IL-MOSTA, IL-MOSTIN U R-ROTUNDA TAGHHOM MATUL IZ-ZMINIJIET
George Cassar, Joseph G.M. Borg
Pubblikazzjoni tal-Kunsill Lokali Mosta f'gheluq l-400 sena parrocca, fl-2008.
Dan il-ktieb interessantissimu msejjes fuq il-ktieb ta' E.B. Vella imma jidhol f'aktar dettalji jinxtara mill-Kunsill Lokali. Din il-verzjoni digitali taf fiha xi differenzi mill-original minhabba problemi waqt l-iskanjar li minhabba r-rizorsi limitati ma kellix cans nivverifika ghal kollox u hi raguni ohra ghala wiehed ghandu jmur dirett ghall-ktieb meta jigi biex jiehu riferenzi minnu.
Kap. 6 - Mill-wasla ta’ l-Ordni ta’ San Gwann sa l-Assedju l-Kbir (1530 -1565)
L-Ordni ta’ San Gwann
(p.53) Fit-23 ta’ Marzu 1530, l-Imperatur Karlu V iffirma l-att fejn halla lil Malta u l-kastell u l-belt ta’ Tripli f’idejn l-Ordni ta’ San Gwann ta’ Gerusalem. Il-Kavallieri talbu numru ta’ koncessjonijet li jidhru li gew milqugha u ghalhekk iffirmaw l-att ta’ donazzjoni fil-25 ta’ April 1530. Dan ghamluh kontra qalbhom ghax huma xtaqu li jiehdu biss lil Malta.1
In-nies ta’ l-Universitas (il-gvern lokali ta’ Malta) kienu korretti meta hasbu li dawn il-kavallieri kienu sejrin inehhu l-libertajiet u l-privileggi kollha li kienet qalghet Malta sa dak iz-zmien, u ghalhekk ghamlu kemm setghu biex l-art taghhom ma tigix moghtija lill-Ordni. Imma l-Imperatur kien jaghmel kif jaqbillu u ma kienx sejjer joqghod fuq id-dokumenti ta’ dawk ta’ qablu. Mill-banda l-ohra d-deputati ta’ l-Ordni halfu li l-privileggi kollha li kellhom il-Maltin ma kinux sejrin jittiefsu.
Intant, fis-26 ta’ Ottubru 1530 wasal Malta il-Granmastru L’Isle Adam mal-kavallieri tieghu u qaghdu fil-Birgu, bil-Knisja ta’ San Lawrenz bhala knisja konventwali ta’ din l-Ordni Ospidaliera.
Jista’ jkun li dawk il-Mostin li kellhom xi ftit taghlim kienu hadu sehem f’dak li sar, imma n-nies tax-xoghol u l-bdiewa ma kinux jifhmu f’dak li kien qieghed jigri, u hu probabbli li l-ewwel darba li raw lil dawn il-kavallieri kien fit-13 ta’ Novembru ta’ l-istess sena meta L’lsle Adam dahal b’festa liema bhalha gewwa l-belt ta’ l-Imdina biex jiehu l-pussess bhala l-ewwel granmastru ta’ Malta. F’dik is-sena il-gvern lokali kien jikkonsisti mill-kaptan tal-virga, Leonardo Calalva, u mill-gurati Paolo de Nasi, Lorenzo Baglio, Antonio Rapa u Nicold Laureri.2
L’lsle Adam kien l-ewwel wiehed li nehha mid-drittijiet ta’ l-Universitas, meta huwa holoq gvern iehor u qasam it-tmexxija tal-gzira fi tnejn. Il-bicca tal-punent li kienet maghmula mill-lmdina, bil-parrocci tan-Naxxar, Birkirkara, is-Siggiewi u Haz-Zebbug, kellhom jibqghu kif kienu taht il-hakem ta’ l-lmdina. Il-bicca tal-lvant li kellha fiha l-Birgu, bil-parrocci taz-Zejtun, iz-Zurrieq, Birmiftuh (il-Gudja) u Hal Qormi, gew imqeghdin taht l-Universitas tal-Birgu li kienet se tkun maghzula mill-istess granmastru. Ghalhekk il-Mosta, bhala parti mill-parrocca tan-Naxxar baqghet taht il-gvern immexxi mill-lmdina.
Ghall-ewwel snin tal-hakma ta’ l-Ordni ftit li xejn inbidel fil-hajja Maltija b’mod generali. Kulhadd, specjalment in-nies komuni, baqghu ghaddejjin bil-hidma taghhom tas-soltu. Dan ghaliex Malta, bhal hafna gzejjer ohra tal-Mediterran, sa dan iz-zmien kienet f’dinja ghaliha, maqtuha minn kulhadd. Kellha t-tradizzjonjiet taghha, l-ilsien taghha, u l-ekonomija arkajka taghha. Malta kienet gzira ta’ madwar 20,000 ruh, popolazzjoni li flus kellha mill-inqas, bi prestigju baxx u b’poter negligibli.3
Il-kursari u t-Torok
Mal-wasla ta’ l-Ordni, ma’ l-ghedewwa li kellha Malta taht il-forma tal-hallelin tal-bahar, zdiedu ohrajn li kienu kontra l-Kavallieri ta’ San Gwann, li issa kienet ghamlet lil Malta l-bazi taghha. Dawk kienu zminijiet ta’ glied qalil bejn l-Insara u l-Misilmin. Ghalhekk issa, dawn l-attakki, bhal dak li sar fuq il-Mosta fl-1526, bdew aktar jihraxu ghaliex, barra milli kienu jigu l-furbani biex jisirqu, issa kienu jigu wkoll dawk li kienu jaraw lil Malta bhala ghadu kbir.
