IL-MOSTA, IL-MOSTIN U R-ROTUNDA TAGHHOM MATUL IZ-ZMINIJIET
George Cassar, Joseph G.M. Borg
Pubblikazzjoni tal-Kunsill Lokali Mosta f'gheluq l-400 sena parrocca, fl-2008.
Dan il-ktieb interessantissimu msejjes fuq il-ktieb ta' E.B. Vella imma jidhol f'aktar dettalji jinxtara mill-Kunsill Lokali. Din il-verzjoni digitali taf fiha xi differenzi mill-original minhabba problemi waqt l-iskanjar li minhabba r-rizorsi limitati ma kellix cans nivverifika ghal kollox u hi raguni ohra ghala wiehed ghandu jmur dirett ghall-ktieb meta jigi biex jiehu riferenzi minnu.
Kap. 11 - Seklu shih taht hakma Ingliza (1800 - 1899)
Zmien l-lnglizi
(p.121) Matul l-ewwel snin tal-hakma Ingliza ta’ Malta nibdew niltaqghu mar-rapprezentanti tal-Mosta, il-Kappillan Dun Felic Calleja u l-Kmand tar-rahal, Giovanni Maria Chetcuti, li ma’ shabhom id-deputati l-ohra kitbu u baghtu rapprezentanti l-lngilterra1 fejn, fost l-ohrajn, qalu li ma jridux li art twelidhom terga’ tigi moghtija lill-Ordni u li “jekk sejrin jigu rtirati t-truppi Inglizi minn Malta, in-nies ta’ hawn jitolbu li tkun imhollija f’idejhom is-setgha li jmexxu lilhom infushom. Il-Maltin iddecidew li ma joqoghdu taht l-ebda nazzjon, hlief dik tal-Gran Brittanja, u li, jew izommu l-liberta taghhom u ma jkollhom x’jaqsmu ma’ hadd, jew inkella jmutu taht is-swar tal-belt taghhom”.2 Dan qaluh ghaliex beda jinstema’ li kienet se terga’ tigi hawn Malta l-Ordni ta’ San Gwann,3 haga li mbaghad dehret tassew fit-Trattat ta’ Amiens ta’ l-1802.4
Kien ukoll fl-istess zmien, jigifieri fil-15 ta’ Gunju 1802 li l-Maltin, maghqudin flimkien, ifformulaw id-Dikjarazzjoni tad-Drittijiet ta’ l-Abitanti tal-Gzejjer Maltin. F’dan id-dokument, li firmatarju tieghu ghan-nom tal-Mosta kien il-Kappillan Dun Felic Calleja, ippropona li tinghata kostituzzjoni li biha jitwaqqaf Kungress Generali fejn fih jigu eletti r-rapprezentanti tal-poplu mill-istess poplu. Kull belt u rahal kellu jeleggi numru ta’ deputati.5 Fil-kaz tal-Mosta kien deciz li jtellghu hames rapprezentanti, liema numru ta’ deputati kien superat biss mid-deputati ta’ Birkirkara jekk jinqatghu barra l-ibliet indikati f’dan id-dokument.6
Rigward it-Trattat ta’ Amiens, dan ma sehhx ghax ma damx ma rega’ nqala’ l-glied bejn l-Ingilterra u Franza, sa ma mbaghad fit-Trattat ta’ Parigi ta’ l-1814, “l-lmhabba tal-Maltin u r-rieda ta’ l-Ewropa ddeterminaw li dawn il-Gzejjer jibqghu taht il-kbira u qatt mirbuha Brittanja,” sew sew kif tghid il-kitba bil-Latin fuq il-Main Guard fil-pjazza ta’ quddiem il-Palazz7 fil-Belt.
Il-Kmand tal-Mosta
Dak li kull rahal ikollu rapprezentant tieghu nstabet sewwa hafna fil-Kungress li mexxa lill-Maltin fi zmien l-imblokk tal-Francizi. Issa li dawn kellhom jitilqu, il-hakkiema Inglizi hasbu biex f’kull belt u rahal jappuntaw kmand li tawh l-isem ta’ logutenent u dan ha post l-ufficjali ta’ zmien l-Ordni, jigifieri s-sindku u l-gurat.
X’kien xogholhom dawn il-logutenenti jew kmandi, u ghalfejn kienu gew appuntati? It-twegiba kienet tinsab fil-proklama ta’ l-14 ta’ Dicembru 1801 mahruga mill-Kumissarju Rjali Sir Charles Cameron. Din tat is-setgha lil-logutenenti li jaqtghu kawzi mhux ‘il fuq minn ghoxrin skud. Kellhom ukoll jippruvaw igibu l-ftehim bejn dawk li jkunu sejrin jifthu xi kawzi fil-qorti; u bhala missirijiet ta’ l-irhula, kellhom jaraw li hadd minn dawk li kienu jaqghu taht ir-responsabilta taghhom ma jkun mahqur. Kellhom jaraw li l-bejgh ta’ l-ikel, xorb u bzonnijiet ohra jsir sewwa, u l-uzin u l-kejl ikunu gusti; u kellhom ukoll johorgu l-mieta fuq il-qmuh, xghir u mahlut.
Din il-proklama tat ukoll lil-logutenenti stabilixxiet dak il-prestigju li kien jisthoqqilhom bhala nies li kienu qed jirrapprezentaw il-kap tal-gvern; filwaqt li mill-banda l-ohra kienet tfakkarhom li huma ghandhom ikunu ta’ ezempju ghall-ohrajn kif titlob il-pozizzjoni taghhom. Tathom ukoll taht idejhom ghadd ta’ nies bhala pulizija biex isahhu l-ordnijiet taghhom fir-rahal li tieghu kienu amministraturi, u ordnatilhom li jibaghtu rapporti lill-Gvern centrali ta’ kull ma jinqala’. (p.122) Fl-ahharnett kienet tfakkar lil-logutenenti ta’ l-irhula li fil-knejjes huma kellhom igawdu l-istess unuri li gew moghtijin lill-kollegi taghhom ta’ l-ibliet.8
Proklama bid-data tad-9 ta’ Mejju 1801, tat il-lista ta’ dawn il-logutenenti ta’ l-ibliet u l-irhula. Kien se jkollhom uniformi u anki salarju. Nafu li fis-sena 1812 il-logutenent tal-Mosta kellu salarju ta’ 35 skud fix-xahar.9 L-ewwel logutenent tal-Mosta, Giovanni Maria Chetcuti, ghall-habta li ntghazel f’din il-kariga kellu madwar 49 sena u kien pjuttost tat-tajjeb.10 Jidher li kellu hafna raba’ mxerred mar-rahal, u la gie maghzul ghal dik il-pozizzjoni hu kwazi cert li kellu edukazzjoni tajba u kien jinqala’ u jifhem f’dak li titlob il-ligi. Kien jabita fid-dar Nru 116, Triq l-lsperanza. Mid-data mnaqqxa fil-poggaman tal-gallarija tal-gebel ta’ din id-dar jidher li kienet giet mibnija fl-1796, sentejn qabel ma gew il-Francizi. Id-dar kellha certa imponenza li tindika li kienet ta’ xi hadd importanti ghal dak iz-zmien. L-iskudetti tal-muftieh kienu jgibu kuruna fuq ras iz-zewg ajkli (l-arma ta’ l-lmperu Imqaddes Ruman). F’din id-dar il-Logutenent jew Kmand Chetcuti11 kellu l-ufficcju tieghu u hemm kien jaqta’ l-kawzi.
Il-logutenent kien jara l-bzonnijiet tar-residenti tar-rahal jew belt tieghu u jitlob ghan-nom taghhom dak li huma jkunu jehtiegu ghall-gid taghhom personali jew ghal dak tal-komunita. Kaz li l-Logutenent Chetcuti ha interess fih kien il-bini ta’ mithna tar-rih barra dik li diga kien hemm minn ta’ zmien l-Ordni. Kien fl-ahhar xhur ta’ l-1803 li Chetcuti kiteb lill-awtoritajiet tal-pajjiz biex tinbena mithna ghall-kumdita tal-poplu, u din it-talba giet mghoddija lill-Amministratur tal-Beni Pubblici. Madankollu ma jidher li sar xejn ghax l-istess kmand tal-Mosta rega’ kiteb tliet snin wara, fl-1806, biex ghamel l-istess talba. Il-korrispondenza regghet giet mghoddija lill-awtorita kompetenti.
Il-Gnien tal-Kmand
ll-Kummissarju Civili, Sir Alexander John Ball (1803-1809) kien ghamel gnien f’kull rahal, li kellu jservi ghall-kmand tal-post. Dan il-gnien fil-Mosta qieghed fi Triq il-Kbira, fil-parti maghrufa bhala l-Wata, faccata taz-zona mibnija tal-Blata l-Gholja. Hemm bicca raba’ mdawra bil-hitan gholjin u tidhol minn kantuniera fejn tidher kamra fuq l-ohra. Hemm ukoll fl-istess kantuniera statwa antika mizbugha tal-Madonna. F’xi rhula ohra dan il-gnien kien kbir gmielu u niltaqghu wkoll ma’ l-arma tal-Gran Brittanja fuq il-bieb u tahtha skrizzjoni tat-twaqqif tieghu, Minn dan (p.123) kollu tal-Mosta m’ghandu xejn, u f’dawn iz-zminijiet il-post qieghed ghand il-privat.
