IL-MOSTA, IL-MOSTIN U R-ROTUNDA TAGHHOM MATUL IZ-ZMINIJIET
George Cassar, Joseph G.M. Borg
Pubblikazzjoni tal-Kunsill Lokali Mosta f'gheluq l-400 sena parrocca, fl-2008.
Dan il-ktieb interessantissimu msejjes fuq il-ktieb ta' E.B. Vella imma jidhol f'aktar dettalji jinxtara mill-Kunsill Lokali. Din il-verzjoni digitali taf fiha xi differenzi mill-original minhabba problemi waqt l-iskanjar li minhabba r-rizorsi limitati ma kellix cans nivverifika ghal kollox u hi raguni ohra ghala wiehed ghandu jmur dirett ghall-ktieb meta jigi biex jiehu riferenzi minnu.
2. Iz-Zmien Preistoriku (c. 5000 q.K. - c. 700 q.K.)
Il-Preistorja
(p.13) Wara li tkellimna fuq il-formazzjoni tal-blat, u dwar xi annimali li kienu jabitaw fuq din il-bicca art f’dawk iz-zminijiet imbieghda, nghaddu issa ghall-bniedem li gie jghammar hawn.
Meta sewwa sew deher il-bniedem fuq il-firxa art li llum nafuha bl-isem tal-Mosta hadd s’issa ma jaf ezatt, biss mill-fdalijiet li ghandna mxerrdin ‘l hawn u ‘l hemm, nafu li l-bniedem kien diga jiggerra f’dawn l-inhawi sa minn zmien preistoriku.
Zmien il-Hagar
L-aktar zmien bikri li l-bniedem kien jghammar fih fuq il-gzejjer taghna huwa msejjah Zmien il-Hagar.1 Dan semmewh hekk ghaliex f’dak iz-zmien il-bniedem kien ghadu ma gharafx juza l-metalli.
Ghalhekk l-ghodod kollha li kien jehtieg ghax-xoghol kienu maghmulin mill-hagar. Iz-znied kien l-aktar li kien jiswielu ghax, barra milli hu iebes daqs l-azzar, iz-znied jinqata’ bhal zgieg u jhalli xifer li jaqta’ daqs xafra. Ghalhekk iz-znied kien jinhtieg ghal dawk il-hwejjeg fejn ahna llum nuzaw is-sikkina u ghodod ohra bix-xifer u bil-ponta. Dawk li huma mazez u ghodod ohra goffi kien jaghmilhom mill-hagar l-aktar iebes li sata’ jsib.
Ma’ din l-ghodda kellu wkoll ghesieleg u ghadam li kienu jiswewlu mhux ftit f’hafna xoghlijiet tieghu. Meta kellu bzonn iqabbad in-nar kien ihokk bicca ghuda matul toqba go ghuda ohra sakemm, bl-istess hakk, il-frak taghhom stess jishon u jaqbad. Hawn Malta sata’ jsib hagra li fiha s-sulfat tal-hadid u hekk sata’ jkebbes in-nar billi jaghti d-daqqiet biz-znied fuq din il-hagra sakemm ttajjar ix-xrar.