Sa ma gie l-attakk kbir ta’ l-1551, is-sibbien mill-Afrika ta’ Fuq kienu diga attakkaw lil Malta u (p.54) Ghawdex tmien darbiet mill-1530. Il-bicca l-kbira ta’ dawn l-attakki kienu mmexxija mill-kursar maghruf Dragut.4
Fit-18 ta’ Lulju 1551, waslu Malta 145 xini Torka, li nizzlu n-nies u bdew jisirqu mill-kampanja. Il-forza Musulmana taht it-tmexxija ta’ Sinan Paxa u Dragut nizlet l-art u tat daqqa t’ghajn tajba lill-fortifikazzjonjiet godda li kienu gew imwaqqfa mill-Ordni f’Sant’ Anglu. Baqghu tilghin lejn l-Imdina fejn qaghdu ghal xi hin jitlajjaw fil-vicinanzi taghha. Wara qatghuha li jattakkaw il-gzira gara ta’ Ghawdex li kienet zgur inqas fortifikata minn Malta. Hemm ghamlu herba shiha u kaxkru fl-iskjavitu kwazi l-popolazzjoni kollha.5
Hi haga zgura li l-abitanti ta’ Malta, u b’mod specjali dawk fil-hâra ta’ l-lmdina, tathom rashom u grew lejn il-kenn ta’ l-ibliet fortifikati (li dak iz-zmien kienu biss il-Birgu u l-lmdina). Ma jistax jonqos li popolazzjoni tinhakem minn biza kbir meta tikkonsidra li l-forza Torka kienet tlahhaq ma’ l-10,000 gellied u d-difiza ta’ Malta kienet maghmula minn 800 ragel biss! Fuq kollox, hekk kien isir kull meta l-gzira kienet tigi attakkata minn xi ghadu. In-nies tal-Mosta, kienu fost dawk li rhewla ghall-Imdma jew inkella marru jsibu kenn x’imkien ‘il boghod mill-avvanzata ta’ l-ghadu. L-art ta’ madwar il-belt Maltija giet misruqa minn dak kollu li seta’ jitkaxkar ghal fuq l-igfna tal-kursari.
Jghidilna Sutherland li minn kull fejn ghadda l-ghadu Tork halla distruzzjoni warajh u ma kienx hemm rahal wiehed jew ghalqa mizrugha li ma gewx distrutti matul it-triq lejn l-lmdina. Fl-lmdina kien hemm numru kbir ta’ rahhala imma ftit li xejn kavallieri biex jaghtuhom direzzjoni.6 Fost ir-rahhala fl-lmdina bla dubju kien hemm hafna Mostin meta tikkonsidra l-vicinanza tar-rahal lejn din il-belt fortifikata.
L-Assedju l-Kbir
ll-migjiet tal-Musulmani li semmejna kienu ta’ biza’ li jkexkex, imma ma kienu xejn hdejn il-qilla ta’ l-Assedju l-Kbir. Drabi ohra dawn l-ghedewwa gew u ghamlu attakk, serqu, iggieldu, imma wara ftit, telqu; imma issa gew biex jaghmlu gwerra kif imiss u biex jeqirdu darba ghal dejjem minn Malta dik l-Ordni li kienet hekk thabbathom, u maghha dawk il-Maltin l-ohra li kienu lesti biex ihallu hajjithom ghar-Religjon u ghal arthom.
It-thejjija ghal attakk qawwi mit-Torok kien beda minn hafna qabel. Bejn ix-xoghfa ta’ l-attakk ta’ l-1551 u li l-Ordni kien ilu jaf li xi haga ta’ qies kbir kienet qed tinhema mis-sultan Ottoman, it-thejjijiet kienu ilhom li bdew. Il-fortifikazzjonjiet gew imsahha u ghal dan ix-xoghol ipprovdew ix-xoghol taghhom l-irgiel, in-nisa u t-tfal tal-gzira. Barra dan, l-irgiel kollha li kienu jifilhu gew organizzati f’kumpanniji tal-milizzja taht il-kmand ta’ kavallieri.7
It-tiri tal-kanuni mill-lmdina li nstemghu fl-ghodwa tal-Gimgha, 18 ta’ Mejju 1565, kienu qed jaghtu l-ahbar hazina li dehret l-armata Torka u li ghall-imsejkna Mostin, u ghal huthom il-Maltin l-ohra, dan ma setghax ikun hlief bhal ahbar tal-mewt. Tassew li f’Malta kulhadd kien fl-istess sitwazzjoni f’dan l-avveniment, imma zgur li l-Mostin kienu fost dawk migdumin fil-laham il-haj wara l-grajja qalila ta’ Ra’is Sinan li kienet grat fl-1526. Ma kienx ilha hlief disgha u tletin sena u hafna, bla dubju, kienu ghadhom jiftakruha sewwa.8
(p.55) Dawk l-irgiel tal-Mosta li kienu jaghmlu parti mill-forzi armati telqu jigru biex jaqbdu l-armi u jmorru mar-rigment taghhom, ir-rigment tan-Naxxar. L-ohrajn harbu ghal kenn tas-swar ta’ l-Imdina. Jista’ wiehed jahseb fit-tbatija li sofrew dawk in-nisa ikarkru t-tfal zghar taghhom u l-ohrajn li ma kinux jifilhu ghat-telgha lejn l-Imdina, meta kienu jafu mill-Granmastru La Valette li din id-darba t-Torok kienu gew b’diterminazzjoni hekk kbira. Kienet xena ta’ tahwid u tneghid bhal dik li tidher biss qabel xi katastrofi li tara gejja fuqek.
Kulhadd ha dak li seta’ ghal gewwa s-swar ta’ l-Imdina, u hekk ukoll dahhlu maghhom dawk il-bhejjem li setghu, u fir-rahal ma hallew xejn li jista’ jiswa ghall-ghixien ta’ l-ghadu.