Epidemiji u mard
Kien fit-28 ta’ Marzu 1813 li Malta regghet esperjenzat il-flagell tal-pesta. Dahlu fil-Port ta’ Marsamxett tliet xwieni minn Lixandra, wiehed minnhom Malti, li gabu maghhom din il-marda. Sas-7 ta’ April il-Belt Valletta rregistrat l-ewwel vittma minn fost ir-residenti. Il-pesta malajr xterdet ma’ partijiet differenti ta’ Malta u hekk l-epidemija bdiet thalli vittmi kullimkien.12
Il-pesta laqtet kwazi l-irhula u l-ibliet kollha tal-gzira ta’ Malta barra l-Qrendi, Hal Safi u x’aktarx l-Isla. Qatlet aktar minn 4,500 ruh, u kissret ukoll l-ekonomija tal-pajjiz.13 Fil-Mosta dahlet f’Gunju u damet sa Settembru, u f’dawn l-erba’ xhur mietu 32 ruh14 li gew midfunin fic-cimiterju tal-pesta. Ghad li l-Mosta ma messhiex ix-xorti li tehles minnha ghal kollox, bhalma kienet helset l-lsla u xi ftit irhula zghar, mill-banda l-ohra ma batitx wisq bhal xi rhula ohra fejn baqghu mejtin mijiet ta’ nies.
Jibqa’ l-fatt li l-Mosta xorta kellha tbati l-konsegwenzi tal-marda. Ghalhekk, bhal kull logutenent iehor, Chetcuti zdiedlu x-xoghol. Ried jara liema djar kienu gew infettati u jibghat il-lista lill-awtoritajiet centrali. Dawn kellhom ukoll jipprovdu ghajnuna finanzjarja lil dawk il-familji li kienu fi tbatija specjali minhabba li l-ekonomija tal-pajjiz kienet tfarrket u hekk kull gid kien spicca fix-xejn. Kull persuna fil-bzonn kellha tinghata 4 tari kuljum bhala ghajnuna imma ebda familja ma setghet tinghata aktar minn 2 skudi kuljum meta dawn il-beneficcji finanzjarji jinghaddu flimkien.15
Il-faqar kien sar haga ta’ kuljum ghax in-nuqqas ta’ l-ikel kien gholla l-prezzijiet ta’ dak li kien ghad baqa’ fis-suq. Il-gvernatur ta’ Malta nnifsu kellu jammetti li anki hu kien qed ibati xi naqra tal-guh meta kien jikkunsidra l-prezzijiet tal-bzonnijiet li kienu qed jintalbu, hlasijiet li qatt ma kienu nstemghu bhalhom qabel.16 Anki fl-irhula ta’ Malta kienu qed ibatu il-guh. Ghalhekk Gunju 1813, il-logutenenti ta’ l-irhula bdew jircievi ammont ta’ flus mit-Tezor u ammont ta’ qamh minghand il-gurati biex jitqassmu fost il-foqra tad-distrett li huma kienu qed jamministraw. Kellhom izommu kollox bil-miktub u jibaghtu rendikont ta’ dan it-tqassim fl-ahhar ta’ kull gimgha. Il-kmand tal-Mosta, Giovanni Maria Chetcuti, kellu jircievi 10 mdied qamh kull gimgha minghand il-gurati tal-Belt Valletta u 200 skud fi flus fil-gimgha.17 Dan kien kollu biex imur bhala ghajnuna ghall-Mostin fil-bzonn biex hekk ikunu jistghu jkampaw fix-xhur tal-pesta.
Fl-1830 fegget f’Malta il-marda tal-gidri imma mill-1,523 vittma ma nafux jekk kienx hemm Mostin fosthom, billi r-registru tal-mejtin tal-parrocca ma jsemmi l-ebda wiehed.
Kien imiss li zzur il-gzejjer Maltin l-epidemija tal-kolera, marda ohra ta’ kefrija kbira. Din il-marda dehret f’Gunju 1837 u fl-erba’ xhur li damet fost il-Maltin garret maghha 4,252 ruh. Fil-Mosta dahlet f’Lulju u sakemm telqghet f’Settembru attakkat u qatlet 46 ruh.18
lr-registru tal-mejtin tal-parrocca jindika li s-Sibt, 5 ta’ Awissu 1837, il-Kappillan Dun Gio Maria Schembri, bil-permess ta’ l-lsqof Francesco Saverio Caruana, mar bil-kleru mieghu biex ibierek ic-cimiterju l-gdid li kien ma’ genb il-qadim f’tarf ir-rahal u li kien moghti mill-gvern fi zmien il-Gvernatur Sir Henry F. Bouverie.
Il-kolera zaret Malta mhux inqas minn sitt darbiet ohra fis-seklu dsatax.19 Fl-1865 mietu mill-Mosta 14-il ruh;20 fl-1867 mietu 19-il persuna21 u fl-1887 ir-registru tal-mejtin ma jsemmi lil hadd.
Ir-riformi tal-Gvernatur Maitland
Kien fit-23 ta’ Lulju 1813 li Sir Thomas Maitland gie maghzul bhala gvernatur u kap kmandant ta’ Malta u d-dipendenzi taghha. Hu wasal Malta fl-4 ta’ Ottubru u l-ewwel haga li kellu jhabbat wiccu maghha kienet il-pesta.22 Meta din ghaddiet, seta’ jibda xoghlu u jwettaq ir-riformi li ra li kien hemm bzonn.
Fl-1815, il-Gvernatur Sir Thomas Maitland hareg proklama fejn qal li n-nobbli Maltin li mhux biss ma kienu ghadhom raw l-ebda gid mill-ghaqda tal-gzejjer taghhom mal-Gran Britannja, anzi kellhom ibatu minhabba l-gholi tal-hajja. Ghalhekk sabiex iroddilhom dak ir-rispett li kien (p.124) jisthoqqilhom skond il-grad socjali taghhom, dan il-Gvernatur qasam il-gzejjer Maltin f’sitt distretti, u qieghed nobbli bhala logutenent fuq kull distrett. Dawk li qabel kellhom dan l-ufficcju baqghu bl-istess salarju u bl-istess setghat, imma kellhom jobdu lil dan in-nobbli li issa beda jgib it-titlu ta’ luogotenente di governo u beda jikkmanda d-distrett. Dawk li qabel kienu logutenenti f’Malta jew sindki f’Ghawdex issa bdew jissejhu deputato del luogotenente del governo. U dan skond proklama tal-5 ta’ Gunju 1815.23
Bil-proklama tat-28 ta’ l-istess xahar, gew mahluqa sitt distretti, hamsa f’Malta u wiehed f’Ghawdex. Id-distrett li fih kien hemm il-Mosta kien hemm fih ukoll Had-Dingli, Haz-Zebbug, is-Siggiewi, ir-Rabat u l-lmdina. Dan kien it-tieni distrett u kien jissejjah Distretto Notabile.24 (p.142) Tpogga taht il-Logutenent tal-Gvern25 il-Konti Baldassare Sant.26 Ta’ min jghid li dan l-post gdid kien fid-dehra pozizzjoni amministrattiva gholja, imma fil-fatt Maitland kien holqu bi skop. Ried jigbed il-lealta ta’ dawk in-nies appuntati f’din il-pozizzjoni.27 Ghalhekk kienu d-deputati taghhom li baqghu l-aktar importanti fl-amministrazzjoni ta’ l-ibliet u l-irhula. Fil-Mosta, Giovanni Maria Chetcuti sar issa deputat logutenent tal-Gvern imma fil-fatt baqa’ l-aktar ufficjal importanti u funzjonali fit-tmexxija ta’ kuljum tar-rahal tieghu.
