The Mosta Archives Banner

IL-MOSTA, IL-MOSTIN U R-ROTUNDA TAGHHOM MATUL IZ-ZMINIJIET

George Cassar, Joseph G.M. Borg

Pubblikazzjoni tal-Kunsill Lokali Mosta f'gheluq l-400 sena parrocca, fl-2008.


Dan il-ktieb interessantissimu msejjes fuq il-ktieb ta' E.B. Vella imma jidhol f'aktar dettalji jinxtara mill-Kunsill Lokali. Din il-verzjoni digitali taf fiha xi differenzi mill-original minhabba problemi waqt l-iskanjar li minhabba r-rizorsi limitati ma kellix cans nivverifika ghal kollox u hi raguni ohra ghala wiehed ghandu jmur dirett ghall-ktieb meta jigi biex jiehu riferenzi minnu.


Kap. 15 - Mit-tieni nofs tas-seklu ghoxrin sal-lum (1946 - 2007)


(p.225) Wara l-ghawg li gabet maghha t-Tieni Gwerra Dinjija, il-Mosta regghet bdiet tiehu r-ruh u tirpilja minn dawk is-snin difficli. Il-Mostin bdew jiltaqghu wkoll ma’ zminijiet godda mimlija zviluppi socjali, teknologici, kummercjali u politici. Min-nofs is-seklu ghoxrin il-Mosta ghalhekk dahlet fir-ritmu taz-zminijiet moderni.


Il-popolazzjoni u l-izvilupp urban


Firxa urbana tal-Mosta llum(p.226) Il-firxa urbana tal-Mosta llum – ir-Rotunda fin-nofs ta’ belt estensiva

Sinjali ta’ l-izvilupp li sar fil-Mosta dehru cari fid-demografija tal-lokalita. Sas-snin tletin in-numru ta’ abitanti fir-rahal kien idur mal-5,000 abitant. Tant hu hekk li fis-sena 1931 dan kien ilahhaq 5,251. Fis-snin tal-gwerra l-ghadd ta’ abitanti zdied, anki minhabba r-refugjati li gew fir-rahal. Mbaghad, lejn it-tieni nofs tas-seklu, l-ghadd ta’ nies fil-Mosta qabad tiela’ b’rittmu mharrek. Fl-1948 il-Mostin kienu 7,186 ruh. Sa madwar ghaxar snin wara, fl-1957 dawn zdiedu bi ftit ghal 7,377 persuna, filwaqt li fl-1967 qabzu b’elf ghal 8,334 abitant. Fis-snin tmenin il-qabza kienet aktar evidenti. Ghalhekk fl-1985 ic-cifra telghet ghal 12,148 persuna, li regghet gholiet ghal 16,754 sa l-1995. Fis-sena 2005 il-Mostin zdiedu ghal 18,676 ruh.1


Il-Mosta, skond ic-censiment tal-popolazzjoni ta’ l-2005, qabzet fit-tieni post wara Birkirkara u hekk ghaddiet lil Hal Qormi li sac-censiment ta’ l-1995 kien fit-tieni post.2 Ghalhekk il-popolazzjoni ta’ l-akbar tlitt ibliet ta’ Malta fl-2005 kienet: Birkirkara 21,775 ruh, il-Mosta 18, 676 ruh, u Hal Qormi 16,576 ruh.


Rigward id-densita tal-popolazzjoni, fil-Mosta kienu joqoghdu 3,087 ruh f’kull kilometru kwadru (km2) fl-1995. Din id-densita naqset matul l-ghaxar snin ta’ wara ghalkemm zdiedu n-nies. Fl-2005 f’kull km2 kien hemm 2,755 persuna f’erja ta’ 6.78 km2. Dan ifisser li d-densita naqset bi 332 persuna.3 Din id-diskrepanza fid-densita f’kull kilometru kwadru tohrog ghax l-erja ta’ l-art li taqa’ taht il-Mosta zdiedet matul dan id-decennju. Fis-sena 2000 il-Mosta kellha area ta’ 5.427 km2 b’popolazzjoni ta’ 17,716-il persuna, u dan jirrizulta f’densita f’kull km2 ta’ 3,261 ruh.4


Zona Santa Margerita Mosta mill-ajru(p.227)Iz-Zona Santa Margerita.

Centru pastorali Ta' Mlit u l-Knisja tal-Bidnija(p.227)Ic-centru pastorali fiz-Zona Ta’ Mlit u fuq il-lemin il-knisja ddedikata lill-Familja Mqaddsa fil-Bidnija.

Centru pastorali Sant’Andrija, Mosta(p.227)Ic-centru pastorali fiz-Zona Sant’Andrija

Dawn in-nies li zdiedu fil-Mosta sabu fejn joqoghdu f’zoni godda li zviluppaw fil-periferija tar-rahal l-antik. Il-bini beda tiela’ dejjem aktar ‘l barra biex iffurmaw zoni godda li qabel kienu biss ismijiet ta’ oqsma ta’ art agrikola jew xaghri. Hekk il-Mosta rat oqsma godda ta’ djar u bini iehor tiela’ fiz-zoni Ta’ Mlit, is-Sghajtar, Santa Margerita, iz-Zokrija, u l-Blata l-Gholja.5


Kien fis-snin sittin u sebghin li l-gvern beda jiehu art agrikola u jibni fuqha oqsma tad-djar biex tittaffa l-problema ta’ nuqqas ta’ abitazzjonijiet f’popolazzjoni dejjem tizdied u, biex joghla l-livell tal-kwalita tal-hajja tal-Maltin. Fil-Mosta wkoll inbena qasam tad-djar tal-gvern u dan sar f’Ta’ Mlit fis-snin sebghin. Ftit qabel kien sehh ukoll zvilupp iehor f’nofs is-snin sittin meta l-Mosta bdiet issir dejjem izjed centru ta’ servizzi u hekk kellha tizviluppa biex tlahhaq ma’ dan il-bzonn gdid. Ghalhekk, l-art fuq iz-zewg nahat ta’ Triq il-Kungress Ewkaristiku giet tviluppata f’dan it-zmien.6 Dan kien zvilupp organizzat bi blokki ppjanati u b’toroq dritti u paralleli fil-forma ta’ gradilja. L-istess kien qed jigri matul Triq il-Kostituzzjoni li wara l-gwerra kompliet tara bini maz-zewg xaqlibiet taghha, ukoll fi blokki organizzati b’toroq fuq il-mudell tal-gradilja.7


Wara li beda l-izvilup fin-naha tas-Sghajtar fis-snin sebghin, fit-tmeninijiet artijiet ohra gew moghtija mill-gvern ghall-izvilupp tal-bini. Hekk bdew jew komplew jinbnew l-artijiet f’Santa Margerita, f’Ta’ Mlit u fiz-zona Ta’ Bistra.8


(p.226) Il-Mosta baqghet tikber u tinfirex u baqghet tiela’ saz-zona maghrufa bhala ta’ Sant’Andrija li hi l-aktar parti ‘l fuq lejn San Guzepp tat-Targa.


Triq ohra importanti li bdiet tizviluppa kienet Vjal l-lndipendenza. Sal-bidu tas-sebghinijiet, kienu bdew jidhru l-ewwel binjiet li wara saru parti minn din it-triq. Sas-snin disghin kienu nbnew abitazzjonijiet matul dan il-vjal li issa kien komplut fil-medda kollha tieghu.9


Dan kollu juri l-espansjoni tal-popolazzjoni fil-Mosta li bejn l-1985 u l-1998 kienet irregistrat tkabbir ta’ 50 fil-mija Dan wassal biex l-art fil-Mosta tinbela’ malajr ghal skopijiet ta’ bini ta’ djar u hekk l-erja mahsuba ghall-uzu ta' zvilupp ittiehdet b’rata mghaggla.10 Dan l-izvilupp kien beda minn wara l-gwerra meta l-Mosta zviluppat bhala centru ta' servizzi u kienet ukoll wahda mill-lokalitajiet fejn l-Inglizi li kien hawn Malta kienu jikru residenzi ghalihom. Wara l-Indipendenza fl-1964, Inglizi rtirati gew joqoghdu ghal kollox hawn Malta u bdew il-prattika li jibnu vilel f’subborgi rurali, sistema li mbaghad tkompliet mill-Maltin tal-flus.11


Il-Mosta kompliet tikber ukoll minhabba l-fatt ta’ gibda lejn post twelidek. Hafna Mostin jippreferu jibqghu jghixu l-Mosta, fejn ikunu trabbew. Ma dan irid ukoll jizdied il-prestigju tal-lokal. Aktar ma' post ikollu prestigju gholi aktar in-nies ikunu jridu jibqghu jghixu hemm u ohrajn jigu jabitaw f’dak il-post.12 Minn studju li sar fuq il-prestigju ta' bliet u rhula Maltin instab li l-Mosta hi wahda mill-ibliet tar-Regjun tat-Tramuntana li nies minn postijiet ohra jixtiequ jigu jabitaw fiha.13


Hekk il-Mosta fil-bidu tal-millennju l-gdid tista' tghid li kibret u zviluppat kemm fl-abitanti kif ukoll fil-firxa ta’ l-ambjent mibni.


Mil-lat ta’ parrocca, l-Mosta wkoll hi l-akbar wahda fl-Arcidjocesi ta’ Malta ghax, ghalkemm hi parrocca b’madwar 17,000 parruccan go 5,400 familja, hi l-unika lokalita kbira li mhix maqsuma f’numru ta’ parrocci. Il-parrocca tal-Mosta ghandha madankollu erba’ zoni pastorali li twaqqfu b’digriet tal-Kurja tas-17 ta' Ottubru 1988. Dawn iz-zoni pastorali huma l-Bidnija, Ta’ Mlit, Sant’Andrija u Santa Margerita.14


Attivita Ekonomika


(p.228) Naturalment, la kien hemm zieda fil-bini bil-fors li naqas l-ambjent naturali u dan jidher l-aktar fl-assenza ta’ l-ghelieqi u spazji miftuha li sa qabel il-gwerra u anki sa xi ftit wara, kienu jhaddru bil-prodotti tar-raba u l-attivita agrikola.


Il-Mosta ta’ wara l-gwerra kienet ghadha wahda rurali ghalkemm dan ma kienx se jdum wisq. F’deskrizzjoni taz-zona tal-Mosta tas-snin hamsin, johrog l-aspett agrikolu imma jigi indikat ukoll li l-Mosta kienet f’pozizzjoni ideali biex tgawdi mill-kummerc u l-komunikazzjoni bejn in-naha ta’ fuq ta’ Malta u l-parti ta' isfel. Fid-deskrizzjoni jinghad li Wied il-Qlejgha jiftah u jidhol fil-Wied ta l-Isperanza. F’din iz-zona kien jinsab regjun li kellu fih kull tip ta biedja u kultivazzjoni ta’ hxejjex. Lejn Ta’ Falka u l-Bezbizija kien hemm ghelieqi tac-cereali u s-silla. Il-Mosta kienet f’pozizzjoni ideali fejn jiltaqghu il-partijiet centrali u tat-tramuntana ta’ Malta. Kienet kibret u zviluppat aktar mill-irhula tal-madwar u dan kien konness ma' l-attivita fil-biedja li fit-tramuntana ta’ Malta beda jsir fuq bazi kummercjali. Ghenu hafna lill-Mosta l-izvilupp fil-komunikazzjoni u l-uzu ta’ l-ingenji motorizzati. Anki l-pont fuq Wied l-Isperanza kien fetah access facli ghal Wied il-Ghasel u kkawza l-izvilupp tal-binja tar-rahal biex tinfirex fuq linja mix-xlokk ghall-majjistral meta qabel il-firxa urbana kienet mill-grigal ghal-lbic.15


Snajja li qed jispiccaw jew jinbidlu

Snajja li qed jispiccaw: il-haddied, jahdmu l-bizzilla, jahdmu r-raba'(p.226) Il-haddied - sengha li llum kwazi spiccat ghal kollox. (p.229) Ix-xoghol tal-bizzilla li tant kien komuni fil-Mosta fil-passat u x-xoghol tar-raba’ li tant il-Mosta kienet maghrufa ghalih fi zminijiet ohra.

Fre l-mastrudaxxa u Dun Salv Magro, Mosta(p.228) Il-hanut tax-xoghol tal-mastrudaxxa b’ghodda li kienet tintuza qabel – jidher Mons. Salv Magro qassis li tant habrek ghall-Mosta, ma Fre l-mastrudaxxa.

