The Mosta Archives Banner

IL-MOSTA, IL-MOSTIN U R-ROTUNDA TAGHHOM MATUL IZ-ZMINIJIET

George Cassar, Joseph G.M. Borg

Pubblikazzjoni tal-Kunsill Lokali Mosta f'gheluq l-400 sena parrocca, fl-2008.


Dan il-ktieb interessantissimu msejjes fuq il-ktieb ta' E.B. Vella imma jidhol f'aktar dettalji jinxtara mill-Kunsill Lokali. Din il-verzjoni digitali taf fiha xi differenzi mill-original minhabba problemi waqt l-iskanjar li minhabba r-rizorsi limitati ma kellix cans nivverifika ghal kollox u hi raguni ohra ghala wiehed ghandu jmur dirett ghall-ktieb meta jigi biex jiehu riferenzi minnu.


Kap. 13 - Ir-Rotunda - xi dettalji teknici u diskussjoni


Deskrizzjoni


(p.175) Filwaqt li l-ghamla rettangolari niltaqghu maghha f’hafna tempji u bini tal-Grecja tal-Qedem, l-ghamla tonda hija kollha kemm hi Rumana, ghad li qabel il-perjodu Klassiku Ruman diga kien hemm xi strutturi tondi. Tempji tondi li kellhom ir-Rumani kienu jinkludu t-tempju ta’ Vesta f’Tivoli - li d-dijametru tieghu ma kienx aktar minn 6.4 metri - it-tempju aktar maghruf ta’ Vesta fil-Forum Boarium dedikat lill-Mater Matuta, it-tempju ta’ Gove, li ghad li minn barra kien ottangonali, minn gewwa kien tond (dan kien il-palazz ta’ l-lmperatur Dijoklezjanu fi Spalato), it-tempju ta’ Ruma u Awgustu fuq l-Akropoli gewwa Ateni - li kellu dijamteru ta’ 7 metri - u t-tempju ta’ Venere li r-Rumani kienu bnew f’Baalbek, belt qadima fis-Sirja.


Il-Pantheon ta' Ruma.(p.176) Il-Pantheon ta’ Ruma - l-ispirazzjoni arkitettonika wara r-Rotunda tal-Mosta

It-tempji msemmija fuq kienu kollha tempji pagani ghall-allat tac-civilta Rumana. Meta mbaghad bdiet tixxerred ir-religjon Nisranija, u l-Insara riedu jwaqqfu l-knejjes taghhom, insibu li ghall-ewwel sekli l-knejjes ta’ ghamla tonda kont tarahom daqs dawk ta’ ghamla ohra, l-aktar in-naha ta’ fuq ta’ l-Ewropa, ghax in-nies tal-pajjizi ta’ l-Ewropa t’isfel, billi kienu izjed ghonja, bdew jibnu l-knejjes taghhom taht ghamla ta’ baziliki kbar u aktar dekorati.


Minn dawn it-tempji ta’ ghamla tonda l-ebda wiehed m’ghandu d-dijametru ta’ barra li jlahhaq ma’ dak tar-Rotunda tal-Mosta, barra minn wiehed biss, li huwa l-Pantheon. Dawk li bnew ir-Rumani kif ukoll il-gnus ta’ warajhom kienu kollha zghar, u bicciet minnhom ma kinux wisq akbar minn kappelli.


L-akbar u l-isbah tempju tond li waqqfu r-Rumani kien il-Pantheon f’Ruma. U kif diga indikajna, dik il-famuza rotunda qadima kienet il-mudell li ghazel Grognet ghat-tempju tal-Mosta.


Ir-Rotunda tal-Mosta minn barra ...


Pjanta tal-Pantheon ta' Ruma.(p.177) Il-pjanta tonda tal-Pantheon.

Ic-cirkonferenza ta’ barra tar-Rotunda hija maqtugha minn zewg nahiet, bil-faccata ta’ quddiem li qieghda thares lejn in-nofsinhar u l-faccata ta’ wara li qed thares lejn it-tramuntana. Id-dijametru tac-cirkonferenza ta’ barra huwa ta’ 54.86 metri, u t-tul mit-tarf tal-faccata ta’ barra dritt ghal dik ta’ wara huwa 74.37 metri.


Minn fuq zokklatura, li n-naha ta’ wara titla’ 3.35 metri ‘il fuq mit-triq, jitilghu dawramejt pilastri ta’ 11.89 metri gholi. Fuq dawn hemm arkitrav, friz u gwarnica li jispiccaw l-ewwel ordni li qieghed 15.8 metri miz-zokklatura ta’ taht il-pilastri. Meta wiehed jiftakar it-toqol kbir tal-gebel u l-pressjoni li koppla bhal dik titfa’ ‘l barra, mhix haga stramba li l-hxuna tal-hitan tal-bazi huwa 8.4 metri.


Fuq l-ewwel gwarnicun tiela’ t-tieni ordni, jew it-tanbur, li joghla 14.3 metri ‘il fuq mill-ewwel ordni. Dan it-tanbur fih mad-dawra tieghu sittax-il tieqa ghamla ta’ bibien kbar bil-hnejja. Il-hxuna tal-hajt fejn hemm dawn it-twieqi hi ta’ 7.3 metri li jindika kemm hu ohxon it-tanbur. Imbaghad fuq it-twieqi li semmejna jduru l-palmetti, li huma ornament stil Grieg.


Aktar ‘l hinn minn dan l-omament jghaddi l-gwamicun ta’ fuq u l-gewwa minnu jitla’ attiku ta’ 2.85 metri li minnu tibda taghlaq il-koppla kif tidher minn barra. Il-bicca t’isfel ta’ l-iskutella hija maghmula bhal ghaxar targiet li jickienu aktar ma jitilghu ‘l fuq, imbaghad il-bicca tal-quccata tkompli taghlaq fil-lixx sal-bazi ta’ l-anterna. Sa hawn hu 49.074 metri gholi minn fuq iz-zokklatura t’isfel.


Id-disinn tal-faccata tar-Rotunda.(p.179) Disinn tar-Rotunda kif xtaqha originarjament Grognet.

Minn hawn tibda tiela’ l-anterna li hi maghmula minn gwarnica sabiha u minn fuq dijametru ta’ 7.2 metri titla’ bazi tonda li minnha jibdew il-pilastri mimdudin li jzommu fuqhom il-kuruna. Bejn dawn il-pilastri hemm tmien twieqi kbar li jaghtu d-dawl ghal gewwa. Il-kuruna tispicca fit-tond fejn imbaghad tehel balla tal-bronz li fiha cirkonferenza ta’ 2.7 metri b’1.5 metri gholi, inkluz dik il-parti li ghandha mqabbad mal-gebel ta’ tahtha. L-gholi, ta’ l-anterna, minn wicc il-gwarnica fejn tpoggi l-gallarija sal-quccata taghha, huwa ta’ 7.3 metri.


Ghalhekk l-gholi tar-Rotunda mill-balla sal-bazi, li huwa livell mal-paviment tal-knisja, huwa 56.4 metri u mill-balla sa wicc il-qiegha tal-kannierja hu ta’ 59.7 metri.


Jekk imbaghad niehdu l-gholi kollu ta’ l-istruttura minn fuq il-pedamenti, insibu li hemm tul ta’ izjed minn 60.96 metri.