Billi Zmien il-Hagar dam mijiet ta’ eluf ta’ snin, l-istudjuzi jqassmuh fi tlieta: l-Eolitiku (eos mill-Grieg = tbexbix (tal-bidu) u lithos = hagra), il-Paleolitiku (palaios = qadim) u n-Neolitiku (neos = gdid). Fuq fdalijiet tal-bniedem Eolitiku fil-gzejjer taghna ma nafu xejn; fuq il-Paleolitiku m’ghandna l-ebda hjiel lanqas; imma fuq il-fdalijiet Neolitici, Malta hi wahda mill-aktar pajjizi importanti.2
Ghad li fil-Paleolitiku l-bniedem kien ghadu lura sewwa, fin-Neolitiku nsibu li l-bniedem mexa ‘l quddiem mhux ftit, ghaliex issa holoq ghodod ahjar, tghallem jaqsam il-bahar, jahdem l-art, jimmansa xi ftit bhejjem, kien jaf jaghmel fuhhar il-gmiel tieghu u jinseg il-hwejjeg biex jilbes. Barra minn dan, issa beda wkoll jibni d-dar jew gharix fejn jghammar3 u tempji lill-allat li kien iqim, bhalma wiehed jista’ jara mit-Tempji ta’ Hal Tarxien, Hagar Qim, l-lmnajdra, l-lmgarr, il-Ggantija u bini iehor megalitiku li jinsab imxerred ma’ Malta u Ghawdex.4
Iz-Zmien Neolitiku f’Malta jmur lura, bejn wiehed u iehor, mal-5,000 sena qabel Kristu (q.K ), u sa minn dak iz-zmien hekk boghod, fid-distrett tal-Mosta kien jghammar u jahdem il-bniedem kif juru l-fdalijiet li halla.
Raddet ir-roti
Wahda mill-fdalijiet preistorici5 li ghandna u l-aktar wahda li habblet mohh l-arkeologi biex jaslu ghal konkluzjoni dwarha, tikkoncerna dawk il-kanali fil-wicc tal-blat li nsibuhom bhala raddet ir-roti.6 Fil-Mosta dawn niltaqghu maghhom f’Misrah Ghonoq. Jekk wiehed jaqbad dik it-triq (p.14) fil-blat kif titla’ t-telgha zghira wara li thalli l-Pont ta’ fuq Wied il-Ghasel, u minn hemm, tibqa’ dejjem tiela sa qisu magenb il-Fortizza tal-Mosta. F’xaghra fuq ix-xellug, tiltaqa’ ma’ ‘hofor tar-roti’ sbieh li mbaghad johorgu minn taht il-hajt ta’ barra tax-xaghra u jibqghu jiggerrew f’Misrah Ghonoq. Hemm zewg pari imma par minnhom ma tantx huwa fond, ghalhekk mhux dejjem jibqgbu jidhru.
Minn gox-xaghra li ghedna jigbdu ghan-naha tal-Ivant imbagbad jilwu ghat-tramuntana, wara ftit jergghu jinxtebtu ghal-lvant, u mill-gdid jigbdu ghat-tramuntana fejn jaslu magenb il-Fortizza tal-Mosta. Hemm jidhru tul ta’ 274.32 metri. Minn din l-ahhar bicca li qieghda mitfugha fit-tramuntana johorgu zewgt izwieg ohra li jigbdu lejn il-lvant. Dawn il-frieghi msemmijna l-ahhar ikejlu, wahda tul ta’ 50.3 metri u l-ohra 60.35 metri.
Bhal hofor li jhallu r-roti ta’ karrettuni, dawn jimxu dejjem wisa wiehed. Fix-xaghra jidhru sbieh wisq u f’din il-parti l-wisgha tal-hofor hija, fil-wicc, 0.38 metn kull wahda, li jigi jhalli moghdija fin-nofs ta’ 1.07 metri. Il-kanali huma ghamla ta’ lembut u hemm fejn ilahhqu madwar 0.61 metri fond, u l-wisgha taghhom fil-qiegh huwa 20.32 centimetri.
Dawn huma fost l-isbah raddi mikxufin fil-gzira taghna. Ghedna mikxufin, ghaliex f’xi postijiet dawn jinhbew taht il-hamrija u ma nistghux narawhom.
Kif, meta u ghalfejn saru?