Il-kumpanija tan-Naxxar kienet iffurmata minn irgiel min-Naxxar stess, u mill-Mosta, Hal Gharghur, l-lmgarr u l-Mellieha. Dan ir-rigment kien maghmul minn 590 ruh inkluz dawk tal-kavallerija. Il-kaptan taghha kien Fra Jean de Lugny, kavallier mill-Venerabbli Lingwa t’Alvernja.9 Fost il-kumpaniji tal-cappelle din kienet it-tielet l-akbar fl-ghadd tan-nies u kienu jghadduha biss dik ta’ l-lmdina (li kienet tinkludi wkoll ir-Rabat u Haz-Zebbug) u l-ohra ta’ Birkirkara (li maghha kellha lil Hal Qormi). Fl-1565 il-milizzja Maltija kienet giet riorganizzata f’seba’ rigmenti principali jigifieri dawk ta’ l-Imdina, Birkirkara, in-Naxxar, iz-Zejtun (maghruf bhala Santa Katerina), Birmiftuh (‘il quddiem maghrufa bhala Hal Luqa), iz-Zurrieq, u s-Siggiewi. Kull rigment kien taht il-kmand ta’ kaptan li kellu r-residenza tieghu fl-istess rahal li tieghu kien il-kmandant. Dak tan-Naxxar (li mieghu kienet taghmel il-Mosta) kellu l-kwartieri tieghu fit-Torri tal-Kaptan li kien inbena matul ir-renju tal-Granmastru La Vallette ghal dan l-iskop.10 Dan it-torri, li minnu kienu johorgu d-direzzjonijiet ghar-rigment, jinsab faccata tal-Kappella ta’ San Pawl tat-Targa fin-Naxxar.
Dawn il-kumpaniji tal-parrocci kienu mqassmin ghas-servizz min fl-lmdina u min fil-fortizza ta’ San Mikiel (l-lsla); ghax il-fortizzi ta’ Sant’ lermu u ta’ Sant’ Anglu (fejn kien La Valette) gew imhollija kollha f’idejn il-kavallieri. Mill-kumpaniji tal-parrocci, il-kontingenti tan-Naxxar, ta’ Bormla u tas-Siggiewi, gew mill-ewwel mibghutin fil-Forti San Mikiel, fejn kien hemm ukoll hafna suldati ohra Taljani u Spanjoli, taht il-kmandant Taljan l-Armirall Del Monte. Il-Mostin, mal-kumpanija tal-matrici taghhom, kellhom jiehdu hsieb il-bicca sur li jhares lejn Kordin, u li kien jibda mill-posta ta’ Bormla sal-gnien tal-granmastru.11 Dan juri li l-kumpanija maghmula min-Naxxarin, Mostin, Gharawrin u Mgarrin, kellha mill-ewwel f’idejha bicca mill-fortifikazzjonijiet fejn il-glied kien ahrax.
Glied fil-vicinanzi tal-Mosta
Billi l-Mosta kienet fil-vicinanzi ta’ l-lmdina fejn kien hemm stazzjonata l-kavallerija Maltija, dan ir-rahal kien milhuq tajjeb mit-truppi ta’ l-Ordni. Gara ghalhekk li saru numru ta’ taqbidiet fl-inhawi tal-Mosta. Ghalkemm il-glied sar hawn, dan ma jfissirx li r-rahhala Mostin kienu involuti direttament fit-taqbid. Ir-rahal fix-xhur ta’ l-Assedju kien battal min-nies. Dawn kienu qed jistkennu fl-lmdina u ghalhekk abbandunaw djarhom, l-ghelieqi u kull proprjeta ohra li kellhom. Mill-banda l-ohra kull parti tar-rahal batiet it-tkissir, il-hruq, is-serq, u kull forma ohra ta’ hsara li matul it-tliet xhur ta’ l-Assedju l-Kbir bil-mod il-mod farrku lil dak ir-rahal. Dan nafuh minn deskrizzjoni ta’ l-epoka fejn Viperano jghid li meta r-rahhala Maltin regghu lura lejn l-irhula taghhom dawn sabu l-ucuh tar-raba’ mharrbta, il-hitan mgarrfa, u l-irhula misruqa u rrovinati.12
F’wahda mit-taqbidiet bejn it-truppi Torok u t-truppi ta’ l-Ordni taht il-kmand tal-Kaptan Guaras (jew d’Eguaras, Eguaras), sittin suldat fuq iz-zwiemel mill-lmdina flimkien ma’ numru ta’ arkibussieri attakkaw l-ghadu li kien qieghed ifittex l-ikel Fir-rahal tal-Mosta. Is-suldati Maltin irnexxielhom jaqbdu u joqtlu numru ta’ Torok.13
(p.56) Il-Kaptan Fra Melchior Guaras kien ta’ kuljum ikollu taqbid zghir mat-Torok fil-perjodu ta’ bejn l-ahhar granet ta’ Mejju u l-bidu ta’ Gunju. Il-kavallenja kienet tohrog mill-lmdina u thuf fil-kampanja Maltija u gieli anki nizlet lejn il-Marsa. F’wahda minn dawn l-operazzjonijiet militari, fit-30 ta’ Mejju 1565, il-kavallerija interveniet wara rapport li t-Torok kienu qabdu merhla nghag u merhla ohra baqar. Guaras kellu jattakka lill-ghadu u fl-istess hin jipprotegi xi rahhala li kienu hargu mill-lmdina biex jigbru xi prodotti mill-ghelieqi. Saret taqbida qalila hdejn il-Mosta u t-Torok kellhom jabbandunaw kull ma kienu hatfu u harbu. Il-kavallerija, mghejjuna mill-arkibussieri, qatlu, ferew jew qabdu, numru ta’ Torok. L-lnsara wkoll kellhom il-mejtin jew feruti tagfihom, inkluz il-Kaptan Guaras innifsu. F’din l-azzjoni jissemmew tliet Maltin esperti fl-irkib taz-zwiemel. Dawn kienu Luca Briffa, Carlo D’Avola u Ceilo Tonna.14
Dwar din il-battalja tat-30 ta’ Mejju, jaghti hafna dettalji l-kittieb Giacomo Bosio, li kien storiku ta’ l-Ordni. Bosio jirrakkonta li harab mill-lmdina Isir iswed li kien mghammed u Itaqa’ ma’ wiehed li kien jafda fih Mustafa Baxa. L-ilsir qallu li fl-ghenen in-naha tax-xatt ta’ Rdum tal-Madliena, f’dik il-bicca li thares lejn il-lbic, kien hemm mohbijin hafna Maltin. L-iehor gie afdat b’400 suldat minn Mustafa (il-kmandant tat-truppi Torok) u telaq bihom ghal dak il-post biex jahtaf lil dawn il-Maltin. Imma fallielu ghaliex hekk kif wasal sab li l-madwar mitt Malti, li suppost kien hemm f’dawk l-ghenen, kienu telqu.
