra dik il-bicca storja hekk sabiha ta' meta fi Franza qamet rivoluzzjoni kontra r-re, nobbli, u l-kleru; u mill-banda l-ohra t-telgha tal-ghageb ta' Napuljun Bonaparti. Ikollna wkoll nerhu ghall-istorja generali ta' Malta kif, dak iz-zmien, l-Ordni bdiet niezla dejjem l-isfel filwaqt li kiber il-glied bejn il-kavallieri, u iktar kibru l-vizzji fosthom. Kulhadd jaf illi l-ikbar tahsir huwa meta jkun minn gewwa. Hekk kien it-tahsir ta' l-Ordni, u ghalhekk meta fid-9 ta' Gunju 1798 Napuljun deher bl-armata tieghu tal-biza Malta u talab biex jidhol u jiehu l-ilma kien jaf li ma ghandux biza mid-dghajjef Granmastru Hompesch, kap ta' l-ordni mhassra.


Barra minn dan kien hawn xi kapijiet Maltin li kienu xebghu taht il-gvern ahrax ta' l-Ordni u kien ilhom jixtiequ li jigu mehlusin darba ghal dejjem mil-kavallieri. Gara li dawk il ftit li baqghu fidili ghal-armi bhalma kienu l-Mostin1 sabu ruhhom ittraduti u wara ftit granet Malta kollha kienet taht idejn il-Francizi, li haduha bla tbatija ta' xejn. Meta wara sitt ijiem Napuljun baqa' sejjer bl-armata tieghu ghall-Egittu halla minnfloku l-General Vaubois. Fost l-ohrajn il-gzejjer gew imqassmin fi 12 il municipju, li fosthom in-Naxxar, Hal Gharghur u l-Mosta , fit-23 ta' Gunju 1798 gew maghmulin municiplju wiehed2. Kull municipju kien immexxi minn president, segretarju u 4 membri u ghal dan id-distrett taht (p.107) id-data tat-3 ta' Lulju 1798 niltaqghu ma dan li gej:-


Municipju tan-Naxxar, Mosta u Hal Gharghur3

  • Indri Micallef, nutar President (min-Naxxar)
  • Frangisk Falzon, tabib (mill-Mosta)
  • Wigi Benina(Bezzina?) proprjetarju (min-Naxxar)
  • Ganni Gafa, propretarju, (min Hal Gharghur)
  • Tumas Chetcuti propretarju, (mill-Mosta)
  • Gammari Borg, avukat Segretarju

Dawn kellhom maghhom l-Imhallef tal-Paci u fil-25 ta' Lulju gew moghtija lilhom xi ordnijiet x'kellhom jaghmlu biex izommu l-kwiet fid-distrett taghhom u li jfittxu jarrestaw il-vagabondi u l-briganti u jmorru ghalihom sahansitra fil-gherien fejn ipoggu, bicca xoghol li l-municipalisti ta' dan id-distrett f'malajr taw bidu ghaliha4.


L-irvell


Il-Francizi ghamlu hafna ligijiet sbieh li kienu sejrin jaghtu hajja gdida u ahjar lin-nies ta' dawn il-Gzejjer, imma mill-banda l-ohra r-riformi fil-knisja u l-kleru, billi riedu jisirqulhom mis-setgha taghhom, u xi ftit ligijiet ohra, li hawn ma ghandniex zmien nitkellmu minnhom, weggghu bl-ahrax il-qalb tal-Maltin.


Jerga s-serq li l-Francizi ghamlu fil-knejjes ghonjin, beda jqanqal il-mibgheda ghaliex il-Maltin minn dejjem izommu l-knisja ghezez, biex inghid hekk, mill-istess dar taghhom. Kleru, nobbli u baxxi kulhadd ingidem b'xi ligijiet godda u d-drawwiet li, terga u tghid fi zmien hekk qasir ta' xahrejn riedu jdahhlu l-Francizi. Ghalhekk il-qiegha bdiet tishon sewwa, u ma kenitx tistenna hlief daqsxejn ta' xrara biex taqbad ghal kollox. Din ix-xrara ma kenitx fil-boghod, il ghaliex il-Hadd (p.108) 2 ta' Settembru 1798, xi ftit Francizi mibghutin mis-superjuri taghhom marru ghal Knisja tal-Karmnu ta' l-Imdina biex jirkantaw it-tapizzerija ma hwejjeg ohra ghanjin tal-knisja. In-nies dlonk telqu jigru ghal dik il-knisja u hatfu lil dak li kien qieghed imiss it-tapizzerija. Min idoqq kemm jiflah il-qniepen min jigri ghall-bicca ghodda biex jiggieled biha u minn kullimkien il-Maltin qamu kontra l-Francizi.