Il-faccata, li tixbah lil dik tat-tempju ta’ Djana f’Efesu, fiha wisa’ ta’ 37.2 metri, l-gholi mill-quccata taht is-salib ikejjel 19.2 metri, barra minn 1.07 metri ohra ta’ l-antifissa, u t-truf tal-gnub taghha jisporgu 12.8 metri ‘l barra minn fejn tmiss mat-tondjatura tal-knisja.


Sitt kolonni Jonici gholjin 11.9 metri u erba’ pilastri (tnejn fuq kull naha) jifformaw il-faccata, u l-portiku jokkupa l-wisa’ bejn il-kolonni u l-pilastri tal-gnub. Fuq il-kaptelli Jonici ghaddejja trabeazzjoni li ddur mal-knisja kollha. Bi dritt il-pilastri, din tinfetah fi tnejn biex taghlaq il-frontispizju li huwa
mzejjen bl-antifissi. L-antifissa hija wkoll ornament Grieg u tinstab f’hafna knejjes maghrufin li hadmu l-imghallmin kbar ta’ l-arti Klassika.


Il-portiku ghandu tul ta’ 21.14 metri, u mit-tarf ta’ l-ewwel targa sal-hajt ta’ gewwa fih 6.6 metri. Is-saqaf huwa nofs tond u qieghed jistrieh fuq il-kolonni ta’ barra u fuq ohrajn mal-hajt ta’ gewwa. Dawn ghandhom wisa’ bejniethom ta’ 2.3 metri. Fil-faccata ta’ taht il-portiku hemm tliet bibien, gallerija, twieqi, nicec u kwadretti.


Minn fuq il-pilastri tal-gnub jibdew tilghin il-kampnari li huma mqassmin f’pedestallata kwadra, imbaghad ordni Joniku ta’ fejn jidhru l-qniepen, il-fruntuni u fuqhom titla’ bhal tromba cilindrika li tispicca b’ornament u balla. Kull wahda mill-erba’ faccati tal-kampnari ghanha wisa’ ta’ 5.7 metri, u l-quccata ta’ kull kampnar toghla 19.8 metri ‘il fuq mill-gwarnicun ta’ l-ewwel ordni, jew 35.6 metri minn wicc l-art tal-portiku.


Fil-pilastri tal-faccata ta’ barra, sewwa sew fuq kull naha ta’ l-arloggi, Grognet inkluda (p.177) element taz-zmien li hu qatta’ fl-Egittu ma’ l-Armata Franciza ta’ Napuljun Bonaparti. Dan hu disinn tal-qasba tal-papiru bil-werqa twila u rqiqa taghha.1


L-isfel mit-tliet targiet tal-portiku jibda z-zuntier li l-qisien tieghu ma jaghmlux ghajb lit-tempju kbir li quddiemu jinfirex. Fl-1928, iz-zuntier il-qadim gie mgedded fuq id-disinn ta’ Grognet, imma billi ma setax jinbena skond id-daqs tal-qisien li halla hu, kellhom jirrangawh kif jidher illum. It-tarf tieghu ta’ quddiem johrog 29.3 metri ‘il barra mill-pjan tal-portiku, u minn genb ghall-iehor fih wisa’ ta’ 41.5 metri. Ghandu tliet turgien - dak tal-faccata u wiehed kull naha fil-gnub - mill-bqija huwa mdawwar b’cinta gholja tal-gebel u l-hadid fuq disinn li fih hafna xoghol.


Il-bicca rettangulari ta’ wara l-knisja tohrog ‘il barra 20.12 metri mit-tondjatura tal-gnub, u l-faccata fiha wisa’ ta’ 35.7 metri. Din hija mzejna bil-pilastri li bejniethom jidhru hafna twieqi li jaghtu d-dawl lis-sagristiji u l-kmamar ta’ bejniethom.


... u minn gewwa


Dettal mid-disinn fuq il-kampnari.(p.176) L-element Egizzjan fir-Rotunda tal-Mosta – il-pjanta tal-papiru mal-kampnar.

Filwaqt li r-Rotunda ghandha aspett ta’ kobor u ta’ sodezza minn barra, minn gewwa ghandha aspett aktar delikat. Knejjes f’ghamla ta’ salib Latin jew Grieg, iridu jigu miflija bicca bicca, filwaqt li fir-Rotunda tista’ tammira l-arti kollha ta’ go fiha minn post wiehed. Nghaddu ghad-dettalji ta’ gewwa.


L-art hija ta’ ghamla ta’ disk kbir u madwaru tmien wesghat - sitt kappelluni (tlieta kull naha), il-kor u l-wesgha ta’ hdejn il-bieb il-kbir. Id-dijametru tal-paviment, mill-kappelluni ‘l barra, hu ta’ 38.4 metri. Kull kappellun fih 9.14 metri wisa’ fuq barra u wara l-artali jidjieq sa ma jasal 3.9 metri, filwaqt li t-tul tal-kor fih 12.6 metri. Fil-pilastri ta’ bejn il-kappelluni minn bazi ta’ kolonna ghal ohra hemm wisa’ ta’ 6.3 metri. It-tul tal-knisja minn gewwa, jew ahjar mill-bieb il-kbir sa wara l-artal tal-kor, huwa ta’ 58.5 metri.


Dawk huma l-qisien minfejn tibda tiela’ l-knisja fuq gewwa. Grognet ghazel ordni ohra ta’ arkitettura ghal gewwa, ghax filwaqt li fuq barra t-tempju hu fuq stil Joniku, minn gewwa hu kollu fuq stil Korint. Minn fuq bazi ta’ 0.71 ta’ metru jitilghu sittax-il kolonna ta’ 7.6 metri gholi li jidhru madwar ic-cirkonferenza, u sittax ohra ‘l gewwa minnhom fid-dahliet tal-kappelluni; filwaqt li l-kor flok tnejn ghandu tmienja ohra. Il-fond bejn dawn il-kolonni, huwa mzejjen b’bibien u kwadretti. Ma’ l-istess gholi tal-kaptelli u jdur mal-knisja kollha, hemm dak l-istess ornament bhal ta’ taht il-gwarnicun ta’ barra. ‘ll fuq mill-arkitrav jibdew it-tmien arkati ta’ l-arzelli tal-kappelluni. Dawn l-arzelli huma skolpiti bi kwadretti u ruzetti go fihom filwaqt li l-lunetti ta’ bejn l-arkati fuq barra u l-arzella tal-kor huma kollha ppitturati. Aktar ‘il fuq mill-arkati jdur il-gwamicun tal-gallarija li hu 18.6 metri ‘l fuq mill-paviment.


Hawn issa jduru dawk is-sittax-il tieqa li jidhru fit-tanbur minn barra. Fuq it-twieqi jaqbad l-arkitrav u fil-friz ta’ fuq tidher il-kitba:


MARIAN VIRGO ASSUMPTA EST AD AETHEREUM THALAMUM IN QUO REX REGUM STELLATO SEDET SOLIO (Marija Vergni Mtellgha fil-Glorja tas-Sema fejn ir-Re tar-Rejjiet qieghed fuq Tron kollu Kwiekeb). Gwarnicun wiesgha jkompli t-tieni ordni, li jwassal sa 9.3 metri minn fuq l-ordni ta’ tahtu.