Meta raw dan l-400 Tork, xtaqu jiehdu xi haga ohra, u gara li huma u gejjin lura, xi tliet mili boghod mill-lmdina, iltaqghu ma merhla baqar u nghag. Qabduhom u mexxewhom quddiemhom fid-direzzjoni ta’ fejn kienet qieghda l-armata Torka.
Il-Kaptan Eguaras bi 80 ragel tal-kavallerija, kien hareg fil-kampanja biex jindokra lill-Maltin li kienu marru fuq il-qieghat taghhom biex igibu lejn il-belt (l-lmdina) il-qamh li kienu hallew hemm meta telqu. Hekk Itaqa ma’ l-400 suldat ta’ l-ghadu li minnhom xi 50 kienu bl-armi tan-nar u l-bqija kienu armati bl-ark u l-vlegga. Il-Kaptan Eguaras ra li f’dawk il-postijiet ristretti hu u l-kavallerija tieghu ma kinux jistghu jimmanuvraw kif iridu minhabba t-tghawwig tat-trejqat u l-art hazina ghaz-zwiemel. Ghalhekk baghat jitlob lill-Kmandant Mesquita, il-kaptan ta’ l-armi tal-Imdina, biex jibghatlu l-ghajnuna tal-fanterija. Sadattant, ordna lil 40 bl-arkibusi biex jismontaw minn fuq iz-zwiemel taghhom, u wara li sabu postijiet tajbin, tahom l-ordni biex jaffrontaw it-Torok, filwaqt li hu, bil-bqija tal-kavallerija, qaghad fuq wara jaghtihom l-ghajnuna kollha li seta’.
It-Torok hallew il-merhla ta’ baqar u nghag, li kienu hatfu minn taht l-lmdina, fidejn tletin suldat minn taghhom biex jibqghu sejrin bihom, filwaqt li s-suldati l-ohra nghaqdu fi skwadra taht tliet bandieri, u rhewla b’girja ghal fuq is-suldati ta’ Malta u, b’rabja kbira, sparaw ghal fuqhom kwantita kbira ta’ vleggeg.
It-truppi Maltin ma qatghux qalbhom imma zammew maghqudin kif setghu u baqghu jisparaw fuq l-ghadu bit-tama li tasal l-ghajnuna. Wara li kien ilhom mhux hazin imqabbdin ma’ l-ghadu, bil-biza’ li jkunu mirbuha u meghluba, waslu fl-ahhar 80 suldat armati b’armi tan-nar taht il-Kaptan Fra Giovanni Vagnone, li kien ha sehem fil-Gwerra ta’ Piemonte u li kien jaf ix-xoghol tieghu sewwa. Vagnone bil-kumpanija tieghu, marru nhbew baxx baxx fil-Mosta, bil-mohbi ta’ l-ghadu, li f’dak il-hin kien beda diehel fir-rahal minn naha ohra.
Il-Kaptan Eguaras kien jaf li ghandu l-ghajnuna fil-Mosta, u ghalhekk ghamel ta’ bir-ruhu li jrid jirtira, u gieghel lis-suldati tieghu jirkbu z-zwiemel.
Meta t-Torok raw dan, telqu ghal warajhom b’sahha kbira u baqghu sejrin sakemm sabu ruhhom in-naha l-ohra tar-rahal, fejn kien hemm mohbi wara l-hitan il-Kaptan Vagnone bl-arkibussieri tieghu.
Hekk kif dehru t-Torok, is-suldati ta’ Vagnone fethu n-nar fuqhom. It-truppi ta’ l-ghadu ma kinux qed jistennewha din l-azzjoni, u ghalhekk ftit minnhom inqatlu u l-ohrajn thawdu.
Billi fejn kienu jinsabu kien hemm ftit art wita minghajr xkiel ta’ hitan, il-Kaptan Eguaras seta’ jimmanuvra l-kavallerija ahjar, u hemm biex iheggeg lin-nies tieghu, hu stess, mal-Kommendatur Barrese, kienu l-ewlenin li nxtehtu f’nofs it-truppi ta’ l-ghadu, u bdew iqabbzu z-zwiemel fuqhom u jferuhom bil-lanez u armi ohra li kellhom f’idejhom. Dlonk marru warajhom il-Kavallieri Fra Vincenzo Anastagi, (p.57) Perugin, Fra Bernardo da Cabrera, Katalan, Fra Giovanni de Barbisieres, sottu kavlarizz tal-granmastru, Fra Tomas d’Espinosa, Kastiljan (li laqtitu vlegga fil-pexxun ta’ siequ, u baqghet hierga minn naha l-ohra), u Fra Girolamo Marziglia, Aragoniz (li l-azzjoni tieghu hargitu bl-unuri). Mal-kavallieri kien hemm ukoll Maltin, li kienu abbli hafna biz-ziemel billi kienu aktar imdorrijin isuquhom; dawn kienu Carlo D’Aula, Ceilo Tonna, iben Paolo Nicciolo, Luca Briffa, imlaqqam Gerci, u certu Grieg, Michele Calli.
Dawn kienu l-irgiel li, b’kuragg kbir, inxtehtu l-ewwel fuq it-Torok, u hekk kif rawhom, shabhom l-ohra ntefghu wkoll fuq l-ghadu u helsu mit-tigrif lill-Kaptan Eguaras li vlegga kienet feritlu I’id li biha kien izomm l-lanza, u kien ga mdawwar mill-ghedewwa. Magenbu kellu dejjem lill-Kommendatur Barrese u lill-Kaptan Fra Giovanni Lugny Borgognone, li wara li sfrattalu z-ziemel ta’ tahtu, wera l-kapacita u qlubija tieghu anki smontat.