Hajjat u l-bejjiegh tad-drappijiet fil-Mosta fis-snin sittin(p.230) Il-hajjat u l-bejjiegh ta’ drappijiet – ritratt mehud fis-snin sittin.

Bejjiegh tal-halib fil-Mosta u l-fabbrika tal-fjuri ta' Sparks fil-Mosta(p.230) Il-bejjiegh tal-halib wara l-bieb baqa’ jigi fi Triq il-Kungress Ewkaristiku sa l-ewwel snin ta’ wara l-gwerra u (p.231) wahda mill-industriji li kienet timpjega hafna tfajliet Mostin fis-snin sittin – il-fabbrika tal-fjuri ta’ ‘Sparks’.

Zona industrijali Targa Gap fil-Mosta(p.231) Wahda miz-zewg zoni industrijali tal-Mosta – dik ta’ Targa Gap.

Wied il-Ghasel kien post fejn l-agrikoltura fil-Mosta kienet tidher sew. Sas-snin hamsin il-bdiewa li kienu jahdmu dan il-wied kienu jkabbru l-qamh u xghir.16 Kien hemm ukoll il-kultivazzjoni tad-dwieli17 u t-tadam.18 F’din iz-zona l-bdiewa kienu jispecjalizzaw hafna fit-tkabbir tal-qaqocc u b’mod inqas intensiv f’dak tal-kabocci, pastard u hxejjex ohra ta’ l-istess tip.19 Kienu jkabbru wkoll tipi ta’ qara’.20


Sas-snin sebghin kien ghad hemm numru mhux hazin ta’ bdiewa fil-Mosta. Dawk li kienu jahdmu f’dan is-settur full-time, irgiel u nisa, kienu jlahhqu 325 fis-sena 1976-7 u 340 fis-sena ta' wara. Dawk li kienu jahdmu part-time kienu 464 fis-sena 1976-7 u 444 fis-sena ta’ wara.21


Dwar l-art agrikola jidher car li din qieghda tonqos sew. Fis-sena 1976-7 kien hemm fil-Mosta 715-il ettaru ta’ art baghli, 30 ettaru ta’ art saqwi u 82 ettaru ta’ xaghri. Sas-sena ta' wara dawn kienu saru 708 ettari, 28 ettaru u 87 ettaru rispettivament.22


Madankollu meta mqabbla ma’ l-art agrikola fil-bidu tat-tielet millenju, id-differenza tidher sew. Fl-2001 kien hemm fil-Mosta 284 ettaru ta’ art baghli, 36 ettaru ta’ art saqwi u 47 ta’ xaghri.23 Kultivazzjoni agrikola li kibret sew fil-Mosta hi t-tkabbir tad-dwieli. Fl-2002 kien hemm 31 ettaru ta’ art bid-dwieli li jsarrfu f’94,025 dielja.24 Sa sentejn wara l-art bid-dwieli kienet telghet ghal 88 ettaru b’255,711-il dielja.25 Jidher car li dan il-prodott agrikolu qabad sew fil-Mosta u l-vitikultura ssahhet sew matul l-ewwel snin tas-seklu wiehed u ghoxrin.


(p.230) Fis-snin ta wara l-gwerra l-Mosta kienet saret importanti ghal attivita partikulari konnessa mal-pozizzjoni geografika taghha fit-tramuntana ta’ Malta. Din l-attivita kellha x'taqsam mal-fran u tahbiz tal-hobza Mattija. Wara l-gwerra l-Mosta kienet centru regjonali tal-hobz u kienet tuza 1,000 xkora dqiq issussidjat kull gimghatejn f’din l-industrija. Mill-fran Mostin kien johrog il-hobz li kien imbaghad jitqassam fil-parti l-kbira tat-tramuntana ta’ Malta. Dan it-tqassim gie ffacilitat bl-izvilupp tat-trasport motorizzat ghall-uzu kummercjali.26


L-aspett kummercjali tal-Mosta baqa’ jikber matul is-seklu ghoxrin u dan deher fin-numru u l-ghazla ta’ negozji li fethu, kibru u zviluppaw. Sal-bidu tas-seklu wiehed u ghoxrin il-Mosta kienet lahqet il-quccata tal-klassifikazzjoni tac-centri kummercjali. Il-Mosta kienet saret centru primarju flimkien mal-Belt Valletta, tas-Sliema, Birkirkara, il-Hamrun, Rahal Gdid u r-Rabat (Ghawdex).27 Barra l-livell gholi kummercjali, fil-bidu tas-seklu wiehed u ghoxrin il-Mosta kellha wkoll potenzjal qawwi li c-centru kummercjali taghha jikber u jizviluppa.28


Il-Mosta rat ukoll il-bini ta’ fabbriki meta bdiet tizviluppa l-manifattura f’Malta. Fabbrika partikulari kienet il-‘Mosta Spinning’ li kienet tinsab fiz-zona maghrufa bhala Ta’ Hadidu29 li tinsab fil-bidu tal-Mosta fit-triq li gejja minn Birkirkara. Din kienet fabbrika ghall-insig tal-qoton u kienet tokkupa parti mill-art li wara saret il-Mosta Technopark fl-1991. Ta’ min jghid li dan il-qasam industrijali li ssemma’ Mosta Technopark kien l-ewwel qasam li gie ezaminat mid-Direttorat ta’ l-lppjanar li wara saret is-sezzjoni teknika ta l-Awtorita ta l-lppjanar.30


Dan il-qasam gie zviluppat fuq medda ta' 62,000 metru kwadru. Il-post beda jinbidel (p.231) f’qasam ghall-industriji ta’ l-elettronika ta’ daqs medju. Fl-2001 kien jikkonsisti fi 23 parti mikrijin lill-kumpaniji ta’ l-elettronika avvanzata mill-Germanja, l-ltalja, l-lngilterra, Franza u Malta. Kellhom bejniethom 500 haddiem u kien hemm prospetti li dawn jizdiedu maz-zmien.31 Kien hemm b’kollox 18-il inkwilin32 li bejniethom fl-2001 waqqfu l-Mosta Technopark Tenants Association li hadet f’idejha t-tmexxija tal-qasam minghand il-Korporazzjoni ta’ l-lzvilupp ta’ Malta.33


Matul it-tieni nofs tas-seklu ghoxrin il-Mosta kompliet hasset it-tibdil minn attivita bbazata fuq il-biedja ghal wahda mitfugha aktar fuq il-manifattura u s-servizzi. Bdew jinfethu aktar hwienet tax-xoghol u negozji zghar li joffru servizzi industrijali. Dawn it-tip ta’ negozji ngabru f’zewg oqsma industrijali fil-Mosta. Dik ta’ Targa Gap tinsab fit-tarf tal-Mosta vicin tal-Fortizza tal-Mosta u thares lejn Wied il-Ghasel. Iz-zona l-ohra hi maghrufa bhala Tas-Sriedak u tinsab vicin Ta’ Qali u ftit ’il boghod minn Wied il-Qlejgha u l-Kappella tan-Nawfragju ta’ San Pawl. Bejniethom dawn iz-zewg oqsma industrijali fl-ewwel snin tas-seklu wiehed u ghoxrin kienu jhaddnu fihom mat-300 negozju zghar34 bhal dawk ta’ mekkanik, xoghol ta’ mastrudaxxa, u xoghol ta’ l-aluminju.


Xi zjarat minn nies eminenti


Madre Tereza u Dun Karm Schembri fil-Mosta(p.232) Madre Tereza ta' Kalkutta meta giet izzur lil Dun Karm Schembri fil-Mosta fit-28 ta’ Lulju 1974.

(p.232) Il-Mosta kellha hafna zjarat matul is-seklu ghoxrin minn persunaggi ta’ importanza. Izda forsi fost l-aktar important kienu r-Regina Elizabetta II tar-Renju Unit, Madre Tereza tal-Kalkutta. u l-Papa Gwanni Pawlu II.


Elizabetta ghamlet l-ewwel waqfa taghha fil-Mosta nhar l-4 ta' Mejju 1954 waqt zjara ufficjali akkumpanjata minn zewgha, il-Princep Filippu. Kien imbaghad nhar is-16 ta’ Novembru 1967 li hi regghet ghaddiet mill-Mosta waqt zjara ohra f Malta.35


Madre Tereza giet Malta aktar minn darba. Waqt dawn iz-zjajjar hi giet il-Mosta u marret ghand Dun Karm Schembri li kien jghinha hafna bhala co-worker. Dun Karm kien jammira hafna x-xoghol ta' din is-soru qaddisa u hi rreciprokat dan ir-rispett billi marret hi stess tarah darbtejn id-dar tieghu ghax kienet taf li sahhtu ma kinitx tajba u ma setghax johrog.36


Papa Gwanni Pawlu II meta ghaddej mill-Mosta f'Mejju 2001(p.233) Il-Papa Gwanni Pawlu II ghaddej minn quddiem ir-Rotunda tal-Mosta waqt iz-zjara li ghamel f’Malta f’Mejju 2001

Il-Mosta laqghet bi hgara lill-Papa Gwanni Pawlu II nhar it-8 ta’ Mejju 2001 meta ghadda mill-Mosta fi triqtu lejn il-Belt Valletta. Sab pjazza mzejna u poplu lest biex jilqghu. Il-Pope Mobile nsaqet bil-mod filwaqt li l-Mostin ghajtu “Viva l-Papa” fost capcip u daqq tal-qniepen.37


Il-politika nazzjonali u l-Mosta


Wara t-Tieni Gwerra Dinjija Malta regghet inghatat gvern responsabbli u hekk il-Maltin regghu bdew jeleggu deputati taghhom fl-Assemblea Legizlattiva ta’ Malta. Il-Kostitutuzzjoni MacMichael ta’ l-1947 hasbet biex ikun hemm kamra tad-deputati imma ma kienx hemm senat. Malta nqasmet fi tmien distretti elettorali li kienu se jtellghu hames deputati kull wiehed. Ghall-ewwel darba kellu jivvota kull min ghalaq il-21 sena, irgiel u nisa, u hekk in-nisa issa bdew jiwutaw bhall-irgiel.38


Ghall-elezzjoni ta’ Ottubru 1947 il-Mosta tpoggiet mas-seba’ ditrett flimkien ma’ Birkirkara, Hal Gharghur, in-Naxxar, l-lmgarr, il-Mellieha u San Pawl il-Bahar. Kien hemm erba’ postijiet tal-votazzjoni li kienu fl-ghassa tal-pulizija fi Triq il-Kungress Ewkaristiku u fl-ghassa tal-pulizija fi Triq it-Torri, u fl-iskola primarja tas-subien u f’dik tal-bniet, fi Triq Grognet. Fost il-kandidati eletti kien hemm it-Tabib Anthony Schembri Adami mill-Partit Laburista u l-Markezin l-Avukat Filippo Apap Bologna mid-Democratic Action Party.39 It-tnejn kellu jkollhom konnessjoni mal-Mosta anki jekk ma kinux mir-rahal.