Sew sew minn fuq dan il-gwarnicun tibda tiela’ l-koppla li d-dijametru taghha f’din il-bicca t’isfel huwa 36 metru. Hawn il-hxuna tal-hajt tal-koppla jlahhaq 5.5 metri, imma aktar ma joghla ‘l fuq aktar il-hxuna tonqos. Biex nuru l-hxuna u t-toqol ta’ din il-koppla huwa bizzejjed nghidu li fin-nofs tat-tondjatura taghha nsibu fil-hajt tmien kmamar zghar li kull wahda tkejjel madwar 3.7 metri tul, u mal-1.5 metri wisa’ u daqshekk iehor gholi. Il-koppla taghqad fi gwarnica tonda li thalli dawl ta’ (p.178) 4.06 metri dijametru. L-gholi perpendikulari tal-koppla minn fuq il-gwarnicun ta’ tahtha sa taht il-gwarnica fejn jaghlaq huwa ta’ 19.7 metri u ‘l fuq minn hawn tibqa’ ddur il-gwarnica taghha li fiha gholi ta’ 1.5 metri ohra. Ghalhekk l-gholi tal-koppla bil-gwarnica b’kollox huwa ta’ 21.2 metri.


Pjanta tar-Rotunda. (p.179) Pjanta tar-Rotunda li kienet dehret fil-Malta Penny Magazine.

Grognet, bhall-arkitett tal-Pantheon, haseb li jzejjen il-koppla minn gewwa bi skultura ta’ kwadretti ii jickienu aktar ma jitilghu ‘l fuq, imma d-disinn li ghazel jixbah izjed lil dak li kien hemm fl-arzella tat-tempju qadim ta’ Venere, li kien mibni hdejn il-Kolossew ta’ Ruma.


Id-dijametru t’isfel ta’ l-anterna minn gewwa hu madwar 4.9 metri (jew 0.9144 ta’ metru usa mill-koppletti li hemm kif tidhol mill-bibien tal-gnub ta’ taht il-portiku) u fil-quccata d-dijametru jickien bin-nofs. L-gholi taghha minn gewwa hu ta’ 5.8 metri.


L-gholi tal-knisja kollha minn gewwa, imkejjel mis-saqaf ta’ l-anterna sa fuq ir-ruzun ta’ l-irham fil-paviment, jigi 54.86 metri.


Il-knisja hija mdawla tajjeb minn gewwa, ghax barra mis-sittax-il tieqa ta’ bejn il-gwarnicuni, u dawk ta’ l-anterna, ghandha tieqa ohra f’kull kappella, filwaqt li l-kor huwa mdawwal minn anterna kbira gmielha.


Xi skrizzjonijiet ohra li nsibu fir-Rotunda jinkludu dik li hemm fuq il-bieb il-kbir minn gewwa li tghid:

ET TIBI TOT DOTES VIRGO QUOT SIDERA COELI (U Lilek, O Vergni, gew moghtija tant virtujiet daqs kemm hemm kwiekeb fis-sema).


Aktar ‘il fuq minnha hemm imbaghad:

CANTATE DOMINO IN CYMBALIS BENE SONANTIBUS (Kantaw lill-Mulej bi strumenti li jdoqqu tajjeb).

Hawn gie mqieghed l-orgni l-kbir tal-knisja.


Kif tidhol mill-bieb ta’ barra tal-gnub issib ruhek gewwa koppletta li kull wahda ghandha dijametru ta’ 4.7 metri u gholi ta’ 7.9 metri. Dawn il-koppletti jiksru l-monotonija tal-kuritur twil li kieku kien ikun hemm sa ma tasal fil-knisja. Kienu maghmulin ukoll biex minnhom johorgu tliet kurituri, tnejn ghal gewwa l-knisja u l-iehor ghall-kampnar.


Il-presbiterju ta’ l-irham quddiem l-artal maggur fih bicca xoghol sabiha tassew. Ghandu disinn l-aktar helu u minn gewwa l-kancell ghandu tul ta’ 18.9 metri, u l-parti l-aktar wisgha hi ta’ madwar 7.3 metri. L-gholi tieghu huwa ezatt daqs il-bazi tal-kolonni, jigifieri 0.7 ta’ metru, u l-kancell jintlahaq b’hames targiet wisghin u baxxi.


Artal kbir ta’ l-irham jaqsam il-presbiterju minn mal-kor ta’ warajh. Mal-gnub tal-kor iduru zewg saffi ta’ sedji fejn jistghu joqoghdu bil-qieghda 46 persuna. Fl-irkejjen, ‘il fuq mid-dahar tas-sedji, jidhru zewg arkati li huma mahsubin biex fihom joqghod orgni jew orkestra ghal meta ma jkollhomx bzonn idoqqu l-orgni l-kbir ta’ fuq il-bieb principal


Il-knisja kollha, bil-kappelluni, il-presbiterju u l-kor (imma minghajr ma’ tinkludi l-partijiet fejn hemm l-artali u t-tarag tal-presbiterju) tesa’ 3,000 ruh bil-qieghda (b’1.5 metri kwadri ghal kull bniedem), jew mal-10,000 ruh bil-wieqfa.


Dwar is-sagristiji kbar u arjuzi wahda fuq kull naha tal-kor, dawn ghandhom tul ta’ 12.3 metri u wisa’ ta’ 7.3 metri. Bejn is-sagristiji hemm ghadd ta’ kmamar, mahsubin ghall-qassisin li jkunu ghas-servizz tal-knisja u ghal hafna htigijiet ohra.


Grognet haseb ghall-bibien minn fejn il-qassisin jistghu jidhlu u johorgu minghajr ma joqoghdu ta’ kull darba jaqsmu l-knisja. Mis-sagristija ta’ fuq ix-xellug jinzel tarag ghal kannirja li tinfirex taht bicca mill-knisja u li kienet isservi ghad-dfin tal-mejtin fi zminijiet ohra.


Il-pjanta


Pjanta ohra tar-Rotunda (p.180) Il-pjanta tar-Rotunda li llum tinsab fis-sagristija bid-data 1833.

Pjanta ohra tar-Rotunda Pjanta ohra tar-Rotunda li hemm imdendla fis-Sagristija.

F’deskrizzjoni li nkitbet meta l-knisja kienet ghadha tinbena, inghad li:


Jisghobbina li l-pjanta tas-Sur Grognet sejra tinbidel fuq dak li huma t-twieqi tat-tanbur. Minhabba fil-hxuna tal-hitan huwa jrid li jkun hemm sittax-il tieqa; imma min jikkmanda jrid mod iehor, u sejjer ikun hemm biss tmienja. L-iskuza kollha ta’ dan, huwa l-biza’ li l-hitan ma jkunux kapaci jifilhu l-koppla, jekk idahhlu fihom sittax-il tieqa.2


(p.180) Imma f’din il-haga lil Grognet ma kien jista’ jindahallu hadd u, kif kulhadd jista’ jara, fit-tanbur hemm is-sittax-il tieqa li ried hu.


Il-qisien tar-Rotunda huma wkoll dawk li hemm fuq il-pjanta u ftit hemm fejn ma jaqblux u dan bi ftit. Wahda minn dawn fejn il-qies ma jaqbilx sewwa mal-pjanta hija dik ta’ l-gholi minn gewwa. Minn fuq il-pjanta l-gholi mill-paviment sas-saqaf ta’ l-anterna huwa ta’ 50.9 metri. Imma l-knisja hija oghla minn hekk ghax tlahhaq 54.9 metri. Il-koppla li hemm illum oghla 2.5 metri aktar minn dik tal-pjanta, u l-anterna 1.5 metri ohra, li b’ kollox jilhqu 4 metri oghla minn dik tal-pjanta.