Intaghzel f'malajr bhala kmandant in-Nutar Manwel Vitale, u dan baghat 2 messaggieri mal-kampanja kollha biex iqajmu lin-nies ghal-armi. Lawrenz Bugeja (li jumejn wara kien maghzul segretarju tal-Assemblea) baghat ukoll lil certu Ganni Catania mill-Mosta, li dak il-hin kien qieghed ghandu, u qallu ighid lin-nutar Zarb minn H'Attard biex iqassam l-armi li kien hemm fil-Villa ta' Sant'Anton u jimblokka t-triq li mill-Belt taghti ghal Imdina.


Il-Mosta hekk qrib l-Imdina kienet minn ta' l-ewwel li qamet ghall-ghajnuna, tant illi fit-taqtigha li saret fl-Imdina dakinhar u l-ghada biex jehilsu mill-Francizi li kien hemm, niltaqghu ma nies mill-Mosta. Kollox kien ighodd ghall-glied, armi, xwabel, staneg u kull ma wiehed seta jaqbad f'idejh dak il-hin.


Lanqas H'Attard ma hu boghod mill-Mosta, u hemm mnejn kellu jghaddi r-rinforz mill-Belt ghal Imdina, kellha ssir taqtigha ohra, li fiha l-Mostin kellhom l-ikbar sehem. Hekk x'kiteb l-imsemmi Bugeja:


"In-nutar Zarb ta' H'Attard, sejjah biex jiltaqghu xi ftit mill-irhula tal-qrib, l-iktar fil-Mosta u waqqaf malajr battaljun ta' 500 bniedem, u f'dik il-lejla qassamhom fuq il-bjut ghamla ta' trunciera u wkoll wara l-hitan. Lil dawk li ma kellhomx armi, taghhom il-hagar, sabiex x'hin l-imsemmija ghajnuna tkun ghaddejja minn H'Attard ghall-Imdina, il-Maltin kienu (p.109) jistghu jaghmlu glieda mal-Francizi.


Kollox kien mahsub tajjeb, imma meta filghodu tat-3 ta' Settembru l-Francizi kienu gejjin, semghu xi sparatura tal-armi li kienu qeghdin jilghabu bihom xi tfal, indunaw malajr illi l-Maltin kienu ghamlulhom xi nassa u ghalhekk regghu lura lejn il-Belt. Taghna ma rnexxielhomx dak li kellhom f'rashom, imma dawk kollha li kien hemm wara l-hitan tas-sejjieh xtehtu fuqhom u filwaqt li grew warajhom hallew hafna mejtin u feruti."


Il-francizi inghalqu fis-swar ta' l-ibliet u fl-4 ta' Settembru saret l-ewwel Assemblea (laqgha) Nazzjonali tal-Maltin, li kienet bhal gvern maghmul biex isir il-ftehim kif ghanda tirnexxi l-gwerra li hadu f'idejhom kontra l-ghedewwa u biex iriegu lill-Maltin tal-kampanja. Baghtu jitolbu l-ghajnuna lir-Re taz-zewg Sqallijiet, u talbu wkoll lil flotta Ingliza biex tigi u timblokka l-port. Sadattant madwar is-swar ta' l-Ibliet u ftit il boghod minnhom gew imwaqqfin truncieri biex ma jhallux lil francizi johorgu barra mis-swar, imma jzommuhom maghluqin hemm. Il-Mostin messhom ikunu mal-Karkarizi fil-kamp tal-"Gharar" li kellu jiehu hsieb minn San Giljan sa fuq l-Imsida fejn il-gholja tax-Xbiex.


Hawn kellhom izommu mblokkati l-Francizi minn din in-naha tal-Belt u kellhom jilqghu l-attakki tal-Forti Tigne u tal-Forti Manwel, li kienu f'idejn il-ghadu.