Sir Temi Zammit jabseb li dawk saru bit-thaffir maghmul minn roti ta’ l-injam (minghajr cirku tal-metall) ta’ ‘karrettuni’ tqal u goffi li min jaf ghal kemm u kemm zmien ghaddew mill-istess passagg biex haffru dawn il-gandotti b’dan il-mod.7 Billi ma tidher ebda erozjoni bejn il-gandotti, u billi lanqas ma jista’ jkun li bhejjem jghaddu minn art imbarrbta bhal dik li hafna drabi niltaqghu maghha mal-linji tar-raddi, wiehed jista’ forsi jaqtaghha li dawn il-karrettuni kienu jigbduhom jew jimbuttawhom qtajja’ ta’ nies.8
Ghat-tieni mistoqsija, iwiegbu l-istess hofor. Dawn minn xi daqqiet insabu maqtughin fuqhom xi oqbra punici. Dan juri li t-traffiku tal-’karrettuni’ li semmejna kien hafna qabel il-migja tal-Fenici, ghaliex kieku ma kienx jista’ jkun li jimxu l-’karrettuni’ bil-qabar imhaffer fuq il-linja taghhom. Kienu mhaffrin mela fiz-Zmien Neolitiku (skond E.B. Vella) minn dak il-gens ta’ nies li semmejna.9
U x’kienu jgorru n-nies ta’ dawn iz-zminijiet fuq dawk il-’karrettuni’? Din, ikompli jghidilna l-imsemmi arkeologu (Temi Zammit), riedet tkun xi haga li hemm kemm trid minnha f’post u nieqsa hafna f’post iehor, u mill-hefa10 tal-’karrettuni’ tidher li ma kinitx xi haga zghira ta’ l-ikel jew li kien aktar jaqbel tingarr fuq l-ispalla. Hu x’inhu, dak li garrew ried ikun xi haga mehtiega mhux ftit ghaliex inkella ghalfejn dik il-hidma u t-tbatija kollha? Meta allura tigi biex tghid li dik il-haga setghu garrewha fuq spallejhom u dik l-ohra ma hix tant goffa li trid ghaliha dik il-goffagni ta’ ‘karrettuni,’ tasal biex ikollok tghid li dak li garrew kienet il-hamrija, dik l-art li tiswa aktar mid-deheb, ghaliex tfisser l-ghajxien tal-bniedem.11
Jekk l-bniedem taz-Zmien Neolitiku ried jghix fuq din il-bicca art imdawwra minn kullimkien bil-bahar, kellu allura jahseb ghal rasu ghaliex dak iz-zmien ma kinux jigu dawk il-bastimenti li ghandna llum u jhottu l-qamb ghand il-merkant. U jerga’, aktar ma bdiet tikber ir-razza aktar beda jikber il-bzonn ta’ l-ghelieqi. Il-hamrija, qabel dawk iz-zminijiet, ma setghetx tkun hlief fil-widien u f’xi bcejjec baxxi bejn l-gholjiet ghax, kemm ix-xita u (p.15) kemm ir-rih, ghal min jaf kemm eluf ta’ snin qabel, kienu dejjem ikarkru ‘l isfel kull nitfa hamrija li jiltaqghu maghha fi xquq u rkejjen ohra. Ghalhekk dawn in-nies hekk jinqalghu li waqqfu tempji li llum huma l-ghageb ta’ kull min jarahom, ma jistax ikun li ma hasbux ukoll ghall-ghajxien taghhom u dan sata’ jsir billi jgorru l-hamrija mill-widien u jqassmuha fuq il-quccati u l-gnub ta’ l-gholjiet li kienu kollha mnezzghin. Dik hi l-istorja ta’ hafna raba’ li niltaqghu mieghu llum f’tant gnub imweghra fejn wiehed jista’ jara li l-hamrija fuq dik il-bicca ma setghetx ingabret wehidha. Aktarx li dan ix-xoghol ta’ kotra ta’ nies baqa’ dejjem aktar jizdied skond il-bzonn, u dam sejjer ghal zminijiet shah.
Hagar Megalitiku
(p.16) Il-pjanta ta’ Grognet li turi l-gholja minn San Guzepp tat-Targa sat-tarf ta’ l-art fejn illum hemm il-Fortizza tal-Mosta.