Fuq l-anterna minn barra Grognet qieghed angiu b’gholi ta’ 4 metri u li qieghed wieqaf fuq balla jzomm kuruna f’idu l-leminija mahruga ‘l barra. Dan l-angiu kellu jigi 3 metri oghla mis-saqaf ta’ l-anterna, ghalhekk il-quccata ta’ rasu kellha tkun 58 metri minn wicbc il-paviment tal-knisja u 61 metru minn wicc it-triq (wara l-kappella ta’ San Pawl).


Fil-pjazza quddiem il-knisja ddisinja zewg funtani jtajru l-ilma u f’nofshom musulew b’salib gholi ta’ 26.2m, jew biex nifthemu ahjar, sal-gallarija ta’ taht il-qniepen tal-kampnar. Dawn l-ornamenti baqghu ma sarux.


Xebh


Ix-xebh tar-Rotunda jista’ jsir biss ma’ dawk li ghandhom il-pjanta bhal taghha, jew ghall- anqas dawk li ghandhom il-koppla kbira bhal taghha. L-uniku wiehed li jaqbel f’kollox hu l- Pantheon ta’ Ruma.


Tempju Dijamentru tal-koppla minn gewwa
ll-Pantheon (Ruma) 43.3 metri3
San Pietru (Ruma) 42 metri4
S. Marija dei Fiori (Firenze) 41.5 metri5
Ir-Rotunda (Mosta) 36 metri
San Pawl (Londra) 33 metri6
Santa Sofija (Kostantinopli) 32.6 metri7

Imma qabel naqbdu l-Pantheon halli nxebbhu ftit l-gholi tar-Rotunda ma’ x’imkien iehor fil-Mosta. Ghalhekk min irid ikollu hjiel ta’ l-gholi tal-knisja tal-Mosta mill-gwarnicun ta’ fuq ta’ barra sat-triq, kull m’ghandu x’jaghmel hu li jittawwal minn fuq il-Pont tal-Mosta (ta’ Misrah Ghonoq) ghall- qiegh ta’ Wied il-Ghasel, li huma qishom gholi wiehed.


Il-Pantheon ta’ Ruma, mahsub mill-lmperatur Adrijanu u mibni minn Dekrijanu, gie mwaqqaf bejn is-sena 120 u 124 w.K. Dan it-tempju, mibni ghall-eternita, kien u ghadu l-ghageb ta’ kull min jarah u minn zmien antik sal-lum kien dejjem mizmum bhala wiehed mill-ghegubijiet ta’ Ruma, u li minnu tghallmu hafna arkitetti l-aktar fis-seklu XV u XVI.


Qieghed mibni fuq hajt tond ta’ 6 metri hxuna u b’dijametru minn barra ta’ 55.5 metri, jew madwar 0.6 ta’ metru itwal minn dak tar-Rotunda tal-Mosta. Minn hawn naraw li, filwaqt li I l-hxuna tal-hitan tar-Rotunda huma wiehed minn hamsa tad-dijametru taghha, dik tal-Pantheon hija wiehed minn sebgha tad-dijametru tieghu. Minn fuq it-tanbur tibda tiela’ l-koppla, li bhal dik tar-Rotunda ghandha l-bicca t’isfel imtarrga.


Il-portiku tar-Rotunda.(p.181) Il-portiku tar-Rotunda b’kolonni kbar ta’ l-Ordni Joniku

It-tanbur u l-kampnar.(p.181) It-tanbur u l-kampnar bid-disinji differenti li jzejnuhom.

(p.182) Fil-faccata ghandu portiku bl-ordni Korint, li kif jahsbu gie mizud wara, u li ma kellhom x’jaqsmu xejn mad-disinn tat-tempju. Dan il-portiku fih faccata ta’ 30.7 metri tul u fin-nofs jilhaq it-18-il metru fond. Qieghed imtella’ fuq tmien kolonni fil-faccata u tliet kolonni fond.


Minn gewwa l-Pantheon ghandu biss ordni wahda, li hija stil Korint. Fuq dan l-ordni li fih gholi ta’ 13-il metru jitla’ attiku ta’ 8.7 metri u minn fuq l-attiku tibda l-koppla.


Jidher car li Grognet ha hafna mill-Pantheon, ghad li mbaghad qassam il-proporzjon u d-dettalji kif deher lilu. Per ezempju, filwaqt li l-kolonni u l-pilastri tal-Pantheon jibqghu telghin u jzommu fuqhom il-gwarnicun ta’ taht l-attiku Grognet hass li kellu jaghmel il-kolonni jzommu l-arkaturi tal-kappelluni, u l-gwarnicun jistrieh fuq l-arkaturi. Il-Pantheon minn gewwa huwa wkoll imqassam fi tmien wesghat, imma ma jixbhux lil dawk tar-Rotunda fid-disinn taghhom. Ghad li l-attiku ta’ gewwa huwa ddisinjat bi twieqi u kwadretti, dan it-tempju famuz m’ghandux dawl iehor hlief dak li jidhol mid-dawra ta’ 30 pied dijametru fejn taghlaq il-koppla. Minn dik il-wesgha jidhlu r-raggi tax-xemx, id-dawl tal-qamar, jew inkella x-xita, skond kif joghgbu t-temp. Grognet xejn ma segwa l-arkitett Ruman fuq din tad-dawl ghax, barra mid-dawl gej mill-anterna, haseb ghal sittax-il tieqa kbira fit-tanbur, tieqa ohra f’kull kappellun u anterna fil-kor; tant li r-Rotunda hija wahda mill-knejjes imdawlin sew.


L-gholi u l-wisa’ tal-Pantheon huma qies wiehed. Dan ma kienx joghgbu lil Grognet u kien jghid li f’tempju tond, l-gholi ghandu jkun akbar mill-wisa’!8 Ghalhekk l-gholi ta’ gewwa tar-Rotunda tal-Mosta huwa darba u nofs daqs il-wisa’ taghha.


Imma jekk din tixbah lil Pantheon f’hafna elementi, hemm haga li fiha ma taqbel xejn. Din il-haga tikkoncerna l-materjal li minnha hija maghmula, ghax minn fuq sa isfel ir-Rotunda tal-Mosta hija tal-franka, filwaqt li, jekk thalli l-kolonni ta’ l-irham tal-portiku, il-Pantheon ghandu l-hitan hoxnin ta’ barra kollha tal-madum, li meta gew imnezzghin mill-irham, u l-kisi li kellhom, naqas hafna mill-gmiel tieghu. Barra dan, hafna arkitetti jemmnu li l-gebla naturali hija dejjem aktar sabiha minn dak li hu artificjali. Ghalhekk il-gebla Maltija li biha ssawret il-koppla tal-knisja tal-Mosta, wiehed jista’ jghid, ghamlitha wisq isbah minn dik tal-Pantheon li hija maghmula mill-konkrit armat.