Anthony jew Antonio Schembri Adami twieled fl-1913 fil-Belt Valletta u ggradwa bhala tabib mill-Universita ta’ Ruma. Inghaqad mal-Partit Laburista u gie elett l-ewwel darba fl-elezzjoni generali ta’ l-1945. Elett mill-gdid fl-elezzjoni ta’ wara, gie mahtur ministru tas-sahha u s-servizzi socjali (1947-50). Introduca f’Malta l-legislazzjoni ghall-pensjoni ta’ l-eta (Old Age Pension Act) fl-1948. Schembri Adami nghaqad mal-Malta Workers’ Party meta l-Partit Laburista nqasam. Gie elett fl-1950 u okkupa l-pozizzjoni ta’ ministru tax-xoghlijiet u rikostruzzjoni, u rega’ tela’ fl-1951. Fl-1953 irrezenja mill-Assemblea Legislattiva u emigra lejn ir-Renju Unit fejn miet fl-1993.40 Il-konnessjoni mal-Mosta tohrog ghax dan il-politiku kien ghamel snin joqghod fi Triq il-Kungress Ewkaristiku. Kien midhla tal-Mostin u mahbub minnhom u ghen biex numru minnhom jigu impjegati mal-gvern sakemm hu kien ministru.41


Il-politiku l-iehor elett f’din l-elezzjoni kien l-Avukat u Markezin Filippo Apap Bologna. Twieled fl-1901 gewwa H’Attard u studja fl-Universita ta’ Malta u fl-Universita Gregonana ta' Ruma. Kien avukat u ghex il-Belt Valletta sa l-1939 meta mar joqghod il-Mosta. Dahal fil-politika fl-elezzjoni ta’ l-1947 meta (p.234) kkontesta f’isem id-Democratic Action Party u gie elett.42 Apap Bologna kkontesta wkoll l-elezzjoni ta’ l-1950 imma ma kienx gie elett. Matul it-Tieni Gwerra Dinjija serva bhala Assistant Protection Officer fil-Mosta43 minn Lulju 1940.44 L-Avukat Apap Bologna kien ukoll Markezin ta' Gnien is-Sultan.45 Hu miet il-Mosta fl-1954.46


Fl-elezzjoni ta’ l-1950 il-postijiet tal-votazzjoni zdiedu. F’din is-sena l-Mostin kellhom jivvutaw fl-ghases tal-pulizija fi Triq il-Kungress Ewkaristiku u fi Triq it-Torri, fl-iskola tal-gvern tas-subien fi 12, Triq Grognet, fl-iskola tal-gvern tal-bniet fi 13, Triq Grognet u fl-iskola tal-gvern bniet u subien f’37. Triq Grognet. Kien hemm f’din l-elezzjoni 3,725 persuna eligibbli ghall-vot fil-Mosta. Fost il-hames kandidati eletti rega kien hemm it-Tabib Antonio Schembri Adami u l-Avukat Carmelo Schembri li kellhom konnesjoni mal-Mosta.47


L-Avukat Carmelo Schembri kien Mosti mhux biss ghax twieled hemm fl-1922, imma wkoll ghax trabba u beda jezercita l-professjoni legali fil-Mosta wara li ggradwa mill-Universita ta' Malta. Ikkontesta ghall-ewwel darba l-elezzjoni generali fl-1950 mal-Partit Nazzjonalista. Rega' gie elett fl-1951 u sar ministru ta’ l-edukazzjoni (1952-3). Ma kienx gie elett fl-elezzjoni ta’ l-1953 u rtira mill-politika. Kien ukoll elett deputat spiker ta’ l-Assemblea Legislattiva fl-1951. Wara okkupa numru ta’ pozizzjonijiet fil-professjoni tieghu. Kien assistent avukat tal-kuruna u avukat tal-fqar fl-1954, magistrat ghal-Ghawdex fl-1962, u mhallef fl-1978. Lahaq il-quccata fil-qrati meta gie mahtur prim imhallef u president tal-Qorti Kostituzzjonali u ta' l-Appell fl-1981. Hu miet fl-1997.48


Billi fis-snin hamsin kien hemm numru ta' krizijiet fil-politika Maltija, saru diversi elezzjonijiet wara xulxin ghax il-partiti fil-gvern ma kinux f’pozizzjoni li jwasslu sa l-ahhar tat-terminu taghhom. Saret elezzjoni fl-1951 fejn fost id-deputati eletti rega’ kien hemm it-Tabib Antonio Schembri Adami u l-Avukat Carmelo Schembri.49 Fl-elezzjoni ta’ wara, fl-1953, hadd mill-hames deputati eletti fuq is-seba’ distrett ma kellu konnessjoni mal-Mosta. U l-istess jista’ jinghad ghall-elezzjom ta’ l-1955.


Wara l-krizi li nqalet fl-1958, Malta nghatat kostituzzjoni gdida fl-1961. Taht din il-kostituzzjoni saret l-elezzjoni ta' l-1962.50 F’din l-elezzjoni d-distretti elettorali kienu saru ghaxra u l-Mosta issa tpoggiet fid-disa’ distrett elettorali ma’ l-lmdina, il-Mellieha, l-lmgarr, ir-Rabat u San Pawl il-Bahar.51 Fil-Mosta l-postijiet tal-votazzjoni kienu fl-ispizerija tal-gvern, 33, Triq it-Torri; l-ghassa tal-pulizija, 78, Triq il-Kungress Ewkaristiku; u fl-iskola tal-gvern tas-subien, 12, Triq Grognet.52


Fost il-hames kandidati eletti kien hemm is-Sur Nikol Muscat ghall-Partit Nazzjonalista. Muscat twieled il-Mosta fl-1901. Kien fizzjal tad-dwana u kien integrat gmielu fil-hajja Mostija. Dan ghaliex kien segretarju tal-Kazin tal-Banda Nicolo Isouard ghal hafna snin u kien ukoll il-president tal-Kazin tal-Futbol tal-Mosta. Is-Sur Nikol kif kulhadd kien jafu okkupa wkoll il-pozizzjoni ta' president tal-kumitat organizzattiv tal-festa ta’ Santa Marija. Gie elett fl-1962 u habrek kemm felah biex jinbena c-Centru Civiku tal-Mosta. Miet fl-1972.53


Fl-1964 Malta kisbet l-lndipendenza minn taht ir-Renju Unit, u hekk l-elezzjonijiet ta’ wara saru ghall-Parlament Malti.54 L-ewwel elezzjoni ghall-Kamra tar-Rapprezentanti saret fl-1966. Fil-Mosta l-postijiet tal-votazzjoni kienu fl-iskola tal-gvern tas-subien u fl-iskola tal-gvern tal-bniet, it-tnejn fi Triq Grognet. In-numru ta’ votanti kien tela’ ghal 4,202. Fost il-hames deputati eletti, kien hemm is-Sur Freddie Micallef tal-Malta Labour Party.55


Is-Sur Freddie Micallef twieled il-Mosta fl-1939 u wara l-istudji tieghu kkwalifika bhala telemekkanik. Beda jinvolvi ruhu fil-politika mill-1959 meta okkupa numru ta’ pozizzjonijiet fil-Malta Labour Party. Ha sehem fl-elezzjoni ta’ l-1962 imma ma giex elett. Barra l-elezzjoni ta’ l-1966, Micallef gie elett ukoll fl-elezzjonijiet ta’ l-1971, l-1976, l-1981, l-1987, u l-1992. Matul dan iz-zmien kellu numru ta’ karigi fil-gvern. Kien segretarju parlamentari (1971-74) fil-ministeru tal-kummerc, industrija, turizmu u sajd. Fl-1974 sar ministru ta’ l-agrikultura u sajd, fl-1976 inghata l-ministeru ta’ l-industriji parastatali u tal-poplu, u mbaghad fl-1978 rega’ gie afdat bil-ministeru ta’ l-agrikultura u sajd. Fl-1983 sar ministru tax-xoghol u servizzi socjali.56 Hu gie moghti l-onorificenza ‘Gieh il-Mosta’ fl-1997.57


Kien imiss elezzjoni fl-1971. Kien sar xi tibdil fil-konfini ta’ xi distretti elettorali u n-numru ta’ deputati minn 50 tela’ ghal 55.58 Ghalkemm fid-disa’ distrett ma kienx hemm tibdil ta’ lokalitajiet, madankollu dan id-distrett issa kien se jtella’ sitt deputati minhabba n-numru ta’ votanti li kien hemm. (p.235) Fil-Mosta l-votanti kienu se jivvutaw jew fl-iskola sekondarja tal-gvern tas-subien, 12, Triq Grognet, jew fl-iskola primarja tal-gvern tas-subien, 13, Triq Grognet. Fost is-sitt deputati eletti, tnejn kellhom konnessjoni mal-Mosta. Dawn kienu s-Sur Freddie Micallef ghall-Malta Labour Party u l-Perit Lawrence Gatt ghall-Partit Nazzjonalista.59


Il-Perit Lawrence Gatt twieled ir-Rabat fl-1941 u ggradwa fl-arkitettura u l-inginerija civili mill-Universita ta’ Malta. Hu kkontesta u gie elett fl-elezzjonijiet generali ta’ l-1971, l-1976, l-1981, l-1987, u l-1992. Kien ministru ghall-izvilupp tal-produzzjoni (1987-1990) u ministru ta’ l-agrikultura u sajd (1990-94).60 Il-Perit Gatt issetilja fil-Mosta fejn ghex u integra fil-komunita Mostija. Hu nghata l-onorificenza ‘Gieh il-Mosta’ fl-1997.61


Meta waslet l-elezzjoni ta’ l-1976 l-aggustamenti fid-distretti elettorali biddel radikalment is-sitwazzjoni ta’ qabel. Issa kien hemm tlettax-il distrett elettorali u l-Mosta kienet taghmel parti mit-tnax-il distrett ma' Hal Balzan, Hal Gharghur, in-Naxxar, San Pawl il-Bahar, parti minn Birkirkara u parti minn Hal Lija.62 Kien hemm 6,306 residenti fil-Mosta eligibbli ghall-vot. Il-votazzjoni kellha ssir kollha fl-iskola tal-gvern fi Triq Grognet. Fost il-hames kandidati eletti kien hemm tlieta li kellhom konnessjoni mal-Mosta. Dawn kienu l-Perit Lawrence Gatt ghall-Partit Nazzjonalista u s-Sur Freddie Micallef u t-Tabib Paul Chetcuti Caruana ghall-Malta Labour Party.63


It-Tabib Paul Chetcuti Caruana gie elett ghall-Kamra tar-Rapprezentanti fl-1976 mal-Malta Labour Party. Ghex il-Mosta u hadem fil-professjoni tieghu f’din il-lokalita.


Fl-elezzjoni generali ta' l-1981 rega’ kien hemm xi tibdil fil-konfini tad-distretti elettorali. Il-Mosta baqghet fit-tnax-il distrett imma ma’ Hal Balzan, Burmarrad, Hal Gharghur u San Pawl il-Bahar.64 Tlieta mill-hames deputati eletti f’din l-elezzjoni kellhom konnessjoni mal-Mosta. Dawn kienu l-Perit Lawrence Gatt ghall PN u s-Sinjuri Freddie Micallef u George Gatt ghall-MLP.65 Fl-1983 gie kooptjat fil-Kamra tad-Deputati s-Sur Joe A. Grima, kandidat mal-PN residenti l-Mosta.66


Is-Sur George Gatt twieled il-Mosta fl-1941. Wara li kien emigra l-Kanada fis-snin sittin, irritorna fis-snin sebghin u dahal fl-industrija tal-bini.67 Ikkontesta ghall-ewwel darba mal-MLP fl-1976 imma f’dik (p.236) l-elezzjoni ma giex elett.68 Madankollu hu gie elett darbtejn wara, jigifieri fl-elezzjonijiet ta’ l-1981 u ta’ l-1987.69 Mill-banda l-ohra ma giex elett fl-elezzjoni ta’ l-1992.70 Is-Sur Gatt inghata l-onorificenza ‘Gieh il-Mosta’ mill-Kunsill Lokali tal-Mosta fl-1997.71


L-elezzjoni ta’ l-1987 kellha wkoll xi tibdil fil-konfini u hekk il-Mosta, ghalkemm kompliet tkun parti mit-tnax-il distrett, inghaqdet ma’ Burmarrad, il-Mellieha, in-Naxxar u San Pawl il-Bahar.72 Mill-hames deputati li gew eletti minn dan id-distrett, tlieta kellhom konnessjoni mal-Mosta - is-Sinjuri Freddie Micallef u George Gatt ghall-MLP u l-Perit Lawrence Gatt ghall-PN.73


Tibdil iehor fid-distretti elettorali sar ghall-elezzjoni ta’ l-1992. Issa l-Mosta giet inkluza fil-hdax-il distrett ma’ Burmarrad, l-lklin, Hal Lija, n-Naxxar, Hal Gharghur, il-Madliena u l-Maghtab.74 Kandidati b’rabta mal-Mosta eletti f’din l-elezzjoni kienu tnejn - Il-Perit Lawrence Gatt u s-Sur Freddie Micallef.75


Meta waslet l-elezzjoni ta’ l-1996 il-Mosta baqghet fil-hdax-il distrett imma bit-tibdil li sar kellha maghha lil Hal Gharghur, l-lklin, u n-Naxxar.76 Mill-hames kandidati eletti, tnejn kellhom rabta mal-Mosta. Dan kien l-Avukat Angelo Farrugia li tela’ f’isem il-Malta Labour Party,77 u fl-elezzjoni kazwali fuq gie elett ukoll is-Sur Edwin Vassallo.78


L-Avukat Anglu Farrugia twieled il-Mosta fl-1955. Attenda kors ta’ l-ghalliema fl-MCAST fl-1974 u fl-1977 inghaqad mal-Korp tal-Pulizija fejn lahaq sal-grad ta' supretendent anzjan sakemm halla l-Korp fl-1996. Iggradwa bhala avukat fl-1992 mill-Universita ta’ Malta u kiseb il-M. Juris (Int. Law) fl-1996 minn Londra. Gie elett mal-Partit Labunsta fl-elezzjonjiet generali ta’ l-1996, l-1998 u l-2003.79


Is-Sur Edwin Vassallo twieled il-Mosta fl-1961. Ha l-edukazzjom tieghu fil-Kullegg ta’ Stella Maris. Kien attiv fil-MUSEUM u aktar tard kien sar president taz-Zghazagh Azzjoni Kattolika fil-Mosta. Gie elett bhala kunsillier fl-ewwel Kunsill Lokali tal-Mosta fl-1994. Ikkontesta l-elezzjonijiet generali mal-Partit Nazzjonalista u gie elett fl-1996, fl-1998 u fl-2003.80 Mill-1998 hu okkupa l-pozizzjom ta’ segretarju parlamentari ghall-intraprizi zghar u medji u aktar tard ha hsieb ukoll is-self-employed.