Hajt megalitiku (mill-Grieg mega = kbir u lithos = hagar) fil-Mosta twil 15.24 metri intilef ghal dejjem. Il-Professur Napuljun Tagliaferro jghid li dan il-hajt sabih kien f’Misrah Ghonoq u gie mkisser meta kienu qeghdin jibnu l-fortizza.12 Kittieb ta’ dik il-habta qalilna li huma u jibnu l-fortizza Itaqghu ma’ hafna hwejjeg ta’ zmien il-qedem.13
Haga li tolqtok meta tmur tara dawn il-fdalijiet megalitici, ta’ lanqas f’dan id-distrett, huma l-postijiet li l-bniedem preistoriku ghazel biex iwaqqaf dan il-hagar. Jigifieri, tant Misrah Ghonoq kemm ukoll ix-xaghra ta’ fuq Wied Filep, it-tnejn jinsabu fil-quccata ta’ gholja minn fejn ghandek veduta fit-tul; billi Misrah Ghonoq qieghed 85.34 metri ‘l fuq minn wicc il-bahar u x-xaghra ta’ Wied Filep jerga’ 0.6 metri oghla.
Ta’ qabilna, meta raw dak il-hagar, malajr hasbu li kienu qatghuh u garrewh xi gganti, ghaliex, fejn qatt hasbu li nies bhalna kellhom il-hila jaghmlu dak kollu! Ara kemm hu hekk, il-quccata ta’ l-gholja fejn hemm il-Fortizza tal-Mosta u fejn bhal ma rajna kien hemm hafna hagar megalitiku, kienu jghidulu ‘Misrah Ghonoq,’ misrah jew wesgha, tal-gganti;14 bhalma wkoll l-Ghawdxin il-qodma kienu jsejhu dak il-maqdes Neolitiku ‘il-Ggantija’.
Hemm dik il-hrafa tal-Gganta li kienu serqulha lil uliedha u t-tifel zewguh il-Mosta u t-tifla zewguha Ghawdex, u li ghalhekk il-Mostin u l-Ghawdxin huma mnisslin mill-gganti!
Il-bniedem taz-Zmien Neolitiku ma kien ggant xejn; kien bejn wiehed u iehor id-daqs tal-bniedem (p.16) tal-lum, u l-hagar kbir li halla mhux biss ghaggeb bih lil dawk li ma jifhmux imma sanansitra fixkel kittieba kbar bhal Abela15 u hafna storici ohra ta’ wara li kollha kienu jghidu li dak kien xoghol il-gganti.
L-arkitett inginier Giorgio Grognet, wiehed minn dawk li kienu jemmnu bil-hrafa tal-gganti, ra l-fdalijiet ta’ hagar kbir ta’ Misrah Ghonoq u ghamel pjanta ta’ din l-gholja minn San Guzepp tat-Targa sat-tarf tal-fortizza, u qal li l-gganti kellhom fortizza (fejn illum hemm il-fortizza militari) u warajha, magenb raddet ir-roti qalb il-blat, kellhom wesgha taghhom. Grognet uza dawn il-fdalijiet qodma biex juri li huma xoghol il-gganti, dawk ic-ciklopi li kienu jghixu f’Atlantis, li ried juri li bcejjec minnha huma l-gzejjer taghna.16
Oqbra u fdalijiet ta’ Zmien Neolitiku u Zmien ir-Ram (c. 5000-2500 q.K.)
Il-monumenti Neolitici tista tghid li huma mxerrdm ma kullimkien fil-Gzejjer Maltm, imma
l-oqbra ta’ dak iz-zmien jinghaddu fuq is-swaba’ ta’ l-id. E.B. Vella jghid li filwaqt li kien qed jikteb il-ktieb fuq il-Mosta (fis-snin ghoxrin tas-seklu ghoxrin) kellu x-xorti li jghin fit-thammil ta’ qabar minn dawk li nstab f’Marzu 1929 f’ghalqa fiz-’Zebbuga,’ ix-xaqliba li tmiss mal-Besbizija.17
Dan il-qabar kien maqtugh bhal hofra fit-tarf tal-blat tal-franka taht il-hajt ta’ l-ghalqa u nkixef billi l-bicca tal-blat ta’ barra tqacctet u waqghet fl-ghalqa ta’ taht.