Il-bicca fejn waqfu s-suldati fuq din in-naha tal-majjistral ta' Marsamxett kienet dik il-gholja li hemm inti u ghaddej mit-triq li minn Birkirkara tiehu ghal San Giljan u tas-Sliema. Il-batterija ewlenija hadet l-isem tal-post "il-Gharghar", li jahbat fuq il-Forti Manwel. Minn fuq din l-gholja iggib il-post ta' Marsamxett kollu tahtek, u tista tara t-truncieri l-ohra ta' madwar is-swar5.


(p.110) Dan il-kamp li kien izomm fuq il-500 ruh dejjem fuq is-servizz kellu dawn il-kapijiet:

  • Kmandant fil-kamp – Censu Borg (Braret)
  • Kap tal-Battaljun – Petruzzu Camenzuli
  • Ta warajh – Guzepp Scicluna
  • Ajjutant – Guzepp Pace u ohrajn6.

F'din il-fruntiera l-Mostin kellhom l-istess dmirijiet tal-Karkarizi, u dan tixhdu tajjeb din l-ittra li gejja, fejn huma talbu l-istess drittijiet ta' dawk li maghhom kienu qeghdin:


"Eccellenza,


Is-suldati, surgenti, kapurali tal-kumpanija tal-Mosta qaddejja l-iktar baxxi ta' l-Eccellenza tieghek, illi kienu ghassa fil-fruntiera tal-Ghaghar, fejn kien hemm il-kamp tal-Karkarizi jixtiequ bil-qima kollha jghidulek, illi l-kaxxa ta' l-imsemmija Birkirkara, ftit xhur ilu ghamlet b'xejn uniformi (tal-kutnina) lis-suldati ta' Birkirkara, meta s-suldati tal-Mosta, kienu fil-fruntiera ma dawk ta' Birkirkara, u kienu qeghdin taht l-istess tbatijiet li kellhom is-suldati Karkarizi.


Ghaldaqstant mixhutin f'riglejn l-Eccellenza tieghek, is-suldati Mostin jitolbu illi ggieghel lid-deputati tal-kaxxa tal-Mosta illi jaghtu lis-surgenti, kaporali, u suldati illi kienu fil-kamp tal-Mosta, rigal ta' ftit flus li jkun bizzejjed biex bih jaghmlu libsa kull wiehed ghal din ix-xitwa li gejja.


(p.111) Huma jittamaw illi jaqilghu dak li qeghdin jitolbu, il-ghaliex il-kaxxa tal-Mosta ghandha flus wisq izjed minn dik ta' Birkirkara7."


Issa nghaddu iktar il-quddiem
Il-kapijiet tal-Maltin li kienu l-Kanonku Frangisk Saver Caruana, in-Nutar Manwel Vitale u Censu Borg qawwew iktar qalbhom meta waslet l-ghajnuna li baghtet l-Ingilterra u malajr ghamlu lill-Kaptan Alexander John Ball bhala president tal-Laqgha Nazzjonali, li bdiet tissejjah, "il-Kungress".


Dan il-Kungress sar issa laqgha ta' rapprezentanti u ta' deputati ta' l-ibliet u tal-irhula li kienu maghzulin mill-kapijiet tal-familji. Il-Mostin ghazlu biex jitkellem ghalihom lill-Kappillan taghhom Dun Felic Calleja, u dan mar ghall-ewwel laqgha li saret fit-18 ta' Frar 1799, gewwa l-Villa ta' Sant'Anton (H'Attard). Fil-laqgha li saret fl-4 ta' Marzu, Dun Felic Calleja kien wiehed mit-3 kappillani deputati li l-Kungress ghazel biex idahhlu u jarblu, l-memorjali u jaghtu l-parir taghhom fuq id-degrieti8.


Fil-laqgha tal-Kungress tal-15 t'April sar tqassim gdid tas-suldati, u mill-lista li kitbu naraw illi t-truncieri tal-Ghargar kienet wisq ikbar mit-truncieri l-ohra, billi kienet maghmula min 530 suldat li kellhom ikunu maghzula kuljum ghal fuq l-armi. Minn dawn 80 wiehed kellha tibghathom kuljum il-Mosta u l-bqija jintbaghatu mir-rahal eqreb u ikbar ta' Birkirkara9.


