IL-MOSTA, IL-MOSTIN U R-ROTUNDA TAGHHOM MATUL IZ-ZMINIJIET
George Cassar, Joseph G.M. Borg
Pubblikazzjoni tal-Kunsill Lokali Mosta f'gheluq l-400 sena parrocca, fl-2008.
Dan il-ktieb interessantissimu msejjes fuq il-ktieb ta' E.B. Vella imma jidhol f'aktar dettalji jinxtara mill-Kunsill Lokali. Din il-verzjoni digitali taf fiha xi differenzi mill-original minhabba problemi waqt l-iskanjar li minhabba r-rizorsi limitati ma kellix cans nivverifika ghal kollox u hi raguni ohra ghala wiehed ghandu jmur dirett ghall-ktieb meta jigi biex jiehu riferenzi minnu.
4. Minn zmien ir-Rumani sal-hakma ta’ l-Gharab (218 q.K.-1091 w.K.)
Ir-Rumani
(p.29) Kien fil-bidu tat-Tieni Gwerra Punika, fis-sena 218 q.K., li l-gzejjer Maltin, li kienu jaghmlu parti mid-dominju Kartaginiz, waqghu taht idejn ir-Rumani. Kien il-Konslu Tiberius Sempronius Longus li gie Malta u l-Kartaginizi li kien hawn ma offrew l-ebda rezistenza.1 B’hekk Malta u Ghawdex bdew jaghmlu parti mill-provincja ta’ Sqallija taht ir-Repubblika Rumana.2
Malta kellha belt ewlenija msejha Melite li kienet fejn illum hemm l-lmdina u parti mir-Rabat. Kienet l-aktar belt importanti tal-gzira u kienet fil-vicinanzi tal-Mosta (li fi zmien Ruman ma nafux x’seta’ kien jisimha). Post daqshekk vicin tal-belt ewlenija ta’ Malta probabbli kellu certu importanza u immedjatezza ghall-attivitajiet ta’ din il-belt. Aktar u aktar meta niftakru li fil-vicinanzi tal-Mosta, kien hemm ukoll port Ruman fejn illum hemm il-Bajja tas-Salini. Dan kien ipoggi lill-Mosta fin-nofs bejn zewg centri ta’ attivita kontinwa.3 U dan ma kienx kollox, ghax fejn illum hemm Burmarrad kien jibqa’ diehel il-bahar u kien port iehor Ruman li jasal sa vicin il-Kappella ta’ San Pawl Milqi fejn kien hemm vilel fortifikati, il-produzzjoni taz-zejt taz-zebbuga u xoghol estensiv fil-barrieri.4 Ftit aktar ‘il fuq, fit-tramuntana ta’ Malta, kien hemm port importanti iehor (San Pawl il-Bahar), barra li kienet tintuza wkoll il-Bajja tal-Mellieha ghal attivitajiet navali.5 Dan kollu jaghmel aktar cara l-importanza li seta’ kellha l-’Mosta’ fi zmien ir-Rumani. Kienet vicin hafna ta’ ammont konsiderevoli ta’ attivita gejja u sejra bejn il-portijiet u l-belt ta’ Malta.
It-twemmin Nisrani
Kien fi zmien il-hakma Rumana ta’ Malta li gara dak li l-Maltin ghadhom iqisuh bhala l-
ghezez avveniment religjuz fl-istorja taghhom. Dan huwa n-nawfragju ta’ San Pawl, li sehh ghall-habta tas-sena 60 w.K. Ghalkemm kien hawn min iddubita mill-post tan-nawfragju, ohrajn ddefendew it-tradizzjoni li zzomm li l-Appostlu Pawlu verament sab kenn fuq Malta meta x-xini tieghu habat ma’ skoll u ghereq.6 Jidher li l-argumenti favur li San Pawl verament nizel Malta huma b’sahhithom hafna u ghalhekk ta’ min iqis dan l-avveniment bhala li gara tassew f’Malta.7
Hu aktar difficli biex nistabilixxu l-post ezatt fejn ix-xini ta’ Pawlu habat, ghalkemm it-tradizzjoni tghid li dan gara fuq il-Gzejjer ta’ San Pawl.8 Hafna drabi, it-tradizzjoni tkun gejja minn hafna u hafna snin qabel u tkun baqghet tintiret minn generazzjoni ghal ohra u hekk ikun fiha bazi ta’ verita.9 Indikazzjoni ohra ta’ fejn seta’ tfarrak ix-xini ta’ Pawlu hi fil-vicinanzi tal-Ponta tal-Qawra fejn instabet ankra ta’ qisien kbar li tindika l-gharqa ta’ xi mirkeb kbir.10 Kemm jekk kienu l-Gzejjer ta’ San Pawl jew xi post iehor qrib fejn sar in-nawfragju, dan jibqa’ vicin taz-zona fejn illum tinsab il-Mosta. L-abitanti ta’ hawn probabbli li kienu minn ta’ l-ewwel li semghu b’dak li kien gara u marru jaghtu daqqa t’id biex jghinu lil dawn l-imsejkna. Fuq ix-xatt, kif jghidulna l-Atti ta’ l-Appostli, Pawlu kien diga ghamel l-ewwel sinjal ta’ l-ghageb.
Meta mbaghad San Pawl tela’ Melite. li kienet ukoll hekk qrib il-’Mosta,’ hu possibbli li l-’Mostin’ marru jaraw lil dak il-bniedem tal-ghageb li gidmitu lifgha u baqa’ haj u li issa nstema’ li fejjaq lil missier il-Gvernatur Publiju.
Meta nafu li dawk li kienu morda fil-gZira marru fejn Pawlu u gew imfejqa, ghandna nahsbu li l-’Mostin’ kienu minn tal-bidu li (p.30) laqghu dawn il-grazzji. Mhux dan biss, imma xi Mostin ta’ dak iz-zmien setghu kienu fost l-ewwel grupp ta’ nies li ghazlu li jaddottaw it-twemmin Nisrani li kien qed jippriedka Pawlu.
Hjiel tal-kult Pawlin
Fil-Mosta t-tifkira ta’ din iz-zjara mhux tas-soltu baqghet tiggedded fost il-poplu. F’tarf il-Mosta hemm kappella ddedikata lin-nawfragju ta’ San Pawl li tinsab f’Wied il-Qliegha. It-titular juri n-nawfragju ta’ San Pawl.11 Fil-knisja parrokkjali mibnija minn Tommaso Dingli kien hemm artal iddedikat lil San Pawl. Meta din il-knisja giet mibdula mar-Rotunda, din ukoll zammet artal ghal dan il-qaddis. Il-kwadru principali jfakkar il-konverzjoni ta’ San Pawl filwaqt li dawk tal-gnub jirrapprezentaw il-martirju ta’ Pawlu u lil Pawlu qed ifejjaq lil missier Publiju. Dawn kollha huma xoghol il-pittur Salvatore Sciberras Fuq iz-zuntier imbaghad hemm statwa kbira ta’ San Pawl.12
Abitazzjonijiet Rumani
(p.31) Il-caldarium li ghadu jidher u li kien jaghmel parti minn din l-abitazzjoni.
Fl-istess ghalqa fejn instab qabar Neolitiku fl-inhawi tal-Bezbizija, imma ftit aktar lejn il-punent, kienet tidher taht il-hajt tas-sejjieh ringiela hagar daqsiex wahda magenb l-ohra, u li kien qisu xi fdal ta’ bini megalitiku. Wara li ngieb il-permess ta’ sid l-ghalqa (il-Markiz D. Testaferrata Bonici Ghaxaq), id-Direttur tal-Muzew halla f’idejn E.B. Vella biex jaghmel ix-xoghol ta’ l-iskavar. F’Lulju 1929 beda x-xoghol u nstabu l-pedamenti ta’ dar li kien fiha faccata ta’ 19.51 metri u l-ikbar fond ta’ 5.2 metri u mqassma fi kmamar zghar wahda magenb l-ohra. Il-hagar kien maqtugh goff u minghajr sengha u bicciet minnu kien kbir gmielu ghax kellu tul ta’ 1.22 metri, bi hxuna ta’ 0.61 ta’ metru u kien daqshekk iehor gholi.