Il-kavallerija u l-fanterija Maltija baqghu jaghfsu lill-ghedewwa li ghalhekk qatlu hafna minnhom. Kien ghalhekk li t-Torok harbu lejn ix-xatt fejn dehru 80 xini minn taghhom. It-truppi Maltin hasbu li dawn kienu sejnizzlu aktar gellieda l-art u ghalhekk irtiraw lura lejn l-lmdina, kuntenti bil-merhla bhejjem li kienu hatfu lura, u l-istandart Tork li mexxielhom jirbhu.
F’din il-glieda jinghad li nqatlu 200 Tork, barra minn dawk li waqghu prigunieri u li kieku ma kienx minhabba l-hafna hitan li kien hemm f’dan il-lok, kieku ftit minnhom kien jifdal.
Min-naha l-ohra rebha bhal din ma setghetx issehh minghajr it-tixrid ta’ demm min-naha Maltija wkoll. Fil-fatt baqghu mejtin tmien suldati, u hafna ohra gew feruti, barra milli nqatlu 17-il ziemel u 15 ohra li ma baqghux tajbin izjed ghall-uzu tal-gwerra.15
Hawn mhux il-post li nezaminaw dak li gara, gurnata b’gurnata fl-bqija ta’ Malta tul l-Assedju l-Kbir ghax dan ma dahlitx fih b’mod dirett il-Mosta. Insemmu biss li wara li waqa’ l-Forti Sant’ lermu (fit-23 ta’ Gunju) f’idejn it-Torok, dawn dawru l-qilla taghhom kollha fuq San Mikiel. Ma nistghux naghtu l-intietef kollha fuq il-kumpanija tal-milizzja li kienu jaghmlu parti minnha l-Mostin, imma hu probabbli hafna li nqisu li huma ghamlu l-parti taghhom biex minn fuq is-swar ta’ l-lsla jilqghu l-attakki tas-suldati tan-Nofs Qamar, u li hafna minnhom, ma’ shabhom l-ohra, hallew hajjithom biex l-ghadu qatt ma jirnexxielu jitfa’ riglejh fuq il-bicca art li huma kellhom jiddefendu. Xejn ma swielu l-ghadu li ghamel hiltu bl-ahrax fl-attakk il-kbir ta’ l-lsla tal-15 ta’ Lulju, u l-attakki li baqghu jsiru wara.16
Mosti fil-kavallerija
Jidher li fost il-membri Maltin tal-kavallerija ta’ l-Ordni li kienu stazzjonati l-lmdina kien hemm certu Girolamo Camenzuli li kien imlaqqam Zajfi. Dan Camenzuli jissemma’ b’ismu waqt wahda (p.58) mit-taqbidiet li l-forzi ta’ l-Ordni kellhom ma’ l-ghadu Tork fil-vicinanzi ta’ l-lmdina. Gara li waqt li il-Kaptan Salazar li kien gie Malta biex jara b’ghajnejh stess is-sitwazzjoni attwali kien ta’ spiss idur mal-kampanja Maltija. Nhar il-11 ta’ Awissu, Pjali b’5,000 suldat tal-fanterija u 25 tal-kavallerija kien tiela’ lejn l-lmdina. Salazar u t-truppa tieghu ma ttendewx bihom u spiccaw maqtughin mill-lmdina. Ghalhekk iddecidew li jinqasmu f’erba’ gruppi u kull grupp erhielha f’direzzjoni differenti. L-aktar rikkieba kapaci, flimkien ma’ Salazar, il-Kaptan Fra Jean de Lugny (li kien il-kmandant tal-milizzja tal-cappella tan-Naxxar li maghha kienu jaghmlu t-truppi Mostin), u l-Kaptan Fra Vincenzo Anastagi, ippruvaw jilhqu s-swar ta’ l-lmdina. Waqt li kienu qeghdin jippruvaw din il-mossa gew attakkati mit-Torok u tilfu xi nies. Salazar stess helisha minn halq il-mewt biss minhabba intervent pront u kuragguz tas-suldat tal-kavallerija Malti, Girolamo Camenzuli.17
Issa kif ghedna dan Camenzuli kien maghruf bhala Zajfi, u dan il-laqam hu marbut fil-Mosta ma kappella li nbniet fl-1607 flok ohra eqdem. Din hi l-Kappella ta’ l-Assunzjoni ta’ Marija li tinsab fil-Bezbizija, mibnija minn Dott. Gio. Maria Camenzuli li kien appunti mlaqqam Zeifi.18 Il-familja Camenzuli jidher li kienet ilha marbuta mal-Mosta mill-inqas sa mis-seklu hmistax ghax fil-listi tal-milizzja ta’ l-1419-20 u ta’ l-1425 jidhru zewgt irgiel b’dan il-kunjom.19 Nafu wkoll li skond il-lista tal-milizzja ta’ l-1419-20, Nuzu Camenzuli kellu jipprovdi ziemel jew baghal ghas-servizz ta’ l-ghassa max-xtut.20
Dwar il-laqam Zaifi jew Zeifi, Wettinger jaghti sors mill-atti notarili tan-Nutar G. Buttigieg ta’ l-20 ii.1539 fejn kien hemm imsemmija ghalqa fil-contrata Tal-Ghar. Wettinger ma jaghtix post preciz ghal din il-proprjeta imma jghid biss li forsi kienet vicin Hal Gharghur u li ‘Zajfi’ kien xi forma ta’ laqam.21 Erin Serracino-lnglott hu aktar specifiku u jghid li Ta’ Zejfi hu l-isem ta’ gholja n-naha tal-Mosta.22 Guze Aquilina jimxi bicca ohra u jghid li Taz-Zejfi hu l-isem ta’ ghelieqi u knisja bejn ix-xaghri ta’ Depiru u Il-Wied tal-Hanzira barra mill-Mosta.23
Minn dan kollu jidher li dan Girolamo Camenzuli kien tassew Mosti. Jekk hu hekk, nafu ghallinqas b’ragel wiehed b’ismu u kunjomu li kien mill-Mosta u li ha sehem fl-Assedju l-Kbir. Aktar min hekk nafu li dan iddistingwa ruhu b’azzjoni ta’ kuragg waqt li kien qed jaqdi dmiru ghall-pajjizu.