Fl-elezzjoni bikrija li saret fl-1998 id-distretti kienu baqghu bhal fl-elezzjoni precedent. Mill-hames (p.237) kandidati eletti mill-hdax-il distrett kien hemm tnejn li kellhom konnessjoni Mostija. Dawn kienu l-Avukat Anglu Farrugia ghall Malta Labour Party u s-Sur Edwin Vassallo ghall-Partit Nazzjonalista.81


Meta saret l-elezzjoni generali ta’ l-2003 kien sar xi taqlib fl-istruttura tad-distretti. Il-hdax-il distrett issa nkluda l-Mosta, l-lmtarfa u r-Rabat.82 Regghu gew eletti z-zewg deputati mill-Mosta l-Avukat Anglu Farrugia u s-Sur Edwin Vassallo.83


Il-Kunsill Lokali


Centru civiku tal-Mosta(p.236) Ic-Centru Civiku tal-Mosta fejn jinsab l-ufficju tal-Kunsill Lokali

Sindki tal-Mosta Nazzareno Vassallo u Joe Demartion, u l-Onoroficenza Gieh il-Mosta(p.237) L-ewwel Sindku tal-Mosta, is-Sur Nazzareno Vassallo (lemin) jghaddi s-simboli ta' l-ufficju lit-tieni Sindku tal-Mosta is-Sur Joseph De Martino fl-1998, u l-midalja li tinghata bhala sinjal ta’ l-onorificenza ‘Gieh il-Mosta’ fejn jinghata wkoll Certifikat

Il-gvern centrali hass li kellhom jergghu jiddahhlu l-kunsilli fil-lokalitajiet wara li dawn kien twaqqfu fl-1896.84 Il-Parlament Malti ghadda l-Att XV fl-1993 li bih twaqqfu 76 kunsill lokali, 53 minnhom f’Malta u 14 f’Ghawdex. Fl-1999 zdied kunsill iehor f’Malta. L-ewwel elezzjonijiet ghal dawn il-kunsilli saru bejn Novembru 1993 u Mejju 1994.85


L-ewwel Kunsill Lokali tal-Mosta 1994(p.238) L-ewwel Kunsill Lokali tal-Mosta 1994 – Jidhru mix-xellug: Lawrence Bonnici, Raymond Cauchi, Joseph De Martino, Dr Ethelbert Fenech Adami, Giovanni De Martino, Paul Pace, Dr Patrick Frendo, Jason Micallef, Philip Borg, Edwin Vassallo u Nazzareno Vassallo flimien ma’ George Muscat (agent segretarju).

L-ewwel elezzjoni fil-Mosta saret fid-19 ta’ Frar 1994 u kien hemm votanti eligibbli 10,862 li minnhom intefghu 7,340 vot validu. Il-kwota kienet ta’ 612-il vot.86 Il-Mosta kellha teleggi hdax-il kunsillier87 u l-ewwel Kunsill kien maghmul hekk: is-Sur Nazzareno Vassallo, is-Sur Joe De Martino, is-Sur Edwin Vassallo, is-Sur Philip Borg, Is-Sur Lawrence Bonnici, is-Sur Jason Micallef, is-Sur Paul Pace, is-Sur Raymond Cauchi, Dr Ethelbert Fenech Adami, Dr Patrick Frendo u s-Sur Giovann De Martino. Bhala l-ewwel sindku gie mahtur is-Sur Nazzareno Vassallo u l-vici-sindku maghzul kien is-Sur Joe De Martino.88 Bhala l-ewwel segretarju tal-Kunsill gie mahtur is-Sur George Muscat.89 Matul dan it-term dahlu s-Sinjura Jane Falzon u s-Sur Eddie Calleja flok zewg kunsillieri li ma baqghux fil-Kunsill.


Kien permezz ta' dan l-ewwel Kunsill li sar il-gemellagg bejn il-Mosta u l-belt ta' Millbrae fl-istat ta’ California, fl-lstati Uniti ta' l-Amerika. Millbrae taghmel parti minn San Francisco u hemm jghixu l-akbar numru ta’ emigranti Mostin fl-Amerika. Il-gemellagg sehh fit-28 ta' April 1996.90 Bhala tifkira ta’ dan il-gemellagg, fil-Mosta kien sar masgar f’Targa Gap li ssemma' Millbrae Grove.91 Barra dan, it-triq li mir-rawdebawt ta’ Targa Gap taghti lejn Burmarrad giet imsemmija Vjal Millbrae.92


Kien ukoll permezz ta’ dan l-ewwel Kunsill li giet imwaqqfa l-onorificenza ‘Gieh il-Mosta.’ Dan sar permezz ta vot unanimu waqt il-laqgha tal-Kunsill tas-6 ta Frar 1997. Fl-istess seduta gie deciz li l-ewwel unur jinghata lis-Sur Charles J. Vassallo, konslu generali ghal Malta f’San Francisco fl-okkazjoni tat-tletin sena ta’ hidma tieghu f’dan il-qasam favur il-Mostin u l-Maltin.93


(p.238) L-onorificenza ‘Gieh il-Mosta’ giet moghtija lil:94
1997: ir-Rev. Mons Bartolomew Bezzina, is-Sur George Gatt, il-Perit Lawrence Gatt, is-Sur Freddie Micallef u s-Sur Charles Vassallo
1998: ir-Rev Dun Angelo Camilleri, is-Sur Guze Cauchi, is-Sur John Magri, is-Sur Nazzareno Vassallo, u s-Sur Charles J. Vella
1999: is-Sur Ganni Bonnici, is-Socjeta tad-Dutrina Nisranija – MUSEUM, is-Sur Frans Pace, u s-Sur Michael Sant (wara mewtu)
2000: is-Sur Joseph Vella, is-Sur Anglu Fenech, u l-Kor Santa Monica
2001: l-Ghaqda Filantropika Talent Mosti
2002: is-Sur Emmanuel Camilleri
2003: is-Sur Ray Agius, is-Sur Joseph G.M. Borg, ir-Rev. Mons. Joe Carabott, u r-Rev. Salv Magro
2004: is-Sur Anthony Camilleri (wara mewtu), is-Sur J.J. Camilleri, is-Sur Alfred Magri, Dun Bernard Mangion, u s-Socjeta Filarmonika Nicolo Isouard
2005: is-Socjeta Filarmoika Santa Marija
2006: ma nghatax


It-tieni Kunsill Lokali tal-Mosta 1998(p.239) It-tieni Kunsill Lokali tal-Mosta 1998 – Jidhru mix-xellug: Joseph A. Vassalo (segretarju), Lawrence Bonnici, Paul Pace, Albert Briffa, Joseph De Martino, Jason Micallef, Onor. Ministru A. Portelli, Marianne Mangion, Patrick Frendo, David Meilak, Christopher Cuschieri, Stanley Mangion u Giovanni Chetcuti

It-tieni elezzjoni ghall-Kunsill Lokali tal-Mosta saret fl-14 ta’ Marzu 1998. Il-hdax-il kunsillier eletti kienu is-Sur Joe de Martino, is-Sinjura Marianne Mangion, is-Sur Jason Micallef, is-Sur Albert Briffa, is-Sur Giovanni Chetcuti, is-Sur Christopher Cuschieri, is-Sur Stanley Mangion, is-Sur Paul Pace, is-Sur David Meilak, Dr Patrick Frendo, u s-Sur Lawrence Bonnici.95 F’dan il-Kunsill is-Sur Joe De Martino gie elett sindku u s-Sinjura Marianne Mangion vici-sindku.96 Bhala segretarju f’dan it-term kien hemm is-Sur Joseph Vassallo.


It-tielet Kunsill Lokali tal-Mosta 2001(p.239) It-tielet Kunsill Lokali tal-Mosta 2001 – Jidhru mix-xellug: Nadia Camilleri (agenta segretarja), Joe De Martino, Jason Micallef, John M. Camilleri, Joe Oliva, Josette Agius Decelis, Ivan Bartolo, Christopher Cuschieri, David Meilak, Stanley Mangion, Josephine Camilleri u Mario Sammut

It-tielet elezzjoni ta' Marzu 2001 regghet eliggiet hdax-il kunsillier ghal tliet snin ohra. Dawn il-kunsillieri kienu: is-Sur Joe De Martino, is-Sur David Meilak, is-Sur Jason Micallef, is-Sur John Mary Camilleri, is-Sur Joseph Oliva, is-Sinjura Josette Agius Decelis, is-Sur Ivan Bartolo, is-Sur Christopher Cuschieri, is-Sur Stanley Mangion, is-Sinjura Josephine Camilleri u s-Sur Mario Sammut.97 Bhala sindku gie mahtur is-Sur Joe De Martino u bhala vici-sindku ntghazel is-Sur David Meilak. L-agent segretarja f’dan il-Kunsill kienet is-Sinjorina Nadia Camilleri.


Kien dan il-Kunsill li ffirma ftehim ta’ gemellagg mall-belt Siciljana ta’ Ragusa. Kien ftehim li sar fl-1 ta’ Mejju 2004. Kien fl-istess jum li fiha Malta saret parti mill-Unjoni Ewropea li l-Kunsill Lokali tal-Mosta ssigilla dan il-gemelagg mal-Comune di Ragusa. Il-ftehim gie ffirmat bejn is-sindku tal-Mosta s-Sur Joe De Martino u s-sindku tal-belt ta’ Ragusa Dott. Antonio Solarino. Din ic-cerimonja saret fil-Mosta. Dan kien it-tieni gemellagg li ghamlet il-Mosta. Ragusa, hi belt fin-naha t’isfel ta' Sqallija b’popolazzjoni ta’ madwar 70,000 ruh. Hi l-kapitali tal-Provincja ta’ Ragusa.98


Ir-raba' Kunsill Lokali tal-Mosta 2004(p.239) Ir-raba’ Kunsill Lokali tal-Mosta 2004 - Jidhru mix-xelug: Alphonse Anastasi (segretarju), David Meilak, Stanley Mangion, Marthese Mifsud, Paul Agius, Mario Sammut, Josette Agius Decelis, Joe De Martino, Josephine Camilleri, Aleander Balzan, John Mary Camilleri, Joseph Vella

Ir-raba’ Kunsill gie elett fit-12 ta’ Gunju 2004. Kien hemm 13,558 persuna eligibbli ghall-vot li minnhom ivvutaw 10,851 persuna u l-kwota kienet 852.99 Il-hdax-il membru ta’ dan il-Kunsill kienu: is-Sur Joe De Martino, li nhatar sindku (p.240) ghat-tielet darba konsekuttiva, is-Sur John Mary Camilleri, Ii ntghazel bhala vici-sindku, is-Sinjura Josette Agius Decelis, is-Sur Mario Sammut, is-Sur Aleander Balzan, is-Sur Joseph J. Vella, is-Sur Paul Agius, is-Sinjura Marthese Mifsud, is-Sur Stanley Mangion, is-Sur David Meilak, u s-Sinjura Josephine Camilleri.100 Flok iz-zewg kunsilliera li ma baqghux f’dan il-Kunsill dahlu s-Sur Gaston Debono Grech u s-Sinjura Celine Zammit. Bhala segretarju ezekuttiv inhatar is-Sur Alphonse Anastasi.