Dan ma kienx qabar ghal wiehed, ghax gewwa fih instabu fdalijiet ta’ hafna nies. Ghalhekk, daqsxejn ta’ hofra tonda, b’dijametru ta’ 1.83 metri u fond ta’ 0.62 metri, ma setghetx tkun aktar minn fossa li fiha kienu jqeghdu l-ghadam tad-difna li forsi kienet saret band’ohra, jew inkella kienu jordmu l-mejjet fuq l-ghadam ta’ dak ta’ qablu. Kien hemm hafna ghadam, xi ftit bicciet ta’ fuhhar Neolitiku, gebel u hamrija, kollox imhallat flimkien. L-ghadam kien hekk qadim li kif taqbdu jitfarrak f’idejk, imma (p.17) b’danakollu nqalghu xi ftit irjus shah. Dawn urewna li l-ghamla taghhom kienet tawwalija (dolikocefalika) bhal dawk li kienu midfunin fl-Ipogew ta’ Hal Saflieni, u li huma kollha tal-gens tal-Mediterran.
Skond kif jirrapporta l-arkeologu J.D. Evans, fil-fatt f’dan il-qabar instabu hames skeletri u l-fuhhar li ittella’ kien imur lura ghall-fazi msejha ‘Ggantija’ (c. 3600-3000 q.K.).18
Fl-erja tal-Mosta nstabu wkoll oqbra ohra ta’ Zmien Neolitiku, bhal dawk f’Ta’ Vnezja fl-1936 u ohrajn aktar ricenti.19 Il-qabar misjub f’Ta’ Vnezja, fit-2 ta’ Marzu 1936, kien imfarrak u l-qiegh biss kien ghadu intatt. F’dan il-qabar kien hemm ghadam ta’ zewg persuni, adult u tarbija. Maghhom dawn l-iskeletri nstabu wkoll bcejjec ta’ fuhhar, zibeg u musbiegh.20 Il-qabar kien gie mikxuf waqt ix-xoghol ghall-mitjar gdid li kien qed isir f’Ta’ Vnezja u l-fuhhar li ttella’ jidher li kien jixbah lil dak li ntsab fl-lpogew ta’ Rahal Gdid.21
Skoperta ohra li tigi ddatata ghal madwar 3000-2500 q.K. u msemmija minn Evans, hi dik li kienet fegget fiz-zona tat-Torri Falka. Skond Evans, din l-iskoperta kienu studjawha Temi Zammit u ohrajn fl-1927. Kienu ntsabu fdalijiet preistorici mhallta ma’ kwantita ta’ trab u hamrija u li x’aktarx inqalghet minn xi post li nqered bil-bini tal-Victoria Lines. Il-fuhhar misjub u li llum qieghed fil-Muzew ta’ l-Arkeologoja, il-Belt, imur lura ghall-fazi msejha ‘Tarxien.’ Aktar minn hekk, fl-istess inhawi sabu wkoll oggetti ta’ Zmien il-Bronz li jinkludu maghzel tat-tafal, flieli taz-znied tip ta’ sikkina, u hwejjeg ohra.22
Zmien il-Bronz (c.2500-c.700 q.K.)
Madwar 2,400 q.K. gew Malta gens ta’ nies godda li kienu jafu b’xi metalli u li kienu jafu wkoll jahdmu bihom, bhalma juru xi bicciet ta’ ghodda tal-bronz li nstabu minn ta’ zmienhom.
Ghalhekk, issa, ix-xoghol ha xehta ohra, ghax bhalma kulhadd jaf, fejn jidhlu l-metalli x-xoghol isir aktar malajr u jkun hafna ehfef. Dawn kienu n-nies li giebu civilizzazzjoni differenti minn tan-nies li kien hawn qabilhom u li fuq il-fdalijiet taghhom tkellimna aktar ‘il fuq.