Matul is-snin fil-Mosta kien hemm diversi persuni li okkupaw l-ufficcju ta’ deputat tal-logutent. Chetcuti serva f’din il-pozizzjoni sa l-1821. Is-successur tieghu kien Salvatore Pizzuto li serva sa mewtu, u warajh gie appuntat Salvatore Teodoro Mamo fis-7 ta’ Jannar 1825. Fil-31 ta’ Mejju 1826 gie mahtur fil-pozizzjoni Filippo Perini li miet (Salvatore Teodoro Mamo?) fil-bidu tas-sena 1828 u ghalhekk ha l-post Giuseppe Perini fl-10 ta’ Marzu 1828. Dan kien l-ahhar deputat tal-logutenent u spicca meta l-pozizzjoni giet abolita fl-1839. Dan Perini kien jircievi hlas ta’ £51-4-0, ghallinqas zgur fl-1838.28
Matul l-istess zmien li Maitland kien qieghed jaghmel riformi fl-amministrazzjoni lokali, kien waqqaf ukoll il-Korp tal-Pulizija ta’ Malta. Dan sar permezz ta’ Proklama Nru XXII mahruga fl-1 ta’ Lulju 1814 u l-Korp twaqqaf b’effett mit-12 ta’ l-istess xahar. Il-Mosta tpoggiet fit-Tieni Distrett li kien maghmul mill-istess lokalitajiet u bl-istess nobbli li kien responsabbli ghall-amministrazzjoni lokali. Hu probabbli li dan id-distrett kien jitmexxa mill-ghassa tar-Rabat bejn l-1815 u l-1840.29
Iz-zamma ta’ l-ordni u l-amministrazzjoni tar-rahal kienu baqghu f’idejn id-deputat logutenent. Ghalhekk, Giovanni Maria Chetcuti fil-kaz tal-Mosta, bhall-kollegi tieghu f’lokalitajiet ohra, kien jaghmilha ta’ magistrat ufficjal tal-pulizija u ufficjal pubbliku. Bhala magistrat kien jittratta kawzi civili li l-kwistjoni tissupera l-hamsa u ghoxrin skud. Il-partijiet involuti kienu jintalbu biex jidhru quddiem id-deputat tal-logutenent b’avviz li kien irid johrog mhux anqas minn erbat ijiem qabel. Dettalji shah tal-kawzi ttrattati kienu jintbaghtu fl-ahhar ta’ kull gimgha lir-registratur tal-Qorti tal-Monthly Sessions. Min-naha tieghu l-ufficcju tad-deputat tal-logutenent kien izomm rekord tad-dettalji tal-kawzi li jkunu dehru quddiemu. Il-hlas dovut f’kull kawza kien jinkludi skud lill-iskrivan u sitt tari lill-ufficjal li jkun ghamel it-tahrika. Is-sentenzi tad-deputat logutenent kienu appellabbli quddiem il-Qorti tal-Monthly Sessions.30
Bhala ufficjal tal-pulizija, id-deputat logutenent kien jiehu hsieb iz-zamma tal-paci pubblika flimkien mal-qbid u d-detenzjoni tal-persuni. Kien fil-poter tad-deputat logutenent li jordna l-arrest u l-prigunerija ta’ nies li jkunu nstabu hatja ta’ ksur tal-ligi. Dawn il-persuni kienu jigu mghoddija ghand il-pulizija biex jitressqu l-qorti. Id-deputat logutenent kellu wkoll poter jordna tfittxija fil-proprjeta ta’ nies li jkunu suspettati bi qtil, serq jew delitt gravi. Dan kien isir biex jigu elevati oggetti li jkunu jistghu jservu ta’ evidenza fil-kaz. Hadd ma seta’ jfixkel fi dmirijietu jew jiddisprezza lid-deputat logutenent ghax dan kellu poter jordna l-arrest ta’ min jaghmel hekk. Id-deputat logutenent kien ukoll jiehu hsieb jissorvelja hwienet tax-xorb, ta’ l-ikel u negozji ohra li kienu jehtiegu licenzja. Kien jirrapporta dak kollu konness mal-pulizija lill-kmandant tal-pulizija li minn zmien ghal iehor kien jibghat l-ordnijiet tieghu permezz ta’ Cirkularijiet.31
Bhala ufficjal pubbliku, Chetcuti bhall-kollegi fl-istess pozizzjoni, kien jirrapporta direttament lill-gvern dak kollu li ma kienx tas-soltu fil-lokalita tieghu. Kien isir rapport kull xahar dwar l-istat (p.125) tar-rahal u darba kull sitt xhur kien jibghat rapport iehor li jkopri l-popolazzjoni - twelit, zwigijiet u mwiet. Kien jirraporta wkoll darbtejn fis-sena dwar il-kultivazzjoni u l-hsad tac-cereali, u l-ispezzjonijiet li jsiru fi hwienet bil-licenzja. Kellu wkoll jiehu hsieb l-indafa tat-toroq u min jinqabad ihammeg it-toroq bi skart jew materjal tal-bini kien jigi mharrek u jitressaq quddiem il-qorti.32
Jidher car li d-deputat logutenent tal-gvern fil-Mosta kellu x’jaghmel sew. Kien ufficcju ta’ responsabilta kbira mifruxa fuq diversi doveri li hafna minnhom kienu pjuttost delikati.
Is-sindki
Permezz tal-Kummissjoni Rjali mahtura mill-Gvern Ingliz li zaret Malta fl-1839, inbidlet mill-gdid l-istruttura tal-gvernijiet lokali fil-lokalitajiet. Il-kummissarji John Austin u George Cornwall Lewis hassew li setghu jnehhu numru ta’ karigi ufficjali u hekk jiffrankaw il-flus lill-Kaxxa ta’ Malta. Fost il-karigi li raw zejda kien hemm dik tal-logutenenti ta’ gvern.33 Hekk allura spiccat l-istruttura li kien holoq il-Gvernatur Maitland.
Il-proklama tat-8 ta’ Awissu 1839 nehhiet dawn il-logutenenti u d-deputati taghhom u minn flokhom waqqfet seba’ sindki, li kienu maghzula mill-klassi ta’ l-avukati. Id-drittijiet u dmirijiet tas-sindki baqghu l-istess bhal dawk tad-deputati logutenenti ta’ qabilhom, barra minn xi tibdil li sar fuq ix-xoghol taghhom bhala magistral tal-pulizija gudizzjarja.
Fis-16 ta’ Awissu hareg l-avviz kif gew imqassmin id-distretti, u min kien is-sindku ta’ kull wiehed minnhom. Il-Mosta saret taghmel parti mir-raba’ distrett li kien iffurmat ukoll min-Naxxar u Hal Gharghur. Is-sindku appuntat kien l-Avukat Carmelo Trapani bl-ufficcju tieghu fin-Naxxar. Dan dam fil-kariga sa mewtu li grat madwar l-ahhar ta’ l-1865 jew il-bidu ta’ l-1866. It-tieni sindku kien Dott. S. Mifsud li fuq talba tieghu, gie trasferit mit-tieni distrett. Mifsud spicca mill-kariga fl-1869 meta miet. Is-successur tieghu kien Dott. Gaetano Darmanin.34
F’dan iz-zmien hu probabbli li l-Pulizija fil-Mosta kienet bdiet tigi diretta mill-ghassa tan-Naxxar35 la issa s-sindku kellu l-ufficcju tieghu f’dak ir-rahal.
Kien fl-1880 li saru xi tibdiliet fl-istruttura tal-gvern lokali. Fuq suggeriment tal-Kummissarju Rjali Sir Penrose Julyan fl-1878, minn seba’ distretti issa waqghu ghal erbgha. Anki s-sindki kellhom xi tnaqqis. Hekk is-sindku tar-raba’ distrett, Dott. Darmanin, tpogga wkoll fil-kmand tat-tielet distrett - Birkirkara, H’Attard, Hal Balzan, u Hal Lija. Darmanin spicca minn sindku tar-raba’ distrett fl-1890 u postu hadu provvizorjament l-Avukat Giovanni Battista Mifsud li kellu wkoll jiehu hsieb l-ewwel distrett. Kien imbaghad fl-1892 li l-Mosta kellha sindku gdid. Dott. Raffaele Cassar Torreggiani sar sindku ta’ l-ewwel, it-tieni u r-raba’ distretti. Baqa’ fil-kariga sakemm is-sindki gew aboliti fl-1896 biex intemmet it-tmexxija bil-gvernijiet lokali ghal dak iz-zmien.36
L-ordni min-naha tal-pulizija x’aktarx bdiet titmexxa mir-rahal stess ghall-ahhar snin tas-seklu dsatax. Jista’ jkun, ghalkemm xejn m’hu (p.126) zgur, li l-ghassa tal-Mosta nfethet fi Triq il-Kbira (fil-pjazzetta faccata tas-City Bar) madwar is-sena 1880. Din l-ghassa zgur li baqghet tintuza sas-snin tletin tas-seklu ghoxrin u kienet giet mikrija mill-Gvern minghand il-familja Gulia.37
Aspetti mill-hajja fil-Mosta
ls-seklu dsatax dahhal lil Malta f’era gdida minhabba l-fatt li issa l-gzejjer Maltin saru parti minn imperu kbir u mifrux bhal ma kien appuntu l-lmperu Britanniku. Kien seklu li bil-mod il-mod beda jibdel aspetti mill-hajja tal-Maltin imma dan kollu sar b’ritmu kawt u l-bidliet fir-rutina tal-poplu Malti kienu jiehdu snin twal sakemm jitwettqu u jindraw.
