The Mosta Archives Banner

IL-MOSTA, IL-MOSTIN U R-ROTUNDA TAGHHOM MATUL IZ-ZMINIJIET

George Cassar, Joseph G.M. Borg

Pubblikazzjoni tal-Kunsill Lokali Mosta f'gheluq l-400 sena parrocca, fl-2008.


Dan il-ktieb interessantissimu msejjes fuq il-ktieb ta' E.B. Vella imma jidhol f'aktar dettalji jinxtara mill-Kunsill Lokali. Din il-verzjoni digitali taf fiha xi differenzi mill-original minhabba problemi waqt l-iskanjar li minhabba r-rizorsi limitati ma kellix cans nivverifika ghal kollox u hi raguni ohra ghala wiehed ghandu jmur dirett ghall-ktieb meta jigi biex jiehu riferenzi minnu.


1. Konsiderazzjonijiet tal-bidu


L-isem ‘Musta’


(p.3) L-isem tal-Mosta huwa zgur qadim ferm, ghaliex ma jistghax ikun li l-bniedem jghix f’post minghajr ma jaghti isem lil fejn joqghod u l-inhawi ta’ madwaru.


Dawn it-toponimi, jew l-ismijiet tal-postijiet, mhux dejjem hemm qbil dwar minfejn ikunu gejjin imma tidher fehma li mhux ta’ min iwarrabha li l-ewwel nies kienu aktarx jimxu ma’ dak li kienet qed turihom in-natura ta’ madwarhom; bhal ma nghidu ahna, il-kelma ‘gzira’ li tindika art maqtugha mill-bqija, jew art imdawwra bil-bahar.


Issa nigu ghall-kelma ‘Mosta,’ jew ‘Musta’ kif kienu jsibuha fi zminijiet ohra r-residenti ta’ dak ir-rahal ckejken li llum sar it-tieni l-akbar belt fil-gzejjer Maltin. Xi kultant hu difficli li ssib l-etimologija ta’ l-ismijiet proprji, meta l-istorja qadima taghhom hija mitlufa. Hu ghalhekk li diversi studjuzi ma jaqblux bejniethom fuq xi jfissru u minn fejn ikunu gejjin certi ismijiet ta’ postijiet. Il-Mosta hu wiehed minn dawk l-ismijiet li ma nistghux nghidu fic-cert minn fejn gej u xi jfisser.


Insemmu ghaldaqstant dawk li nafu bihom u li taw it-tifsira taghhom ta’ din il-kelma.


L-arkitett inginier Giorgio Grognet de Vasse, li kien ukoll jaf hafna ilsna u x-xjenzi taghhom, qal li “l-isem Musta, gej zgur mill-kelma l-iktar qadima Atlantika mistur jew mustur, mnejn gejja l-kelma Latina mysterium, li tfisser mohbi, ma jidhirx”.1


Dan Grognet kien tassew gharef, imma kien dahhal f’mohhu (bhalma naraw aktar ‘il quddiem) li Malta kienet bicca minn Atlantis il-qadima, u baqa’ jtenni dan sa l-ahhar. Ghalhekk huwa kompla jghid li “dan igghielna nemmnu li f’dan il-post fi zmien zemzem, kienu jsiru l-misteri atlantici.”


Il-filologu Annibale Preca qal li l-Mosta hija “l-ahjar bicca mghammra ghal min irid jidhol fil-kampanja mqaxxra; ghalhekk (it-tifsir tal-kelma ‘Mosta’ huwa) harga, biex nghidu hekk, minn fejn hu mghammar. Qatt ma kont nittarraf nghid li Mosta hija tahsira ta’ Moza kelma Ebrajka li tfisser harga li kieku ma kienx qalha qabli u ta wkoll xempju taghha l-Gesenius2 li sab belt ta’ dan l-isem fin-Numidija, forsi minghajr ma kien jaf bil-Mosta ta’ Malta. Fl-Algerija wkoll hemm rahal kbir imxerred. li qieghed fit-tarf, u li jismu Mosta-gamen, u li jista’ jkun li hu dak stess li jsemmi l-Gesenius”.3


Din it-tifsira setghet tkun l-ahjar wahda ghal belt li semma’ Gesenius, imma (haseb E.B. Vella) ghar-rahal taghna tal-Mosta ma taqbel xejn, ghaliex tista’ tghid li l-irhula tal-gzira kollha huma jew kienu xi darba, harga minn fejn hu, jew kien, mghammar sewwa.


Vella tkellem ma’ hafna ghorrief fl-ilsna orjentali biex jixhtu xi ftit dawl fuq it-tifsir ta’ din il-kelma ‘Mosta’. Hadd minnhom ma qabel la ma’ Grognet u lanqas ma’ Preca.


Il-Professur Sir Temi Zammit, ir-Reverendu Duttur Dun Pietru Pawl Saydon, is-Sur Ninu Cremona u Monsinjur I’Abbe E. Poggi, Professur ta’ l-Gharbi fil-Grand Seminaire ta’ l-Algerija, qablu qishom fehma wahda li l-kelma Mosta’ aktarx li taqbel mal-kelma Gharbija wast mill-gherq W-S-T, li tfisser nofs jew haga mqieghda bejn tnejn; bhalma nghidu fost, fi wast, kif ukoll nghidu l-fustani.