Minn ta’ din l-epoka nsibu fuhhar, ornamenti li kienu jizzejnu bihom, u ftit ghodod tal-bronz, u l-ghadam li kienu jidfnu wara li jinharqu l-mejtin taghhom (ghax dawn kienu jemmnu bil-hruq wara l-mewt). Fil-Mosta l-aktar sejba importanti li tmur lura ghal dan iz-zmien huma iz-zewg dolmenijiet li ghadhom jinsabu fi stat tajjeb hafna f’Wied Filep, fiz-zona maghrufa bhala ta’ Santa Margerita. Ghalkemm sas-snin sebghin tas-seklu ghoxrin dawn il-fdalijiet kienu weqfin f’nofs ix-xaghri, illum jinsabu ftit passi ‘l boghod miz-zona mibnija u residenzjali.
Fdal iehor li jmur lura ghal Zmien il-Bronz u li kien instab fl-inhawi ta’ Santa Margerita kien sajlo ghall-hazna taz-zrieragh bhal xghir u qamh. Imur lura ghal madwar is-sena 1000 q.K. u li wara gie integrat go qabar Fenicju li thaffer madwar is-sena 750 q.K.23
Id-dolmenijiet
(p.20) Dolmen minn grupp originali li kienu jinsabu f’Wied Filep (fiz-Zona Santa Margerita) – minnhom illum baqa’ tnejn.
Dolmen hi kelma li gejja mill-Comish (doel li tfisser toqba jew tol li tfisser mejda u men li tfisser hagra). Gew imsejhin hekk ghax tassew li maghmulin qishom mejda kbira, maghmula minn hagra kbira hafna imsaqqfa fuq hagar iehor wieqaf, u fin-nofs hemm toqba. Jidhru qishom hagra b’toqba fin-nofs.
Kienu jahsbu li f’Malta ma hawnx dolmenijiet, sakemm l-Professur Napuljun Tagliaferro sab l-ewwel wiehed fix-xaghra li ghadna kif semmejna. Ghad hemm ritratt tieghu bid-data ta’ Novembru 1908, meta ntsabu dawn id-dolmenijiet. Tagliaferro fl-fatt sab tliet dolmenijiet vicin ta’ xulxin.24
Ghad li bhalma ghedna, il-Professur Tagliaferro kien l-ewwel wiehed li tkellem fuq d-dolmen il-kbir tal-Mosta25 dawn iz-zminijiet dan id-dolmen jissemma’ kemm-il darba fit-taqsima tal-Preistorja ta’ kotba li qed johorgu f’Malta ghax hu wiehed mill-ahjar ezemplari li ghandna.
Id-dolmen il-kbir, maghruf bhala ‘il-Girna tal-Blata’,26 hu kollu maghmul mill-Qawwi ta’ Taht, bhall-blat ta’ tahtu. Il-hagra l-mimduda ghandha erba’ gnub, imma m’humiex kollha ta’ tul wiehed, u lanqas ma hija kullimkien hxuna wahda. L-itwal genb ghandu tul ta’ 3.96 metri, bil-wisgha jlahhaq mal-1.83 metri u l-hxuna ggib 0.61 ta’ metru.
(p.18) Din il-hagra hija mimduda fuq zewg hagriet ohra, wahda taht kull ras. Dawn il-hagriet, bejn wiehed u iehor, fihom medda ta’ 1.37 metri, bi hxuna ta’ 0.46 ta’ metru u gholi ta’ 0.91 ta’ metru.
L-gholi ta’ dan il-’baldakkin’ preistoriku huwa mal-1.22 metri ‘l fuq minn wicc l-art fuq in-naha ta’ quddiem u jizzerzaq 'l isfel fuq gewwa.
Jaghtik x’tahseb li l-hagra l-kbira kienet bicca maqtugha wehidha mill-art ta’ tahtha u mbaghad refghuha ghal fuq il-hagar il-weqfin.