Il-Mosta, kien rahal rurali u kwiet, u ghalhekk ma hassx malajr it-tibdil li bil-mod beda diehel fil-hajja tal-Maltin. Il-Mostin kienu ghadhom mghedija bil-hajja tal-biedja u kkoncentrati fuq il-progett li tista’ tghid iddominalhom l-ewwel nofs tas-seklu dsatax, u aktar ukoll. Dan il-progett kien il-bini tal-knisja parrokkjali gdida b’dak id-disinn mhux tas-soltu u tant diskuss u dibattut minn hafna, kemm Maltin u kemm barranin. Ghall-Mostin ta’ dak iz-zmien din kienet id-dinja taghhom - ir-Rotunda u l-bini taghha.38
U mar-Rotunda kien ukoll marbut l-ewwel kazin tal-banda li nfetah fil-Mosta. Kien madwar is-sena 1869 li xi dilettanti tal-banda hasbu li jwaqqfu banda fil-Mosta. It-taghlim tal-muzika hadu f’idejh Ganni Azzopardi li kien ukoll bandist mal-Banda tar-Royal Navy. M’ghaddiex wisq Zmien li, wara li gie kkunsidrat il-progress li kien sar mill-allievi, id-dirigenti ta’ din il-banda hassew li kien wasal iz-zmien li johorgu fit-toroq tal-Mosta u jaghtu l-ewwel rapprezentazzjoni quddiem il-pubbliku. L-okkazjoni giet meta fil-15 ta’ Ottubru 1871 ir-Rotunda kellha tigi kkonsagrata mill-lsqof ta’ Malta Gaetano Pace Fomo. ‘Il-Banda tal-Mosta,’ kif kienet maghrufa fl-ewwel snin ta’ l-ezistenza taghha, ghamlet l-ewwel programm dakinhar filghaxija u hekk kompliet izzid fis-solennita ta’ l-okkazjoni. L-ewwel surmast direttur tal-Banda kien is-Surmast G. Demajo. Imbaghad, waqt li l-Professur Napuljun Tagliaferro kien president ta’ (p.128) din il-Banda, nghatalha l-isem li ghadha ggib sal-lum, jigifieri Filarmonika Nicolo Isouard. B’hekk hadet l-isem tal-kompozitur Malti li ghamel isem ghalih u ghal Malta f’Parigi fejn kien jikkomponi l-muzika tieghu.39
Marbuta mal-knisja u r-religjon kien hemm ukoll it-twaqqif ta’ l-ahhar minn sitt fratellanzi li l-Mosta qatt kellha. Din kienet il-Fratellanza tad-Duluri li fil-Mosta twaqqfet fl-1886. Mat-twaqqif taghha din il-fratellanza hasbet ghal statwa biex tintuza fil-purcissjonijet. Jinghad li tqabbad l-istatwarju Salvu Dimech imma meta l-fratelli raw l-istatwa ta’ San Guzepp li l-fratellanza ddedikata lil dan il-qaddis kienet gabet minn Franza, ghogbithom u hekk twarrbet ta’ Dimech biex tingieb wahda minn Marsilja. Hekk bdiet tintuza dik tad-ditta Galard et Fils. L-ohra tal-Mosti Dimech illum tinsab fl-Oratorju Qalb ta’ Gesu.40
Il-Mosta mic-censimenti u dokumenti ufficjali ohra
Hjiel tal-qaghda tal-Mosta matul is-snin tidher mill-istatistika migbura mic-censimenti li kienu jsiru matul is-seklu dsatax. Fil-bidu tas-seklu, sew sew fl-1806, ir-rahal kellu popolazzjoni ta’ 3,003 ruh.41
Fis-snin tletin tas-seklu dsatax il-qaghda tal-komunita Mostija kienet wahda mwieghra. Hjiel ta’ dan johrog minn lista tal-foqra42 li marru ghal xi rbghajjen mit-tqassim tal-200 skud li halla l-Kappillan Calleja wara mewtu biex jinghataw lill-foqra. It-tbatija ma kinitx zghira fir-rahal u dan jikkonfermah ir-rapport li hejjiet il-Kummissjoni Rjali li zaret Malta fl-1836. Dan jindika li fil-Mosta ma kien hawn l-ebda ghani li jghix biss bir-renta. Kien hawn 6 avukati, 14-il qassis, 3 impjegati mal-Gvern, tabib wiehed, 20 ragel li jahdmu r-raba’ taghhom, 200 bir-raba’ mqabbel ghandhom, 30 bil-hanut, 20 mghallem, 800 haddiem u 500 mara li jinsgu. Fuq il-qligh li l-haddiem tar-raba hawn Malta kien idahhal, il-Kummissjoni sabet li l-hlas ta’ jum xoghol kien 4 irbaghajja (6 soldi u 8 habbiet jew madwar 2c5), fir-Rebbiegha 4 irbghajja u 10 habbiet (7½d jew 3c2), fis-Sajf 5 irbghajja (8 soldi u 4 habbiet jew madwar 3c5) li kienu jithallsu fi flus. Fix-Xitwa, imbaghad, il-hlas kien ta’ zewg sighan xghir u sold (4m) fi flus, u f’xi okkaijonijiet ma kienx jinghata s-sold u minfloku jaghtuhom qoton, mahlut jew hobz.43 Il-faqar minhabba n-nuqqas ta’ xoghol kien mifrux ma’ Malta kollha, imma milli jidher il-Mostin kienu maghfusa aktar minn nies ta’ rhula ohra. Dan jidher ukoll mill-fatt li fil-lista tat-tallaba nsibuhom fuq nett. Kien zmien difficli ghal hafna, u ghal xi whud aktar minn hekk ukoll, ghax ftit qabel f’dan ir-rahal kienu mietu erbgha min-nies bil-guh.
Mic-censiment tal-popolazzjoni li sar fl-1842, johrog li l-Mosta kienet ghaddejja minn zmien ta’ faqar kbir. Kien hemm nuqqas ta’ medicini u hekk il-mard kien jinhass itqal. Kienu jippruvaw idahhlu lix-xjuh u l-morda f’xi ospizju jew xi sptar. Ohrajn baqghu jigu assistiti minn qrabathom f’darhom. Skond dan ic-censiment jidher li fil-Mosta l-irgiel kienu jghoddu 1,601 fil-waqt li n-nisa kienu jlahhqu 1,785, ghal total ta’ 3,386 abitant.44
Fic-censiment li sar ghaxar snin wara, jigifieri fl-1851, johorgu dettalji ohra dwar il-Mosta. Issa r-rahal kien kiber ghal 4,305 abitanti li kienu jinqasmu f’2,126 ragel u 2,179 mara, total ta’ 771 familja. F’dan iz-zmien kien ikkalkulat li fil-Mosta kien hemm 2.34 fil-mija biss li setghu jitqiesu ghonja u meta dan jigi mqabbel mal-11.53 fil-mija ghal Malta kollha, jidher car li l-Mostin, b’mod generali, zgur li ma kinux fost il-klassi l-gholja tal-pajjiz. Dwar il-klassi medja li f’dawk iz-zminijiet kienet qed tispikka bhala klassi socjali ghaliha, f’Malta din kienet ikkalkulata li tlahhaq id-39.22 fil-mija tal-popolazzjoni kollha. Fil-Mosta, mill-banda l-ohra, il-klassi tan-nofs kienet tlahhaq biss 22.17 fil-mija tal-komunita Mostija kollha. Meta mbaghad nosservaw il-klassi l-baxxa jew il-klassi tal-haddiema, kif kienet maghrufa fi zminjiet ohra, insibu li 49.25 fil-mija tal-poplu Malti kien jikkwalifika bhala fqir.45 Izda anki dan il-persentagg, meta mqabbel ma’ dak tal-Mosta, juri kemm il-Mostin kienu aktar foqra mill-medja nazzjonali. Tant hu hekk li fil-Mosta, fin-nofs tas-seklu dsatax, kien hawn 75.71 fil-mija tal-poplu li kien jinsab f’faqar u ma kellux biex jghix hajja ta’ certa livell, anzi ma kellux biex jghix hajja mqar dik modesta li tixraq lil kull bniedem. Meta tanalizza din l-istatistika jidher mill-ewwel li fil-Mosta ma kienx hemm daqstant nies li setghu jghinu fil-bzonnijiet ta’ huthom u lanqas jikkon-tribwixxu ghall-opri li soltu tgawdi minnhom (p.129) il-knisja tal-lokal. Ma rridux ninsew li bhal dan iz-zmien kienet qed tinbena r-Rotunda li kienet tirrikjedi ammonti kbar ta’ flus.46
Mic-censiment li sar fl-1861 jidher li l-Mosta kienet issa tlahhaq it-3,828 ruh. Fi Nuova Via Valletta (illum Triq il-Kungress Ewkaristiku) kienu joqoghdu biss 16-il ruh. Dwar kif kienu impjegati n-nies, johrog li kien hawn 23 membru tal-kleru, li l-bicca l-kbira tal-Mostin kienu jahdmu fir-raba u li madwar 400 ruh kienu jahdmu fix-xoghol ta’ l-ghazil u l-insig. Dwar l-edukazzjoni, johrog li minn dawk li kienu jafu l-iskola, ghal kull wiehed li kien jaf l-lngliz kien hawn tmienja jafu t-Taljan.47
Element qawwi li hareg minn dawn l-istatistici kien in-numru kbir ta’ haddiema fis-settur tal-manifattura tat-tessili. Filwaqt li fil-hamsinijiet tas-seklu dsatax, kif registrat fic-Censiment ta’ l-1861 kien hemm 400 persuna li kienu jaghzlu u jinsgu, dan in-numru kien akbar fl-ewwel decenji tas-seklu. Ghas-snin tletin in-nissiega fil-Mosta kienu jlahhqu l-500 ruh, li kien l-oghla ammont ta’ haddiema f’dan il-qasam f’Malta kollha. Wara l-Mosta kien jigi Haz-Zebbug fejn in-nissiega kienu jammontaw ghal 400 ruh.48 F’dan l-istess zmien il-maggoranza tal-haddiema Mostin kienu bdiewa. Kien hemm ghoxrin minnhom li kienu sidien ta’ l-art taghhom filwaqt li mitejn ohra kienu jahdmu art imqabbla ghandhom. Fir-rahal kont issib ukoll sitt avukati, erbatax-il qassis, tliet impjegati mal-gvern, tabib wiehed, tletin bejjiegh tal-hwienet, ghoxrin ragel tas-sengha, u 800 haddiem iehor f’xoghlijiet varji.49
Mic-censiment ta’ l-1871 imbaghad, johrog li fil-Mosta kien hawn tliet ghalliema li ma kinux parti mill-kleru. Kien hawn ukoll erba’ studenti qed jattendu jew l-Universita jew il-Liceo fil-Belt Valletta. Fl-iskola primarja tal-gvern kien hemm b’kollox 141 studenti imma ma kien hemm ebda skola privata fil-Mosta.50
Fl-1898 l-lmgarr gie mwaqqaf parrocca ghalih, u mill-popolazzjoni ta’ madwar 500 li kellu mxerrdin fil-limiti tieghu hafna minnhom kienu jaghmlu mal-parrocca tal-Mosta.