F'dokument tas-17 ta' Novembru 1798, niltaqghu ma Dr. Ganni Pullicino, bhala kap tal-battaljuin tal-Mosta10.


Hawn issa nsemmu fuq fuq il-kongura li l-Maltin ghamlu kontra l-Francizi u li messet lil Mosta fil-laham il-haj. Din (p.112) kienet ftehima bejn il-Maltin biex kollha flimkien imorru habta u sabta fuq il-ghases Francizi tal-Belt, jaqbdu l-armi u l-fortizzi taghhom, u jiehdu l-Belt minn taht idejhom. Il-Maltin li kienu fl-ibliet kienu miftehmin ukoll ma tal-kampanja, u kulhadd kien jaf x'ghandu jaghmel hekk kif jinstema s-sinjal ta' l-assalt, li kellu jsir fis-sebgha ta' filghodu tat-12 ta' Jannar 1799.


Pulis, purfumier fl-ufficju tas-sanita, kellu jaqbad Bieb Marsamxett, fejn kellu jkun hemm lesti hafna mill-battaljun ta' Birkirkara u tal-Mosta. Dawn malli dalam, lejliet il-jum ta' l-assalt, telqu fuq id-dghajjes mill-Imsida u qajla qajla nizlu u stahbew fl-imhazen ta' magenb il-Parlatorju ta' Marsamxett.


Habat li dik il-lejla tal-Gimgha, Vaubois gieghel issir opra fit-teatru, ghax waslitilhom ahbar tajba lil-Francizi. Marru ghas-serata l-ufficjali kollha francizi, u fosthom kien hemm il-kmandant tal-Forti Manwel, ic-cittadin Boudard, u mieghu ufficjal iehor, ic-cittadin Roussel.


Wara li spiccat is-serata tat-teatru, Boudard u Roussel nizlu Marsamxett biex imorru ghal Forti Manwel. Meta tbeghdu ftit mix-xatt, dehrilhom li semghu xi tlablib fuq il-blat tal-qrib. Dan hassibhom hazin u hekk kif waslu fil-Forti, Boudard baghat lil Roussel b'seba suldati fuq frejgatina biex imorru ghal fejn kienu hassew in-nies.


Il-Maltin xejn ma kienu jistennewh dan, u hekk kif raw il-Francizi fuqhom f'dawk id-dlamijiet inhasdu, hasbu li giet forza kbira, bezghu, thawdu, u beda kulhadd jigri biex isalva rasu. Min inxtehet il-bahar biex jahrab bl-ghawm u ohrajn inhbew l hawn u l hinn; u filghodu inqabdu 34 minnhom.


Sadattant il-Francizi mexxew l-ahbar tat-tradiment u sa filghodu saru hafna arresti. Hekk kellha tisfratta ghal kollox il-kongura tal-Maltin. Imma sa hawn kien ghadu ma spiccax (p.113) kollox ‘l ghaliex imhabba xi spiji Vaubois irnexxielu li jaqbad il-kapijiet u dawk kollha li kienu qeghdin imexxu lil tal-Belt, u gew iffucillati fil-Pjazza tal-Belt 45 wiehed, fosthom il-kap Guliermu u l-kbir patrijotta Dun Mikiel Xerri.


F' din il-bicca storja li ahna gibna fil-qosor, il-Mostin kellhom sehem sewwa, il-ghaliex mill-listi tal-mejtin li gew f'idejna niehdu illi l-Mosta kellha l-ikbar sagrificcju, il-ghaliex barra minn dawk il-hafna li hadu sehem, niltaqghu ma sittax-il suldat mosti li mietu fl-assalt ta' Marsamxett. L-ismijiet tal-mejtin kienu dawn:11

  • Salvu Aquilina,
  • Indri Bezzina,
  • Frangisk Borg,
  • Guzepp Camilleri,
  • Frangisk Chetcuti,
  • Frangisk Fenech,
  • Xmun Fenech,
  • Dumink Galea,
  • Ganni Galea,
  • Guzepp Galea,
  • Indri Galea,
  • Pawlu Galea,
  • Frangisk Pisani,
  • Ganni Said,
  • Frangisk Xerri u
  • Guzepp Xiberras.