Kemm il-pjanta u kemm is-sura kienu jaghmluha tidher qisha dar Neolitika, imma kull ma nstab fit-thaffir kien caqquf li jmur lejn il-perjodu tard Ruman, u ghalhekk il-konkluzjoni ma setghetx tkun hlief li din id-dar kienet abitata fi zmien (p.31) ir-Rumani, ghad li ma kellha xejn minn dak il-gmiel ta’ bini u taqsim li kienu jafu jaghmlu huma u dawk li tghallmu mis-sengha taghhom. Jista’ jkun li ma kinitx hlief xi razzett f’dawk iz-zminijiet.
Ic-caqquf Ruman li nstab kien fih disinji sbieh, bhal weraq ta’ l-akantu, disinn ta’ palmetto, ovuli, skroll, u ohrajn. Instabu wkoll bicctejn flus tal-bronz, wahda Anguvina u l-ohra Aragoniza, li kif wiehed jista’ jara ntilfu hemm zmien twil wara.
Hekk kif tlesta x-xoghol tat-tindif u ttiehdu n-notamenti kollha skond ix-xjenza ta’ l-arkeologija, rega’ gie mirdum kollox u l-ghalqa giet moghtija lura lis-sid kif kienet ittiehdet, filwaqt li dak li nstab tpogga fil-Muzew tal-Belt Valletta.
Villa Rumana ohra fil-vicinanzi tal-Mosta, u li s’issa ghadha ma gietx skavata kif ghandu jkun, tinsab fiz-zona ta’ Torri Falka. Ghalkemm ma jidher xejn minn dak li qabel kien ‘il fuq minn wicc l-art, baqa’ l-caldarium (il-mezz kif ir-Rumani kienu jsahhnu l-abitazzjonijiet taghhom).13
Sejba ohra li ghandha konnessjonijiet ma’ dawn iz-zminijiet isemmija Francesco Mangion. Din sehhet fl-irhajjal tal-Bidnija, li antikament kien vicin l-irhajjal ta’ Hal Dragu. Mangion jghid li fl-1914 certu Gio. Maria Buhagiar, bidwi tal-post, ghamel sejba li tipprova li l-art tal-Bidnija sa minn zminijiet antiki kienet art uzata ghall-biedja. Dan il-bidwi kien sab gebla kbira tal-qawwi li biha kienu jaghsru z-zebbug, vaska u tmien hwat konnessi bejnithom b’kanal tac-comb. Vicin instabu wkoll numru ta’ ixqda umani u ghadam ikkarbonizzat wara li gie mahruq. Ikompli jirrakkonta li nsabet ukoll ghamla ta’ lapida li tahtha kellha tlitt irjus umani. Wara li saret din is-sejba, Mangion jghidilna li gie impjegat tal-gvern, Tagliaferro,14 flimkien mal-konslu Amerikan u persuna Tedeska, u raw dak li nstab. Il-kanal tac-comb ittiehed u l-bqija ntradam taht l-art.15
L-oggetti misjuba fl-iskoperta b’konnessjoni ma’ l-ghasir taz-zebbug li jsemmi Mangion jista’ jkun li tmur lura ghal zminjiet neo-Punicl-Rumani (300 q.K. - 200 w.K.). Din il-konkluzjoni tista’ tkun imsahha mill-fatt li fl-istess zona hemm ghadd ta’ sigar taz-zebbug li Mangion qal li kien jismaghhom jghidu li jmorru lura sa zmien il-passjoni ta’ Kristu.16
Dawn it-23 sigra taz-zebbug jikkummenta fuqhom Harrison Lewis. Hu jghid li mhix haga kbira li dawn is-sigar gganti b’zokk ohxon sew, baqghu jikbru bla tfixkil f’dan il-post ghal madwar 2000 sena (kien qed jikteb fl-1977). Hu jsemmi b’mod specifiku l-ikbar sigra fosthom, li hu jsejhilha ‘mostru,’ u li ghalkemm kienet waqghet, baqghet tghix. Lewis jghid li dawn is-sigar setghu gew imhawla mill-komunita li kienet tghix fuq l-gholja tal-vicin. Prova ta’ l-ezistenza ta’ dan il-villagg antik dehret fl-oqbra u bicciet tal-fuhhar li nstabu mxerrda f’dan il-post.17
Oqbra
(p.32) Fic-Cens tas-Sqaq tat-Tuta’ (Triq l-Isperanza), E.B Vella, f’Ottubru ta’ l-1928, iltaqa’ ma oqbra li mill-qatgha taghhom urew li kienu jew Punici ta’ l-ahhar zmien jew aktarx ta’ zmien il-bidu tar-Rumani. Dawn l-oqbra kienu jinsabu mal-gnub ta’ rokna tal-blat fil-gardin. L-ewwel wiehed kien ihares lejn il-lvant, u kellu bhal kamra zghira, bil-qabar imhaffer il-gewwa minnha, imma billi nofsu kien mimli bit-terrapien ma setghux jiehdu l-qisien tieghu
It-tieni qabar kien fil-genb ta’ l-iehor u jhares lejn it-tramuntana. Kont tidhol minn bieb zghir, u ssib ruhek f’kamra zghira u baxxa hafna u tibqa’ sejra mal-wisa tal-kamra sal-faccata l-ohra, fejn kien hemm id-dahla tal-qabar. Hawn issa kien jidher il-bieb tal-qabar imhaffer iktar il-gewwa Dan il-qabar kien maghmul ghal xi tarbija ghax ma kienx fih hlief metru b’nofs metru wisa’.
It-tielet qabar ma l-istess genb ta’ dan li semmejna l-ahhar kien qieghed iktar ‘il barra minn ta’ qablu. Kont tidhol minn bieb zghir u ssib ruhek f’kamra funerarja.
Aktar il-barra ma’ l-istess hajt tal-blat kienu jidhru hofor bhal arkati zghar maqtughin fil-blat li juru bic-car li qabel kien hemm izjed minn dawn l-oqbra u li ma baqhux jidhru ghax tkisser il-blat fejn kienu mhaffrin.
Qabar iehor instab waqt thaffir li kien qieghed isir f’Ta’ Qali f’Novembru 1979. Kien jikkonsisti fl-ispiera tas-soltu u l-kamra funerarja li kellha ghamla rettangulari. Instabu fil-qabar numru ta’ oggetti li kienu jinkludu zewg urni b’sinjali ta’ kremazzjoni fihom. Kien hemm ukoll amfora kbira, muzbieh, vazett tond, seba’ fliexken, buqar u tliet skutelli. Dan is-sit gie ddatat ghat-tieni jew l-ewwel seklu q.K.18
Ta’ min isemmi wkoll li f’Ghar Qasrana fl-Imselliet, vicin sew tal-limiti tal-Mosta u l-artijiet maghrufa bhala ta’ Torri Falka, ghalkemm illum jaqghu fil-limiti ta’ l-lmgarr, instab qabar ta’ l-ahhar zminijiet Rumani. F’dan l-ghar kienu jghixu n-nies f’komunita troglodita fiz-Zminijiet tan-Nofs.19
Minn deskrizzjoni u studju ta’ Buhagiar nafu li l-kmamar tad-dfin f’Ghar Qasrana kienu nqatghu fl-ghar naturali. Instabu seba’ postijiet tad-dfin imma hemm dubju kemm tlieta minnhom imorru lura ghall-ahhar zminjiiet Rumani. Jista’ jaghti l-kaz li dawn kienu thaffru minn dawk in-nies li ghammru f’dan l-ghar f’xi zmien tard fil-Medju Evu. Fil-fatt insibu fdalijiet ta’ bini ta’ hajt tas-sejjieh li ttella’ biex jaghlaq l-ghar flimkien ma’ xoghlijiet ohra. L-oqbra tal-bidu, erba’ b’kollox, kienu tlieta ghal dfin ta’ persuni adulti u iehor x’aktarx ghad-dfin tat-tfal. Fl-1947 dan l-ghar kien instab minn certu Dun Gwann Farrugia li kien hasbu kappella taht l-art ta’ l-epoka Bizantina. Buhagiar jghid li din is-suppozizzjoni kienet zbaljata.20
Oqbra u ipogej Kristjani
Fl-inhawi tal-Mosta hemm numru ta’ tifkiriet ta’ l-ewwel Insara. Dawn huma l-oqbra li jintgharfu sewwa mill-qatgha taghhom. L-ewwel Insara, bhall-antenati taghhom il-pagani, baqghu jaqtghu l-qabar fil-blat. Barra (p.33) l-post fejn jitpogga l-mejjet, l-lnsara kienu jaqtghu wesgha magenb il-qabar fejn hu mahsub li kienu jingabru biex jitolbu ghal ruh il-mejjet fil-hin tad-difna jew forsi f’gheluq l-anniversarju tal-mewt. Madankollu hu zgur li t-twemmin Nisrani ghallem li l-mewt hija raqda u r-ruh li ma tmut qatt trid terga’ tinghaqad mal-gisem.21 Ghalhekk il-gisem li ghad irid jerga’ jqum kien jitpogga fil-qabar bl-akbar rispett u ghalhekk l-lnsara qatt ma kienu jaharqu l-mejjet kif kienu jaghmlu hafna mir-Rumani pagani.