Dan ma jridx jinfthiem li qeghdin inpoggu r-rotunda ta’ Ruma wara r-Rotunda tal-Mosta. Il-Pantheon huwa hekk sabih, huwa hekk ta’ l-ghageb, huwa ezempju hekk maghruf u li gibed fuqu tant kitba’ ta’ tifhir, li ebda tixbih ma’ tempji ta’ l-ghamla tieghu ma jista’ jbaxxilu l-pregju tieghu.


Haga ohra li tista’ tinghad hi li, billi l-Pantheon gie mwaqqaf bhala tempju pagan, nistghu nghidu li r-Rotunda tal-Mosta hija l-akbar knisja tonda tad-dinja li l-lnsara qatt waqqfu fuq wicc l-art.


Koppli ohra


Ghedna li l-koppla tal-Pantheon hija maghmula mill-konkrit. Dik ta’ San Pawl ta’ Londra, bhal dik ta’ Les Invalides ta’ Parigi, hija maghmula minn tliet isqfa. Il-koppla ta’ San Pietru u dik ta’ Santa Marija dei Fiori huma t-tnejn maghmulin mill-kisja ta’ gewwa u dik ta’ barra, bi flit vojt bejniethom. Min-naha l-ohra, dik ta’ Santa Sofija tixbah lil tal-Mosta ghax maghmula bicca wahda, imma d-dijametru tal-koppla ta’ Santa Sofija huwa izghar minn dak tar-Rotunda.


Il-Professur Robert Kerr, arkitett u editor tax-xoghol ta’ Fergusson, jghid li “x-xewqa li laghmel xi haga tidher minn barra dak li mhix minn gewwa ghandha tkun kollha kemm hi arti hazina fin-natura tal-hwejjeg”.9 Jekk inhu hekk allura l-koppla tar-Rotunda tal-Mosta tghaddi lil dawk il-koppli kollha li huma maghmula fi tnejn biex jaghtu dehra minn gewwa u ohra minn barra ghax hija maghmula bicca wahda u mill-gebel naturali. Dan hu, fi kliem il-Professur Kerr, ta’ “integrita strutturali.”


Kritika negattiva


Il-kritiku tar-Rotunda James Ferguson.(p.183) James Fergusom – il-kritiku tar-Rotunda (mill-ktieb tieghu 'History of Indian and Eastern Architecture')

Kieku l-Mostin riedu jkollhom knisja li hadd ma seta’ jghid xejn fuqha, setghu hallew dik li (p.183) kellhom qabel, jew inkella bnew wabda bhal dawk li hawn l-eluf bhalhom fid-dinja; imma meta huma riedu johorgu ‘l barra minn fejn waslu hafna minn huthom l-ohra, kien ifisser li riedu jkunu lesti ghall-kritika. Naraw x’intqal kontra dan it-tempju. L-ewwel ma niltaqghu huwa ma’ James Fergusson (1808-1886), li kien wiehed mill-akbar awtoritajiet ta’ l-arkitettura l-aktar maghrufin tas-seklu dsatax.


Fl-introduzzjoni ta’ wiehed mill-kotba tieghu, History of the Modern Styles of Architecture, dan l-arkitett Skocciz kien qieghed juri li, filwaqt li nies li jifhmu fl-arkitettura jitkazaw u jitwerwru meta jaraw xi bicca bini li jkun fiha xi zbalji fir-regoli ta’ l-arkitettura, il-bicca l-kbira tan-nies l-ohra li ma jkunux jifhmu, jaraw l-isbah kwalitajiet f’din il-bicca xoghol li jkunu tellghu. Bhala ezempju semma’ l-Katidral ta’ Bolonja, u qal li din il-knsija twahhax bil-kruha lil dawk kollha li jifhmu, filwaqt li n-nies ta’ Bolonja minghalihom li ghandhom xi haga kbira. Imbaghad dar fuq il-Mostin u stqarr:


Il-knisja parrokkjali l-gdida tar-rahai rurali zghir tal-Mosta, fil-gzira ta’ Malta, hija forsi ezempju aktar car ta’ bini mtellgha bhal dak li semmejna, u sew sew fuq dawk il-fehmiet li kellhom in-nies fiz-Zminijiet tan-Nofs, meta ksew l-Ewropa b’bini sabih; ghad li dak kollu li sar (bhal dak ta’ Bolonja) u l-istil tieghu ma ghandu x’jaqsam xejn ma’ dak il-bini taz-Zmien tan-Nofs.


Ghad li l-mertu ta’ dak li ghamel l-ewwel disinn jisthoqq lill-arkitett Malti li jismu Grognet, il-veru arkitett tal-bini kien il-bennej tar-rahal Anglu Gatt. Bhala kapumastru taz-Zminijiet tan-Nofs, jew dawk l-irgiel li daz-zmien jibnu tempji lijghaxxqu, jew oqbra gewwa l-lndja, dan il-bennej Malti la jaf jaqra, la jikteb u lanqas ihozz; izda mmexxi fuq dik is-sengha li jhoss go fih u dak li jghidlu l-ghaqal ta’ mohhu, huwa rnexxielu jtella’ sewwa kull bicca ta’ dan il-bini. Huwa kien li habrek biex tinbena l-koppla minghajr armar, u wera kif dan seta’ jsir billi ma jaghmilx hag’ ohra hlief iqabbad kull filata ma’ dik ta’ taht. B’herqa tassew taz-Zminijiet tan-Nofs, dan ir-ragel ta’ l-ghageb kien kuntent li jahli z-zmien tieghu kollu biex itella’ din il-bicca bini hekk kbira, u ma kienx jaqla’ hlief disa’ rbghajja kull jum ghal ghoxrin sena. Daz-zmien jaghtuh zewg xelini kull jum li bihom huwa kuntent li jibqa’ miexi bix-xoghol sa ma jispicca.


Tassew li tharislu minn mnejn trid, il-bini huwa taz-Zminijiet tan-Nofs, barra minn haga wahda. Din kienet li, minflok li Gatt u l-bennejja shabu hadmu fuq stil li kienu jifhmu, jew li kiber kif kellu jikber wahdu mill-ghamliet li kienu mexjin bihom, fil-bcejjec kollha ornamentali nsibuhom jahdmu fuq disinji maghzulin minn kotba ta’ Grognet jew ta’ haddiehor, imma billi la l-bennej u lanqas shabu ma kienu jifhmu sewwa fl-istil li ghazlu, gara li mal-bini kollu jidhru zbalji tar-regoli u bcejjec ohra hziena.


Habat tajjeb li n-nies tar-rahal huma lura wisq biex jifhmu dan, u ghalhekk ma jistax jonqos li jhossu li ghandhom biex jiftahru, kif tassew ghandhom ikunu, mill-knisja taghhom u mill-prim bennej li ghandhom. Imma jahasra hija haga ta’ swied il-qalb, li bicca bini hekk nobbli ghall-qisien u d-disinn taghha kellhom ihassruha billi riedu jdahhlu fiha stil ta’ ornament li hadd min-nies tar-rahal ma jifhem fih, u li l-koppla, li l-kobor taghha jaghmilha t-tielet fost il-koppli Nsara ta’ l-Ewropa, ghandha mbaghad ma taghtix id-dehra sabiha li jisthoqqilha, u dan kollu mhux ghal hag’ ohra hlief ghax l-istil hu dak misluf minghand il-mejtin.