Ghaddiet din id-disgrazzja u l-Mostin mal-Karkarizi baqghu jzommu tajjeb il-fruntiera twila taghhom, li fil-15 ta' April 1799, kellha 530 suldat (Karkarizi u Mostin)12 u fit-28 ta' Dicembru ta' l-istess sena nsibu illi kienet maghmula minn 25 surgent, 23 kapural, u 290 suldat u kellha 8 kanuni (15 Pdrs)13. Dan it-tibdil kien isir skond il-bzonn li jkunu hemm u taqsimiet godda li kellhom isiru meta waslet il-ghajnuna.


Mil-lista tal-battaljuni14 li kien hemm fl-4 ta' Settembru 1800 niehdu illi l-Mosta kellha fuq l-armi 125 bniedem li kienu maghmulin minn 2 kapijiet tal-battaljun (li kienu Guzepp Galea u Mikiel Bertis), minn 13 il surgent, 10 kapurali, 2 tat-tambur, u 98 suldat. Dan kien ghadd sabih hafna ghal Mosta l'ghaliex kellha nies fuq l-armi ftit anqas minn xi rhula wisq ikbar minnha. In-nefqa biex jinzamm il-battaljun tal-Mosta kienet tilhaq fuq 53 skud kuljum.


(p.114) M'ahniex behsiebna nidhlu f'dak kollu lli sar fuq din it-trunciera. Inghidu biss illi hawn il-Mostin mal-Karkarizi kellhom x'jaghmlu bizzejjed kontra l-Forti Manwel u l-Forti Tigne, u ta' spiss kien isir bombardament qawwi bejn taghna u l-Francizi ta' dawn iz-zewg fortizzi15.


Hawn kellhom ibatu guh u nuqqasijiet ohra, jhallu hafna feruti u forsi mejtin ukoll;16 imma mbierka tkun dik it-tbatija u dak id-demm li xtered ghaliex imhabba fihom il-Mostin ma huthom l-ohra setghu jghidu li huma ghamlu dmirhom sewwa. U jekk il-Francizi ma kellhom qatt il-hila jiksru din il-fruntiera meta taghna 'l quddiem iktar kellhom l-ghajnuna ta' l-Inglizi u l-fanterija Naplitana17, dan nistghu nghiduh ukoll meta kienu ghadhom jithabtu wehidhom fil-bidu ta' l-imblokk, meta wiehed ghandu jahseb illi l-ghedewwa kienu ghadhomn iktar imqarqcin.


Il-Francizi raw illi kien kollu ghalxejn izommu izjed, u fl-ahhar it-tbatija tal-blokk bdiet taghfashom sewwa. Ghalhekk fit-3 ta' Settembru 1800, sentejn wara li kien ilhom imblokkati, il-General Vabois kiteb lill-Kmandand tat-truppi Inglizi, l-General Maggur Pigot fejn qallu li huwa kien lest biex icedi. Sar il-ftehim bejn il-kapijiet Inglizi u Francizi (il-Maltin Pigot ghogbu jhallihom barra) u gie ffirmat fil-5 ta' l-istess xahar meta l-Francizi bdew icedu lill-Inglizi l-fortizzi kollha li kellhom taht idejhom.


Ma nafux kemm tilfet il-Mosta mis-6,000,000 skud (£500,000) u l-mewt ta' 20,000 Malti (l-ebda ngliz ma miet) li swiet din il-gwerra lill-Maltin18; lanqas ma nistghu inghidu kemm kienu korruti li setghu jgibu certifikat bhal dan:-


(p.115) "Jiena hawn taht imsemmi mistoqsi biex nghid is-sewwa, nixhed illi Salvu Schembri mill-Mosta gie korrut, kif jista jidher mill ghaqda tal-ferita, filwaqt li mar ghal fuq il-Francizi fl-Imdina. Nixhed ukoll illi, meta ma shabu l-ohra dahal f'Marsamxett ghall-assalt tal-Belt Valletta, gie ferut f'qiegh siequ l-leminija u wara li kien ikkurat fieq.


Fid-9 ta' Novembru 1800
Dr. F.Falzon19."