Jista’ jkun li l-oqbra ta’ l-lnsara Maltin, bhal dawk ta’ Ruma, kienu ghall-ewwel bhal oqbra tal-familja (gentilitia) tal-pagani, imbaghad ‘il quddiem bdew jinqatghu ghal gruppi ta’ familji (bhall-columbaria li kellhom ukoll il-pagani).
Kull belt jew rahal beda jahseb ghac-cimiterju tieghu, ghalhekk niltaqghu mal-katakombijiet fir-Rabat (li nqatghu barra l-hajt difensiv ta’ Melite. kif kienet titlob il-ligi Rumana). Niltaqghu wkoll ma’ oqbra ohra, uhud zghar li kienu ta’ familji individwali, u ohrajn akbar bhall-ipogej. Insibu minn kull tip ta’ sit ta’ dfin madwar il-Mosta. Hafna minnhom ghadek tista’ zzurhom imma ohrajn intilfu. Ipogew li ntilef, imma li nafu li kien jezisti, hu dak f’Tal-Ghammariet fil-post fejn fi zmien medjevali kien hemm l-irhajjal ta’ Hal Dimekk.22
L-ipopew f’Tal-Ghammariet
Dan kien inkixef u gie studjat minn Patri Manwel Magri fl-1885. Jidher li kien jinsab qrib l-ipogew kbir maghruf bhala Ta’ Bistra, propju fl-ghalqa maghrufa bhala ‘Tal-Ghammariet’.23 Nafu li gew misjuba minn Magri ghax qalilna b’dan P.F. Bellanti. Kien dan ta’ l-ahhar li kkopja l-pjanti li Magri ghamel ta’ dan l-ipogew. Id-disinji originali ta’ dan il-patri Gizwita u arkejologu Manwel Magri ma jidher li gew ippubblikati qatt u llum huma mitlufin.24
L-ipogew mat-Torri Cumbo
F’Awissu tal-1928, E.B. Vella nduna b’wiehed minn dawn l-oqbra tal-familja fil-gnien tat-Torri Cumbo. Mill-fili mkahhlin u s-sinjal ta’ l-ilma li kien fih ikkonkluda li dak, bhal hafna oqbra ohra bhalu, zmien wara kienu ghamluh bir ghall-ilma.
Dan kien qabar Nisrani li x’aktarx kien maqtugh madwar ir-raba’ seklu w.K.
Tinzel hdax-il targa, u fuq ix-xellug tara qabar mhaffer. In-naha l-ohra tat-tarag hemm kuritur zghir, li meta tidhol gewwa fih, fuq il-lemin issib qabar iehor li kien maghmul ghat-tfal, u fih kienu joqoghdu tnejn, ghax sahansitra l-imhadda tal-gebel fiha zewg wesghat ghall-irjus. Terga’ tohrog ghall-kuritur tat-tarag u faccata sewwa tidhol minn bieb u ssib ruhek gewwa karma li ghal ftit mhix tonda sewwa. In-naha l-ohra tal-bieb fiha qabar iehor zghir; filwaqt li t-toqob ghall-imsiebah jidhru mxerrdin fil-wesgha u fl-oqbra kollha. Mela hawn kellhom qabar ghall-kbar u oqbra ohra ghat-tfal, filwaqt li l-laqgha ta’ qabel id-difna kienet issir f’dik il-wesgha li kien hemm.
Deskrizzjoni ohra tinsab fir-Rapport Annwali tal-Muzew ghas-sena 1928-9. Hawn insibu li dan l-ipogew kien jintlahaq billi tinzel ghadd ta’ targiet u ssib tlett ikmamar. Kull wahda minn dawn il-kmamar kienet ghal zewg persuni u kienet maqtughha fil-hxuna tal-hitan. Il-prova li dan l-ipogew kien ta’ l-lnsara tigi mill-prezenza ta’ antikamra qabel tidhol ghall-oqbra.25
L-Ipogew ta’ Misrah Ghonoq
(p.34) Sit iehor jinsab f’Misrah Ghonoq fejn kien hemm ix-xaghra tan-naha tan-nofsinhar tal-Fortizza tal-Mosta. Illum din l-art taghmel parti mill-kumpless modern tal-fortizza li taqa’ taht il-gurisdizzjoni tal-Forzi Armati ta’ Malta. Jidher rixtellu gholi tal-hadid imdawwar ma’ hofra fil-blat. Dan l-ipogew Kristjan hu mahsub li jmur lura ghal bejn ir-raba’ u s-sitt seklu w.K.26
Dak li jidher hemm isfel huwa qabar iehor tal-familja li mill-pjanta tieghu li hemm fil-Muzew tal-Belt. kien instab u mkejjel fl-1885, mill-patri Gizwita Manwel Magri, li qiesu bhala ta’ familja Fenicja. Imma E.B. Vella sostna li hu kien zgur li dan ma kienx Fenicju, imma kollu kemm hu ta’ Zmien ir-Rumani, u jgib argumenti biex isostni dan.
Skond Harrison Lewis it-tnejn kellhom bicca ragun. Jidher li din il-familja li uzatu kkonvertit qabar neo-Puniku billi kabbritu biex jitwal il-kuritur u jkun hemm post ghal numru ta’ targiet. Hu wiehed mill-ahjar ezempji tat-transformazzjoni minn qabar ghal ipogew b’tip ta’ oqbra bikrija Nsara u l-mejda maghrufa bhala agape.27
Meta tinzel ftit targiet ssib ruhek f’hofra. Din il-bicca hija mikxufa.
Quddiemek tara bieb bil-battent maqtugh; tinzel zewg targiet u ‘l gewwa minnu ssib ruhek f’kuritur taht l-art. Fil-genb tal-lemin tal-kuritur hemm maqtughin zewg oqbra u wesgha; u n-naha l-ohra hemm zewg oqbra ohra (arcosolia). F’dan il-katakombi zghir, bhal f’dak tat-Torri Cumbo, l-oqbra m’humiex maqtughin ma’ l-art bhal ma kienu jaghmluhom in-nies ta’ qabel, imma kollha huma merfughin madwar metru ‘il fuq mill-art.
L-ewwel tiltaqa’ ma’ dahla li qieghda fil-bicca l-mikxufa ma’ l-ahhar targa. Fuq il-bieb, ta’ madwar metru gholi, hemm imhaffer bhal logg ghamla ta’ arkata zghira. Il-gewwa mill-bieb hemm id-dahla li ssemmiet diga li fiha xi 1.1 metri tul u ftit anqas wisa’.
Aktar il-gewwa matul il-kuritur u hekk kif inhallu l-bieb, fuq il-lemin tibda arkata zghira maqtugha fil-hajt. Go fiha hemm bieb zghir u l-gewwa minnu tara maqtugha mhadda li fiha qatgha ghal zewgt irjus. Mela dan kien qabar fejn jistghu jindifnu tnejn kbar.