L-ahhar azzjoni tal-kampanja Torka
Fis-7 ta’ Settembru, li kien il-Gimgha, meta l-kapijiet Torok semghu bl-ahbar li minn Sqallija waslet ghajnuna kbira ghall-lnsara, dlonk taw l-ordni lit-truppi biex jitilghu abbord ix-xwieni taghhom. L-ghada, it-8 ta’ Settembru, il-Mostin bhal huthom l-ohra kellhom ragun li jibku biki ta’ ferh u mal-Granmastru La Valette jaghtu hajr lil Alla u lil Vergni Marija fil-jum tat-twelid taghha ghar-rebha kbira li kienu ghamlu.
Fl-10 ta’ Settembru, il-Musulmani kienu ghadhom ma hallewx il-gzira, meta harab Spanjol minn Granada, mar quddiem il-kapijiet ta’ l-ghadu u qalilhom li kienet giet l-ghajnuna minn Sqallija. Fil-fatt kienu waslu madwar 8,000 suldat mill-ahjar, li waqqfu l-kampijiet taghhom madwar l-lmdina, u kienu fuq ix-xwiek biex jitqabdu ma’ l-ghadu.
Il-kmandant tat-truppi Torok, Mustafa, hass li l-uniku mezz li kien baqaghlu biex isalva din il-kampanja militari kien li, wara li kien abbanduna l-assedju fuq il-Birgu, imur isib bicca art fl-gholi u fil-wisa’ u hemm jaghmel l-ahhar battalja biex forsi jirbahha. Il-granmastru nduna li t-Torok ma kinux se jimbarkaw imma qed ilestu ghal glieda ohra. Irrealizza li, kieku dawn jirbhu din il-battalja, ma kinitx se tigi aktar ghajnuna minn Sqallija u t-Torok kienu jistghu jikkampjaw ghax-xitwa f’Malta bla xkiel ta’ xejn u joqtlu bil-guh lill-lnsara sakemm dawn ikollhom icedu.24
It-truppi Torok gibdu lejn l-lmdina filwaqt li t-truppi Insara li kienu gew minn Sqallija kienu lesti ghalihom hemm. Il-battalja giet miggielda fil-vicinanzi tal-Mosta. Gan Frangisk Abela jiddentifika z-zona ta’ Andar il-Blat bhala l-post fejn twaqqaf l-istandart Tork li kellu jimmarka l-post ta’ l-irtirata finali wara din il-battalja u l-post min fejn l-girja ghal fuq ix-xwieni li kienu qed jistennew lill-Misilmin fil-vicin.25
Dwar din il-battalja Bosio26 jirrakkonta Mustafa ried li jgieghel lill-armata ta’ l-lnsara (p.59) tohrog minn fejn kienet qieghda lesta ghalih, u biex jipprova jittradihom ressaq ftit suldati ghal quddiemhom, u heba dawk l-eluf l-ohra madwar il-Mosta. Din in-nassa kienet ippjanata tajjeb, imma ma rnexxietx ghax wiehed Genoviz li kien qaleb ma’ l-ghadu, li kien sema’ l-ftehim kollu bejn Mustafa u Piali, harab mill-armata Torka u mar qal b’kollox lil granmastru, li baghat malajr javza lil dawk ta’ l-lmdina.
Filwaqt li l-kapijiet Insara kienu qeghdin jiftiehmu x’sejrin jaghmlu, raw lit-Torok jaghtu n-nar lil H’Attard, u wara raw skwadra kbira sew, bi standart fin-nofs u hafna bandalori ohra madwaru, li Ikoll flimkien kienu resqin u ghaddew mill-Mosta.
It-truppi Nsara malajr lestew l-armi fidejhom biex jehduha ma’ l-ghadu li kien tiela’ l-gholja ta’ l-lmdina. Mafna mill-lnsara ma kellhomx sabar jistennew u resqu ‘l barra biex ihebbu ghall-ghadu. Il-Musulmani kienu sejrin lejn l-gholja tat-Torri Falka, meta Don Alvaro de Sande. gwerrier qalbieni, qataghha li bis-suldati tieghu jmur u jiehu t-Torri Falka qabel jehduh l-ghedewwa. Imma dawn waslu hemm qablu, u minn dak l-gholi u minn wara l-hitan tas-sejjieh bdew jisparaw ghal fuq l-lnsara.
Meta t-truppi Torok raw x’kienu gejjin tas-suldati mill-lmdina, bezghu u telqu t-torri. Waslet ghajnuna ohra u issa l-lnsara, mimlijin b’kuragg akbar, nxtehtu fuq it-Torok jisparaw l-armi tan-nar tant li sfurzawhom ihallu mithna tar-rih li kienu okkupaw u jitilqu minn wara l-hitan tas-sejjieh, u jfittxu l-wita Ta’ Mlit. It-truppi Nsara li issa kienu jlahhqu bejn 7,000 u 8,000 armati b’armi tan-nar, baqghu jigru warajhom u joqtlu minnhom kemm jifilhu.
Wiehed Kalabriz li kien qaleb ghal ma’ l-ghadu, li kien jismu Ulucciali, b’2,000 Tork mieghu, gie biex jghin lil dawk l-ewwel Torok li kien hemm fit-Torri Falka, imma l-lnsara telqu ghal warajhom u ghal ftit ma qabdux lil Ulucciali prigunier.
Issa l-hsieb ta’ Mustafa kien li jipponta johloq taqbida fil-wita Ta’ Mlit imma qata’ qalbu meta resaq ‘l hemm u ra l-iskwadri kbar ta’ l-lnsara, li kienu qed jimmarcjaw bl-ordni kontra s-suldati tieghu.