Inghidu biss illi mhux zgur kien baqa' Mosti li ma hax sehem f'din il-gwerra, u dana nafuh minn dan li gej. Il-Gvern Ingliz qassam xi flus bhala rigal zghir lil dawk li servew f'din il-gwerra. Dawn tal-Mosta taghhomlom il-logutenent Gammari Chetcuti. Dan fl-1 ta' Jannar 1804 qassam 2,185 skud li gew imqassam bejn:

  • 13 il surgent li hadu 30 skud kull wiehed
  • 11 il-kaporal li hadu 20 skud kull wiehed
  • 105 suldat li hadu 15 skud kull wiehed

Kollox 129 bniedem li hadu 2,185 skud.


Jerga gimgha wara, t-8 ta' Jannar, l-istess Logotenent rega qassam 3,900 skud lil dawk li kienu fil-battaljun tal-Mosta, imma ma kenux baqghu sa l-ahhar meta l-Francizi telqu l-Belt20.


Din is-somma giet immqassma bejn:
16-il familja tas-suldati mejtin li tawhom 15-il skud kull wahda u 488 suldat li tawhom 7½ skudi kull wiehed. B'kollox kien hemm 504 bniedem li hadu 3,900 skud.


(p.116) Dan juri li sentejn li dam l-imblokk tal-francizi kien hemm 633 bniedem mill-Mosta li servew ta' suldat ghal art ta' twelidhom. Issa aqta, barra x-xjuh, in-nisa, it-tfal u l-morda mid-dawra ta' 3,000 ruh li dak iz-zmien kien jaghmel ir-rahal u bhalma ghedna wiehed jara illi ma kienx fadal wisq irgiel u zghazagh li hin jew iehor, ma servewx fil-battaljun tar-rahal taghhom.


Il-Gvern ta' wkoll midalja tad-deheb bil-kitba Malta Liberata lill-Kappillan Dun Felic Calleja bhala rapprezentant tan-nies tal-Mosta fi zmien l-imblokk tal-Francizi21.


Riferenzi

  1. Barone Azopardi, Giornale della Presa di Malta e Gozo, p. 10.
  2. Arkivju tal-Ordni, MS. 6523, Tom. I, p. 72.
  3. Arkivju tal-Ordni, MS. 6523, Tom. I, p. 150.
  4. H.P. Scicluna, Documents of French Occupation, pp. 227, 267.
  5. Mit-tiftix li ghamilna nahsbu illli t-trunciera l-kbira kienet fejn ghadu jidher pedament twil tal-hagar fi Sqaq Kappara fejn ghadhom jidhru hofor fil-blat fejn aktarx kienu mwahhlin l-arbli ghal bandieri. Bidwi li joqghod hawn qalilna illi jismaghhom jghidu illi Censu Braret kien ipoggi fir-razzett "ta' Xindi", pass l-isfel mill-knisja ta' San Gwann "ta' Gharghar" u dan nemmnuh il-ghaliex dak ir-razzett huwa l-iktar qadim li jwassal sa dak iz-zmien. Fil-Biblijoteka jinsab kwadru mdendel tal-"Batteria del Ghurgar nel blocco di Malta 1799".
  6. A. Mifsud, Sovranita Inglese su Malta, pp. 226, 268.
  7. A. Mifsud, Sovranita Inglese su Malta, p. 206.
  8. Barone Azopardi, Presa di Malta e Gozo, pp. 123, 126.
  9. Ibid. p. 136.
  10. A. Mifsud, Sovranita Inglese su Malta, p. 281.
  11. Atti tan-Nutar Salv Zarb tat-8 ta' Jannar 1804.
  12. Azopardi, Raccolta, p. 198.
  13. MS. 579.
  14. A. Mifsud, Sovranita Inglese su Malta, p. 278, 280, 311.
  15. Bosredon Ransijat, Blocco di Malta, p. 7, 26, 35, 105, 201, 203, 207, 209, 217.
  16. Ibid, p. 157
  17. W. Hardman, A History of Malta, pp. 296-7
  18. Azopardi, Raccolta, p. 242.
  19. A. Mifsud, Sovranita Inglese su Malta, p. 195.
  20. Atti tan-Nutar Salv Zarb ta' l-1 u t-8 ta' Jannar 1804.
  21. Ara testment tieghu fl-atti tan-Nutar F.Chetcuti ta' 20 ta' Jannar 1833

Kapitli ohra mill-ktieb