(p.4) L-ittra ‘M’ fil-kelma Mosta mhix hlief zieda tal-participju, bhalma mill-verb ‘qatel’ nghidu ‘maqtul.’ Fl-Gharbi ghandhom il-verb wassat li jfisser tqieghed fin-nofs li minnu jsir il-partipju passiv mu wassat.


Il-participju femminil ta’ din il-kelma fl-ilsien Malti tigi ‘mwassta’ li tfisser imqieghda fm-nofs.


E.B. Vella qabel ma’ din it-tifsira, ghaliex, skond hu, il-filologija tal-kelma taqbel minn kullimkien mal-geografija tar-rahal, fejn hu hass li l-id tan-natura tassew ghogobha tqieghed lil dan ir-rahal mhux biss qisu fin-nofs tal-gzira, imma wkoll bejn zewg gholjiet.


L-argument ta’ l-isem tal-Mosta li jaqbel mal-post geografiku qabel mieghu wkoll il-Professur Guze Aquilina. Hu jzomm li l-isem inghata lill-Mosta minhabba li din tinsab fin-nofs ta’ Malta li gejja mill-Gharbi wasat li tfisser tpoggi fin-nofs.4


Ghalkemm Erin Serracino-lnglott ma jippruvax jispjega kif gie l-isem tal-Mosta, madankollu jaghti spjega tal-kelma. Bhal Aquilina u ohrajn, jghid li din hi kelma Gharbija bl-gherq W-S-T u li tfisser centru jew fin-nofs.5


Dwar li isem juri l-pozizzjoni geografika tal-lokalita l-Professur Godfrey Wettinger ma jaqbilx. Dan l-istudjuz ihoss li mhux il-Mosta biss tinsab fin-nofs ta’ Malta. Mela ghaliex, jistaqsi, m’hemmx aktar postijiet bl-isem ta’ Mosta vicin tal-Mosta u lanqas hemm post jismu Mosta f’Ghawdex li wkoll ghandu c-centru tieghu. Ghal Wettinger l-isem hu marbut ma’ l-ghasir ta’ l-gheneb u l-inbid. Il-kelma Musta gejja mil-Latin mustum jew l-Isqalli mustu.6


Ta’ qabilna aktarx li kienu jsejhulha ‘Musta’ mhux Mosta ghaliex fl-ilsna semitici l-vokali huma biss ‘a’,’i,’ ‘u,’ bhalma ghadhom sal-lum fl-Gharbi. Wettinger sab ukoll xi ismijiet ohra f’dokumenti medjevali li jirreferu ghall-Mosta Hemm muysta li dehret fl-atti notarili tan-Nutar J. Sabbara ta’ l-14.iv.1486. L-istess nutar fl-att tal-21.iv.1486 jikteb mussita. Fl-1419-20, fil-lista tal-milizzja dan ir-rahal isemma’ bhala musta filwaqt li f’dokument tal-11.x.1593 ta’ l-Acta Originalia tal-Curia Episcopalis Melitensis ir-rahal hu mnizzel bhala Mosta. Dejjem, wara l-isem jitnizzel li hu casali/e jew rahal.7


E.B. Vella jkompli jghid li fi zmienu n-nies tar-rahal li aktarx zammew max-xehta l-qadima ta’ l-ilsien Malti, kienu ghadhom jghidulha ‘Musta’ u mhux, kif isejhulha ta’ l-ibliet; ghaliex ta’ l-ibliet meta l-vokali ‘u’ tkun qasira, jaghmluha ‘o’. Hekk tar-rahal jghidu ‘busta,’ u tal-belt jghidu ‘bosta’. Fil-mapep qodma ta’ Malta stampati bit-Taljan u bil-Franciz, niltaqghu ma’ ‘Mosta,’ ‘Musta’ u xi ftit ‘Mousta’.


L-aktar attentat ricenti li jipprova jispjega minn fejn jista’ jkun li gej l-isem tal-Mosta jaghtih il-Professur Stanley Fiorini. Hu jibbaza fuq spjega li jaghti G. Caracausi ghal post iehor li jinsab fi Sqallija. Waqt li jirreferi ghal dokument ta’ l-1141 li jsemmi S. Cusa, jislet minnu l-kelma Mousta. Ghal Caracausi din hi kelma li gejja mill-Gharbi - masitah. Din il-kelma semitika, skond A. de Biberstein Kazimirski tfisser wied bi ftit ilma. Skond Fiorini din it-tifsira tista’ tkun bazi tajba biex infissru l-isem tal-Mosta. Hu jargumenta li l-Mosta jista’ jkun li qed taghmel riferenza ghal Wied il-Ghasel li wara xi xita jkun mimli bl-ilma imma dan ma jdumx ma jiskula u ma jifdal kwazi xejn.8


L-istemma tal-Mosta


L-arma tal-Mosta matul iz-zmien.Fuq xellug: (p.4) L-arma li dehret fis-seklu dsatax u li l-Mostin qisuha bhala l-ewwel stemma taghhom. Isfel xellug: (p.5) L-ewwel stemma ufficjali tal-Mosta li dahlet mal-ligi tal-Kunsilli Lokali fl-1993. Lemin: Kif sussegwentament giet.