Quddiem dan il-qabar, fil-faccata l-ohra tal-kuritur, hemm qabar iehor bhalu. L-arkata u l-bieb ta’ dan il-qabar huma bhal dawk li semmejna ta’ quddiemu. Minn gewwa jixbah ukoll f’kollox lill-iehor, biss fil-qiegh tieghu ghandu zewg hofriet fejn joqoghdu l-igsma ta’ tnejn minn nies u, bhal gisem ta’ bniedem, dawn il-hofriet huma wesghin in-naha ta’ l-ispallejn u jidjiequ hafna n-naha tar-riglejn. Mela hawn kienu jistghu jidfnu tnejn min-nies ohra kbar (bisomae).
‘ll gewwa minnu, ma’ l-istess hajt, hemm l-ahhar qabar li huwa l-isbah u l-aktar wiehed li fih xoghol. Fuq il-qabar kollu hemm maqtugha bhal arkata. Fl-irjus ta’ din l-arkata, mill-istess blat, hemm zewg qatghat ohra bhal hnejjiet zghar, wahda quddiem l-ohra. L-irkejjen m’humiex lixxi imma johorgu fi tliet xewkiet ohra. Il-mejjet ma kienx jitqieghed taht din l-arkata ghaliex kieku kienu jridu jqanqlu hagra tqila sew biex taghlaq dik il-wesgha kollha li ghedna. Ghalhekk il-qabar qieghed imhaffer ‘l isfel minn kif tispicca l-arkata livell mal-qiegh tal-kuritur (sepolcro a mensa).
(p.35) Il-qabar imbaghad kien jigi msaqqaf meta jpoggu fih il-mejjet u l-arkata tibqa’ miftuha bhal baldakkin fuqu. Dan qisu l-ewwel hjiel tal-kappelli li ‘llum jaghmlu fuq l-oqbra fic-cimiterji l-kbar, imma iktar baxx u fic-cokon. Il-qabar isfel twil 1.8 metri u l-bicca l-wiesgha tan-naha ta’ l-ispallejn fiha metru wisa’. L-imhadda fil-qiegh (li bhall-ohrajn li jinsabu hawn gew hi mqieghda fil-genb tal-lvant) ghandha zewg hofriet ghal zewgt irjus u ‘l gewwa minn dawn jidhru tliet toqbiet tondi. Hemm maqtugh fejn joqoghdu l-igsma ta’ zewg mejtin, imma filwaqt li dak tan-naha ta’ barra huwa twil ghal ragel jew mara, l-iehor aktar ‘il gewwa minnu hu maqtugh ghal daqs ta’ tarbija. It-toqob ghall-imsiebah li naraw f’dawn l-oqbra m’humiex kollha zghar imma bicciet minnhom huma kbar hafna bhalma niltaqghu maghhom hafna drabi fkatakombijiet u ipogej ohra ta’ zmien ir-Rumani.
mejda setghet kienet maghmula biex fuqha ssir l-ikla, jew mejda funerarja li kienet issir ghall-unur tal-mejjet bhalma kienet ukoll drawwa fost il-pagani.
Quddiem dan il-qabar man-naha l-ohra tal-kuritur hemm wesgha li minn barra tibda b’forma rettangolari ghandha. Il-hajt huwa maqtugh bhal arzella fejn is-saqaf jibda jitbaxxa u jinzel ‘l isfel. Il-qiegh ta’ din il-wesgha maqtugha bhal mejda tonda li mad-dawra taghha jdur hanek. Minn dan il-hanek il-blat hu maqtugh imzerzaq ghal xejn ghal xejn ‘l isfel sa ma jasal sar-rokna.
Dan soltu kien il-post fejn joqoghdu mimdudin fuq genb (kif kienu jaghmlu r-Rumani) biex jistghu jduru mal-mejda u joqoghdu ghall-ikel (li jissejjah stibadium); imma hawn, f’anqas minn metru wisa’ bil-kemm jista’ jkun li kienu joqoghdu bil-qieghda kokka. Wicc il-mejda kien 0.76 ta’ metru gholi mill-art tal-kuritur u s-saqaf tal-wesgha jinsab madwar 1 metru ghola minn wicc il-mejda. Jerga’ fil-hanek f’tarf il-mejda li jmiss mal-kuritur hemm hofra ckejkna biex minnha jkunu jistghu jnaddfu wicc il-mejda.
Din il-mejda li wiehed jiltaqa’ maghha fil-katakombijiet tar-Rabat, u f’siti ohra ta’ l-oqbra ta’ zmien ir-Rumani, hija struttura interessanti u f’certu sens kurjuza.
F’xi katakombijiet ta’ Ruma bhal dawk tac-cimiterju ta’ Prixilla, San Pietru u San Marcellinu, hemm affreski li juru xi ftit nies imdawrin ma’ mejda u qeghdin jieklu. Din il-mejda setghet kienet maghmula biex fuqha ssir l-ikla, jew mejda funerarja li kienet issir ghall-unur tal-mejjet bhalma kienet ukoll drawwa fost il-pagani.
Mhux car x’forma ta’ ikla kienet dik li kienu jaghmlu fuq din il-mejda jew stibadium imma jidher li xi haga ta’ dan it-tip kienet issir. Fil-letteratura ta’ dak iz-zmien kienet tissejjah refrigerium u x’aktarx li kienet parti importanti mir-rit funebri ghax uhud mill-ipogej kellhom anki zewg imwejjed ta’ dan it-tip biex ma nsemmux il-katakombi ta’ San Pawl fir-Rabat li ghandu tmienja.28
L-lnsara kellhom l-agape jew mejda ta’ l-imhabba li damet biss sa l-ewwel sekli fil-bidu tal-Kristjanezmu ghax imbaghad beda jintilef l-ispirtu sabih taghha u kellhom inehhuha ghal kollox.
Dawn l-imwejjed barra agape, huma maghrufin ukoll bhala mensae, triclinia jew tibadia.29
Madwar din il-mejda ta’ l-agape, ghani u fqir kienu ghaqda wahda anzi l-ghani kien jahseb (p.36) ghall-ikla tal-fqir u hekk kienet tissahhah l-imhabba u f’ghaqda ta’ l-ewwel Insara. Ma’ l-agape kien isir talb, qari mill-lskrittura Mqaddsa u kant tas-Salmi. Ghall-ewwel zewg sekli, ma’ l-agape kien ukoll jinghata t-Tqarbin Imqaddes;(p.43) il-prattika. Ara Bonanno, 265-6; Lewis, 122-3. J. Bezzina jkompli jghid li hemm cans li f’Malta l-prattika ta’ l-Ewkaristija u l-agape baqghet tigi segwita anki wara li din id-drawwa kienet twaqqfet f’postijiet ohra tad-dinja Nisranija u dan minhabba l-isolament Geografiku ta’ Malta li ttardja l-wasla tad-decizjoni tal-projbizzjoni li kienu hadu s-Sinodi tal-Knisja. Din il-prattika f’Malta jidher li gebbdet tul ir-raba’ seklu imma waqfet fil-hames seklu. Ara J. Bezzina, L-lstorja tal-Knisja f’Malta (Malta, 2002), 32-3.">30 imma wara dawn iz-zewg hwejjeg gew mifruda minn xulxin.
Meta din l-agape kienet tkun bicca mic-cerimonja tad-difna, ta’ lanqas f’Ruma, kienet issir ma genb ic-cimiterju imma barra mis-sotterran.
Jekk din il-mejda tac-cimiterju ta’ Misrah Ghonoq kienet ghall-agape tal-mewt, zgur li ma kinux jittaqghu iktar min-nies ta’ l-istess familja tal-mejjet ghax m’hemmx wisa’ anzi jista’ jkun li billi hija baxxa, imkittfa u fl-istess sotteran, aktarx li kienet biss simbolu li jirrapprezenta l-agape aktar milli kienet tassew mejda ghall-ikla.31
Jerga fil-funerali u f’gheluq is-sena tal-mewt kienu jsiru l-Misteri Divini u sahansitra s-Sagrificcju Mqaddes magenb il-qabar tal-mejjet32 - bhal ma jsir illum fil-kappelli gewwa ic-cimiterji - u ghalhekk din il-mejda setghet swiet biex madwarha jduru nies il-mejjet li kien midfun forsi f’dak il-qabar sabih li qieghed biswit il-mejda u li l-bicca dritta tieghu ta’ taht l-arkata (solium) setghet serviet bhala mejda ta’ artal fejn issir il-quddiesa.33
Oqbra f’Wied il-Ghasel
Post tad-dfin iehor ta’ zmien Rumani, ghad li mhux maqtugh daqshekk bis-sengha bhal dak li ssemma’ qablu, huwa hafna ikbar.