Id-dolmen l-iehor li qieghed fl-istess xaghra mhux kbir u sabih bhal ta’ l-ewwel, imma lanqas hu ta’ min iwarrbu, kif jidher mill-qisien tieghu. L-itwal naha tlahhaq it-3.05 metri, il-wisa’ hu madwar 2.13 metri u l-hxuna madwar 0.46 ta’ metru. Din il-hagra ghandha tarf wiehed fuq hagra ohra baxxa li tgholliha ftit aktar minn 0.61 ta’ metru minn wicc l-art. Min-nahiet l-ohra qieghda tistrieh fuq il-blat ta’ tahtha. Kienu jahsbu li dawn id-dolmenijiet kienu artali, imma llum jahsbu li d-dolmen kienet isservi bhala xorta ta’ post ghad-dfin li ghalhekk ghandhom x’jaqsmu ma’ l-oqbra megalitici ta’ l-Ewropa tal-Punent.27
Noti u Riferenzi
- (p.19) Ara per ezempju, A.P. Vella, Storja ta’ Malta, i (Malta, 1974), 9-28.
- Ara per ezempju, D.H. Trump, Malta Prehistory and Temples (Malta, 2002), 23-53.
- Ara per ezempju, H. Lewis, Ancient Malta A Study of Its Antiquities (Bucks, 1977), 19-22.
- Ara per ezempju, Trump (2002); K. Mayrhofer, The Prehistoric Temples of Malta and Gozo: A Description by Prof. Sir Themistocles Zammit (Malta, 1997).
- Tajjeb jinghad li mhux l-arkeologi kollha jaqblu li dawn huma ta’ dak il-perjodu u hemm min jghid li saru aktar tard fl-lstorja.
- Ghal aktar hsibijiet fuq dawn ir-raddet ir-roti ara, D.H. Trump, Malta: An Archaeological Guide (Malta, 1990), 31-5.
- Ara: ‘Cart-tracks,’ Antiquity (March, 1928); T. Zammit, Cart-tracks in Malta (Malta, 1931).
- Din kienet il-konkluzjoni ta’ E.B. Vella. Il-kwistjoni ta’ kif setghu saru dawn il-kanali u jekk kinux permezz ta’ xi forma ta’ slitta jew karettun, tibqa’ mistoqsija li s’issa ma sibniex risposta ghaliha. Anki kif kienu jigu migbuda dawn il-’karrettuni’ jew slitti ghadha mistoqsija mhux mwiegba. Trump (1990), 34-5, isostni li tant ma nafu xejn fuq il-mod tal-gbid li kulhadd jista’ jasal ghall-konkluzjoni li jrid. Hu, b’mod ironiku, jghid li sahansitra setghu kienu migbuda minn xi qatgha wizz itir!
- Trump (1990), 33, u Lewis, 63-4, jikkonkludu li dawn ir-raddi jmorru lura sa Zmien il-Bronz (2,400-700 Q.K.).
- Din hi kelma li Vella qieghed juzaha biex ifisser thaffir, jew erozjoni, tal-gandotti jew raddi.
- Din kienet il-konkluzjoni ta’ E.B. Vella. Daqs kemm seta’ kellu ragun daqshekk iehor seta’ ma kellux ghax li tghid li dak li kien jingarr l-aktar ta’ spiss kienet il-hamrija ma hemm l-ebda prova ghaliha. Fil-ktieb tieghu E.B.Vella jargumenta li wasal ghal din il-konkluzjoni ghax: “F’wahda mill-vetrini tal-Muzew tinsab bicca hagra mnaqqxa li kienet misjuba mal-fdalijiet tal-Tempji ta’ Hal Tarxien. Ikollna nghidu li t-tinqix li hemm fuqha ma jurix hag’ ohra hlief moghdija hofor tar-roti, u fuq kull naha ta’ din it-triq jidhru mqassmin ghelieqi, li dak li ghamilha ried juri li kienu b’wicc ta’ qamh, xghir, jew xi prodott iehor li mar-rih jaghmel bhal mewg.’ Ara E.B. Vella et. al. Storja tal-Mosta bil-Knisja Taghha (Malta, 1972 / 1986), 14, nota n. 2.