(p.184) Li kieku dawk li ghamlu d-disinn ta’ dan il-bini kellhom biss arkitett bravu biex jara d-disinn taghhom, u kkoregilhom l-intietef, kieku din il-knisja kienet tkun wahda mill-isbah, bhalma hija wahda mill-aktar maghrufin ta’ l-Ewropa. Lil dawk li jmorru jaghtu qima gewwa fiha toghgobhom xorta wahda, jew forsi izjed, milli kieku d-dettalji taghha kienu klassici safjin; imma lill-bniedem li jifhem ma toghogbux u jkollu jhalliha b’dieqa ta’ qalb minflok bil-ferh li l-qisien u l-ghamla taghha jmisshom iqanqlu.10


Sa hawn smajna x’qal Fergusson. Issa nibdew biex nuru li xejn ma hu bhalma qal Fergusson meta qal li, ghad li Grognet ghamel l-ewwel disinn, il-veru arkitett kien il-bennej Anglu Gatt.


L-ewwelnett dan ma setax ikun ghaliex skond il-kuntratt li ghamlulu,11 hu kellu jaghmel id-disinji u l-mudelli kollha ghall-imghallmin tal-knisja, u barra minn dan kien marbut li ma jistax ihalli l-Mosta aktar minn gimgha fix-xahar.


It-tieni raguni tohrog mill-ittra li kiteb Grogent stess.12


Mosta, 12 ta’ Marzu 1834
L-Erbgha fil-ghodu


Meqjumin Sinjuri Deputati,


Billi kit tafu intom, kelli mmur il-Belt Valletta ghal disat ijiem, minhabba xi interessi tieghi li ma stajtx inhallihom ghat-tul, u billi ergajt gejt hawn il-bierah filghaxija, kelli nara xi ftit filati tal-koxox tal-bieb il-kbir tal-knisja l-gdida li tiela,’ mibnijin fuq profil l-aktar ikrah, u ta’ gost borominesk l-aktar imhassar - haga li ma kontx nistenna u li inkwetatni hafna! Dak li jghaggibni l-izjed huwa meta naf li jiena qabel ma mort il-Belt hallejtilkom zewg profili ta’ gost l-aktar safi biex tistghu taghzlu liema tridu minnhom, u qatt ma kont nemmen li ghal mibeghda ta’ l-arti u tal-gmiel veru, intom kellkom thallu li minflokhom isir zball bhal dak. Jekk qatt tghiduli li intom ghandkom il-jedd li taghmlu kulma joghgobkom fil-knisja l-gdida taghkom, minghajr hadd ma jista’ jindahlilkom, jiena ma nghidilkomx li mhux hekk; halli jkun kif tghidu; izda jekk intom ghandkom il-jedd li ttebbghu fabbrika li ga ghamlet ir-rahal taghkom imsemmi ma’ kullimkien, jiena ma nibqax responsabbli tax-xoghol ta’ l-imsemmija fabbrika, u lanqas, kemm indum niehu hsieb jien, ma nista’ nhalli xi bennej jew xi haddiehor, li ma jifhimx ihassar bi hmerijiet bhal dawn edificcju hekk sabih u hekk jiswa flus.


Ghaldaqstant b’din l-ittra ta’ hbieb irrid infehmkom li jekk ma jidrilkomx li ghandkom tnehhu dik il-koxxa falza li bdejtu fil-bieb il-kbir, u li ghal li gej ma toqoghdux ghat gost bla tebgha li jiena naghmel kemm nista’ biex ingibilkom quddiemkom, la darba intom ghaziltuni bhala arkitett taghkom fost hafna ohra, jiena bil-qima kollha li jisthoqqilkom inhossni mgieghel mill-unur tieghi li nghidilkom li mil-lum ‘il quddiem ma jista’ jkollu ebda qawwa l-kuntratt li ghamilna bejnietna u ghalhekk jiena nkun mehlus u mahlul minn kull rabta li ghamilna ghall-unur tieghi u taghkom, u b’hekk tkunu tistghu tkomplu tibnuha kif joghgob lilkom, ghaliex intom is-sidien ta’ dak li hu taghkom.


Dan hu kull ma ghandi l-unur li nghidilkom b’din l-ittra ta’ hbieb, li jiena ktibtilkom biex taslilkom kif imiss, u urejtkom li jiena ma noqghodx ghat dan, jekk ma jidhrilkomx li ghandkom twegbuni zmien tlitt ijiem u taghtuni kelma sewwa u ta’ sodisfazzjon, biex fuq it-twegiba taghkom jiena nkun nista’ nara x’ghandi naghmel, u b’dan ghandi l-unur nerga’ ntenni,


Is-serv devot taghkom,

L-Arkitett Inginier,

Giorgio Grognet


Ghad li m’ghandniex it-twegiba tad-deputati, nafu tajjeb minn dak li semghu ta’ qabilna kemm inhattew malajr il-koxox tal-bieb il-kbir u minflokom tqeghdu ohrajn fuq id-disinn ta’ Grognet!


Xi nghidu mbaghad fuq dawk il-hafna disinji fil-kobor ta’ bcejjec mill-binja li Grognet kien hazz waqt li kienet qed tinbena u li kienu gew depozitati fl-arkivju tal-knisja parrokkjali?


(p.185) Dan qed jinghad biex jirribatti dak li qal Fergusson u li seta’ gie emmnut. Il-Mostin ta’ qabel kollha kienu jirrakkontaw li kienu jisimghu lix-xjuh ta’ qabilhom jghidu li Grognet kien hemm mill-bidu sa l-ahhar, u li biex ikun ta’ spiss vicin taghhom sahansitra kellu dar fir-rahal.


U xi nghidu wkoll minn hafna kittieba li semmew lir-Rotunda, mhux biss meta kienet lesta imma wkoll hija u tinbena u kollha kelma wahda semmew u fahhru lil Grognet bhala arkitett taghha?


Grognet stess meta fit-testment tieghu tkellem mit-Tempju tal-Mosta, qal ghalih “minni ddisinjat u taht it-tregija tieghi mibni.”


Tghid li kieku Fergusson kien jaf b’dan kollu kien jghid li l-veru arkitett tax-xoghol kien Anglu Gatt? Forsi le.


Aktar minn hekk, l-arkitett Arthur W. Flower, f’prezentazzjoni li qara fil-15 ta’ Novembru 1897 fil-laqgha generali tar-Royal Institute of British Architects, wara li qabel f’xi hwejjeg kompla jghid, “Imma hawnhekk irridu nwiddbu li Fergusson, fid-deskrizzjoni maghrufa tieghu tal-bini ta’ din il-knisja, biex, milli jidher, igibha sabiha, fid-diskors baxxa lill-arkitett is-Sur Gorg Grognet, haga li kienet wisq ingusta. Il-kliem ta’ Fergusson ghad li l-mertu ta’ dak li gieb l-ewwel disinn jisthoqq lill-arkitett Malti li jismu Grognet imma l-veru arkitett tal-bini kien il-bennej tar-rahal, Anglu Gatt, jista’ biss ikun imxebbah xi ftit ghall-verita tieghu ma’ dawk il-grajjiet mghawgin li Macaulay ghadda bhala storja.13 Zgur li minn dawn il-kelmiet hadd ma jasal biex jghid li Grognet ma kienx il-veru arkitett tal-knisja, mill-bidu taghha sa ma tlestiet ghat kollox, filwaqt li Gatt kien biss impjegat bhala prim bennej matul it-tieni bicca tax-xoghol”.14