Kien dan il-Kunsill Ii kkonferma t-tieni gemellagg meta fl-4 ta Dicembru 2004 delegazzjoni mill-Kunsill Lokali tal-Mosta ghamlet zjara fil-belt ta’ Ragusa fejn iffirmat din il-konferma mas-sindku Dott. Solanno.101


Dan il-gemellagg kien ta' beneficcju f’oqsma varji imma forsi l-aktar li spikkat din il-kooperazzjoni kienet meta z-zewg lokalitajiet inghaqdu flimkien u applikaw ghal zewg progetti ta’ l-Unjoni Ewropea taht il-Programm Interreg IIIA. Bi ftehim bejn il-Mosta u Ragusa, il-Mosta kellha tkun is-sieheb principali fil-progett CULTEXCHANGE marbut mar-rikuperu u l-kura ta l-ipogej paleo-Kristjani Ta' Bistra fil-Mosta u l-Catacomba Delle Trabacche f’Ragusa. Ragusa ghalhekk kienet wahda mill-imsiehba l-ohra.


Mill-banda l-ohra, il-Comune di Ragusa kellu jkun is-sieheb principali fil-progett SMART li kellu jistudja u johrog aktar fid-deher l-aspetti folkloristici u tradizzjonali ta’ Malta u Sqallija. Il-Mosta kellha tkun wahda mill-imsiehba l-ohra. Dawn iz-zewg progetti ntrebhu u kellhom jizviluppaw bejn l-2006 u 2007.102


Kien ukoll dan il-Kunsill li haseb li jibda jaghti tifkira ta’ ringrazzjament103 lil persuni li taw kontribut lejn xi qasam jew iehor tal-hajja Mostija. Dan ir-rikonoxximent beda jinghata mill-2005. Il-persuni li kkwalifikaw ghal dan ir-ringrazzjament kienu:

2005: Is-Sur Joe Bezzina, is-Sur Lawrence Bonnici, is-Sur Raymond Grech, is-Sur Joe Mangion u s-Sur John A. Sant
2006: is-Sinjura Josephine Camilleri, is-Sur Raymond Cauchi, is-Sur Pietru Chetcuti, is-Sur Mario Farrugia u s-Sur Brian Muscat


L-izvilupp ta’ l-edukazzjoni


L-edukazzjoni fil-Mosta kompliet tissahhah mis-snin ta’ wara l-gwerra ’l hawn. Rat zvilupp fl-iskola primarja fi Triq Grognet imma wkoll zviluppaw skejjel ohra.


L-iskejjel primarji


Skola primarja bniet Mosta fis-snin 60(p.241) Xena ta’ kuljum fl-iskola primarja tal-bniet fis-snin sittin - jidhru l-bankijiet ta’ l-injam li fihom kienu joqoghdu zewg studenti, maghrufin bhala ‘duals’.

Billi l-gvern ghadda ligi gdida fejn issa t-tfal kollha kellhom imorru l-iskola minghajr eccezzjoni, l-iskola primarja fil-Mosta hasset dan l-izvilupp u kellha taddatta ruhha ghalih. Bil-Compulsory Education Act ta’ l-10 ta’ Marzu 1946 it-tfal kollha bejn is-sitta u l-erbatax-il sena kellhom jattendu ghat-taghlim. B’hekk inholqu tliet tipi ta' klassijiet. Kien hemm tfal li jattendu 27 siegha fil-gimgha, kien hemm dawk li kellhom jattendu 24 siegha fil-gimgha u kien hemm ohrajn li kienu se jattendu 15-il siegha fil-gimgha (dawn ta’ l-ahhar kienu msejha emergency jew part-time classes). Kien hemm klassijiet filghodu mit-Tnejn sas-Sibt u ohrajn wara nofsinhar mit-Tnejn sal-Gimgha u fil-Mosta bis-sistema bdiet fl-14 ta’ Ottubru 1946.104


Fis-snin hamsin il-kap ta’ l-iskola tas-subien tal-Mosta kien jiehu hsieb ukoll l-iskola li kienet infethet f’Burmarrad. Kien minn Jannar ta’ l-1955 li l-Burmarrad Mixed li kellha studenti mill-izghar klassi (Stage I) kienet titmexxa mill-Mosta.105


Kien fis-sena skolastika 1980-81 li l-iskejjel tal-Mosta biddlu l-format taghhom bhal ma gara fil-bqija ta’ Malta. Issa l-iskola tal-bniet saret Skola Primarja ‘A’ u hadet is-subien u l-bniet minn Year 1 sa Year III. Mill-banda l-ohra dik tas-subien saret Skola Primarja ‘B’ bi tfal subien u bniet minn Year IV sa Year VI. L-lskola ‘A’ hadet maghha l-kindergarten minn Dicembru 1975 bi tfal ta’ erba’ snin fil-waqt li mis-sena 1980-81 bdew jidhlu wkoll tfal ta’ tliet snin. Kien mill-1992 li nfethet fergha tal-kindergarten fl-iskola Lily of the Valley li kienet skola sekondarja.106


Zvilupp iehor sar fis-snin disghin. Kien fl-1998 li minn Skola Primarja ‘B’ issa din l-iskola ta' studenti minn Year IV ‘il fuq inghatat l-isem ta' Skola Primarja E.B. Vella u sena wara, fl-1999 Skola Primarja ‘A’ saret Skola Primarja Carmela Sammut.107


Ghal min issemmew l-iskejjel


Emmanuel Benjamin Vella (E.B. Vella), Mosta(p.243) Emmanuel Benjamin Vella (1899 - 1946)

Emmanuel Benjamin Vella (20.vi.1899 – 2.v.1946) twieled il-Mosta. Wara li sar assistent (ghalliem), mar St. Mary's College gewwa Londra u specjalizza fl-edukazzjoni. Fl-Universita ta’ Londra studja wkoll ghal xi zmien l-ilsna orjentali. Lahaq surmast ta l-iskejjel u aktar ‘il quddiem gie mahtur ukoll spettur ta l-iskejjel primarji. Kien ghalliem habrieki u kien ihobb il-kitba u r-ricerka. Kien ihobb (p.242) l-arkeologija, l-istorja u l-lingwi. Ghamel tiftix fil-Muzew Nazzjonali, u fuq is-siti megalitici ta' Hal Saflieni, Hagar Qim, l-Imnajdra u t-Tempji ta’ Hal Tarxien. Kiteb kotba fuq lokalitajiet Maltin: Haz-Zabbar u l-Grajja Tieghu (1927), Iz-Zejtun u MarsaxIokk (1927), Storja tal-Mosta bil-Knisja Taghha (1930), Storja ta' Rahal Gdid u Hal Tarxien (1932), Storja ta' Birkirkara bil-Kolleggjata Taghha (1934), u Storja tar-Rabat u l-lmdina (1945) u ghadd ta’ kitbiet ohra. Bhala edukatur Vella hadem fuq numru ta’ kotba ghat-taghlim tal-Malti fl-iskejjel primarji. Is-sensiela Gabra ta' Ward ha hsiebha hu. Ghallem l-ilsien Ingliz lil dawk li kienu qed jitharrgu biex isiru ghalliema u kiteb The Teaching of English in our Primary Schools (1946). Il-Mosta fakkritu b’monument li jinsab f’tarf it-triq imsemmija ghalih.108


Carmela Sammut, Mosta(p.243) Carmela Sammut (1895 - 1979)

Carmela Sammut (17.vi.1895 - 8.vi.1979) twieldet il-Mosta. Segwiet korsijiet ta l-edukazzjom bil-korrispondenza u qaghdet ghal ezamijiet ta’ universitajiet Inglizi. Sammut ghamlet id-debutt taghha fil-qasam tat-taghlim fl-eta tenera ta’ 15-il sena. Kien fl-1910 li bdiet tghallem fl-iskola primarja tal-Mellieha. Ghallmet ukoll ghal xi zmien fl-iskola tar-Rabat ta’ Malta u wara kompliet il-karriera taghha fl-iskola tal-Mosta. Fl-1922 saret kap ta' skola u ntbghatet tmexxi l-iskola taz-Zurrieq. Ghamlet sena kap ir-Rabat (Malta) u mbaghad mill-1926 sa l-1955 serviet fl-iskola tal-bniet fil-Mosta. Dan kien l-itwal perjodu li qatt damet kap ta’ skola fl-iskola tal-Mosta. Kienet iddedikata kompletament ghad-doveri taghha. Hegget kemm felhet lill-genituri Mostin biex jiehdu interess fl-edukazzjoni ta’ wliedhom. Enfasizzat l-indafa fi zminijiet meta l-igene ma kinitx osservata bizzejjed mill-popolin. Ghafset ukoll fuq id-dixxiplina fl-iskola taghha. Il-lat uman ta’ Sammut deher ma’ studenti fqar. Kienet tara kif tista’ tghinhom fl-iskola billi tipprovdilhom pitazzi u lapsijiet b’xejn u lil dawk li xtaqu jkomplu jistudjaw kienet taghtihom lezzjonijiet wara l-hin minghajr ma talbet xejn. Ghalkemm giet offruta l-pozizzjoni ta’ spettrici ta’ l-iskejjel, Sammut ippreferiet tibqa’ sservi fil-pozizzjoni ta’ kap ta’ skola u hekk baqghet f’kuntatt dirett mat-tfal li hi kienet iddedikat hajjitha ghalihom.109


Skola sekondarja tas-subien


Skola subien Mosta, workshop fis-snin 60(p.243) Il-workshop fi Triq Grognet li kien jintuza fis-sittinijiet mill-iskola primarja tas-subien fejn kienu jsiru oggetti ta’ l-injam mill-istudenti ghall-iskola taghhom - wara, fis-snin sebghin, intuza mill-iskola sekondarja.

Permezz tar-riforma fl-edukazzjoni u l-introduzzjoni ta’ l-edukazzjoni sekondarja ghal kulhadd fil-Mosta twaqqfet skola sekondarja ghas-subien. Din l-iskola li kienet fil-bini tal-iskola primarja tas-subien fi Triq Grognet damet (p.243) miftuha mill-1970 sa l-1973. Kienet tinsab f’sitt klassijiet fis-sular t’isfel fl-iskola tas-subien. L-iskola primarja ghalhekk kienet tokkupa l-klassijiet ta’ fuq u f’dawk ta’ ma’ genb il-bitha.


L-istudenti kienu jigu mill-Mosta, in-Naxxar, Hal Gharghur u San Pawl il-Bahar. Kellha maghha laboratorju li kien iservi wkoll bhala art room. Kien hemm workshop li kien f’garaxx faccata ta l-iskola u li qabel kien jintuza mill-primarja. Fih kien jintghallem ix-xoghol ta’ l-injam. F’din l-iskola kienu mghallma s-suggetti ta’ l-iskola sekondarja bhall-fizika, id-disinn tekniku, il-lingwi (Malti, Ingliz, Taljan u Franciz), l-istorja, il-gografija, l-edukazzjoni fizika u r-religjon.


Il-kap ta’ din l-iskola kien is-Sur Xuereb u kien hemm ghalliema ghal kull suggett.110


Skola sekondarja tal-bniet


L-iskola sekondarja tal-bniet li hemm vicin Wied il-Ghasel intuzat l-ewwel bhala skola ghall-extended courses li kienu jsiru ghal student wara li jispiccaw is-snin tal-primarja. Dawn l-istudenti kienu jkomplu tliet snin ta’ edukazzjoni u jitharrgu l-aktar f’xoghol prattiku. Il-kap ta l-iskola kienet is-Sinjorina Vicky Attard.111 L-isem ta' l-iskola kien origina minn suggeriment ta’ l- istudenti nfushom u gie addottat mill-kap ta’ l-iskola.112


Skola sekondarja, Lily of the Valley, Mosta(p.244) L-Iskola Sekondarja tal-Bniet ‘Lily of the Valley’.