L-edukazzjoni fir-rahal
Dawn is-snin tac-censimenti habat wkoll mat-twelid tas-sistema ta’ l-iskejjel tal-gvern li bdew jidhru f’Malta fuq il-parir li kien inghata mill-Kummissjoni Rjali li zaret Malta fl-1836. Kien b’mod specjali bl-instigazzjoni ta’ Sarah Austin, mart John Austin, wiehed minn dawn (p.130) il-kummissarji rjali, li l-edukazzjoni elementari f’Malta hadet spinta ‘l quddiem. Il-Mosta ma kinitx ma’ l-ewwel grupp ta’ rhula li nfethet fihom skola primarja. Ghalhekk, it-tfal Mostin kellhom imorru Hal Lija jekk riedu jitghallmu xi ftit qari, kitba u somom. Din l-iskola nfethet f’Mejju 1838. Hemm marru l-Mostin u Itaqghu mat-tfal minn Hal Lija, Hal Balzan, H’Attard, Birkirkara, in-Naxxar u Hal Gharghur.51 Ma jidhirx li kien hemm hafna tfal Mostin li hadu vantagg mill-ftuh ta’ din l-iskola u dan forsi wkoll ghax li tattendi l-iskola ma kinitx obbligatorja.52 Fattur iehor zgur kien il-faqar li fih kienu jinsabu l-maggoranza assoluta tal-familji tal-Mosta. Kienet haga aktar naturali li l-ewwel tiehu hsieb zaqqek imbaghad mohhok ghax sakemm qed titghallem xorta trid tiekol. Il-faqar ma ghenx biex il-genituri Mostin jaraw xi siwi fl-iskola f’dawk iz-zminijiet.
Madanakollu, l-awtoritajiet hassew li l-Mosta kien jimmerita jkollha skola ghaliha u ghalhekk fl-1840 krew dar privata fejn fiha ntlaqghu l-ewwel tfal Mostin, subien u bniet. Inghataw ukoll l-ewwel ghalliema, Dun Tommaso Chetcuti ghas-subien b’salarju ta’ £35 fis-sena u Marianna Borg ghall-bniet, b’salarju ta’ £20 fis-sena. Imma jidher li lanqas din id-decizjoni ma hajret wisq lill-Mostin biex jattendu ghax il-Kanonku Pullicino, Direttur ta’ l-lskejjel Elementari, irrapporta li fil-Mosta f’Mejju 1850 kien hemm 50 tifel u 77 tifla fuq ir-registri imma kienu jattendu b’mod regulari 21 tifel u 14-il tifla biss jew 42 fil-mija tas-subien u 18 fil-mija tal-bniet.53 Kien l-aktar persentagg baxx mill-iskejjel kollha miftuha fdak iz-zmien.54
F’dan iz-zmien id-Dipartiment ta’ l-lskejjel Primarji kien qasam l-irhula tal-kampanja f’distretti ghall-fini ta’ l-amministrazzjoni ta’ l-edukazzjoni. Il-Mosta kienet tpoggiet fir-raba’ distrett flimkien man-Naxxar. L-iskola tal-Mosta kienet tinsab fi Strade Reale jew Triq il-Kbira.55 Aktar tard, taht id-Direttur ta’ l-Edukazzjoni Sigismondo Savona, l-amministrazzjoni ta’ l-iskejjel kompliet tizviluppa u saru l-Local Management Committees (Kumitati ta’ Tmexxija Lokali). Dik tal-Mosta fl-1883 kienet iffurmata mill-Kappillan Dun Francesco Camilleri, Mons. Dott. Michel Angelo Kanonku Mifsud, u Dott. Daniele Chetcuti. Kellhom l-inkarigu li jheggu lill-genituri u tuturi biex dawn jibaghtu lit-tfal biex jitghallmu. Kellhom ukoll izuru l-iskola, jaraw li l-ghalliema qed jaqdi dmirhom sew u jassiguraw li t-taghlim tar-religjon kien isir sew. Meta jzuru l-iskola tal-bniet kellhom struzzjonijiet biex ikun hemm mal-kumitat xi mara jew tnejn.56
Kien fl-1894 li l-gvern iddecieda li jibni fil-Mosta skola gdida, skola li allura kienet se tkun mibnija apposta ghal dan l-iskop. Inxtrat art minghand Dr Salvatore Camilleri li kienet tinsab bejn Triq San Gwann u Triq it-Torri. Inxtrat ukoll art bizzejjed biex issir triq u tghaqqad dan iz-zewg toroq flimkien. Din saret Triq Grognet. L-art kienet tiswa £50 u l-progett kien stmat li se jlahhaq l-£400. L-iskola nbniet u laqghet fiha l-ewwel studenti f’Awissu 1898.57 Is-surmast f’dik is-sena kien A. Sammut filwaqt li s-sinjora kienet M.A. Pace.58 Din l-iskola ghadha hemm sal-lum imma maz-zmien giet imkabbra skond il-bzonnijiet li zviluppaw matul is-snin.
Is-sahha tal-poplu
(p.131) Il-Mosta kienet fost l-ifqar irhula ta’ Malta. Hi u n-Naxxar kienu l-ifqar zewg lokalitajiet tal-gzira ta’ Malta; f’Ghawdex kien ix-Xaghra li kien l-ifqar, u f’Kemmuna, il-ftit nies li kienu jghix hemm kienu kollha maghduda bhala fqar.59 Madankollu kellhom ghallinqas konsolazzjoni li fil-Mosta kien hemm tabib u berga minn fejn setghu jinqdew f’dak li ghandu x’jaqsam ma’ medicini u vizti medici.
Kien ghal habta tas-snin erbghin tas-seklu dsatax li l-gvern iddecieda li jiftah spizeriji jew bereg f’numru ta’ rhula u bliet. Dawn il-bereg kienu parti mill-ghases tal-pulizija. Kien fl-1859 li dan is-servizz mediku u ta’ spizerija gie riorganizzat u hekk sahhah l-ghajnuna li kienet tinghata fil-bzonnijiet varji ta’ sahha lin-nies tal-lokal. Dan is-servizz kien maqsum fi tlieta - klinika, amministrazzjoni, u sanita. Il-klinika kienet tiftah fi granet u hinijiet stabiliti u tipprovdi servizz b’xejn ta’ tabib. L-istess tabib kien ukoll, fost servizzi ohra, imur fid-djar jekk jintalab mill-kappillan jew mis-sindku biex jara morda fqar li ma kinux jifilhu jmorru fil-berga. Kien ukoll ilaqqam it-trabi taht is-sena, johrog permessi ghad-dfin, u jimla certifikati biex il-foqra jigu accettati god-Dar tal-Fqar jew biex jinghataw ghajnuna ohra.60
L-istess tabib kien jaghmel xoghol amministrattiv billi jzomm ir-registri tat-tilqim, il-kura preskritta, l-ismijiet u dettalji tal-pazjenti u dawk li jitwieldu u jmutu fid-distrett tieghu. Fil-linja tas-sanita mbaghad, it-tabib kien jghin fejn jintalab mill-pulizija u jezamina oggetti ta’ l-ikel u jekk setghux jinbighu, u kien marbut jibghat rapport kull gimgha dwar il-qaghda tas-sahha tal-lokalita li kien jiehu hsieb. Kien hemm b’kollox 28 berga miftuha u jahdmu b’dan il-mod sakemm kien hemm xi tibdil fl-istrutturi fl-1885.61
Dan kollu kien jaghmlu t-Tabib Daniele Chetcuti li kien iservi fil-berga tal-Mosta mill-12 ta’ Jannar 1853 u kellu salarju ta’ £36 fis-sena.62 Hu zgur li Dott. Chetcuti kellu hafna x’jaghmel meta l-Mosta kella daqstant nies li ma kinux jistghu jhallsu ghal servizz mediku privat. L-istess Chetcuti kien ukoll wiehed mill-Kumitat ta’ Tmexxija Lokali ta’ l-iskola primarja kif indikat fuq.
Mjiel ta’ sistema ta’ votazzjoni lokali
Sakemm giet abolita l-pozizzjoni tas-sindku fl-1896, il-gvern centrali kien ipprova jdahhal ukoll sistema ta’ kumitati distrettwali. Is-sindku ma kienx jintghazel mill-poplu imma kien jitpogga direttament mill-gvern. Rigward il-membri tal-kumitati distrettwali kienet se tintuza procedura ohra.