(p.5) Jidher li hafna mill-armi jew stemmi ta’ l-irhula Maltin raw l-ewwel sura taghhom matul is-seklu dsatax. Kien il-Prof. Nikola Zammit li ddisinja dawn l-armi u poggielhom il-kuluri li mbaghad gew addottati mil-lokalitajiet diversi bhala armi taghhom. Dawn ma kinux ufficjali imma kienu accettati b’rieda popolari.9 Kien Pietru Pawl Castagna li uriehom kollha f’daqqa fil-ktieb tieghu Lis Storia ta Malta bil Gzejer Tahha. Hemm dehret ukoll l-arma tal-Mosta.10 Il-kuluri li jidhru fuq din l-arma huma: kamp fiddien b’salib ahmar li f’nofsu ghandu kaxxa blu li f’nofsha hemm stilla bajda b’hames ponot. Matul is-snin dahal ic-cirku isfar madwar l-istilla imma dan mhux maghruf minn min iddahhal u meta dahal ezattament.11


Meta l-Parlament Malti approva l-Att Nru XV ta’ l-1993 li bih gew imwaqqfa l-Kunsilli Lokali, gie wkoll ifformalizzat l-uzu ta’ l-armi tal-lokalitajiet. Dik tal-Mosta gie stabilit li ghandha tkun: fuq kamp abjad, salib ahmar b’cirku isfar li f’nofsu tidher stilla b’hames ponot ta’ kulur blu.


Din l-istemma ma kinitx dik li l-Mostin kienu mdorrijin biha ghal tul ta’ snin konsiderevoli u ghalhekk waqt laqgha tal-Kunsill Lokali tal-Mosta tal-25 ta’ Ottubru 2004 gie deciz unanimament li tintalab li l-arma isirilha t-tibdil mehtieg.


L-arma tal-Mosta kif deciza fl-2007 mal-iljun.(p.12) L-arma tal-Mosta kif deciza fl-2007 fuq il-pedestall ta’ l-iljun fi Pjazza Rotunda kif giet irrangata fl-2007.

Kien fl-2007 li din ix-xewqa giet milqugha mill-gvern centrali u sar it-tibdil mitlub.12 Ghalhekk issa l-arma saret: sfond abjad b’salib ahmar fin-nofs, b’cirku isfar li jdawwar cirku blu bi stilla bajda f’nofsu. Is-sinfikat tal-partijiet diversi ta’ l-arma huma kollha interpretati b’konnessjoni mal-fidi Nisranija u l-patruna tal-Mosta. Ghalhekk is-salib ahmar jirrapprezenta r-Religjon Kattolika, dik il-fidi li fil-Mosta kienet minn dejjem wahda qawwija. Ic-cirku isfar ifakkar fir-Rotunda li tiddomina l-pajsagg Mosti u li biha l-Mostin huma kburin. L-istilla bajda tfakkar fil-patruna tal-Mosta - Marija Assunta - bl-isfond ikhal appunta qieghed hemm jirrapprezenta l-firxa tas-sema.13


Il-motto tal-Mosta


ll-motto tal-Mosta jfakkar fil-passat rurali tar-rahal. Dan, bil-Latin jghid, ‘Spes Alit Ruricolam’ li jfisser, ‘It-Tama Tghajjex il-Bidwi’ jew ‘It-Tama Tmantni l-Bidwi’. Hu motto li fi zminijiet ohra kien joqghod tajjeb ghall-attivita ekonomika principal tal-komunita Mostija li kienet marbuta sew mar-raba’ u l-biedja. Illum dan il-motto hu tifkira ta’ hajja aktar kalma imma forsi aktar iebsa fejn il-bidwi kien jghix kuljum fuq it-tama li ghada jkun ahjar mil-lum. Kien jiddependi kontinwament fuq l-elementi bhax-xita, il-bnazzi, ix-xemx, u dak kollu li ma kellux kontroll fuqu, biex jassigura l-ghixien tieghu u ta’ familtu u jkollu prodott mir-raba tajjeb u abbundanti minfejn jaqla l-ghixien (p.6) tieghu. Fi zminijiet aktar moderni l-attivita agrikola m’ghadhiex qawwija daqs qabel u hekk il-motto sar aktar evokazzjoni ta’ dak li kien milli ta’ dak li hu.14


L-Innu tal-Mosta


ll-Mosta wkoll ghandha l-innu taghha. Fuq kitba ta’ Sammy Calleja u muzika tas-Surmast Victor Zammit, dan l-innu jaccenna ghal dak li ghaddiet minnu l-Mosta u x’raw uliedha matul is-sekli. Jaghmel riferenza wkoll ghall-aktar wied importanti li jghaddi mill-Mosta, jigifieri Wied il-Ghasel. L-innu jaghlaq billi, f’isem il-Mostin jawgura lill-Mosta kull xewqa sabiha u jispicca b’tifhira shiha u billi juri li ghall-Mostin m’hemm xejn isbah minn belthom.