Din l-iskola saret wahda sekondarja meta l-gvern dahhal skola sekondarja ghal kulhadd fl-1970. Kienu twaqqfu numru ta General Secondary Schools biex jiehdu studenti bejn il-hdax u l-erbatax-il sena.113 Kien ghalhekk f’Settembru 1970 li l-iskola Lily of the Valley saret parti minn din ir-riforma edukattiva. L-ewwel kap kienet is-Sinjorina Karmena Tartaglia. Sa l-1980 kienet tiehu studenti bniet mill-iskejjel primarji tal-Mosta, il-Bidmja, in-Naxxar, Hal Gharghur, il-Madliena u l-Maghtab. Is-suggetti mghallma kienu varji u jvarjaw minn lingwi ghal xjenza integrate, storja, gografija, hjata u edukazzjoni fizika barra numru ta’ suggetti ohra. Il-kap ta’ l-iskola issa kienet is-Sinjorina M. Doris Bezzina. Fis-sena skolastika 1980-81 saret kap is-Sinjorina Carmelina Sammut u t-tfal bdew jigu mill-Mosta, San Pawl il-Bahar, il-Mellieha, l-lmgarr, Burmarrad, iz-Zebbiegh u l-Manikata.114


(p.244) Fis-snin tmenin l-iskola saret wahda tas-snajja’ tal-bniet u inghatat l-isem 'Albert V. Laferla’.115 Damet hekk sa l-1992 meta fil-15 ta’ Settembru ta' dik is-sena l-iskola laqghet l-ewwel studenti fil-Form I u regghet bidlet l-isem ghal dak originali ta’ ‘Lily of the Valley.’ Il-kap ta’ l-iskola kienet is-Sinjorina Mary Doris Aquilina.116 Wara saret kap ta’ l-iskola s-Sinjorina Josephine Mifsud.


Skola ta l-artiggjanat


Skola Targa Gap Mosta(p.240) Wiehed mill-istabbilimenti edukattivi li jinsabu fil-Mosta – l-iskola f’Targa Gap li qabel kienet ghat-taghlim ta’ l-artiggjanat u li issa taghmel parti mill-MCAST.

Kien fl-1972 meta fil-Mosta nfethet skola tas-snajja’. Kienet maghrufa bhala l-lskola tas-Snajja’ ta’ Targa Gap u l-ewwel kap taghha kien is-Sur G. Vella. Fiha kienu jitghallmu l-inginerija mekkanika u l-mekkanika imma fl-1974 l-istudenti ta din l-iskola gew trasferiti ghall-lskola tas-Snajja’ Umberto Calosso f’Santa Venera. Minflok, l-iskola saret wahda ta’ l-artigjanat u twaqqfet bil-kooperazzjoni tal-gvern Indjan li naghta espert fl-arti biex jghin fit-twaqqif taghha. Ghallmet l-iskultura fl-injam u fil-gebel, ferro battuto, ceramika, gojjellerija, disinn, disinn tekniku, xi lingwi, matematika u suggetti ohra. Wiehed mill-kapijiet ta’ din l-iskola kien l-iskultur Mosti Ganni Bonnici.117


Kien fis-sena 2000 li twaqqaf mill-gdid il-Malta College of Arts, Science and Technolgy (MCAST). Dan il-kullegg jigbor fih studenti li jridu jaqbdu karriera vokazzjonali, fl-industrija, fit-teknologija, fil-komunikazzjoni jew fl-arti. Billi l-MCAST ghandu numru ta’ istitutiti, wiehed minn dawn gie mwaqqaf fil-Mosta flok l-lskola ta’ l-Artiggjanat ta’ Targa Gap bl-isem ta’ Istitut ta’ l-Arti u Disinn bl-ewwel direttur tieghu jkun is-Sur Donald Friggieri.118


Skola sekondarja Gdida


Skond proposta li saret mill-gvern u sottomessa ghall-approvazzjoni tal-MEPA, fiz-Zokrija hemm il-hsieb li tinbena skola sekondarja gdida. Din l-iskola hu mahsub li se tqum madwar Lm3,000,000 u se tkun qed tiehu hsieb il-bini taghha l-Fondazzjoni ghall-Iskejjel t’Ghada. Din se tkun skola li tiehu studenti mill-Mosta, il-Mellieha, San Pawl il-Bahar u l-lmgarr. Se jkollha akkomodazzjoni ghal 600 student gejjin mit-tramuntana ta’ Malta. Is-sit kollu jokkupa 14,000 metru kwadru. Il-progett hu mahsub li jitlesta sa Settembru 2008.119


Direttur ta' l-edukazzjoni


Saviour (Salvu) Gatt, Direttur Mosti tal-Edukazzjoni(p.245) Saviour Gatt - sal-lum l-uniku direttur ta' l-edukazzjoni Mosti.

(p.245) Il-Mosta kellha u ghad ghandha numru sabih ta’ ghalliema. Hafna huma wkoll dawk li telghu fil-gerarkija tad-Dipartiment ta’ l-Edukazzjoni jew kif sar maghruf wara, id-Divizjoni ta’ l-Edukazzjoni. Madankollu, kienet darba biss s’issa li Mosti wasal sal-pozizzjoni ta’ direttur ta’ l-edukazzjoni. Dan kien Saviour J. Gatt.


Saviour J. Gatt (29.xii.1909 - 25.iv.1995) twieled il-Mosta u sar ghalliem fl-1925. Wara li ghamel sentejn kors f’Middlesex gie appuntat surmast ta’ l-iskola. Gatt flimkien ma’ surmastrijiet ohra ha kors ta’ tahrig fit-taghlim tal-Malti taht E.B. Vella. Waqt it-Tieni Gwerra Dinjija Salvu Gatt serva bhala spettur (Special Constabulary). Bejn l-1940 u l-1946 hadem fl-Ufficcju ta' l-Informazzjoni bhala sub-editor u kien jiehu hsieb il-pubblikazzjoni Information Service Bulletin. Gie appuntat spettur ta’ l-iskejjel fl-1950. Kien president tal-Lions Club Malta (1956-7). Hu ha scholarship ta’ l-UNESCO fl-istess sena. Kien fl-1957 li nhatar assistent direttur u fl-1967 sar direttur ta’ l-edukazzjoni. Meta sar direttur billi kien Mosti, l-iskola primarja tal-Mosta organizzat cocktail party f’unuru. Fit-28 ta’ Marzu 1967 inhatar kavallier fl-Ordni ta’ San Silvestru mill-Papa Pawlu VI. Fl-1968 Gatt ittraduca numru ta’ xoghlijiet mill-lngliz u t-Taljan. Fosthom kien hemm Id-Dinja ckejkna ta’ Dun Kamillu ta’ G. Guareschi u Grajjet Malta u n-Nies Taghha ta’ A.V. Laferla li kien ukoll direttur ta’ l-edukazzjoni fi zmien iehor.120


Ghaqdiet u organizzazzjonijiet religjuzi


Wara t-Tieni Gwerra Dinjija l-Mosta rat jitwaqqfu fi hdanha numru sostanzjali ta’ ghaqdiet religjuzi.


Il-qasam ta’ l-irgiel tas-Socjeta tad-Dutrina Nisranija, jew M.U.S.E.U.M., infetah fl-1945. Kien is-Sur Nikol Caruana li offra post fejn setghu jiltaqghu s-soci fi Triq il-Parrocca. L-ewwel membri kienu Censu Ciappara, Gamri Camilleri, Guze Micallef u Carmelo Demartino. Intalbet ukoll l-ghajnuna ta’ John Delicata li ghalkemm kien joqghod il-Mosta kien jattendi fil-qasam ta’ Hal Balzan. Hargu l-ewwel darba bil-purcissjoni tal-Bambin f’Dicembru 1946. Billi d-dar fejn kienu jiltaqghu li kienet wara r-Rotunda kellha taqa’ skond pjanijiet biex issir pjazza, is-soci hadu bicca art fil-post maghruf bhala x-Xaghra b’cens perpetwu u bil-mod, u bla flus fl-idejn, bdew jibnuha billi tqeghdet l-ewwel gebla fl-1960 u gie inawguraw is-sular t’isfel fl-1967.121 Din id-dar tinsab fi Triq Papa Gwanni XIII.


Il-Legjun ta’ Marija twaqqaf fil-Mosta fl-1949. L-ewwel Praesidium kellu bhala president lis-Sur Nazzareno Abela u kien jiltaqa’ fi Triq it-Torri. Inghata l-isem ta’ Omm Imtellgha s-Sema. L-ewwel Praesidium tan-nisa gie mwaqqaf fl-1953 bl-isem ta’ ‘Omm Taghna.’ Infethu numru ta’ Praesidia ohra matul is-snin.122


Twaqqaf fl-1958 il-Kor Santa Cecilja li sar bl-inizjattiva ta’ Dun Ang Camilleri li beda jharreg numru ta’ guvintur u subien fl-Oratorju Oalb ta’ Gesu. Fis-sittinijiet zdied ukoll l-element femminili li kienu jitharrgu minn Suor Benjamina Portelli fil-kunvent tas-Sorijiet Agostinjam fil-Mosta. Maz-zmien z-zewg sezzjonijiet inghaqdu u bdew isiru l-kuncerti fl-Oratorju Oalb ta’ Gesu. Il-Kor kien prezenti fil-funzjonijiet importanti tal-parrocca fejn ta sehmu bil-kant tieghu.123


Kien l-1959 meta sar l-ewwel kuntatt mis-Sorijiet Frangiskani mal-poplu Mosti. Kienu jghinu (p.246) lill-Konti Dun Frangisku Saverju Thewma Castelletti. Dan il-qassis iddecieda li jhalli gidu lil wahda xebba li ghenitu ghal hafna snin, Karmela Agius, u din xtrat dar u tatha lil dawn is-sorijiet. Il-Frangiskani komplew xtraw xi djar ohra vicin u waqqfu id-dar ghal anzjani nisa Pax et Bonum u hemm ghadhom sal-lum.124


Kien imbaghad fl-1971 li gew fil-Mosta is-Sorijiet tal-Bon Pastur jew ir-Raghaj it-Tajjeb. Jahdmu minn dar fi Triq Papa Gwanni XIII li ssemmiet ‘Dar S. Ewfrasia.’ Joffru ghajnuna u l-uzu ta’ Dar Mustina ghal-laqghat u talb.125


L-ahhar li dahlu fil-Mosta kienu s-Sorijiet tal-Karita ta’ S. Giovanna Antida Thouret. Waslu l-Mosta fl-1991 u marru joqoghdu fi Triq ir-Rebbiegha fid-dar ‘Domus Mariae.’ Jaghmlu appostolat mat-tfajliet.126


Ghaqdiet ohra ta’ xejra religjuza li twaqqfu fil-Mosta fl-ahhar kwart tas-seklu ghoxrin jew fil-bidu tas-seklu wiehed u ghoxrin jinkludu l-Mixja Neo-Katekumenali, il-Gruppi Familji Nsara jew Grufan (1995), iz-Zghazagh Azzjoni Kattolika jew ZAK (2001) tost hafna ohrajn.127


Ghaqdiet u organizzazzjonijiet civici, sportivi u politici


ll-Mosta ghandha wkoll numru ta’ ghaqdiet li jahdmu qalb il-Mostin f’oqsma varji tal-hajja civili.