Ghalhekk Mustafa, minflok segwa l-hsieb li kellu li jibda l-glied, dawwar hsiebu u ta’ kmand ghal irtirata ordnata lejn San Pawl il-Bahar, biex hemm jimbarkaw fuq ix-xwieni li kienu qed jistennewhom. Imma dan il-hsieb ukoll fallielu, ghax, filwaqt li Don Alvaro de Sande kien qieghed jaghfas bis-shih fuq l-ghadu, Ascanio della Corgna ta’ salt bil-battaljuni tieghu sa gewwa l-Mosta, u gieghel lill-ghedewwa johorgu mir-rahal, u sfurzahom jitilqu fid-direzzjoni tas-Salini. Hemm fethu n-nar fuqhom minn fuq l-gholja fejn Della Corgna zamm is-suldati tieghu; u kull min mit-Torok baqa’ lura gie maqtul mis-suldati Insara.27
It-Torok, ikompli jghid Bosio, ghajjenin bil-mixi, u qalbhom maqtugha, hekk kif raw joqorbu l-iskwadri Nsara, bdew jaharbu bil-biza’ u l-giri hawwad l-ordni li kienu fiha, filwaqt li telqu l-istandarti u sahansitra l-armi li kellhom f’idejhom. Mustafa, li baqa’ wahdu hlief ghal dawk ta’ madwaru, meta ra hekk, harab ukoll lejn San Pawl il-Bahar, u bil-giri z-ziemel cedielu darbtejn minn tahtu, u li ma kinitx l-ghajnuna ta’ dawk li kellu mieghu, kieku kien jibqa’ jew mejjet jew jinqabad mill-lnsara.28
Don Alvaro de Sande u Ascanio della Corgna, u maghhom l-ezercitu kollu, baqghu jigru wara l-ghadu sa gol-bahar. Il-qerda tat-truppi Musulmani kienet tkun zgur wisq akbar li kieku ma kienx ghall-vicire ta’ l-Algeri, li kien mistohbi qalb il-blat u li zamm ftit il-qilla ta’ l-Insara u qabad numru ta’ kavallieri waqt din it-taqbida ahharija.29
F’din ir-rebha, spikkaw hafna suldati ohra qalbiena li wrew kuragg u hila kbira, ghalkemm kienet gurnata b’rih mix-xlokk mill-aghar. Il-guvintur Maltin, imdorrijin ghal shana kbira, urew hilithom f’din il-glieda, ghax bil-giri hafif u bla nifs wara l-ghedewwa, qatlu hafna minnhom.
Jinghad li din l-ahhar gurnata ta’ glied swiet lit-Torok mat-3,000 ruh bejn dawk li mietu fuq l-art u dawk li gherqu fil-bahar. Mill-lnsara baqghu biss mejtin 14-il ruh, u 15 ohra ttiehdu prigunieri. Dawn ic-cifri forsi mhux ta’ min joqghod daqshekk fuqhom ghax hemm distakk qawwi wisq bejn it-telfiet tal-Musulmani u dawk (p.60) ta l-lnsara.30 Li hu zgur hu l-fatt li din kienet verament glieda ta’ l-ahhar ghax issa t-Torok u l-allejati taghhom imbarkaw darba ghal dejjem biex jirritomaw lejn il-pajjizi minn fejn kienu gew tliet xhur qabel.
L-effett ta’ l-Assedju
(p.61) Pittura ta’ d’Aleccio li turi xena waqt l-Assedju l-Kbir tal-1565 fejn jidhru r-rahal tal-Mosta u t-Torri Falka.
Ezatt mat-tmiem tal-glied il-Mostin, bhall-Maltin l-ohra, hargu mill-ibliet iffortifikati biex jergghu jibdew hajjithom mill-gdid. Imma din ma kinitx se tkun haga facli. Ir-rahhala, waqt li kienu qed jergghu lura lejn l-irhula taghhom, sabu xena xejn sabiha ma’ wicchom. In-numru taghhom stess kien naqas; il-bhejjem li kienu rabbew kienu gew maqtulin u mikulin mill-ghadu u mill-istess kavallieri, Maltin u l-allejati l-ohra, u l-ghodod tax-xoghol u z-zerriegha osfru. Fi kliem iehor spiccaw ifqar milli setghu kienu qabel.31
Kemm il-hajja minhabba dan l-Assedju kienet tharbtet jidher, per ezempju, mir-registru tal-parrocca tan-Naxxar li maghha kienu ghadhom jaghmlu parti n-nies tal-Mosta. L-ahhar maghmudija registrata kienet fit-8 ta’ Mejju, 1565, u l-ktieb tal-maghmudijiet ma jidhirx li rega’ nfetah qabel is-6 ta’ April 1567.32 Dan ma jfissirx li ma kinux saru aktar twelidijiet matul l-Assedju. Il-Mostin, bhal shabhom minn Had-Dingli, Birkirkara, in-Naxxar, Haz-Zebbug, Hal Qormi u s-Siggiewi, li Ikoll kienu sabu kenn fl-Imdina, welldu trabi matul dawn ix-xhur difficli. Dan jixdhu r-registru tal-maghmudijiet ta’ l-Imdina.33 Biss, il-fatt li wara dan il-perjodu l-ewwel maghmudija rregistrata fil-parrocca tan-Naxxar kienet f’April ta’ l-1567 jista’ jindika li kien ghad hemm hafna biza’ minn xi attakk iehor u ghalhekk il-koppji kienu ghadhom ma jhossuhomx fiz-zgur bizzejjed biex jergghu lura ghall-hajja mizzewga normali.