Innu tal-Mosta


Mosta taghna belt li tghaxxaq,
inti kbirt matul iz-zmien,
Rajt ‘l uliedek jikbru, jmutu,
u sod baqa’ s-sisien.


Int imzejna bil-gmiel kollu,
illi Alla gbogbu jtik;
Kollu hdura Wied il-Ghasel;
ghaddej kburi minn go fik.


Mosta taghna belt twelidna,
nixtiequlek barka u sliem,
B’kull imhabba hierga minn qalbna
u li tisboq kull kliem.


Daqs il-ghasel inti helwa;
Mosta taghna kollha xemx;
inti qalbna, inti ommna,
isbah minnek, ghalina m’hemmx.


Versi: Sammy Calleja
Muzika: Victor Zammit


Topografija


ll-Mosta, jew ir-rahal15 tar-Rotunda, tinsab kwazi fin-nofs ta’ Malta. Jekk niehdu l-knisja parrokkjali bhala n-nofs tal-Mosta u niehdu lil Malta minn tulha, naraw li hemm madwar 12-il kilometru sa l-aktar post imbieghed fil-majjistral, jigifieri l-Ponta tal-Marfa; u madwar 16-il kilometru lejn in-naha tax-xlokk, jigifieri mill-Ponta ta’ Delimara. Jekk issa niehdu lil Malta mill-wisgha taghha, insibu li l-Mosta qieghda madwar 4.5 kilometri boghod mix-xatt tal-grigal, jigifieri mill-Blata l-Bajda (Bahar ic-Caghaq) u madwar 7.75 kilometri minn Rdum Depiro u Rdum Dun Nazju (vicin Had-Dingli) fil-lbic ta’ Malta.


Min-naha l-wahda, triq ta’ madwar 9 kilometri twasslek sal-Belt Valletta u l-istess gibda minn naha l-ohra ggibek fil-Bajja ta’ Ghajn Tuffieha. San Pawl il-Bahar mhux boghod mill-Mosta aktar minn 6.5 kilometri.


“ll-Mosta qieghda fuq wesgha watja ta’ art tajba, li min-naha wahda tinghaqad mat-truf ta’ l-gholja wieqfa li fuqha mqieghda l-Belt il-Qadima tal-Gzira, u minn naha l-ohra tistrieh fuq in-nizla tan-Naxxar, rahal iehor mill-iktar qodma, li qieghed fil-quccata l-ohra. Iz-zewg gnub ta’ dawn l-gholjiet jinzlu helu helu ghal wara l-Mosta, jitghannqu fil-qiegh ta’ wied wiesgha, li l-gnub tieghu kollha blat jitilghu f’hitan grizi u mnezzghin, li fix-xquq taghhom jikbru b’sahhithom kollha l-birwieq u s-saghtar”.16


Il-Mosta, ghad li minhabba l-gholjiet tan-naha tal-grigal u tal-lbic tidher fil-hofra, mhix daqshekk fil-baxx. Jekk wiehed irid jara b’ghajnejh l-gholi tal-Mosta minn wicc il-bahar, jista’ jaghti daqqa t’ghajn minn fejn San Guzepp tat-Targa. Hawn qieghed l-istess gholi tal-pjazza tal-Mosta fejn iz-zuntier tal-knisja jahbat 68.9 metri ‘l fuq minn wicc il-bahar. Issa jekk ma ninkludux il-wied, il-pjazza hija l-aktar parti baxxa tal-lokal, ghax Triq il-Kungress Ewkaristiku, fejn Ta’ Mlit, tilhaq 72.6 metri minn wicc il-bahar, fejn il-Knisja ta’ Sant’ Anton Abbati 76.8 metri, fejn Santa Margerita madwar 103.6 metri u fil-parti ta’ fuq ta’ Triq il-Kbira ahna u sejrin l-lmdina l-gholi jilhaq madwar 74.7 metri.


Jekk imbaghad niehdu l-qiegh tal-wied, insibu li magenb il-Knisja ta’ l-lsperanza qieghed 54.86 metri gholi minn wicc il-bahar, filwaqt li taht il-pont ta’ fejn il-Fortizza tal-Mosta qieghed 34.5 metri.


Geologija


(p.7) Il-Mosta toffri studju interessanti tax-xjenza tal-geologija (isem li gej mill-kelmiet Griegi geo [ge = l-art], u logia [l-istudju ta’]). Mela din hi x-xjenza li tistudja l-kompozizzjoni, l-istruttura u l-istorja ta’ l-art.17 Din ix-xjenza turina li l-Gzejjer Maltin huma maghmulin minn blat li jmur lura ghall-perjodu Terzjarju, u li gie ffurmat kollu kemm hu taht l-ilma matul 24 miljun sena bejn iz-zminijiet maghrufa bhala Oligocene u Mijocene.18 U min qatt ma ra b’ghajnejh kemm il-blat taghna fih fdalijiet jew fossili ta’ hlejjaq li jghixu biss fil-bahar? U mbaghad li kieku wiehed jaqbad bicca gebla minn taghna u jifliha b’mikroskopju jsib li mhix maghmula minn hag’ ohra hlief ramel, bebbux, dud, fdalijiet ta’ hut u kreaturi ohra tal-bahar. Minhabba caqliq kbir ta’ l-art, maghruf bhala caqliq tektoniku, dan il-qiegh tal-bahar intrafa’ minn wicc l-ilma u sar art xotta li minnha l-gzejjer taghna mhumiex hlief bicca zghira. Dan sar fil-Mijocene u jekk il-qarrej irid ihalli xi zewg miljuni ta’ snin ghal din il-bicca storja ta’ l-art ma jkunx qieghed jiehu hlief bicca zghira miz-zmien twil li fih saret id-dinja.