L-iskop ta’ dawn il-kumitati kien li joffru l-pariri taghhom. Kull wiehed mid-distretti tal-kampanja kien mahsub li jkollu kumitat ta’ hames persuni, b’wiehed minnhom ikun il-president. Fil-kaz tal-kampanja, is-sindku tal-post kien se jokkupa din il-pozizzjoni. Membru iehor ex ufficio kien it-tabib tal-gvern tad-distrett. L-ohrajn kienu se jkunu eletti min-nies tad-distrett. Id-dritt tal-vot kien ezatt bhal dak ghall-elezzjonjiet tal-Kunsill tal-Gvern.63
Fl-ewwel elezzjoni fl-1867 jidher li ma kienx hemm wisq entuzjazmu ghax hargu jivvutaw biss 482 persuna minn total ta’ 2,394 eligibbli f’Malta kollha. Fid-distrett tal-Mosta, minn 67 ragel li kellhom id-dritt ghall-vot marru fil-post tal-votazzjoni 26 biss. Dawn eleggew lill Dun Guzepp Carbone bi 23 vot, lin-Nutar Giuseppe Emanuele Micallef b’14-il vot u lin-negozjant Karlu Bugeja bi 13-il vot. Hekk dan il-kumitat gie maghqud billi zdiedu s-sindku tad-distrett, Dott. S. Mifsud bhala president, u t-Tabib Daniele Chetcuti - it-tabib tal-gvern tal-Mosta. Il-laqghat saru fin-Naxxar, f’69 Triq Celsi, fejn is-sindku kellu l-qorti tieghu u f’sentejn iltaqghu 18-il darba. Iddiskutew numru ta’ problemi li kienu jolqtu lin-nies tad-distrett bhal nghidu ahna l-probema tal-qghad b’suggeriment li l-irgiel bla mpjieg jinghatalhom xoghol fit-tiswija tat-toroq.64
Kien imiss elezzjoni ohra ghall-1871-3 fejn rega’ ma kienx hemm konkorrenza mill-votanti. Mill-voti mitfugha gew eletti n-Nutar Giuseppe Emmanuele Micallef b’20 vot, Dun Guzepp Carbone bi 18-il vot u l-Avukat Antonio Scicluna b’19-il vot. Il-president issa kien is-sindku Dott. Gaetano Darmanin u rega’ dahal it-Tabib Chetcuti. Dan il-kumitat jidher li kien l-ahhar wiehed ghax meta fl-ahhar ta’ 1873 kellha ssir l-elezzjoni li jmiss, din ma saritx.65
(p.132) Kien hemm attentat biex jergghu jinghataw il-hajja fl-1882 imma, l-istess bhal qabel, il-konkorrenza kienet baxxa hafna. Fir-raba’ distrett (li issa kien sar in-Naxxar, il-Mosta, Hal Gharghur, u l-Mellieha) telghu Dun Guzepp Carbone, l-Avukat Ignazio Micallef, u s-Sinjuri Pietru Pawl Decelis, Salvatore Galea, Nicola Fenech u Vincenzo Sciberras (ghax issa kienu se jkunu kumitati b’sitt membri u president - is-sindku). Kull wiehed mill-membri gab sitt voti. Il-kumitati ma tlaqqghu qatt u mietu mewta naturali.66
Il-politika u kwistjonijiet nazzjonali
Barra l-politika lokali, il-Mostin kienu jkunu wkoll imdahhlin xi ftit jew wisq fil-politika aktar wiesgha konnessa ma’ l-elezzjonjiet ghall-Kunsill tal-Gvern li kienu jsiru taht kostituzzjonjiet varji li Malta nghatat minn zmien ghal zmien. Dan ma kienx ifisser li l-Mostin kollha kellhom il-jedd jivvutaw. Ghal kuntrarju, per ezempju, skond il-Kostituzzjoni ta’ l-1887 il-kwalifika biex tivvota, barra li ridt tkun ragel ta’ wiehed u ghoxrin sena jew aktar, kien hemm specifikat ukoll li votant ried ikollu dhul ghallinqas ta’ £6 minn proprjeta jew ihallas dan l-ammont f’renti fuq proprjeta li kien ikollu mikrija ghandu. Din il-proprjeta setghet tkun f’ismu jew f’isem martu.67 Jidher car li Mostin li kellhom dawn il-kwalifiki kienu ftit li xejn fi zmien fejn il-maggoranza tal-Mostin kienu kkunsidrati fost l-ifqar fil-gzejjer Maltin.
Sadattant, il-politici xorta wahda hassew li ghandhom jindirizzawhom. Miting politiku minn dawn sar, per ezempju, f’Dicembru 1895. Kienet ghadha kif ghaddiet l-elezzjonl generali li saret fis-26 u s-27 ta’ Awissu fejn kien gie elett fost ohrajn Sigismondo Savona mill-ewwel distrett.68 L-informazzjoni dwar dan il-miting kienet harget minn rapport tal-pulizija dwar dak li gara f’dak il-jum. Kien it-22 ta’ Dicembru meta barra Savona, marru l-Mosta Mons. Ignazio Panzavecchia, qassis li kien imdahhal fil-politika ghax bejn l-1891 u l-1892 kien irrapprezenta lill-kleru fil-Kunsill tal-Gvern. Il-politiku l-iehor kien certu Darmanin. X’aktarx dan kien Cesare Darmanin, membru iehor elett f’dik l-elezzjoni. Dawn it-tliet politici kienu marru fid-dar ta’ certu pizatur jismu Salvatore Micallef u stennew il-funzjoni religjuza fil-knisja parrokkjali tispicca. Kif spiccat u madwar 300 ruh hargu barra, il-politici hadu posthom fuq borg gebel fil-pjazza ta’ quddiem ir-Rotunda u bdew jitkellmu. L-ewwel tkellem Panzavecchia li fahhar lill-Savona u sejjahlu kap tal-Maltin. Semma’ l-kwistjoni taz-zwigijiet imhallta, li dak iz-zmien kienet tahraq, u semma’ t-taxxi flimkien ma’ affarijiet ohra. Warajh tkellem Darmanin u dan iffoka fuq il-kwistjoni tal-laham tal-friza u qal lill-Mostin li l-projbizzjoni ta’ dan it-tip ta’ laham kienet tkun ta’ beneficcju ghalihom ghax huma kellhom art imqabbla ghandhom u l-importazzjoni ta’ dan il-laham kienet tkun l-ahhar daqqa u r-rovina tal-biedja. Tkellem fl-ahhar Sigismondo Savona li semma’ kemm kellu dellu tqil mal-pulizija ghax ma kienx jibza’ jitkellem. Semma’ t-taxxi, it-tkomplija tal-linja tal-ferrovija sa l-lmtarfa, u l-kwistjoni tal-laham tal-friza. Skond ir-rapport imsemmi tal-pulizija, sakemm tkellem Savona l-folla kienet osfrot u kien baqa’ madwar tmenin ruh quddiemu. Il-pulizija osservat li n-nies ma tantx taw kas il-kelliema. Fl-ahhar tal-miting inqala’ xi ftit tal-glied meta persuna saq iz-ziemel bil-karrettun fil-pjazza, u waqt li kien qed jghajjat lil huh, il-Mostin hasbuh qed jinsultahom. Dawn ghalhekk bdew jghajjtu kliem ta’ disapprovazzjoni u grew wara dan il-persuna u tawh xebgha. L-incident ma kellux konsegwenzi gravi. Wara dan il-miting il-pulizija talbet li ma jkunux jistghu jsiru aktar laqghat ghallarrieda ghax inkella (p.133) l-pulizija ma jkunux jistghu jiggarantixxu z-zamma tal-paci pubblika. Il-gvern laqa’ din it-talba tal-pulizija u sa sena wara l-gvernatur kien approva regolamenti biex dawn il-laqghat ma jsirux jekk l-awtoritajiet ma jkunux gew avzati minn qabel.69
Il-Mostin ma kinux biss jiddahhlu fil-politika partiggjana imma wkoll f’dik bejn il-Knisja Kattolika u l-Gvern ta’ Malta. Issemmiet diga l-kwistjoni taz-zwigijiet imhallta li fil-miting ta’ Dicembru 1895 ghamel accenn ghaliha Mons. Panzavecchia. Din kienet problema hawn Malta u kienet ilha tkaxkar ghaxar snin. Kienet holqot kommozzjoni kbira qalb il-Maltin u dan kollu gara ghax il-Gvern Ingliz kien accetta li zwigijiet li kienu saru bejn persuni ta’ religjonijiet differenti jkunu validi f’Malta, ghalkemm mhux skond l-ordnijiet li l-Knisja Kattolika hadet fil-Koncilju ta’ Trentu.70