Mosta Girl Guides


Ghalkemm il-Mosta Boy Scouts kienu ilhom imwaqqfin zmien twil128 kien hemm vojt minhabba li fil-Mosta ma kienx hemm element femminili. Kien fl-1970 li sar l-ewwel attentat biex titwaqqaf ghaqda tal-Girl Guides. Ghalkemm din ma gratx mill-ewwel, il-hsieb baqa’ hemm u wara xi zmien instabu erba’ adulti li haduha f’idejhom biex jorganizzaw il-Brownies u l-Guides. Dawn kienu is-Sinjura Catherine Saliba u s-Sinjura Grace Fenech li hadu hsieb il-Brownies (6 sa 10 snin) u s-Sinjura Mary Borg u s-Sinjorina Anne Mangion li organizzaw il-Guides (10 sa 14-il sena).129 It-twaqqif ufficjali sar fl-1972. Maz-zmien marru fil-kwartieri ufficjali taghhom fi Triq it-Trincetta.130


Socjeta Piroteknika 15 ta’ Awissu


Socjeta Piroteknika 15 t'Awissu Mosta(p.246) Il-kamra tan-nar tas-Socjeta Piroteknika 15 ta’ Awissu fid-Dwejra

Din l-ghaqda twaqqfet fl-1983 imma l-gheruq taghha huma attribwiti ghall-grupp ta’ rgiel dilettanti tan-nar li kien ghaqqad madwaru Karmnu Camilleri, maghruf bhala ‘Ta’ Gerit,’ madwar nofs is-seklu ghoxrin. Madankollu t-twaqqif ufficjali tas-Socjeta Piroteknika 15 ta’ Awissu sar fit-6 ta’ Awissu 1983. Ghal bidu kien jisimha Ghaqda tan-Nar 15 ta’ Awissu. Wiehed mill-fundaturi u l-ewwel president kien is-Sur Emmanuel Camilleri iben l-imsemmi Karmnu, li kien ukoll id-direttur tal-kumpless tan-nar tas-Socjeta. L-art fejn hemm il-kumpless tan-nar tas-Socjeta giet akkwistata fl-1984.131


Ghaqda Filantropika Talent Mosti


Razzett tal-Markiz Mallia-Tabone fil-Mosta(p.247) Ir-razzett tal-Markiz Mallia-Tabone minn fejn tmexxi l-attivitajiet tagha fil-Ghaqda Filantropika Talent Mosti

Din l-ghaqda rat l-origini taghha fl-Oratorju Qalb ta’ Gesu fejn twaqqfet fl-1983 bl-isem ta’ Ghaqda Talent Mosti. Kienet saret bit-thabrik ta’ zewg zghazagh Mostin, Edwin Vassallo u Reuben Caruana. Kienet tahdem drammi u ttella’ pageants b’bixra Nisranija u b’messagg socjali. Kien fl-1990 li, wara li ttellghet recta fuq iz-zuntier tar-Rotunda bil-praspar ta’ Wenzu u Rozi, gie deciz li jsir vidjo b’dawn il-karattri. Kienu success kbir u bil-flus dehlin, l-Ghaqda bdiet taghti kontribuzzjonijiet bhala ghajnuna lil organizzazzjonijiet u nies skond il-bzonnijiet partikulari taghhom. Hekk saret ukoll ghaqda filantropika. Kien fl-1995 li nhatar kumitat formali ghall-Ghaqda bl-ewwel president ikun is-Sur Joe Bartolo. Kien imbaghad fl-1998 li nkiseb il-post ufficjali li minnu topera l-Ghaqda. Dan sar bi ftehim mal-Kunsill Skolastiku ta’ l-lskola Sekondarja tal-Bniet Lily of the Valley u kkonfermat mill-Gvern ta’ Malta.132


Ghaqdiet ohra


Il-Mosta Cycling Club twaqqaf fl-1953 u ghalkemm matul iz-zmien il-membri kienu jiltaqghu f’numru ta’ postijiet, fl-1995 mar fil-kwartieri prezenti tieghu fi Triq id-Dawr. Dan il-klabb ha sehem b’mod regolari fil-kompetizzjonijiet f’Malta fejn kellu hafna successi bic-ciklisti tieghu. Ha sehem ukoll f’tigrijiet barra minn Malta.133 Il-fundatur u l-ewwel president ta’ din l-ghaqda kien is-Sur Karm Agius.134


Il-partiti politici ewlenin f’Malta fethu wkoll il-kazini taghhom. Il-Malta Labour Party fetah ic-Centru Laburista fl-1961. Ghal hafna zmien il-kazin kien fi Pjazza Rotunda imma wara mar fi Triq il-Kungress Ewkaristiku. Il-Partit Nazzjonalista, mill-banda l-ohra fetah il-kazin tieghu fl-1975 u ghalkemm dan baqa’ fi Triq il-Kostituzzjoni, ghall-ewwel kien aktar imbieghed mill-pjazza pero dan gie trasferit aktar qrib Pjazza Rotunda fejn jinsab illum.


Il-Mosta Gunners A.F.C. twaqqfu fl-1986 meta s-Sur Joe Sultana ghaqqad grupp ta’ zghazagh li kienu jilaghbu l-futbol go l-ghalqa msejha ‘Ta Xorxa.’ Ghall-ewwel kien jisimhom Red Devils. Kien fl-1970-71 li gie ffurmat kumitat bejn il-plejers u l-membri u nbidel l-isem tat-tim ghal dak ta’ Mosta Gunners. Kien imbaghad mill-1975 li t-tim beda jiehu sehem fil-MFA Amateur League fejn bdew fit-Tielet Divizjoni. Il-Mosta Gunners bdew jikkompetu fl-lnter Amateur Soccer Competion mill-1980 u bdew fit-Tieni Divizjoni. Din l-ghaqda hadet sehem ukoll hafna drabi fil-kompetizzjonijiet organizzati mill-Malta Table Tennis Association.135


Il-Grupp Ruh Socjali Mosti gie mwaqqaf fl-2001 biex jghin lil dawk fil-bzonn biex jghixu hajja ahjar. Il-fundatur u l-ewwel president hu s-Sur Mario Sammut. Dan il-Grupp hadem vicin hafna s-Sotto-Kumitat Sahha u Bzonnijiet Specjali tal-Kunsill Lokali fix-xoghol qalb dawn in-nies fil-bzonn.136


L-aktar organizzazzjoni ricenti hi l-Harsien Patrimonju Mosti li twaqqfet fl-2005 bl-iskop li tkattar it-taghrif u thares il-wirt naturali, arkeologiku, storiku u antropologiku tal-Mosta bl-ewwel president ikun Dr George Cassar. Mill-ewwel bdiet tirsisti biex il-wirt Mosti jkun protett bl-ewwel progett ikun ir-restawr tal-Kappella ta' San Pawl tal-Qlejgha u l-kwadru titulari taghha.137