Hafna geologi jsostnu li l-Gzejjer Maltin huma dak li ghadu jidher minn ‘pont’ kbir ta’ art li kien jghaqqadna ma’ Sqallija u l-Ewropa min-naha wahda u ma’ Tunes u l-kosta ta’ l-Afrika ta’ Fuq min-naha l-ohra; u jkomplu jghidulna li l-qiegh tal-bahar f’din il-bicca art fejn tinsab Malta mhux fond daqs iz-zewg partijiet tal-Bahar Mediterran li jinsabu wahda fuq kull naha ta’ din il-faxxa blat.19


Dik l-art estensiva li minnha l-gzejjer taghna kienu jaghmlu parti, kienet mizghuda b’hafna xmajjar u kienet miksija b’ghazla kbira ta’ sigar u hxejjex; filwaqt li fuqha kienu jghixu mriehel ta’ ljunfanti mill-ikbar nett (mammuti) u hafna hlejjaq ohra bhal ippopotami, bhejjem li jixtarru u ohrajn tal-priza, grieden, cinji kbar, fkieren u dinosawri.


Illum din il-medda kbira ta’ art m’ghadhiex tidher, ghax, ghalkemm matul iz-Zminijiet Glacjali l-ilma tal-bahar nizel minhabba li sar silg, matul iz-Zminijiet Inter-Glacjali dan ghola u hekk ghatta l-parti l-kbira ta’ din il-firxa ta’ art li fuqha kienet tinsab dik li wara bdiet tissejjah Malta. Dan l-izvilupp sar ghall-ahhar taz-Zmien Plijoceniku u l-bidu ta’ dak Plejistoceniku (bejn 7 u 2 miljun sena ilu).20 Ma’ dan irid jizdied ic-caqliq ta’ l-art li bit-thezziz partijiet telghu u ohrajn nizlu. Hekk Malta’ dehret fil-wicc tal-Bahar Mediterran.21 Hekk feggew il-gzejjer Maltin bil-hames saffi tal-gebla li jiffurmawhom.22


U xejn m’ghandu ghax wiehed jistaghgeb bis-sahha li ghandhom it-terremoti, ghaliex jekk naslu sa Misrah Ghonoq jew sa San Guzepp tat-Targa u naghtu daqqa t’ghajn minn fuq dak ix-xifer gholi tal-blat (li jibda minn Fomm ir-Rih u jispicca fil-Madliena - maghruf bhala l-Qasma l-Kbira, jew bl-lngliz, il-Great Fault), ma nkunux qeghdin naraw hag’ ohra hlief ix-xoghol tac-caqliq kbir ta’ l-art li sar fi zminijiet bikrija.


Barra mis-sahha tac-caqliq sismiku, l-art tigi affettwata wkoll minn agenti ohra ta’ tghawwir. Wiehed minn dawn hu l-bahar li bil-forza u l-moviment tieghu jghawwar u jiekol l-art; hemm ukoll l-arja, ir-rih u x-xita li kollha kemm huma qeghdin ibiddlu l-wicc ta’ l-art bil-qawwa ta’ tghawwir li ghandhom.


U dan narawh mill-wita li fuqha hi mifruxa l-Mosta, li hija tal-Qawwi ta’ Taht. Nafu li l-blat ta’ Malta huwa maghmul minn hames saffi li minn fuq ghal isfel qeghdin hekk. Qawwi ta’ Fuq; Gebla Ramlija jew Rina; Tafli; Franka; u, Qawwi ta’ Taht jew Zonqor. L-ewwel erba’ saffi tal-blat huma mikulin ghal kollox fiz-zona fejn tinsab il-Mosta, u thaffer kemm thaffer ma tilhaqx blat iehor hlief dak tal-Qawwi ta’ Taht. Imbaghad fit-truf tal-lokalita, in-nahat tan-nofsinhar u tal-punent jidher is-saff tal-Franka.


Il-Wied


Parti minn Wied il-Ghasel msejha l-Hanzira.(p.8) Parti pittoreska minn Wied il-Ghasel, dik imsejba ‘il-Hanzira’’ minbabba l-hoss ta’ ilma niezel ‘l isfel qalb il-blat.