Biex tasal ghalih trid timxi mat-truncieri maghrufa bhala l-Victoria Lines ta’ fuq il-grigal tal-Fortizza tal-Mosta u tibqa’ miexi maghhom xi 200 pass ‘l isfel. Tinzel minn moghdija ghal taht it-truncieri, u hemm maqtugh fil-wicc tal-blat taht il-hajt tat-truncieri, tara zewg bibien miftuha li huma d-dahla ghal dan cimiterju fformat go ghar taht il-fortizza.
Dawn il-bibien (bhall-blat li fih maqtughin) qeghdin iharsu fit-tramuntana fejn tidher wahda mill-isbah veduti ta’ Malta. Fil-boghod tidher wita kbira maghmula minn raba’ li jhammar jew ihaddar skond iz-zmien, filwaqt li fuq il-punent (p.37) jintrefghu l-gholjiet u l-bahar ikhal jinfirex max-xefaq fuq il-lvant.
Dwar minn liema zmien origina dan is-sit, jidher li hu wiehed qadim sew. Il-bcejjec ta’ caqquf li nstabu f’dawn l-oqbra jaghtu indikazzjoni li l-familji li uzaw dan is-sit ikkonvertew ghall-Kristjanizmu madwar it-tieni seklu w.K. u dawn baqghu juzaw l-istess postijiet li kienu jintuzaw minn familji neo-Punici mill-ewwel seklu q.K. Jista’ jkun li dawn il-familji Punici kienu jghixu fl-istess ghar jew x’imkien vicin. Hu probabbli li dan is-sit tad-dfin baqa’ jintuza kontinwament sal-hames jew is-sitt seklu w.K.34
Meta tidhol gewwa tidher quddiemek wesgha nofs tond. L-gholi jvarja, partijiet oghla hafna minn tul ta’ bniedem u ohrajn baxxi, u dan ghax la s-saqaf u lanqas l-art, li hi kollha hagar u trab, ma huma wietja. Fis-saqaf tidher bhal spiera li l-bicca ta’ fuq taghha mirduma fil-hagar, u li forsi kienet imhaffra ghall-arja u d-dawl ta’ l-istess sit (luminaria).35 Madwar il-kamra iduru tmien dahliet ghall-oqbra. Il-bibien ta’ dawn id-dahliet ivarjaw fl-gholi mill-art imma l-oghla wahda mhix gholja aktar minn 1.2 metri.
L-ewwel dahla (fuq ix-xellug, fid-direzzjoni lejn il-lemin), fir-rokna ta’ gewwa, ghandha bhal imhadda b’zewg qatghat fejn jitpoggew zewgt irjus.
Fit-tieni qabar tidher maqtugha l-kamra tal-mejjet ghamla ta’ bajda. L-imhadda ghandha zewg qatghat ghall-irjus.
It-tielet qabar hu ta’ l-istess ghamla bhal dak li ghadu kemm issemma,’ imma hu ftit centimetri izghar. Fil-hajt tar-ras tidher bhal arkata zghira u tahtha hemm l-imhadda b’zewg hofriet ghall-irjus.
Ir-raba’ qabar, ghandu l-bieb kwazi kwadru. Fuqu ddur hnejja bhal dawk li spiss niltaqghu maghhom fl-oqbra ta’ zmien ir-Rumani. Minn gewwa kemm l-art u kemm ukoll is-saqaf ta’ dan il-qabar huma bl-irkejjen. It-tul tal-qiegha huwa maqsum f’zewg sodod li bejniethom ghaddejja trinka. Milli jidher mill-qatghat fejn ipoggu l-irjus, dan il-qabar hu maghmul ghal erbgha persuni, mimdudin matul il-wisa’ tieghu; tnejn fuq l-ewwel sodda b’wicchom ihares lejn it-tnejn tas-sodda l-ohra.
F’rokna zghira fil-qrib jibda il-bieb tal-hames qabar. Minn gewwa, il-qabar huwa rettangolari u ghandu mhadda f’zewg hofriet. Mal-hajt li jmiss maghha hemm maqtugha arkata zghira bhal dik li tidher fit-tielet qabar.
Iktar fuq il-lemin tidher is-sitt dahla gol-hajt. Hemm maqtugha bhal hnejja sabiha u tahtha jidher il-bieb qisu kwadru. Il-gewwa mill-bieb hemm biss daqsxejn ta’ dahla. Dan kien xi qabar ghat-trabi zghar, jew inkella kien ghal xi bzonnijiet ohra ta’ dan is-sit funerarju.
Mill-bieb tas-seba’ dahla tghaddi ghall-qabar li mhux ghamla rettangolari bhall-ahhar tlieta li ssemmew qabel dan, imma bl-irkejjen imdawrin bhat-tieni u t-tielet.
Hdejn il-bieb tan-naha tal-punent ta’ l-ipogew jinsab t-tmien qabar. Il-bieb tieghu kellu bhal hnejja maqtugha fuqu li milli jidher giet imkissra wara. Il-qabar ghandu ghamla rettangulari.
Ma dawn id-dettalji iridu jizdiedu l-hofor ghall-imsiebah imma ta’ min jigbed l-attenzjoni li dawk it-toqob zghar imhaffrin mal-hajt ta’ barra u li jinfdu ghal gewwa, m’humiex hlief toqob maghmula hafna u hafna wara, biex minnhom jghaddi n-nahal ghall-garar li gew imqeghdin f’dan l-ipogew.
L-ipogew f’Ta’ Bistra
L-ahhar u l-ikbar ipogew li nafu bih fiz-zona tal-Mosta qieghed fl-ghalqa Ta’ Bistra. Tigi ghalih mit-telgha li minn hdejn il-Monument lill-Missjunarji Mostin tiehu lejn id-dar ta’ l-irtiri tal-Gizwiti ‘Mount St Joseph’ f’Targa Gap. Jinsab fl-ghalqa li kienu jsibuha bhala ‘Ta’ l-Gherien,’ kif dawk li ma jifhmux kienu jsejhu lil dawn l-oqbra maqtughin fil-blat.
Fis-sena 1930 tas-seklu ghoxrin36 E.B Vella ddeskriva dan is-sit funerarju. Hu osserva li bejn ghalqa u ohra kien jidher hajt tal-blat ihares lejn it-tramuntana, u billi l-post qieghed fuq hotba (77.4 metri minn wicc il-bahar) minn hawn kienet tidher veduta sabiha ta’ l-art baxxa quddiemu u l-bahar fil-boghod mill-Gzejjer ta’ San Pawl (p.39) sal-Qrejten. Il-wicc ta’ dan ix-xifer tal-blat, ghal tul ta’ 116-il metru shah kien ‘l hawn u ‘l hemm imhaffer bl-oqbra. Vella kien irnexxielu jghodd daqs 44 dahla ghal dawn l-oqbra. Bicciet minnhom kienu oqbra wehidhom li kollha kienu qeghdin 0.6 jew 0.9 ta’ metru ‘il fuq minn wicc l-ghalqa ta’ taht; imma ra wkoll ohrajn li kienu maghmulin bhal oqbra tal-familja.
Fl-ghalqa l-baxxa kien hemm kuritur twil 8.2 metri, b’1.8 metri gholi u b’metru wisa’. Fil-gnub tieghu kellu maqtughin hofor sbieh bi hnejjiet zghar, u oqbra maghmulin ghal tnejn minn nies. Go fih stess, fuq il-lemin, Vella ra dahla ta’ 3.4 metri tul minn fejn kont tidhol ghal qabar iehor.
Vella jkompli li kien jiddispjacih li ma setghax jitkellem b’aktar precizjoni fuq l-oqbra kollha ghaliex ma kinux imhammlin mill-hagar u t-trab li fihom. Hu hass li dan l-ipogew kien wisq akbar u isbah imma din id-dehra thassret bil-qtugh tal-blat, li kien jidher ma kullimkien. Vella kien ta’ l-opinjoni li x’aktarx ghalhekk ma kinux jidhru dawk il-wesghat ghall-laqghat bhal ma kien hemm fl-ipogej iz-zghar li ssemmew qabel, u bhalma kien hemm f’dawk tar-Rabat.