Il-Maltin hassew dan bhala affront ghat-twemmin Kattoliku taghhom u li l-Inglizi kienu qed jindahlulhom b’xi mod f’dak li kien ghaziz ghalihom. U ghalhekk, ma baqghux lura biex juru l-ghadab taghhom. Kien il-Hadd, 22 ta’ Marzu 1896, meta xi suldati bhas-soltu marru biex jaghmlu s-sinjali li kienu jsiru ghall-finijiet militari ta’ difiza minn fuq il-kampnari tal-knejjes ta’ Malta. Izda ghal din id-darba l-arcipriet tal-Mosta, Dott. Dun Giovanni Sarreo, u taz-Zejtun, Dott. Dun Anton Psaila, ma tawx il-permess mehtieg biex is-suldati jkunu jistghu jitilghu fuq il-bjut tal-knejjes taghhom. L-awtoritajiet tal-gvern irrapurtaw b’dan mill-ewwel lill-Arcisqof ta’ Malta Mons. Pietro Pace biex jaraw hu kienx ta xi ordni f’dan ir-rigward. L-Arcisqof Pace wera soghba ghal dak li gara u l-ghada, it-23 tax-xahar, baghat ghall-Ajjutant Kolonjali l-Kaptan Biancardi, biex jitkellmu fuq li gara. Kien hemm ukoll l-Arcipriet Psaila taz-Zejtun u l-Vigarju Generali tad-Djocesi. Ma kien hemm hadd mill-Mosta. Skond Dun Anton Psaila, iz-Zwieten kienu rrabjati ghax ma ridux li l-bejt tal-knisja taghhom isir stazzjon militari. Kompla li meta pprova jargumenta mal-folla migbura, ir-rahhala tant kienu rrabjati li bdew jimbuttawh. Hu spicca jghid li dak li gara fiz-Zejtun gara bhalu fil-Mosta.71
X’gara fil-Mosta nafuh minn ittra li baghat lill-Arcisqof Pace il-qassis Dun Angelo Camilleri, li kien Vigarju Kurat f’dak iz-zmien. L-ittra tat-23 ta’ Marzu 1896 tirrakkonta kif fid-9 ta’ filghodu tat-22 ta’ Marzu tfaccaw is-suldati, u kif rawhom, il-Mostin ingabru fil-pjazza u nfexxew jaghjtu u jilmentaw li l-knisja taghhom ma kinitx torri u ma riedu bl-ebda mod ihallu s-suldati jitilghu fil-kampnar. L-istess Mostin heddew lill Dun Ang li jekk hu, bhala kurat u kustodju tal-knisja, jaghti permess lis-suldati biex jitilghu kien se jigri d-demm. Kienet ghalhekk difficli ghall-arcipriet tal-Mosta li johodha kontra l-folla ghax kien jaf kif kienu jahsbuha l-Mostin u x’incitament kien hemm fir-rahal minhabba f’din il-kwistjoni. Ghalhekk, Dun Ang kien ta’ l-opinjoni li f’dak il-mument kien ahjar jekk il-knisja ma tintuzax mill-militar biex jigu evitati disgrazzji u problemi minhabba r-reazjoni tal-poplu. Dun Ang ikkonkluda l-ittra tieghu billi wera d-dispoZizzjoni tieghu li joqghod ghal konsiderazzjonijiet ghaqlija ta’ l-arcisqof.72
Wara dawn l-ispjegi kollha, il-Kaptan Biancardi qal lill-Mons. Pace li jekk jigu mfixkla l-operazzjonijiet militari dan jista’ jkun ta’ dannu ghad-difiza ta’ Malta. Hu kien lest li jinforza l-arrangamenti li kienu saru mal-Kurja jekk l-Arcisqof Pace jurih din ix-xewqa. Mill-banda l-ohra, kompla Biancardi, kienet haga deplorevoli li l-kwistjoni taz-Zwigijiet kellha tfixkel is-success ta’ l-operazzjonijiet ghad-difiza ta’ Malta. Mons. Pace qallu li kien ikun ahjarjekk dawn il-manuvri jigu posposti temporanjament sakemm tikkalma is-sitwazzjoni.73 Flimkien mal-Mostin u z-Zwieten, il-poplu ta’ Haz-Zabbar, l-lsla u Bormla kienu wkoll urew l-ghadab taghhom kontra l-militar Ingliz. Il-Bormlizi, li kienu jammontaw ghal madwar elfejn ruh irrabbjati, sahansitra attakkaw u ghalqu seba’ bahrin gewwa dar ghal kwazi tliet sieghat.74 Kien jidher car l-ghadab tal-Maltin ghal din is-sitwazzjoni marbuta maz-zwigijiet imhallta, u l-Mostin ma kinux qaghdu lura biex isemmghu lehinhom u juru d-dizapprovazzjoni taghhom ghad-decizzjonijiet mehuda mill-qorti Ingliza.
Tisbieh tal-pjazza tal-Mosta
(whud mir-ritratti u deskrizzjoni mhux kif imnizzla fil-ktieb imma ghamilt xi korrezzjonijiet u zidt ritratti milli sibt online u dettalji ohra)
1: Sa madwar l-1833 bil-knisja l-qadima, bid-dar dak iz-zmien tal-Kappillan l-antika fuq il-lemin kif baqghet sat-30s, u l-bini fuq ix-xellug li kien ghadu jezisti sal-50s.
2: Bejn nofs is-seklu XIX u l-bidu tas-seklu XX bir-Rotunda kompluta bl-anterna imma ghadha biz-zuntier l-antik. L-iljun, ftit passi lejn in-naha tan-Naxxar minn fejn hu llum, kellu bhal ghajn tal-ilma madwaru u dawk l-4 sigriet mad-dawra.
3: Ritratt li juri l-pjazza l-Hadd 1 ta' Mejju 1932 waqt meeting tal-Partit Nazzjonalista ta' Sir Ugo Mifsud ghall-elezzjonijiet li kellhom isiru ghas-Senat u ghall-Assemblea Nazzjonali fil-11 u t-13 ta' Gunju 1932, sussegwentament mirbuha mill-PN, imma ma kellhomx hajja twila minhabba l-inkwiet ta' qabel il-gwerra, fosthom b'Mussolini fl-Italja li ma tantx kien qed jinzel tajjeb ma l-Inglizi. L-iljun flimkien mas-sigar madwaru jidher li kienu tnehhew mill-pjazza darba kienu bdew ix-xoghol biex tinfetah Triq il-Kostituzzjoni vicin. Id-dar tal-Arcipriet ghada l-antika.
4: Ritratt tas-sena 1935 juri d-dar tal-Arcipriet mibnija mill-gdid fi zmien l-Arcipriet Dun Girgor Borg. Il-linja tal-bini kienet iddahlet ftit 'l gewwa hawn hekk li jidher parti mill-hajt tad-dar l-antika fuq quddiem fil-process li jinhatt. Triq il-Kostituzzjoni qadgha ma nfethitx minkejja li bdiha Strickland li dam fil-Gvern sal-1932.
5: Il-pjazza, fejn ir-Royal Hotel (il-kantuniera) kienet inhattet, ta' fejna ta' Francesco Ciappara nofsha mhotta, u erga ta' fejn din bdew ihottu minnha. Ghal xi raguni meta gew biex jifthu Triq il-Kostituzzjoni vicin, ghazlu li jwessghu din il-parti tat-triq, cioe biex kabbru l-pjazza, billi dahhlu l-linja tal-bini 'l gewwa, apparti li nehhew ukoll l-iljun. Dan meta t-triq bil-bini imma minghajr iljun kienet diga wiesgha aktar minn bizzejjed tant hu hekk li spiccat tintuza bhala parking tax-xarabanks (forsi din kienet ir-raguni?).
6: Ritratt li juri purcissjoni tal-Gimgha l-Kbira ta' qabel il-gwerra (dan ritratt 4 ta' zmien qabel ritratt 3). Jidher li l-linja tal-bini qghadu jdahhluha 'l gewwa sa dik il-gabuba ta' dar dejqa (cioe l-ewwel bieb fuq ix-xellug salvaha).
7: Ritratt mill-ajru tal-pjazza fejn tidher il-binja tal-kantuniera ma Triq il-Kostituzzjoni, bil-linja tal-bini mdahhla 'l gewwa imma l-kumplament tal-bini mwaqqa'. Din l-imsemmija dar tal-kantuniera ma Triq il-Kostituzzjoni kienet diga hekk f'ritratt li juri l-blast walls mibnija fil-gwerra quddiem it-3 bibien tal-knisja (Ara video tal-Yugoslavi ghaddejjin mill-pjazza).
8: Il-pjazza kif kienet tidher minn postcard tal-1962 bil-bini ta' magenb il-knisja fil-process li jkompli jitwaqqa'. Il-portiku ghadu bla statwi u l-qanpiena l-kbira tal-knisja l-qadima kienet diga domnu mibdula mad-Dumnikana. Il-postcard x'aktarx irtukkjata ghax tal-linja tal-Mosta kellhom kulur aktar fil-kannella.
9: Ritratt li ttiehed bejn Jannar-Lulju '68 li juri l-istatwi fil-Portiku ta' San Bartilmew u San Filep li tpoggew fil-festa tal-Epifanija (6 ta' Jannar jew il-Hadd ta' wara) tal-1968 izda mhux ta' San Gakbu z-Zghir u San Mattew li tpoggew f'Lulju 1968 u l-anqas il-kumplament tal-istatwi ta' San Xmun u San Guda Taddew (Lulju '69) u San Pietru u San Pawl (Marzu '74). Tidher il-Berga ghadha kif inbniet u l-bini tal-muzew tas-subien qabel waqqghuh biex sar Gnien Reggie Cilia wara l-knisja.
10: Ritratt li ttella' dan l-ahhar fuq facebook juri l-pjazza f'maltempata tas-silg tal 25 ta' Jannar 1998, gurnata ddedikata ghall-Konverzjoni ta' San Pawl. Aktar tard fl-istess sena kien imiss il-funtana ta' mal-iljun biex tlaqqatta' darba ghal dejjem.
11: Il-pjazza kif tidher illum minn ritratt li jidher li ttiehed qorbot il-Gimgha l-Kbira.