Wied il-Ghasel bl-ilma.(p.9) Wied il-Ghasel wara granet ta’ xita, mimli bl-ilma li tifforma xmara zghira li tibqa’ sejra lejn is-Salini - tidher il-Kappella ta’ Santa Katerina fil-boghod (ritrart tas-snin sittin tas-seklu ghoxrin)

Malta ghandha hafna widien imma, skond xi whud,23 l-ebda wiehed minnhom ma joffri xena daqshekk sabiha daqs dak tal-Mosta. Dan jibda gej mill-gholjiet tal-punent tal-gzira u mill-Qlejgha jibqa’ niezel bhala Wied ta’ l-Isperanza, imbaghad Wied il-Ghasel, u jintefa’ fis-Salini. Minn din il-gibda ta’ madwar 14.5 kilometri, l-isbah bicca tieghu hija fejn hu (p.8) l-aktar fond, li tmiss mal-majjistral tal-Mosta. Mixja f’qiegh din il-bicca tal-wied, tibda mill-Isperanza u tigbed I isfel sa ma tghaddi l-Pont, il-Kappella ta’ San Pawl Eremita f’Wied il-Ghasel u mbaghad titla’ mit-tarag ta’ Wied Filep, ghandha tqanqallek hsibijiet evakottivi qalb l-ambjent naturali tal-post. Tibda minn fond ta’ madwar 15.24 metri imma sa ma tasal biex tispicca l-mixja li ghedna, il-fond jilhaq daqshekk darbtejn ohra. Tara sigar hergin qishom mill-istess blat u gherien li donnhom qeghdin fuq fil-gholi biex jahbulek il-misteri taghhom. Dak l-eku li jinstama’ ma kull pass li taghmel iqanqal gewwa fik il-biza,’ u inti sieket toqghod ghat-taghlimijiet li dak il-hin tkun qieghda taghtik in-natura.24


Wied jista’ jibda l-hajja tieghu b’xi xaqq jew qasma fil-blat li minnu jibda ghaddej l-ilma mill-art gholja dejjem jibbed ghan-nizla. Biz-zmien, bit-tghawwir ta’ l-ilma stess, u ta’ l-arja, din il-moghdija, ghalkemm gol-blat iebes, tibda dlonk titwessa’ u ssir dejjem aktar fonda sa ma jsir il-wied.25


Imma b’dik id-daqsxejn ta’ nixxiegha li tghaddi minnu fix-xtiewi tal-lum, il-wied ried zmien bla tarf (biex ma nghidux li ma jistax ikun) biex jasal ghall-wisa’ u l-fond kif narawh illum. Ghalhekk nistghu nghidu b’certezza li dan il-wied jaf klima differenti minn dik ta’ daz-zmien u sar f’dak iz-zmien ta’ xita kbira (Pluvjali) li kien bejn iz-zmien Plijoceniku u z-zminijiet tal-lum, meta l-ilma kellu qawwa kbira bizzejjed biex taghmel il-wied dak li hu u taghtih ghamla ta’ xmara.


L-ammont ta’ ilma li jghaddi minn Wied l-Isperanza u minn Wied il-Ghasel mhux daqstant kbir minhabba l-fatt li f’tarf Wied l-lsperanza hemm hondoq. Dan jilqa’ fih il-bicca l-kbira ta’ l-ilma li jkun gej mill-widien aktar ‘l fuq u hekk ma jkomplix niezel ‘l isfel minn fuq wicc il-wied.26


Paleontologija


Fl-erja tal-Mosta nstabu wkoll xi fdalijiet ta’ fossili u ghalhekk tajjeb li nghidu xi haga fuq ix-xjenza paleontologika, li kif tfisser l-istess (p.9) kelma mill-Grieg, hija l-istudju tal-hajja qadima ta’ fuq din l-art, kif misluta l-aktar minn dak li jindikawlna l-fossili.


F’dak l-ghar f'Wied il-Ghasel, qrib it-tarag ta’ Wied Filep, instab ghadam u snien ta’ l-ippopotamu; fil-Wied taht l-gholja ta’ Santa Margerita nstab ukoll ghadam ta’ l-istess annimal u ‘l isfel izjed mill-Fortizza lejn il-Knisja ta’ Santa Katerina nstabu bcejjec ta’ snien ta’ l-iljunfanti (Elphas Mnaidriensis). Dawn l-annimali kbar, flimkien ma’ hafna annimali ohra ta’ l-istess gens li nstabu Sqallija, kienu jghixu hawn Malta f’dak iz-zmien li ghedna meta l-gzejjer taghna ma kinux hlief bicca zghira minn art ikbar u li kellha qliel kbar ta’ xita, li gabet min jaf x’kobor ta’ hxejjex u xmajjar ta’ ilma helu, fejn dawn il-bhejjem kienu jistghu jiggerrew u jsibu merghat bizzejjed; ghaliex kif wiehed jista’ jara fi gzira hekk zghira u niexfa minn kollox, li ghandna llum, ma setghux ghexu merhliet kbar ta’ bhejjem ta’ dik ix-xorta.