Minn dak li kien ghadu jidher, Vella kkonkluda li dawn l-oqbra kienu xoghol ta’ madwar ir-IV jew il-V seklu w.K. u skond hu, il-qatgha taghhom kienet isbah mill-istess katakombi tar-Rabat. Hu ra xi hwejjeg, wiehed minnhom kandelabru mill-istess blat ghal musbieh li, skond Vella, bhalu ma kienu jidhru fl-ebda katakombi iehor f’Malta. E.B. Vella hass li, meta dan il-katakombi (kif sejjahlu hu) jithammel sewwa l-Mostin ikollhom tifkira ta’ zmien ir-Rumani mill-isbah li ghandna f’Malta.
Bhala sit, Ta’ Bistra kien gie studjat l-ewwel minn W. Vassallo li fl-1891 ghamel disinn ta’ wiehed mill-oqbra. Warah mar fuq il-post Patri Manwel Magri li gibet ukoll ritratt li gie riprodott aktar tard, fl-1913, minn Becker fix-xoghol tieghu. Fl-1914 mbaghad, mar fuq il-post Temi Zammit li ghamel noti fuq dak li sab. Meta zar l-oqbra f’Ta’ Bistra P.F. Bellanti fl-1920, hu ppropona li dawn kellhom jigu mnaddfa b’mod metikoluz u hekk ikunu jistghu jigu studjati ahjar. Kien fl-1933 li id-Dipartiment tal-Muzew gie avzat mid-Dipartiment tax-Xoghlijiet Pubblici li dan kien kostrett jeqred erba’ minn dawn l-oqbra biex iwessa’ t-triq esistenti. Ghalhekk, il-Muzew ghamel studju fuq l-oqbra kollha u ghamel in-notamenti li jmorru ma’ dan l-istudju wara li ngib permess mis-sid ta’ l-art biex jidhlu ghalihom. Kien Charles G. Zammit li ghamel l-istudji necessarji, inkluz pjanti dettaljati u kollox gie ppubblikat fil-Bullettin tal-Muzew.37 Wara dan, is-sit intelaq ghal rihu. Baqa’ miftuh u zdingat, bil-vandali jaghmlu dak li jfettlihom. Il-bdiewa tal-post ma ghenu xejn u uzaw l-oqbra ghal xogholhom. In-natura ghamlet ukoll il-hsara taghha. Fl-1982 kien jidher li dan is-sit se jinqered sew meta hareg il-hsieb li ssir bypass li tghaqqad il-Mosta u r-Rabat ma’ San Pawl il-Bahar. Bil-hidma tad-Dipartiment tal-Muzewijiet din il-hsara giet limitata ghall-anqas possibbli.38
Matul iz-zmien il-hsara li saret kienet tinkludi wkoll il-qtugh ta’ gebel minn barriera li tinsab vicin l-ipogew u ghalhekk parti mill-kumpless kien igarraf. Dan kien irrappurtah Temi Zammit wara l-mawra tieghu fl-1914. Matul it-Tieni Gwerra Dinja xi nies stkennu f’dawn l-oqbra meta uzawhom bhala xeltrijiet. Wara l-gwerra hafna minn dawn l-oqbra komplew isofru mutilazzjoni bla hniena meta ntuzaw ghat-trobbija u zzamma ta’ l-annimali. Inbnew ukoll xi binjiet vicin ta’ l-oqbra li qatghu l-access ghalihom ghall-poplu in generali. Imbaghad, meta gew biex jifthu t-triq li tghaqqad il-Mosta, ir-Rabat u San Pawl il-Bahar, il-hsara kienet giet limitata billi it-triq ghaddiet minn fuq parti mis-sit li madankollu gie msaqqaf.39
Il-hsara li saret f’dan is-sit kienet estensiva hafna. L-oqbra gew ivvandalizzati. L-arcosoli hdejn in-nicec fil-kmamar funerarji gew zarmati u cubicula shah inhattu u l-gebel taghhom inhareg ‘il barra.40
Deskrizzjoni tas-sit wara dak kollu li ghadda minnu tista’ tinghata b’mod approssimattiv u zgur mhux komplet ghax studju aktar dettaljat u professjonali fuq is-sit kollu ghad irid isir fil-futur.
Jidher li f’dan il-kumpless kien hemm 57 kamra funerarja li 46 minnhom kienu doppji jew ahjar, jakkomodaw zewg mejtin f’kull kamra. Il-hdax l-ohra kienu jiehdu persuna wahda f’kull kamra. Il-kmamar kienu migbura flimkien u kien hemm minnhom li kellhom dahla rettagolan filwaqt li xi (p.40) ohrajn kont tidhol ghalihom minn entratura b’forma ta’ bokka ta’ forn. Hafna mill-oqbra kellhom l-arcosolia u huma mhaffrin f’linja parallela mal-kuritur. Gew imhaffra f’forma konkava, jew ahjar, f’forma ta’ arzella. Kellhom imwejjed imsejha agape mill-isbah. Fost kollox kien hemm hawt li baqa’ maghruf bhala l-’fonti tal-maghmudija’ - ghalkemm ma nafux ezatt x’kien l-uzu tieghu L-arkeologu Charles Zammit iddeskrrva l-ipogew ta’ Ta’ Bistra bhala l-aktar cimiterju interessanti li qatt gie mikxuf sa dak iz-zmien.41
Jidher li kien se jiccaqlaq xi haga meta f’Marzu 1990 thejjiet id-dokumentazzjoni biex jigu esproprijati hames bicciet art madwar parti mis-sit. Sadanittant, l-Awtorita ta’ l-lppjanar ikklassifikat is-sit bhala Klassi A (l-ghola grad). Dan kollu ma sewa xejn ghax in-nuqqas ta’ finanzi hallew kollox fl-istat li kien. Kien imbaghad fl-2004 li xi haga tbiddlet. Fil-fatt kien se jsir xoghol fuq it-triq quddiem Mount St Joseph u mill-istudji preliminari deher li seta’ kien hemm parti minn dan il-katakombi taht l-art. Triq Francesco Napuljun Tagliaferro giet immarkata u meta beda x-xoghol f’Jannar 2005, f’kollox sar taht l-harsien ta’ l-arkeologu, u fit-thaffir hargu mill-gdid l-oqbra li kienu ndifnu fl-1933. Kienu fi stat tajjeb ghax kienu ilhom priservati mas-sebghin sena.42
It-triq l-gdida giet mdawwra b’tali mod li tevita li tghaddi mill-gdid fuq is-sit li issa kien inkixef. Ix-xoghol tat-toroq tlesta imma s-sit ma kien sar ebda intervent fuqu biex jigi priservat u restawrat. Sa l-2005 dan l-istat ma kienx inbidel wisq. Hafna minn dawn l-oqbra li kienu jaghmlu parti minn dan il-kumpless, kienu ghadhom f’ghelieqi u proprjetajiet privati. Kien sar uzu privat li ma jaqbel xejn ma’ dan is-sit storiku u l-access ghalihom kien kwazi impossibbli f’hafna partijiet u difficli f’ohrajn.43
Kien il-Kunsill Lokali tal-Mosta li hass li ghandu jsir xi haga biex dan is-sit fl-ahhar jerga’ jinghata lill-Mostin u lil dawk kollha li xtaqu jzuru u jiflu dan is-sit funerarju. Ried il-finanzi biex dan ikun jista jsir u ghalhekk applika biex jipprova jiehu fondi mill-Unjoni Ewropea. Ghall-ahhar ta’ l-2005 gie sottomess progett bl-isem CULTEXCHANGE_IT_MT44 bi shab mal-Comune di Ragusa u s-Sovrintendenza ai Beni Culturali e Ambientali ta’ Ragusa li wkoll kellhom katakombi li xtaqu jsalvaw. Kien b’sodifazzjoni kbir ghal kulhadd li l-progett gie approvat u hekk issa kien jista’ jibda x-xoghol fuq Ta’ Bistra.45 Sar ukoll ftehim ma’ Heritage Malta biex hekk kollox isir fil-qafas legali tieghu. Heritage Malta hi l-awtorita legali li tiehu hsieb, tmexxi u tindokra s-siti storici tal-pajjiz li jaqghu taht il-Gvern Malti.46 Hekk Ta’ Bistra fl-ahhar beda jigi rkuprat bil-mod il-mod, progett li ghalkemm kellu jiehu zmien twil biex jitlesta issa, ghallinqas, kien beda.47
Il-Vandali, l-Ostrogoti u l-Bizantini
Meta l-lmperu Ruman tal-Punent sfaxxa fis-sena 476, hu probabbli li Malta waqghet taht dawk il-popli li ddominaw iz-zona tal-Mediterran li l-gzejjer Maltin kienu jaghmlu parti minnha. Ghalhekk jidher li l-Maltin ghal xi zmien setghu waqghu taht il-Vandali (probabli madwar l-445) li kienu jiddominaw l-Afrika ta’ Fuq. Probabbli wkoll li Malta u Ghawdex kienu taht l-Ostrogoti (forsi minn madwar l-477) li kienu jiddominaw il-gzira ta’ Sqallija. Nafu li l-lmperu Bizantin, li kien originarjament parti mill-lmperu Ruman, u beda jissejjah l-lmperu Ruman tal-Lvant, organizza spedizzjoni militari mmexxija mill-General Belisarju u rebah lil Sqallija u l-gzejjer tal-vicin fis-sena 535. Hekk Malta waqghet taht dan l-imperu qawwi f’din is-sena. Il-Knisja ta’ Malta baqghet taht il-Patrijarkat ta’ Ruma jew il-papa sas-sena 756 meta giet trasferita flimkien mad-djocesijiet ta’ l-ltalja tan-Nofsinhar u Sqallija.48
Ta’ dan il-perjodu ftit hemm taghrif storiku fuq Malta49 u xejn li xejn fuq il-Mosta. Ghalhekk mhux possibbli nifhmu x’seta’ kien qieghed jigri. Fdalijiet arkeologici jew ta’ xi forma ohra ma nafux li qatt instabu fiz-zona tal-Mosta ta’ dan iz-zmien.