Dwar it-tmaqdir li Fergusson xehet fuq l-arti ta’ l-ornament u d-disinji tar-Rotunda jista’ jifhem biss x’qal l-awtur jekk jistudja l-istil ta’ Fergusson mill-kotba tieghu. Hadd ma jiddubita li Fergusson kien tassew studjuz kbir l-aktar f’dik li hija arkitettura. Mill-banda l-ohra, mill-kitbiet tieghu johrog ukoll x’kien jaghmel meta jiltaqa’ ma’ xi zbalji konnessi ma’ l-arkitettura. Hemm kien donnu jinsa l-elementi sbieh ta’ dik l-opra li tkun u jindikala d-difetti kollha minghajr hniena, u jtellfilha kull pregju li wiehed kien jara fiha. Ezempju car jirrigwarda d-deskrizzjoni tieghu tal-Bazilika ta’ San Pietru ta’ Ruma fejn hemm pagni shah li fihom dan l-awtur Skocciz jaghmel hiltu kollha biex juri li San Pietru huwa kollu kemm hu hrafa arkitettonika.15 Tant kien qawwi fil-kritika tieghu li l-Professur Robert Kerr, l-istess editur arkitett li ppubblika x-xoghol tieghu ma felahx, u wara li spicca l-artiklu ta’ Fergusson, ghamel hiltu biex itaffi mill-ahjar li seta’ l-hruxija tal-pinna tieghu.


Wara li gie ppublikat dak li qal Fergusson fuq ir-Rotunda ma kinitx haga kbira li jigi ripetut l-istess diskors minn nies ohra. Per ezempju, l-arkitett E. Ingress Bell, fin-noti tieghu fuq Malta, qal li l-knisja tal-Mosta hija biss dik li hemm x’tara fil-gzira, l-aktar minhabba li mhix l-istil ta’ l-ohrajn billi hija bhal Pantheon. Imbaghad kompla jghid:


Hi giet deskritta mis-Sur Fergusson b’tant reqqa li m’hemmx ghalfejn nergghu nidhlu fl-intietef kollha tad-disinn taghha. Bhas-soltu l-ornament ta’ barra huwa sproporzjonat ghall-ahhar, u jnaqqsilha mill-qisien taghha li tassew mhumiex zghar. Fuq id-dekorazzjoni ta’ gewwa ahjar wiehed ma jghidx wisq. Hija haga li ddejqek tara n-nefqa kontinwa fuq l-induratura u l-kulur ultramarin b’rizultat hekk ikrah.16


Jekk kellek tistaqsi jekk ir-Rotunda tal-Mosta fihiex zbalji ta’ l-arti, dawk li jifhmu kkonfermaw li ghandha zbalji, u xi ornamenti setghu gew ahjar Madankollu, kull bini madwar id-dinja ghandu xi forma ta’ zball jew iehor. Jidher minn kotba ta’ l-arkitettura miktuba minn arkitetti kbar li hemm zbalji f’San Pietru ta’ Ruma, Santa Marija dei Fiori ta’ Firenze, id-Duomo ta’ Milan, San Pawl ta’ Londra, il-Katidral ta’ Kolonja, Notre Dame ta’ Parigi, u hafna knejjes ohra kbar tad-dinja. Min jara zball minn hawn u min jara iehor minn hemm; min ma toghgbux din il-haga u min ma toghgbux dik l-ohra.


Bizzejjed jinghadu l-kelmiet li l-arkitett Professur Robert Kerr kiteb fuq it-tmaqdir li Fergusson xehet fuq San Pietru ta’ Ruma, meta wiegeb hekk: ‘Li tizbalja hija haga li jaghmilha l-bniedem; il-bniedem u l-izball imxew flimkien minn mindu bdiet id-dinja. Ahseb fuq dan il-bniedem hames piedi u nofs tul, u x’kellu hila (p.186) jaghmel! Zgur li ahjar wiehed jipprova u ma jirnexxilux, milli kieku ma jipprova qatt!


Kummenti pozittivi


Dr.  Nikola Zammit.(p.186) Dr. Nikola Zammit – arkitett li fahhar ir-Rotunda u l-arkitettura taghha.

Ma kienx hemm biss min maqdar. Ohrajn fahhru u staghgbu. Kien hemm min kiteb meta l-knisja kienet ghadha qed tinbena.


Fi gwida bl-lngliz li giet stampata fl-1839, jigifieri meta r-Rotunda kien ghad ilha li nbdiet sitt snin, nsibu li:


Fil-Mosta qieghda tinbena knisja gdida u ma hawnx bhala, fuq il-pjanta ta’ l-arkitett Malti Grognet. Dan it-tempju huwa zgur l-aktar bini famuz ta’ daz-zmien, kbir u ta’ sahha bhalma qatt rajna; ahna ma niftakru l-ebda edificcju iehor fl-ltalja, Franza jew l-lngilterra li jlahhaq mal-gmiel tieghu. Ma nafux biex ghandna nistaghgbu l-aktar, jekk hux bil-gmiel tal-bini jew il-gosti helwin ta’ l-arkitett bravu li ghamel il-pjanta, jew inkella bid-diterminazzjoni ta’ nies ta’ rahal hekk zghir bil-bini ta’ tempju ta’ qisien hekk kbar; li meta jkun lest zgur li jsebbah il-gzira, jippermetti li l-arkitett jibqa’ jissemma’ ghal dejjem, u jigbed lejn ir-rahal kull min barra biex jara l-Malta ...17


Erba’ snin wara giet stampata gwida ohra bit-Taljan u fiha l-awtur tkellem fuq il-Mosta u qal:


Dan ir-rahal... jisthoqqlu li jkun mizjur ghat-tempju grandjuz u manjifiku li issa qieghed jinbena fuq il-mudell tal-Pantheon ta’ Ruma, fuq disinji u t-tmexxija tas-Sur Grognet, arkitett u inginier Malti. Ikun madwar 200 pied gholi, ghalhekk ikun jidher mill-partijiet gholjin tal-Gzira, kif ukoll minn Ghawdex, u jista’ jhabbatha mat-tempji l-aktar li jqumu flus ta’ l-ltalja ...18


Sadattant il-bini tal-knisja (minn barra l-anterna) kien lest u l-ewwel wiehed li semma’ xi haga kien Dr Nikola Zammit. Dan il-bniedem gharef barra milli kien tabib u kittieb, kien ukoll arkitett mit-tajbin, u jekk wiehed jixtieq jaf il-hila tieghu f’din l-arti, hu bizzejjed li jiftakar fix-xoghlijiet tieghu imferrxin ma’ Malta. Fuq ir-Rotunda qal:


ll-barrani, meta jigi jaghmel zjara lil dawn il-Gzejjer taghna, hu mehud mill-gwida tieghu biex jara l-Pantheon il-gdid tal-Mosta. Il-hsieb shih u minghajr biza’ ta’ dik il-opra, il-gmiel, gholi ta’ ghamliet, il-qisien kbar, it-taqbil sabih tal-bcejjec jahsduh bil-ghageb ...19


Ir-Rotunda minn wara.(p.187) Ir-Rotunda minn wara – il-parti tal-bini fejn hemm is-sagristijiet u kmamar ohra.