L-aspett rustiku u salvagg ta' Wied il-Ghasel.(p.10) L-aspett rustiku u salvagg ta’ Wied il-Ghasel, fejn jidher il-blat tal-Qawwi ta’ Taht flimkien mal-hajt tas-sejjieh li jzewgu l-ambjent naturali ma’ dak rurali - dan il-wied minn hafna zmien ilu kien jintuza wkoll ghall-bidja mill-Mostin ta’ qabel.

E.B. Vella, waqt li kien qed ihammel qabar puniku mill-hamrija li kien fih (kif insemmu aktar ‘il quddiem), iltaqa’ ma’ fdalijiet paleontologici li aktarx garrhom hemm gew l-ilma. Dawn kienu ghadam iffossilizzat ta’ tajr u annimali, li bicciet minnhom ma kienx maghruf li qatt ghammru fil-gzejjer taghna.
Inghataw lin-naturalista l-Profesur G. Despott, u hu baghathom biex ikunu ezaminati barra. L-ghadam tat-tajr gie ezaminat minn Dott. Koloman Lambrecht, Professur fl-Universita ta’ l-Ungerija. Dan il-maghruf paleontologu sab li dak l-ghadam kien ta’ dan it-tajr li gej:

  • Borka prima (Anas Boscas). Din it-tajra kienet diga maghrufa f’Malta.
  • Wizza zghira selvagga (Branta Leucopsis). Din it-tajra f’Malta kienet instabet biss fid-depoziti Pleistocenici, bhal dawk ta’ Ghar Dalam.
  • Tajra li ghandha mill-pernica (Lagopus Albus) (Keys and Blas), li sa dak iz-zmien ma kienet ghadha nstabet l-ebda ezemplari taghha f’Malta. Issa li nstabet fil-Pleistoceniku ta’ din il-gzira, hija ahbar gdida, ghax tindika l-aktar post ‘l isfel fl-Ewropa fejn din it-tajra (p.10) nizlet, kemm fi zminijiet aktar qrib taghna, kif ukoll bhala fossila. Sa dak iz-zmien li nstabet ma konniex nafu li ghexet f’xi post aktar I isfel min-naha ta’ fuq ta’ l-ltalja.

L-ghadam ta’ l-annimali gie ezaminat minn Dott. Nicholas Kretzoi, tal-Muzew ta’ Budapest fl-Ungerija Dan l-ispecjalista maghruf tal-mammali ffossilizzati kiteb li dan l-ghadam kien ta’ libru li jghix fil-kesha, u kompla jghid li “l-ghamla ta’ dan l-annimal ta’ Malta hija ikbar u ma tixbahx lil razez ohra maghrufin. Jixbah lill-fenek (Lepus Arcticus Timidus), l-iktar fl-ghadam ta’ sahha li ghandu. Imhabba n-nuqqas ta’ fdalijiet bhalu ma nistghux nghidu wisq fuqu....”


L-ghadam ta’ dan l-annimal u dak ta’ l-ahhar tajra li semmejna li jghixu biss fil-kesha tas-silg u fi Zminijiet Plejistotenibi, tat hafna x’jahsbu lix-xjenzati li rawhom, ghax sa dak iz-zmien hadd ma kien ghadu qal li s-silg fi zmien is-Silg (jew il-Perjodu Glacjali) kien wasal daqshekk ‘l isfel fl-Ewropa li sahansitra lahaq il-gzejjer taghna.


Aktar fossili nstabu fl-inhawi tal-Mosta fiz-zona li kienet maghrufa bhala Ta’ Vnezja (illum aktar nafuha bhala Ta’ Qali). Waqt li kienu qed jippjanaw l-art biex jibnu l-mitjar f’Ta’ Qali sabu fdal ta’ annimali li gew datati ghall-Era tal-Pleistocene. Dawn kienu jikkonsistu fi fdal ta’ ljunfanti tar-razza qasira u ippopotami. F’saffi ohra nstabu wkoll numru iehor ta’ annimali.27