L-Gharab
Spiccat is-setgha tar-Rumani u warajhom tal-Bizantini u l-gzejjer Maltin ghaddew f’idejn l-Gharab Aglabiti. Dawn gew mill-Afrika ta’ Fuq u kienu diga hakmu lil Sqallija meta gew Malta madwar is-sena 870 w.K.50 Nafu li l-invazjoni taghhom ma kinitx wahda pacifika. Huma ttrattaw lir-residenti ta’ dawn il-gzejjer b’mod (p.41) ahrax u kaxkru dak li dehrilhom. Minn kitba ta’ Al-Himjari jidher li l-invazuri Gharab, kaxkru lejn Tunes dak li setghu minn bini f’Malta u b’dak li hadu bnew kastel ckejken hdejn il-bahar f’Susa.51
L-evidenza tal-hajja f’Malta fi zmien l-Gharab hi skarsa hafna. Hemm ukoll hafna dubji dwar x’kien qed jigri tassew fdawk iz-zminijiet fil-gzejjer Maltin. Fil-Mosta s’issa ma jidher li nstab xejn li jaghti xi hjiel tal-hajja taht l-Gharab. Li nistghu nghidu hu li minn xi evidenza arkeologika mis-sit ta’ San Pawl Milqghi, jidher li kien hemm xi forma ta’ attivita Gharbija ferm vicin tal-Mosta. Fil-fatt jidher li f’dan is-sit sar tifrik u tkissir li jmur lura ghall-ewwel snin tal-hakma Gharbija u hjiel ta’ fortifikazzjonijiet mhux mirquma li nbnew mill-Gharab flok il-bini Ruman.52 Dan jista’ jfisser li l-abitanti ta’ l-artijiet madwar dik li wara saret il-Mosta kellhom xi forma ta’ kuntatt ma’ dawn il-hakkiema l-godda.
Madankollu, skond il-kittieb Gharbi Al-Himjari, li kiteb fis-sena 1461, imma li kien qieghed jirrifletti s-sorsi li kellu sa zmienu, jghid li Malta spiccat vojta wara l-attakki Gharab. Damet hekk ghal kwazi 180 sena fejn l-Gharab kienu jigu biss minn zmien ghal zmien biex jiehdu l-ghasel li kien abbundanti hafna, jistadu ghall-hut li jinghad li kien ta’ toghma tajba hafna, u biex jaqtghu l-injam li kien iebes u sod. Kien ghalhekk ghas-sena 1049 li l-Gharab gew Malta u kkolonizzawha bis-serjeta. Mhux ta’ b’xejn li fdalijiet ta’ zmien l-Gharab huma skarsi hafna. Dawn ghexu f’Malta - il-ftit nies li kien hawn - bhala kolonizzaturi ghal madwar 42 sena (sakemm gew l-ewwel darba f’Malta n-Normanni madwar l-1091).53
Meta fl-ahhar dawn il-Misilmin gew biex joqoghdu b’mod aktar permanenti, zviluppaw il-belt principali li ma kienet imkien hlief dik li qabel kien jisimha Melite. Issa beda jisimha Medina. Ma rridux ninsew ukoll li l-’Mosta’ kienet vicin hafna tac-centru principali ta’ Malta, jigifieri l-Imdina u r-Rabat taghha. F’din il-belt u s-subborg zgur li kien hemm hafna moviment u attivita. Billi l-Mosta tigi propju taht ir-rih ta’ l-Imdina mhux eskluz li l-abitanti tal-belt ta’ Malta minn zmien ghal zmien kienu jzuru l-inhawi tal-madwar u hekk anki l-Mosta. Imma jekk dan kien jigri ma hemm xejn li jurih u ghalhekk kull ma nistghu naghmlu hu li nisthajlu li dan seta’ gara, imma xejn izjed min hekk.
Ritratt: (p.44) Ritratt mehud fis-snin sittin tas-seklu ghoxrin u li juri parti mill-Ipogew Ta’ Bistra li llum ghadna f’art privata.
Noti u Riferenzi
- (p.42) A.P Vella, Storja ta’ Malta, i (Malta. 1974), 37.
- A. Bonanno, Malta Phoenician, Punic, and Roman (Malta, 2005), 132.
- M.A. Sant, ‘Mosta through the ages,’ L.J. Scerri (ed ), Mosta The Heart of Malta (Malta, 1996), 21.
- E.P. Teuma, ‘Burmarrad - floodplain, Roman harbour and medieval anchorage,’ The Sunday Times (20.viii.2006), 50-1.
- H. Lewis, Ancient Malta: A Study of Its Antiquities (Bucks. 1977), 113.
- Dawr il-kontroversja jekk San pawl fil-fatt giex Malta ara, fost ohrajn, M. Galea u J.Ciarlo (ed ), St Paul in Malta: A compendium of Pauline studies (Malta, 1992).
- Ara fost ohrajn Bonanno, 199-200.
- R. Farrugia Randon, ‘Pauline Heritage in Malta,’ S. Farrugia Randon (ed ), St Paul: His life, the shipwreck tradition and culture in Malta and elsewhere (Malta. 2000), 98.
- J. Cassar Pullicino, ‘Pauline traditions in Malta,’ M. Galea u J Ciarlo (ed.), St. Paul in Malta: A compendium of Pauline studies (Malta. 1992), 116.
- E.P. Teuma, San Pawl il-Bahar: A guide (Malta, 2003), 112.
- R. Farrugia Randon, 57-60.
- Ibid., 61-2.
- Sant (1996), 21.
- Hu probabbli li dan kien Napuljun Tagliaferro Ii dak iz-zmien kien diga ragel imdahhal fl-eta imma li kien baqa’ jinteressa ruhu fl-arkeologija sa mewtu. Ghal hjiel fuq il-karriera ta’ Tagliaferro ara, R. Mifsud Bonnici, Dizzjunarju Bijo-Bibljografiku Nazzjonali (Malta. 1960), 458.
- F. Mangion, ‘Il-Bidnija u Wimiti tal-Mosta llum,’ E.B Vella et al, Storja tal-Mosta bil-knisja taghha (Malta, 1972/1986), 444-5.
- Ibid.
- Lewis, 73-4.