Dan in-nuqqas ta’ sigurta kien ukoll ikkumplikat minn diffikultajiet ohra. Fost dawn kien hemm l-istat ta’ faqar taqtghu b’sikkina. Tant il-faqar kien kbir minhabba li l-kummerc bata biex jirpilja, li l-Kurja ta’ Malta ordnat li r-renti li kellhom ihallsu il-bdiewa ghall-art tal-Knisja kellu jew jigi sospiz (p.61) jew jitnaqqas skond is-sitwazzjoni finanzjarja tal-bdiewa koncernati.34
Kien zmien difficli ghall-Maltin kollha, u zgur xejn inqas ghar-rahhala Mostin. Dawn riedu issa jigbru hajjithom u jergghu jibnu r-rahal imfarrak taghhom wara xhur shah ta’ glied matul l-Assedju l-Kbir.
Noti u Riferenzi
- (p.62) A.P. Vella, Storja ta’ Malta, i (Malta, 1974), 186.
- G.F. Abela, Delia Descrittione di Malta (Malta, 1647), 443.
- V. Mallia-Milanes, ‘Introduction to Hospitaller Malta,’ V. Mallia-Milanes (ed), Hospitaller Malta 1530-1798 (Malta, 1993), 3-4.
- S. Fiorini, ‘The Resettlement of Gozo after 1551,’ Melita Historica, ix/3 (Malta, 1986), 203.
- Ibid., 204-5.
- A. Sutherland, The Achievements of the Knights of Malta, ii (Edinburgh, 1830), 144-5.
- G. Cassar, ‘The role of the Maltese inhabitants during the Great Siege,’ G. Cassar (ed ), The Great Siege 1565: Separating fact from fiction (Malta, 2005), 90.
- Ara Kapitlu 5.
- C. Sanminiatelli Zabarella, Lo Assedio Di Malta 18 Maggio - 8 Settembre 1565 (Torino, 1902), 165.
- S.C. Spiteri, The Great Siege Knights vs Turks MDLXV (Malta, 2005), 105.
- Sanminiatelli Zabarella, 168.
- Dan jghidu I.A. Viperano, De Bello Melitensi Historia (Perugia. 1567), 8, ikkwotat minn B. Bouet. ‘The Changing landscape of Malta during the Rule of the Order of St. John of Jerusalem 1530-1798,’ (tezi tal-Ph.D., University of Hull, 1963), 53, f’Mallia-Milanes, 87.
- Spiteri, 183.
- Ibid., 183-4; A. Ganado & M. Agius-Vadala, A Study in depth of 143 Maps representing the Great Siege of Malta of 1565, ii. (Malta. 1995), 18-19, 23.
- I. Bosio, Dell Istoria della Sacra Religione et lll.ma Militia di San Giovanni Gierosolimitano, Parte iii, Lib. 25, (Roma. 1602), 533.
- Ghal aktar taghrif u analizi fuq l-Assedju l-Kbir, fost hafna sorsi ara, per ezempju, G. Cassar (ed.), The Great Siege 1565: Separating fact from fiction (Malta. 2005); A. Cassola, The 1565 Great Siege of Malta and Hipolito Sans’s La Maltea (Malta, 1999); A. Cassola, The Great Siege of Malta (1565) and the Istanbul State Archives (Malta, 1995).
- Ganado & Agius- Vadala, 17
- V. Borg (ed ), Marian Devotions in the Island of Saint Paul (1600-1800) (Malta, 1983), 16-7.
- S. Fiorini, ‘ll-Mosta u l-inhawi ta’ madwar fiz-Zmien tan-Nofs,’ G. Cassar (ed.), Ex Annalibus Mustae (Malta, 2005), 65.
- Ibid., 71.
- G. Wettinger, Place-Names of the Maltese Islands ca. 1300-1800 (Malta, 2000), 626.
- E. Serraano-lnglott, Il-Miklem Malti, ix (Malta, 1989), 139-40.
- J. Aquilina, Maltese-English Dictionary, ii (Malta, 1990), 1606.
- Spiteri, 504, 508.
- G.F. Abela, Della Descnttione di Malta (Malta, 1647), 84.
- Bosio, 699-702.
- Sanminiatelli Zabarella, 599, 600.
- Fuq dan l-episodju u l-battalja tal-Mosta ara wkoll, Sutherland, 225-6.
- Barra Bosio ara wkoll, Abbe de Vertot, The History of the Knights of Malta, ii (London, 1728), Book xiii, 37.
- Spiteri, 514.
- Cassar, 96.
- K Gambin, ‘Casal Nasciaro dunng the Rule of the Order,’ P. Catania & L.J. Scerri (ed.). Naxxar: A Village and its People (Malta. 2000), 110.
- C. Savona-Ventura, Knight Hospitaller Medicine in Malta (1530-1798) (Malta, 2004), 257-8.
- G. Micallef, Hal Luqa Niesha u Grajjietha (Malta, 1975), 21.
Kapitli ohra mill-ktieb
- Konsiderazzjonijiet tal-bidu.
- Iz-zmien Preistoriku (c. 5000 q.k. - c. 700 q.k.).
- Iz-zmien Fenicju-Kartaginiz (c. 700 q.k. — c. 218 q.k.).
- Minn zmien ir-Rumani sal-hakma ta’ l-Gharab (218 q.k.-1091 w.k.).
- Iz-zminijiet tan-Nofs (1091 - 1530).
- Mill-wasla ta’ l-ordni ta’ San Gwann sa l-Assedju l-Kbir (1530 -1565).
- Mons. Dusina, it-twaqqif tal-Parrocca, u l-bini tal-Knisja Parrokkjali (1575 -1619).
- Is-seklu sbatax - hajja kwieta imma mhux minghajr inkwiet (1600 -1699).
- Is-Seklu Tmintax -komunita li tikber u tizviluppa (1700 -1798).
- Il-hakma Franciza u l-qawmien tal-Maltin (1798 -1800).
- Seklu shih taht hakma Ngliza (1800 - 1899).
- Il-bini tar-Rotunda tal-Mosta.
- Ir-Rotunda - xi dettalji teknici u diskussjoni.
- Is-seklu Ghoxrin sat-tieni gwerra dinjija.
- Mit-Tieni nofs tas-Seklu Ghoxrin sal-lum (1946 - 2007).