Noti u Riferenzi

  1. (p.11) ‘Abbozzo di Petizione alla Santita di Gregorio XII,’ dokument li kien ghand in-Nutar Giov. Chetcuti fiz-zmien li E.B. Vella kiteb il-ktieb originali tieghu (1930). Ara wkoll A. Ferris, Notizie Storiche dei Nomi sull’ Etimologia dei Nomi Appropriati a varie localita dell’lsola di Malta (Malta, 1862), 31.
  2. Wilhelm Gesenius (1786-1842), Orjentalist Tedesk, wiehed mill-ikbar studjuZi ta’ l-Ebrajk u tal-Bibbja.
  3. A. Preca, Malta Cananea, (Malta, 1904), 559.
  4. J. Aquilina, ‘Mosta,’ Maltese-English Dictionary, ii (Malta, 1990), 859.
  5. E. Serracino-lnglott, ‘Mosta,’ Il-Miklem Malti, vi (Malta, 1979), 202.
  6. G. Wettinger, ‘Mosta,’ Place-names of the Maltese Islands ca. 1300-1800 (Malta, 2000), 397.
  7. Ibid.
  8. S. Fiorini, ‘ll-Mosta u l-inhawi ta’ madwar fiz-zmien tan-Nofs,’ G. Cassar (ed.) Ex Annalibus Mustae (Malta, 2005), 58-9.
  9. J. Borg, ‘ll-Kunsill tal-Mosta jitlob li l-Arma tal-Mosta terga’ ssir kif kienet,’ Il-Kunsill Tieghek: Lehen il-Kunsill Lokali tal-Mosta, 24 (Malta, 2005), 17.
  10. P.P. Castagna, Lis Storia ta Malta bil Gzejer Tahha (Malta, 1890), bejn pagni 144 u 145.
  11. Ghal spjega dettaljata ta’ l-izvilupp ta’ l-arma u l-uzu popolari taghha, ara, J. Borg, ‘L-Arma tal-Mosta,’ Socjeta Filarmonika Santa Marija, Mosta, Annwal 2004 (Malta, 2004), 31, 33.
  12. Korrispondenza, Dipartiment ghall-Gvern Lokali lill-Kunsill Lokali Mosta, 16.i.2007, (Ref. 239/1994/11).
  13. Ara, Borg (2005), 16; G. Cassar, Kun Af il-Mosta Ahjar: Gabra ta’ taghrif u tahrig (Malta, 2000), 7.
  14. Ara wkoll, Borg (2005), 16.
  15. Meta kiteb E.B. Vella, il-Mosta kienet ghadha rahal mdaqqas. Fil-fatt il-ktieb originali ta’ Vella gie ppublikat fl-1930. F’dak iz-zmien il-popolazzjoni tal-Mosta kienet tlahhaq mal-5,250. Illum din tlahhaq mad-19,000 ruh, ghalhekk issa bla dubju ta’ xejn din trid tissejjah belt. Madankollu, hafna Mostin ghadhom isibu lill-Mosta taghhom bhal ir-rahal.
  16. N. Zammit, Strenna Letteraria Maltese (Malta, 1862), 147.
  17. Ara. per ezempju, W.G. Moore, A Dictionary of Geography (Harmondsworth, England, 1968), 88.
  18. Ara per ezempju, M. Pedley, M. Hughes Clarke u P. Galea, Limestone Isles in a Crystal Sea: The geology of the Maltese Islands (Malta, 2002), 16-8.
  19. Ara per ezempju, J. Murray, Origins of the Soils and Rocks of the Maltese Islands (1890); M Pedley et al 16-8.
  20. A. Mifsud u S. Mifsud, Dossier Malta Evidence for the Magdalenian (Malta, 1997), 12-4.
  21. M. Pedley et. al., 28-9.
  22. M.R. House, K.C. Dunham u J.C. Wiggleworth, ‘Geology and Structure of the Maltese Islands,’ H. Bowen-Jones, J.C. Dewdney & W.B. Fisher (ed ), Malta Background for Development (Durham, 1960), 25.
  23. F. Weston, Walks in Malta (?), 98.
  24. Dan hu dak li bass E.B. Vella waqt li qed jiddeskrivi l-ambjent gol-wied. Ghal deskrizzjoni dwar mixja f’dawn l-inhawi ara per ezempju, Malta Tourism Authority, Malta Countryside Walks: Dwejra Lines Walk (Malta: 2002), 10-5.
  25. A.L. Adams, Notes of a Naturalist in the Nile Valley and Malta A Narrative of Exploration and Research in Connection with the Natural History, Geology, and Archaeology of the Lower Nile and Maltese Islands, (Edinburgh. 1870), 150.
  26. G. Borg Axisa u R.P. Borg, ‘ln-nisga urbana u rurali tal-Mosta,’ G. Cassar (ed.), Ex Annalibus Mustae (Malta. 2005), 38.
  27. A. Guillaumier, Bliet u Rhula Maltin, ii (Malta. 1987), 530.



Kapitli ohra mill-ktieb

  1. Konsiderazzjonijiet tal-bidu.
  2. Iz-zmien Preistoriku (c. 5000 q.k. - c. 700 q.k.).
  3. Iz-zmien Fenicju-Kartaginiz (c. 700 q.k. — c. 218 q.k.).
  4. Minn zmien ir-Rumani sal-hakma ta’ l-Gharab (218 q.k.-1091 w.k.).
  5. Iz-zminijiet tan-Nofs (1091 - 1530).
  6. Mill-wasla ta’ l-ordni ta’ San Gwann sa l-Assedju l-Kbir (1530 -1565).
  7. Mons. Dusina, it-twaqqif tal-Parrocca, u l-bini tal-Knisja Parrokkjali (1575 -1619).
  8. Is-seklu sbatax - hajja kwieta imma mhux minghajr inkwiet (1600 -1699).
  9. Is-Seklu Tmintax -komunita li tikber u tizviluppa (1700 -1798).
  10. Il-hakma Franciza u l-qawmien tal-Maltin (1798 -1800).
  11. Seklu shih taht hakma Ngliza (1800 - 1899).
  12. Il-bini tar-Rotunda tal-Mosta.
  13. Ir-Rotunda - xi dettalji teknici u diskussjoni.
  14. Is-seklu Ghoxrin sat-tieni gwerra dinjija.
  15. Mit-Tieni nofs tas-Seklu Ghoxrin sal-lum (1946 - 2007).