- A. Guillaumier, Bliet u Rhula Maltin, ii (Malta, 1987), 530.
- M.A. Sant, ‘Wirt Arkeologiku fil-Mosta u madwaru,’ Filarmonika Santa Marija Mosta, Programm tal-Festa, 1993 (Malta 1993), 27.
- M. Buhagiar, ‘Four new late Roman and early Byzantine burial sites in the Island of Malta,’ Melita Hisotrica, xiii/1 (Malta 2000), 24-7.
- Bhalma juru wkoll l-iskrizzjomjiet li nstabu fl-ipogew f’Ta’ Bistra: ‘Vivas in Deo,’ ‘Vivas in aeternum,’ ‘In Pace.’
- Sant (1996), 22.
- Sant (1993), 27.
- M. Buhagiar, ‘The study of the Maltese Paleochristian Catacombs,’ Melita Historica, viii/4 (Malta. 1983), 296.
- M. Buhagiar, Late Roman and Byzantine Catacombs and Related Burial Places in the Maltese Islands (Great Britain 1986), 311, ikkwotat minn Sant (1993), 27.
- Ara t-tabella esposta fuq id-dahla ta’ dan is-sit fil-kumpless tal-Fortizza tal-Mosta.
- Lewis, 150.
- Bonanno, 265
- Ibid., 266.
- J.A. Bonanno jghid li din il-konnessjoni tal-mejda ta’ l-agape f’dawn l-ipogej jew katakombijiet ma’ l-Ewkaristija m’hi cara xejn. Li hu zgur hu, jkompli Bonanno, Ii f’xi zmien il-Knisja waqqfet il-prattika tar-refrigeria meta dawn l-okkazjonjiet ma baqghux isiru skont l-andament originali ta’ din is-sospensjoni hemm sinjali f’xi ipogej f’Malta li jistghu jindikaw l-interruzzjoni ta’ din (p.43) il-prattika. Ara Bonanno, 265-6; Lewis, 122-3. J. Bezzina jkompli jghid li hemm cans li f’Malta l-prattika ta’ l-Ewkaristija u l-agape baqghet tigi segwita anki wara li din id-drawwa kienet twaqqfet f’postijiet ohra tad-dinja Nisranija u dan minhabba l-isolament Geografiku ta’ Malta li ttardja l-wasla tad-decizjoni tal-projbizzjoni li kienu hadu s-Sinodi tal-Knisja. Din il-prattika f’Malta jidher li gebbdet tul ir-raba’ seklu imma waqfet fil-hames seklu. Ara J. Bezzina, L-lstorja tal-Knisja f’Malta (Malta, 2002), 32-3.
- H. Lewis jahseb li f’dan l-ipogew l-istabadium ma kienx intenzjonat bhala post fejn kont tinxtehet madwar il-mejda imma aktar kien simboliku milli prattiku u x’aktarx kien jintuza ghal riti ta’ libazzjonji jew t-tiswib ta’ likwidu u mhux ghall-ikla bejn dawk prezenti. Ara Lewis, 151.
- O. Maruchi, Manuale di Archeologia Cristiana, 129, 131.
- P.S. Scaglia, Manuale di Archeologia Cristiana, 34.
- Lewis, 133-4.
- H. Lewis jahseb li originarjament jista’ jkun li kont tidhol go dan is-sit funerarju minn din l-ispiera. Ibid., 134.
- F’dik is-sena E.B. Vella ppubblika l-ktieb li issa qieghed jigi aggornat skond it-taghrif li ghandna illum.
- Ara, C.G. Zammit, ‘The “Tal Bistra” Catacombs’ Bulletin of the Museum, i/V (Malta, 1935), 165-187.
- Sant (1993), 27.
- E. Calleja, D. Cardona u D. Borg, ‘ll-Katakombi Ta’ Bistra,’ Il-Kunsill Tieghek: Lehen il-Kunsill Lokali tal-Mosta, 24 (Malta, 2005), 21.
- J. Sare, ‘L-Oqbra tal-Bistra - Mosta,’ Socjeta Filarmonika Nicolo Isouard, Mosta, Festa Santa Marija 2006 (Malta, 2006), 218.
- Ibid., 218-9.
- Calleja, Cardona u Borg, 21.
- Ara Bonanno, 336.
- Dan il-progett sar bhala parti mill-Programm Interreg IIIA Italja-Malta (2004-2006) ta’ l-UE - Programma di Iniziativa Comunitaria Interreg IIIA Italia-Malta (2004-2006).
- Il-progett kien se jaghti €350,000 f’fondi li minnhom il-Kunsill tal-Mosta kien se jibbenefika b’€100,000 ghall-uzu fuq dan is-sit.
- G. Cassar, ‘L-Unjoni Ewropea u l-Katakombi Ta’ Bistra,’ Il-Kunsill Tieghek: Lehen il-Kunsill Lokali tal-Mosta, 26 (Malta. 2006); idem, ‘lx-xoghol fuq Ta’ Bistra jaqbad ir-rittmu,’ Il-Kunsill Tieghek, 27 (Malta, 2006).
- Ara G. Cassar, Cultexchange_IT_MT: L-lpogew Ta’ Bista fil-Mosta - Progett ta’ restawr kofinanzjat mill-Unjoni Ewropea (Malta, 2007).
- Ara per ezempju, Bezzina, 41-2, 51; Bonanno, 258.
- Ghal studju analitiku ta’ dan iz-zmien ara, M. Buhagiar, ‘Early Christian and Byzantine Malta: Some Archaeological and Textual Considerations,’ V. Mallia-Milanes (ed.), Library of Mediterranean History, i (Malta, 1994), 77-125, T.S. Brown, ‘Byzantine Malta: A Discussion of the Sources,’ A.T. Luttrell (ed ), Medieval Malta: Studies on Malta before the Knights (London 1975), 71-81; Vella, 55-62.
- Id-data ta’ meta bdiet il-hakma ta’ l-Gharab fuq Malta mhix cara ghal kollox u ghalkemm inzommu li hi s-sena 870 din jista’ jkun li setghet kienet is-sena 869. Ara fuq dan G. Wettinger, Mid-Med Bank (ed.), ‘Tha Arabs in Malta,’ Malta: Studies of its Heritage and History (Malta, 1986), 90-1.
- Ara per ezempju, A.P. Vella, 66. Bezzina, 53, jiomm ma’ interpretazzjoni ohra ta’ l-istess episodju u jghid li l-materjal ingarr mill-knejjes Maltin.
- A.T. Luttrell, ‘Approaches to Medieval Malta,’ A.T. Luttrell (ed.). Medieval Malta: Studies on Malta before the Knights (London 1975), 27.
- Ara J.M. Brincat, Malta 870-1054 Al-Himyari’s Account (Malta, 1991); J.M. Brincat, Malta 870-1054 Al-Himyari’s Account and its Linguistic Implications (Malta, 1995).
Kapitli ohra mill-ktieb
- Konsiderazzjonijiet tal-bidu.
- Iz-zmien Preistoriku (c. 5000 q.k. - c. 700 q.k.).
- Iz-zmien Fenicju-Kartaginiz (c. 700 q.k. — c. 218 q.k.).
- Minn zmien ir-Rumani sal-hakma ta’ l-Gharab (218 q.k.-1091 w.k.).
- Iz-zminijiet tan-Nofs (1091 - 1530).
- Mill-wasla ta’ l-ordni ta’ San Gwann sa l-Assedju l-Kbir (1530 -1565).
- Mons. Dusina, it-twaqqif tal-Parrocca, u l-bini tal-Knisja Parrokkjali (1575 -1619).
- Is-seklu sbatax - hajja kwieta imma mhux minghajr inkwiet (1600 -1699).
- Is-Seklu Tmintax -komunita li tikber u tizviluppa (1700 -1798).
- Il-hakma Franciza u l-qawmien tal-Maltin (1798 -1800).
- Seklu shih taht hakma Ngliza (1800 - 1899).
- Il-bini tar-Rotunda tal-Mosta.
- Ir-Rotunda - xi dettalji teknici u diskussjoni.
- Is-seklu Ghoxrin sat-tieni gwerra dinjija.
- Mit-Tieni nofs tas-Seklu Ghoxrin sal-lum (1946 - 2007).