- Ara, T. MacGill, A Handbook or Guide for Strangers Visiting Malta (Malta, 1839), 124. A. Mayr (1868-1924), arkeologu Germaniz li studja l-Preistorja ta’ Malta qal li mudell ta’ dan il-hajt kien maghmul minn Petit Radal u kien jinsab fost il-mudelli tal-hitan ciklopici fil-Librerija Mazarin ta’ Parigi.
- G.N. Godwin, A Guide to The Maltese Islands (Malta, 1880), 216.
- A. Preca, Malta Cananea (Malta, 1904), 576.
- G.F. Abela u G.A. Ciantar, Malta Illustrata, ii, not. i. VIII (Malta, 1772-80).
- Librerija Nazzjonali ta’ Malta, MS. 614 Tav. XI. Fig. 42 u 43; Tav. XVI. Fig. 70. Ara wkoll F. Galea, Malta fdal Atlantis (Malta, 2002) fuq dan is-suggett u fuq il-hsibijiet ta’ Giorgio Grognet.
- Antiquity (June 1929), 222. L-ghalqa kienet tal-Markiz D. Testaferrata Bonici Ghaxiaq
- M.A. Sant, ‘Wirt arkeologiku fil-Mosta u madwarha,’ Filarmonika Santa Marija Mosta, Programm tal-Festa 1993 (Malta, 1993), 22, li jikkwota lil J.D. Evans, The Prehistoric Antiquities of the Maltese Islands: A Survey (London, 1971), 28.
- M.A. Sant, ‘Mosta through the ages,’ L.J. Scerri (ed.), Mosta: the heart of Malta (Malta 1996), 19; Evans. 28
- A. Guillaumier, Bliet u Rhula Maltin, ii (Malta, 1987), 530.
- Sant (1993), 22; Evans, 28.
- Sant, ibid., Evans, 37.
- A. Spiteri, ‘L-Oqbra Punici fix-xaghri ta’ Santa Margenta,’ G. Cassar, M.D Schembri u A. Spiteri (ed.), Il-kelma li tmantni lir-ruh: Antologija ta’ kitbiet minn awturi Mostin (Malta, 2004), 138, 140.
- D. Sciberras, ‘The Maltese Dolmens,’ A. Mifsud u C. Savona Ventura (ed ), Facets of Maltese Prehistory (Malta, 1999), 102.
- Ara, T. Ashby, Megalithic Building, 8; T. Eric Peet, Rough Stone Monuments, 108
- Sant (1996), 19.
- Trump (2002), 276.
Kapitli ohra mill-ktieb
- Konsiderazzjonijiet tal-bidu.
- Iz-zmien Preistoriku (c. 5000 q.k. - c. 700 q.k.).
- Iz-zmien Fenicju-Kartaginiz (c. 700 q.k. — c. 218 q.k.).
- Minn zmien ir-Rumani sal-hakma ta’ l-Gharab (218 q.k.-1091 w.k.).
- Iz-zminijiet tan-Nofs (1091 - 1530).
- Mill-wasla ta’ l-ordni ta’ San Gwann sa l-Assedju l-Kbir (1530 -1565).
- Mons. Dusina, it-twaqqif tal-Parrocca, u l-bini tal-Knisja Parrokkjali (1575 -1619).
- Is-seklu sbatax - hajja kwieta imma mhux minghajr inkwiet (1600 -1699).
- Is-Seklu Tmintax -komunita li tikber u tizviluppa (1700 -1798).
- Il-hakma Franciza u l-qawmien tal-Maltin (1798 -1800).
- Seklu shih taht hakma Ngliza (1800 - 1899).
- Il-bini tar-Rotunda tal-Mosta.
- Ir-Rotunda - xi dettalji teknici u diskussjoni.
- Is-seklu Ghoxrin sat-tieni gwerra dinjija.
- Mit-Tieni nofs tas-Seklu Ghoxrin sal-lum (1946 - 2007).