U band’ ohra kiteb:


ll-knisja l-gdida fil-Mosta jisthoqqilha li tigbed l-ghajn ta’ dak li jigi fil-Gzejjer taghna. Hija knisja tonda; li fil-kobor hija daqs il-Pantheon ta’ Ruma. Il-koppla taghha mhix anqas ta’ l-ghageb mill-gmiel, u t-tqabbil tajjeb ta’ l-arkitettura taghha hu magestika. Hija wahda mill-monumenti godda l-aktar maghrufin ta’ l-lnsara ...20


Wara dawn kien hemm kittieba ohra fuq Malta u ta’ kull darba niltaqghu ma’ deskrizzjoni shiha fuq ir-Rotunda. Wiehed isejhila “il-knisja nobbli, li l-koppla tagha hija wahda mill-ikbar tad-dinja”;21 iehor jghid li “hija wahda mill-isbah u l-ikbar monumenti tal-Gzira”;22 u lit-tielet tolqtu l-izjed “il-koppla taghha manjifika”.23


(p.187) Fi ktieb fuq Malta li gie ppublikat fl-Amerika, wiehed jiltaqa’ ma’ kliem sabih fuq dik li l-awtur sejhilha “Pantheon Malti,” “koppla li thabbatha ma’ dik ta’ San Pawl ta’ Londra,” “Mammoth Dome,” “ll-Pantheon tal-Mosta” u l-istess kittieb jistaghgeb u jghid: “Hija haga kurjuza li l-koppla tal-knisja ta’ dan ir-rahal, fuq gzira tal-Mediterran, ghandha tkun bicca bini hekk wiesgha u kbira, li hija ikbar minn dik ta’ San Pawl ta’ Londra ... Hija edificcju tond mibni mill-gebla safra Maltija u hija ta’ proporzjonijiet hekk kbar u nobbli li jaghmluha toghgob hafna lill-kritiku li jaraha”.24


Imma ma nistghux nibqghu sejrin b’dan ghaliex bil-kemm hemm ktieb wiehed li jitkellem fuq Malta tal-lum minghajr ma jsemmi r-Rotunda tal-Mosta, ghax “dawk li jigu jzuru lil Malta dejjem jistaghgbu meta jaraw bicca bini hekk sabiha fir-rahal tal-Mosta - bicca xoghol kbira li Ruma stess ikollha biex tiftahar”.25


Noti u Riferenzi

  1. (p.188) M.D. Schembri, ‘Motivi Klassici fil-Knisja tal-Mosta,’ Socjeta Filarmonika Santa Marija Mosta, Annwal 2005 (Malta. 2005), 50.
  2. Malta Penny Magazine, 98 (24.vii.1841).
  3. W.J. Anerson, The Architecture of Greece and Rome (London, 1907), 220.
  4. Catholic Encyclopedia. Vol. XIII, (New York, 1907-1914), 371.
  5. J. Fergusson, History of Architecture in All Countries, ii (New York, 1907), 335.
  6. T.F. Bumpus, The Cathedrals of England and Wales (London, 1929), 90, 91.
  7. T.G. Jackson, Architecture (?), 245.
  8. Malta Penny Magazine, 99 (31.vii.1841).
  9. J. Fergusson, History of Architecture in All Countries, i, (New York, 1907), 57.
  10. J. Fergusson, History of the Modem Styles of Architecture, i (London, 1891), 45-7.
  11. Ara Kapitlu 12.
  12. Dokument li kien ghand in-Nutar G. Chetcuti.
  13. Thomas Babington Macaulay, l-Ewwel Baruni Macaulay (1800-59), kien poeta, storiku u politiku Whig (aktar tard dawn saru l-Partit Liberali). Macaulay kien idawwar l-istorja kif jaqbillu u jifhimha hu, u ghalhekk l-istorja tieghu hi wahda mghawga u mhux bilancjata. Ara aktar fuq is-sit elettroniku http://en_wikipedia.org/wiki/Thomas_Babington_Macaulay (accessat fl-1 .i.2007).
  14. A.W. Flower, ‘Notes of Renaissance Architecture in Malta,’ Journal of Royal Institute of British Architects, v/2 (Nov. 1897), 42.
  15. Fergusson, History of Modem Architecture, i (1862), 75-91.
  16. The Builder XLVIII, (28.iii.1885), 438.
  17. T. MacGill, A Handbook or Guide for Strangers Visiting Malta (Malta, 1839), 124.
  18. J. Quintana, Guida dell’ Isola di Malta (Malta, c.1845), 111.
  19. L’Arte (7.i.1863), 2.
  20. N. Zammit, Historical Guide to Malta and Gozo (Malta, 1879), 249.
  21. G.N. Godwin, A Guide to The Maltese Islands (Malta, 1880), 219.
  22. L. Critien, Guide to Malta and its Dependencies (Malta, 1888), 62.
  23. G.H. Evans, A Guide to Malta and Gozo, (Portsmouth, 1917), 60.
  24. M.M. Ballau, The Story of Malta, pp. 210-11.
  25. Ara, J. Wignacourt, The Odd Man in Malta (London, 1914), 132; u ohrajn bhal, P. Wilstack, Islands of the Mediterranean (1926), 200; M.H. Egan, Notes of Malta (1922), 30; W. Butler, fil-Catholic Times, tradott ghat-Taljan fil-Malta (30.iv.1913) bit-titlu, ‘La Rotunda della Musta ed i Frammasoni’; The Congressists Vademecum (Malta, 1913), 35; Guida d’ltalia, Sicilia e Isole Minori (Milano, 1928), 508. Ghal dak li qalu favur u kontra r-Rotunda, ara wkoll, S. Vella, ‘Ir-Rotunda f’ghajnejn il-kritici: tifhir u kontroversji,’ Socjeta Firlamonika Nicolo Isouard Mosta, Festa Santa Marija 2002 - Mosta (Malta, 2002), 67-73.



Kapitli ohra mill-ktieb

  1. Konsiderazzjonijiet tal-bidu.
  2. Iz-zmien Preistoriku (c. 5000 q.k. - c. 700 q.k.).
  3. Iz-zmien Fenicju-Kartaginiz (c. 700 q.k. — c. 218 q.k.).
  4. Minn zmien ir-Rumani sal-hakma ta’ l-Gharab (218 q.k.-1091 w.k.).
  5. Iz-zminijiet tan-Nofs (1091 - 1530).
  6. Mill-wasla ta’ l-ordni ta’ San Gwann sa l-Assedju l-Kbir (1530 -1565).
  7. Mons. Dusina, it-twaqqif tal-Parrocca, u l-bini tal-Knisja Parrokkjali (1575 -1619).
  8. Is-seklu sbatax - hajja kwieta imma mhux minghajr inkwiet (1600 -1699).
  9. Is-Seklu Tmintax -komunita li tikber u tizviluppa (1700 -1798).
  10. Il-hakma Franciza u l-qawmien tal-Maltin (1798 -1800).
  11. Seklu shih taht hakma Ngliza (1800 - 1899).
  12. Il-bini tar-Rotunda tal-Mosta.
  13. Ir-Rotunda - xi dettalji teknici u diskussjoni.
  14. Is-seklu Ghoxrin sat-tieni gwerra dinjija.
  15. Mit-Tieni nofs tas-Seklu Ghoxrin sal-lum (1946 - 2007).