Noti u Riferenzi

  1. (p.248) National Statistics Office, Census of the Population and Housing 2005: Preliminary Report (Malta, 2006), 6.
  2. Ibid., xxvii.
  3. Ibid., 11.
  4. Ministry for Rural Affairs and the Environment, Rural Development Plan for Malta 2004-2006 (Malta, 2004), 17.
  5. G. Cassar, Il-Mosta l-bierah u llum: Kalendarju 2006 (Malta, 2006), Jannar.
  6. G. Borg Axisa u R.P. Borg, ‘In-nisga urbana u rurali tal-Mosta,’ G. Cassar (ed.), Ex Annalibus Mustae (Malta, 2005), 42.
  7. J. Galea, ‘Mosta – a historical, urban and demographic overview,’ Socjeta Filarmonika Santa Marija, Mosta, Annwal 2004 (Malta, 2004), 101.
  8. D. De Lucca u H. Bonnici, ‘Urban Development in Mosta,’ L.J. Scerri (ed.), Mosta: The heart of Malta (Malta, 1996), 80-1.
  9. G. Borg Axisa u R.P. Borg, ‘In-nisga urbana u rurali tal-Mosta,’ G. Cassar (ed.), Ex Annalibus Mustae (Malta, 2005), 47.
  10. Malta Environment and Planning Authority, Central Malta Local Plan: general & area policy proposals (Malta, Public Consultation Draft July 2002), 127.
  11. D.M. Boswell, ‘The social prestige of residential areas,’ R.G. Sultana u G Baldacchino (ed.), Maltese Society: A sociological inquiry (Malta, 1994), 135.
  12. G. Borg Axisa u R.P. Borg, ‘In-nisga urbana u rurali tal-Mosta,’ G. Cassar (ed.), Ex Annalibus Mustae (Malta, 2005), 50.
  13. Boswell, 151.
  14. Ara s-sit elettroniku, http://www.maltachurch.org.mt/ Parish/Mosta.htm (accessat fit-3.i.2007).
  15. H. Bowen-Jones, J.C. Dewdney u W.B. Fisher, Malta Background for Development (Durham, 1960), 257-8.
  16. Ibid., 197.
  17. Ibid., 213.
  18. Ibid., 216
  19. Ibid., 225.
  20. Ibid., 247.
  21. E.B. Vella et al, Storja tal-Mosta bil-Knisja Taghha (Malta, 1972 / 1986), Zieda XV, 506-7.
  22. Ibid., 507.
  23. L-istatistika kienet ngabret fic-Censiment ta’ l-Agrikultura fl-2001. Ara National Statistics Office, Agriculture and Fisheries 2002 (Malta, 2004), 5 National Statistics Office, Agriculture and Fisheries 2004 (Malta, 2006), 5.
  24. National Statistics Office (2004), 11.
  25. National Statistics Office (2006), 12.
  26. H. Bowen-Jones, J.C. Dewdney u W.B. Fisher, 183. Ara wkoll il-mappa fuq pagna 178.
  27. Malta Environment and Planning Authority, Retail Topic Paper Executive Summary May 2001 (Malta, 2001), 3, http://www.mepa.org.mt/planning/factbk/ SubStudies/retailTP/ Retail_Exec_Summary.pdf (accessat 20.xii.2006).
  28. Ibid., 7.
  29. E.B. Vella et al, Storja tal-Mosta bil-Knisja Taghha (Malta, 1972 / 1986), Zieda X, 417.
  30. The Business Times (2026 June 2001), http://www.businesstoday.com.mt/ 2001/0620/focus.html (accessat 21.xii.2006).
  31. Department of Information, press release No. 0578 (19.04.2001), ‘Speech by the Minister for Economic Services, Professor Josef Bonnici, at the launching of the Mosta Technopark Tenants Association and the official inauguration (p.249) of the new administration building, at Mosta Technopark - Thursday, April 19, 2001,’ http://www.doi.gov.mt/ EN/press_releases/ 2001/04/pr0578.asp (accessat 21.xii.2006).
  32. The Malta Business Weekly, 341 (3-9 May 2001) http://www.business-line.com/ business- weekly/ archives/341/06.htm (accessat 21.xii.2006).
  33. The Malta Financial & Business Times (20.iii.2002), http://www.businesstoday.com.mt/ 2002/03/20/l5a.html (accessat 21.xii.2006).
  34. Dwar dawn iz-zewg zoni industrijali ara per ezempju, Il-Kunsill Tieghek: Lehen il-Kunsill Lokali tal-Mosta, 26 (Malta, 2006), 21-2.
  35. Ara G. Bonnici, 125 sena mit-twaqqif tal-Banda Nicolo Isouard fil-Mosta 1871-1996 (Malta, 1996), 16.
  36. J. Agius, ‘Dun Karm Schembri’, Filarmonika Santa Marija Mosta, Programm tal-Festa 1996 (Malta, 1996), 84-5.
  37. Il-Mosta, nru. 175 (2001), 3.
  38. J.J. Cremona, The Maltese Constitution and Constitutional History since 1813 (Malta, 1994), 43-4, 47.
  39. E.B. Vella et al, Storja tal-Mosta bil-Knisja Taghha (Malta, 1972 / 1986), Zieda XV, 563-4; M.J. Schiavone, L-Elezzjonijiet f’Malta 1849-1992: Storja, Fatti, Cifri (Malta, 1992), 181.
  40. Ghal aktar taghrif ara, M.J. Schiavone u L.J. Scerri (ed), Maltese Biographies of the Twentieth Century (Malta, 1997), 506; W.L. Zammit, Impenn ghan-Nazzjon: Il-politici f’Birkirkara (Malta 2000), 24.
  41. J. Borg u J.A. Sant, It-Toroq tal-Mosta: Ismijiet u taghrif dwarhom (Malta, 1998), 132.
  42. Ibid., 125.
  43. W.L. Zammit, Impenn ghan-Nazzjon: Il-politici f’Birkirkara (Malta 2000), 28.
  44. G. Cassar, ‘Rahal fi gwerra: il-Mosta matul it-Tieni Gwerra Dinjija’, G. Cassar (ed.) Ex Annalibus Mustae (Malta, 2005), 173.
  45. http://www.searchmalta.com/ surnames/apap/index.shtml (accessat 22.xii.2006).
  46. W.L. Zammit, Impenn ghan-Nazzjon: Il-politici f’Birkirkara (Malta 2000), 28; J. Borg u J.A. Sant, It-Toroq tal-Mosta: Ismijiet u taghrif dwarhom (Malta, 1998), 125.
  47. E.B. Vella et al, Storja tal-Mosta bil-Knisja Taghha (Malta, 1972 / 1986), Zieda XV, 564-5.
  48. W.L. Zammit, Impenn ghan-Nazzjon: Il-politici f’Birkirkara (Malta 2000), 31; Borg u Sant, 129-30; Schiavone u Scerri, 502.
  49. E.B. Vella et al, Storja tal-Mosta bil-Knisja Taghha (Malta, 1972 / 1986), Zieda XV, 566.
  50. Ghal taghrif shih fuq il-Kostituzzjoni ta’ l-1961 ara, Cremona, Kap. VII.
  51. National Statistics Office, Abstract of Statistics 2000 (Malta, 2003), 57.
  52. E.B. Vella et al, Storja tal-Mosta bil-Knisja Taghha (Malta, 1972 / 1986), Zieda XV, 569-70.
  53. Borg u Sant, 128.
  54. Ghal taghrif shih dwar l-evoluzzjoni tal-Parlament Malti matul iz-zminijiet ara, G.A. Pirotta, Malta's Parliament: An official history (Malta, 2006).
  55. E.B. Vella et al, Storja tal-Mosta bil-Knisja Taghha (Malta, 1972 / 1986), Zieda XV, 572.
  56. M.J. Schiavone u L.J. Scerri (ed), Maltese Biographies of the Twentieth Century (Malta, 1997), 393.
  57. Ara per ezempju, Kunsill Lokali Mosta, bla paginazzjoni.
  58. National Statistics Office (2003), 54-5.
  59. E.B. Vella et al, Storja tal-Mosta bil-Knisja Taghha (Malta, 1972 / 1986), Zieda XV, 572-3.
  60. M.J. Schiavone u L.J. Scerri (ed), Maltese Biographies of the Twentieth Century (Malta, 1997), 307.
  61. Ara per ezempju, Kunsill Lokali Mosta, Programm fl-okkazjoni ta’ Jum il-Mosta: Is-16 ta' Settembru 2006 (Malta, 2006), bla paginazzjoni.
  62. National Statistics Office (2003), 55.
  63. E.B. Vella et al, Storja tal-Mosta bil-Knisja Taghha (Malta, 1972 / 1986), Zieda XV, 574-5.
  64. National Statistics Office (2003), 56.
  65. M.J. Schiavone, L-Elezzjonijiet f’Malta 1849-1992: Storja, Fatti, Cifri (Malta, 1992), 408.
  66. E.B. Vella et al, Storja tal-Mosta bil-Knisja Taghha (Malta, 1972 / 1986), Zieda XVII, 643.
  67. Taghrif mehud mill-iskeda individwali tas-Sur George Gatt fil-folder ghall-hdax-il distrett, MLP, Flimkien nibnu mill-gdid: Programm Elettorali - Elezzjoni Generali 1992.
  68. (p.250) M.J. Schiavone, L-Elezzjonijiet f’Malta 1849-1992: Storja, Fatti, Cifri (Malta, 1992), 377.
  69. Ibid., 447.
  70. M.J. Schiavone, L-Elezzjonijiet Generali 1992-2003 (Malta, 2003), 14.
  71. Kunsill Lokali Mosta, bla paginazzjoni.
  72. National Statistics Office (2003), 56.
  73. M.J. Schiavone, L-Elezzjonijiet f’Malta 1849-1992: Storja, Fatti, Cifri (Malta, 1992), 440.
  74. National Statistics Office (2003), 57; Schiavone (1992), 478.
  75. M.J. Schiavone, L-Elezzjonijiet f’Malta 1849-1992: Storja, Fatti, Cifri (Malta, 1992), 482.
  76. National Statistics Office (2003), 57.
  77. M.J. Schiavone, L-Elezzjonijiet Generali 1992-2003 (Malta, 2003), 42.
  78. Ibid., 58.
  79. Taghrif biografiku ta’ Dr Anglu Farrugia mehud minn G. Cassar, M.D. Schembri u A. Spiteri (ed.), Il-kelma li tmantni r-ruh: Antokogija ta’ kitbiet minn awturi Mostin (Malta, 2004), 167.
  80. Taghrif biografiku tas-Sur Edwin Vassallo mehud minn G Cassar, M.D. Schembri u A Spiteri (ed.), 173.
  81. M.J. Schiavone, L-Elezzjonijiet Generali 1992-2003 (Malta, 2003), 83.
  82. National Statistics Office (2003), 58.
  83. M.J. Schiavone, L-Elezzjonijiet Generali 1992-2003 (Malta, 2003), 153.
  84. Ara Kapitlu 11.
  85. National Statistics Office (2003), 58.
  86. Taghrif skond Il-Gazzetta tal-Gvern, 15,893 (25.ii.1994).
  87. Irid jinghad li dawn kienu l-ewwel hdax-il kunsillier, imma matul it-tliet snin kien hemm numru ta’ kunsilliera godda li dahlu flok ohrajn li ma kienux baqghu fil-Kunsill. Din l-istess sitwazzjoni tapplika ghall-Kunsilli li gew wara.
  88. Il-Kunsill Tieghek: Lehen il-Kunsill Lokali tal-Mosta, 1 (Malta. 1994), 1.
  89. Ibid., 12.
  90. G. Cassar, Kun Af il-Mosta Ahjar: Gabra ta’ taghrif u taghlim (Malta, 2000), 46.
  91. Il-Kunsill Tieghek: Lehen il-Kunsill Lokali tal-Mosta, 8 (Malta, 1997), qoxra ta’ barra - quddiem, 18.
  92. G. Cassar, Kun Af il-Mosta Ahjar: Gabra ta’ taghrif u taghlim (Malta, 2000), 46.
  93. Il-Kunsill Tieghek: Lehen il-Kunsill Lokali tal-Mosta, 8 (Malta, 1997), 27.
  94. Kunsill Lokali Mosta, bla paginazzjoni.
  95. Il-Kunsill Tieghek: Lehen il-Kunsill Lokali tal-Mosta, 10 (Malta. 1998), 5.
  96. Ibid., 12.
  97. Il-Kunsill Tieghek: Lehen il-Kunsill Lokali tal-Mosta, 16 (Malta, 2001), 5.
  98. Il-Kunsill Tieghek: Lehen il-Kunsill Lokali tal-Mosta, 22 (Malta. 2004), 7. Aktar taghrif jinsab fl-istess harga, f’pagni ohra.
  99. Taghrif migbur mis-sit elettroniku http://www.electoral.gov.mt/ electionindex.aspx?type=l&pid=4&sid=25 (accessat 25.xii.2006).
  100. Taghrif mehud mis-sit elettroniku http://www.mosta.gov.mt/council (accessat 25.xii.2006).
  101. Il-Kunsill Tieghek: Lehen il-Kunsill Lokali tal-Mosta, 24 (Malta, 2005), 12-3.
  102. Il-Kunsill Tieghek: Lehen il-Kunsill Lokali tal-Mosta, 26 (Malta, 2005), 4-5.
  103. Ara Kunsill Lokali Mosta, bla paginazzjoni.
  104. G. Cassar, Grajja ta’ Skola: L-iskola primarja tal-Mosta fis-sekli dsatax u ghoxrin (Malta, 1999), 102-3.
  105. Ibid., 108.
  106. Ibid., 135-6.
  107. Ara G. Cassar, ‘L-Iskola Primarja tal-Mosta - Grajjietha fil-qosor,’ f’G. Cassar, Kappelli fil-Mosta: Kalendarju 2004 (Malta 2004).
  108. (p,251) G. Cassar, Ghamlu Gieh lill-Mosta: Kalendarju 2005 (Malta, 2005), Settembru.
  109. Ibid., Jannar.
  110. Taghrif migbur minghand is-Sur Hilary Vella.
  111. P. Quattromani, ‘L-lskola Lily of the Valley,’ E.B. Vella et al, Storja tal-Mosta bil-Knisja Taghha (Malta, 1972 / 1986), Zieda XIV, 484-5.
  112. Taghrif moghti mis-Sinjorina Pauline Quattromani.
  113. Ghal aktar taghrif fuq dawn l-iskejjel u din ir-riforma fl-edukazzjom ara, J. Zammit Mangion, Education in Malta (Malta, 1992), 78-82.
  114. P. Quattromani, ‘L-lskola Lily of the Valley,’ E.B. Vella et al, Storja tal-Mosta bil-Knisja Taghha (Malta, 1972 / 1986), Zieda XIV, 485-6.
  115. P. Borg, ‘L-lstorja tal-Librerija fil-Mosta,’ Il-Kunsill Tieghek: Lehen il-Kunsill Lokali tal-Mosta, 14 (Malta, 2000), 19.
  116. Taghrif mis-sit elettroniku http://www.education.gov.mt/ edu/schools/ lily_of_valley.htm (accessat 25.xii.2006).
  117. E.B. Vella et al, Storja tal-Mosta bil-Knisja Taghha (Malta, 1972 / 1986), Zieda XIV, 486.
  118. Taghrif mis-sit elettroniku http://www.mcast.edu.mt/ (accessat 26.xii.2006).
  119. Ara, ‘Project Description Statement for the Construcion of a New Secondary School at Ta’ Zokrija Mosta’ fis-sit elettroniku http://www.mepa.orq.mt/ eia-malta/documents/ /PDS_PA3743_05.pdf (accessat 26.xii.2006).
  120. G. Cassar, Ghamlu Gieh lill-Mosta: Kalendarju 2005 (Malta, 2005) Ottubru.
  121. E.B. Vella et al, Storja tal-Mosta bil-Knisja Taghha (Malta, 1972 / 1986), Zieda IX, 315-20.
  122. Ibid., 321-2.
  123. Ibid., 326-7.
  124. A. Bonnici, ‘Il-Mosta Nisranija’, G. Cassar (ed), Ex Annalibus Mustae (Malta, 2005), 130-1; E.B. Vella et al., 331-336.
  125. Direttorju Parrokkjali Mosta 2006, 10; E.B. Vella et al., Zieda IX, 336.
  126. Direttorju Parrokkjali Mosta 2006, 10.
  127. Ara, ibid. 30-41, ghal aktar taghrif.
  128. Ara Kapitlu 12.
  129. E.B. Vella et al, Storja tal-Mosta bil-Knisja Taghha (Malta, 1972 / 1986), Zieda IX, 349-50.
  130. Direttorju Parrokkjali Mosta 2006, 47.
  131. Ara l-istorja ta' din is-Socjeta fil-pubblikazzjoni, Festival Pirotekniku Internazzjonali ta’ Malta: Programm ta’ tifkira (Malta, 2006), 9-11, 14.
  132. Ara, ‘Ghaqda Filantropika Talent Mosti: Hidma bla waqfien,’ L. Vassallo (ed.), Ktejjeb ta' tifkira fl-okkazjoni ta’ l-20 Anniversarju Ghaqda Filantropika Talent Mosti 1983-2003 (Malta, 2003), 27-41.
  133. Taghrif mis-sit elettroniku http://www.mostacyclingclub.com (accessat 27.xii.2006).
  134. F.R. Dimech, Mosta AF Sign Studio Cycling Club, Il-Mosta, ii/2 (Malta. 2006), 66.
  135. Ghal aktar taghrif ara, L-Istroja tal-Mosta Gunners … tkompli,’ Mosta Gunners Souvenir 2002 (Malta, 2002), 27-39.
  136. J. Bartolo, ‘Il-Grupp Ruh Socjali Mosti,’ Il-Mosta, ii/2 (Malta, 2006), 46.
  137. ‘Harsien Patrimonju Mosti,’ Socjeta Filarmonika Santa Marija, Mosta, Annwal 2005 (Malta, 2005), 135.



Kapitli ohra mill-ktieb

  1. Konsiderazzjonijiet tal-bidu.
  2. Iz-zmien Preistoriku (c. 5000 q.k. - c. 700 q.k.).
  3. Iz-zmien Fenicju-Kartaginiz (c. 700 q.k. — c. 218 q.k.).
  4. Minn zmien ir-Rumani sal-hakma ta’ l-Gharab (218 q.k.-1091 w.k.).
  5. Iz-zminijiet tan-Nofs (1091 - 1530).
  6. Mill-wasla ta’ l-ordni ta’ San Gwann sa l-Assedju l-Kbir (1530 -1565).
  7. Mons. Dusina, it-twaqqif tal-Parrocca, u l-bini tal-Knisja Parrokkjali (1575 -1619).
  8. Is-seklu sbatax - hajja kwieta imma mhux minghajr inkwiet (1600 -1699).
  9. Is-Seklu Tmintax -komunita li tikber u tizviluppa (1700 -1798).
  10. Il-hakma Franciza u l-qawmien tal-Maltin (1798 -1800).
  11. Seklu shih taht hakma Ngliza (1800 - 1899).
  12. Il-bini tar-Rotunda tal-Mosta.
  13. Ir-Rotunda - xi dettalji teknici u diskussjoni.
  14. Is-seklu Ghoxrin sat-tieni gwerra dinjija.
  15. Mit-Tieni nofs tas-Seklu Ghoxrin sal-lum (1946 - 2007).