Fuq aspetti kompletament different imma fl-istess snin ta’ dawn il-fatti kien hemm ukoll it-talba tal-Mostin permezz tal-membru tal-Kunsill tal-Gvern, in-Nutar Giovanni Carlo dei Marchesi Mallia Tabone, biex il-pjazza tar-rahal taghhom tissebbah b’funtana ahjar milli kien hemm sa dak (p.135) iz-zmien. Mallia Tabone kien ir-rapprezentant tas-sitt distrett li mieghu kienet taghmel il-Mosta f’dak iz-zmien. Id-deputat talab li funtana li kien hemm quddiem il-Knisja ta’ Liesse fil-Pixkerija tal-Belt Valletta, u li ma kienx baqalha uzu hemm, tittella’ fil-Piazzetta della Chiesa Parrocchiale. Ghalkemm din ix-xewqa giet milqugha, kienet offruta funtana ohra flok dik mitluba. Din kienet il-Funtana ta’ l-iljun li qabel kienet Tas-Sliema u li f’dak iz-zmien kienet mizmuma f’mahzen tad-Dipartiment tax-Xoghlijiet Pubblici. Il-gvernatur approva dan il-progett u l-funtana bl-iljun ttellghet fil-pjazza tal-Mosta.75
Jidher li din il-funtana nhattet mill-pjazza tal-Mosta fl-1925 u nhaznet fl-imhazen tad-Dipartiment tax-Xoghlijiet fl-lmriehel. Madankollu l-Mostin kienu regghu ghamlu talba biex l-iljun jerga’ jitla’ fil-pjazza madwar is-sena 1966. Fuq din l-insistenza, in-Nutar Joseph Spiteri, dak iz-zmien ministru tal-kummerc, industrija u agrikoltura u kandidat tal-Partit Nazzjonalista fuq id-distrett tal-Mosta, qatghalhom xewqithom u l-funtana regghet tpoggiet. Giet inawgurata mill-istess Nutar Spiteri fit-23 ta’ Settemrbu 1969.76
Triq gdida
(p.136) Manifestazzjoni religjuza li fiha qed jiehu sehem il-poplu Mosti ghaddejja minn Triq il-Kungress Ewkaristiku
Triq important li saret fis-seklu dsatax u li kienet l-ewwel triq moderna fir-rahal kienet dik li nfethet faccata tar-Rotunda. Kien jidher car li t-toroq li kien hemm sa dak iz-zmien kienu dojoq u ma kinux jifilhu ghat-traffiku li kien qieghed jizdied. Dan gara minhabba li aktar nies bdew jivvjaggaw bejn il-Belt Valletta u San Pawl il-Bahar li issa beda spiss jintuza bhala post tal-villeggjatura u tax-xalati. Dan, flimkien mar-Rotunda li issa kienet saret realta gdida, kien ifisser li l-Mosta kibret fl-importanza taghha u bdiet tizviluppa. Kien ghalhekk li t-triq li kien hemm quddiem il-knisja sa dak iz-zmien inhasset li kienet dejqa u mghawga wisq biex taqdi l-bzonnijiet ta’ zminijiet godda. Din it-triq antika kien jisimiha Strada Chiesa.77 Il-gvern hass li kien hemm bzonn tinfetah triq gdida u sabiha li taghti ghall-Belt Valletta.
Jinghad li Gorg Grognet, l-arkitett tar-Rotunda, kien wera kif ghandha tinfetah triq dritta quddiem il-knisja, imma minhabba li hawn kien kollu mibni, il-Gvern hasibha xorta ohra, u bejn (p.136) l-1853 u l-1854 fetah dik it-triq gdida li tidher illum, triq b’wisa’ ta’ kwazi 9.8 metri.
Ghall-ewwel it-triq giet imsemmija Via Nuova Valletta, imbaghad fl-1913 semmewha Via Congresso Eucaristico, bhala tifkira ta’ dan il-kungress intemazzjonali li sar fil-Mosta dik is-sena.78
Ghadha triq importanti minn fejn jghaddu l-manifestazzjonijiet principali li jsiru fil-Mosta. Il-Mostin baqghu jsejhula ‘it-triq il-gdida’ ghalkemm ghaddew hafna snin minn meta nfethet.79
Fortifikazzjonijiet Inglizi
(p.137) Ritratt li juri l-istess sitwazzjoni bhall-mappa ta’ fuq – tidher fuq ix-xellug il-pjanura ta’ Burmarrad minn fejn kien mahsub li jista’ jigi xi attakk u fuq il-lemin tidher il-linja fortifikata tal-Victoria Lines bill-Fortizza tal-Mosta fit-tarf.
(p.139) Il-pont li jaqsam Wied l-Isperanza u li kien jintuza biex jaslu sal-Fortizza tal-Mosta qabel inbena l-pont tal-hadid. Meta ttiehed dan ir-ritratt jidher li l-Gahan Malti kien ghadu ma hawwilx dik l-imbarazz tal-palma vicin l-ghar u propju fil-wied.
(p.139) Il-pont tal-hadid li kien jaqsam Wied il-Ghasel kif kien jidher minn taht.
(p.140) Il-pont tal-hadid li kien jaqsam Wied il-Ghasel f'ritratt mehud bir-Rotunda wara dahar il-fotografu.
(p.140) Il-pont tal-hadid li kien jaqsam Wied il-Ghasel f'ritratt mehud bil-Fortizza wara dahar il-fotografu.
(p.144) Parti mill-Victoria Lines li kienet mahsuba biex tiddefendi kontra xi attakk minn go Wied il-Ghasel – din l-istruttura nqerdet f’maltempata fil-25 t'Ottubru 1979.
Billi fi zmien il-hakma Ingliza kienu jahsbu li jekk kellha tigi invazzjoni fuq Malta l-ghadu kien jinvadi mit-tramuntana, inhass li kellu jsir xi haga biex dan l-attakk jigi mwaqqaf qabel ma l-invazuri jersqu wisq lejn il-Belt. Deher li l-ahjar linja ta’ difiza kienet dik li timxi mal-Qasma l-Kbira li tifred il-gzira ta’ Malta fi tnejn mill-lvant ghall-punent jew ahjar mill-Madliena sa Fomm ir-Rih. L-inginiera militari Inglizi hasbu biex tinbena linja ta’ fortifikazzjonjiet b’sahhithom li tizgura li l-ghadu jitwaqqaf qabel jaghmel hsara lill-parti abitata ta’ Malta. Dan sar fi zmien meta it-tramuntana ta’ Malta kienet ghadha kwazi vojta min-nies. Dan il-kumpless ta’ fortifikazzjonjiet gie moghti l-isem ta’ ‘The North-West Front’ jew ‘Il-Front tal-Majjistral.’ Din il-linja bdiet tinbena fl-1875 u meta kienet qed tersaq lejn it-tlestija taghha fl-1897 inzerta li kien qed jigu mfakkar il-Gublew tad-Djamanti tar-Regina Victoria tal-Gran Brittanja u hekk il-fortifikazzjoni kompleta giet imsemmija ghaliha. Ghalhekk f’gheluq is-sittin sena mill-bidu tar-renju tar-regina Il-Front tal-Mijjistral saru l-Victoria Lines.80
Biex jitfakkar l-avveniment ta’ l-ghoti ta’ l-isem, giet imqieghda lapida mal-hajt li jghaddi min-naha ta’ San Guzepp tat-Targa bil-kliem li bil-Malti jghid:
IL-VICTORIA LINES MIBNIJIN FI ZMIEN L-AMMINISTRAZZJONI TA’ L-ECCELLENZA TIEGHU IL-GENERAL SIR ARTHUR LYON FREMANTLE GEW IMSEMMIJIN HEKK BHALA TIFKIRA TAL-GUBLEW TAD-DJAMANTI tal-MAJESTA TAGHHA 1897
ll-Victoria Lines jghaddu vicin il-Mosta matul il-Qasma l-Kbira u Wied il-Ghasel u barra l-hajt tal-fanterija hemm ukoll wahda mit-tliet fortizzi principali tal-linja kollha, il-Fortizza tal-Mosta.
Din il-forti kienet it-tielet wahda li nbniet matul din il-linja difensiva wara l-Fortizza ta’ Bingemma (mibdija fl-1875) u l-Fortizza tal-Madliena (mibdija fl-1878). Il-Fortizza tal-Mosta nbdiet aktar tard fis-sena 1878. Kellha kostruzzjoni tipika ta’ forti fuq gholja Ingliza. Kienet tikkonsisti f’zewg partijiet principali, hajt ta’ barra poligonali u fortizza b’hamest ignub bi kmamar gewwinija ghall-kanuni.81 Il-Fortizza kienet mibnija fuq art f’Misrah Ghonoq, u qieghda fuq l-gholja li ggib tahtha l-wita kbira ta’ Ghajn Rihana, Burmarrad, is-Salini, San Pawl il-Bahar u l-bahar ta’ dik ix-xaqliba.
(p.138) Din il-fortizza tlestiet fl-1885 u kellha hamsa u ghoxrin bicca ta’ artillerija. Aktar tard dan in-numru gie mnaqqas ghal sbatax-il bicca. Madankollu sal-bidu tas-seklu ghoxrin kien hemm dubji serji kemm kien ghad hemm bzonn tal-Victoria Lines. Ghalhekk sa l-1907 il-linja kollha bil-fortizza tal-Mosta b’kollox giet abbandunata. Baqghu jahdmu biss il-fortizzi tat-truf - ta’ Bingemma u l-Madliena. Il-Fortizza tal-Mosta regghet giet attivata bhala stallazzjoni militari ftit wara u saret il-post principali ghall-hazna tal-munizzjon tal-militar Ingliz sa l-ahhar gurnata li damu Malta. Aktar tard ittiehdet mill-Forzi Armati ta’ Malta u baqghet tintuza fir-rwol taghha ta’ depow tal-munizzjon u splussivi.82
Ghalkemm il-post ghadu wiehed militari qed jaqdi wkoll l-uzu ta’ post ghall-hazna tal-materjal ghall-loghob tan-nar li jinharaq fil-festi tradizzjonali Maltin.83
Biex il-militari jilhqu l-fortizza mix-xaqliba tar-rahal ma kellhomx triq ohra hlief l-arkata jew pont li jghaddi minn quddiem il-Knisja ta’ l-Isperanza. Din il-kostruzzjoni giet imgedda fl-1905. Il-pont ikejjel mad-9.8 metri gholi minn qiegh il-wied. Billi din l-arkata kienet boghod wisq biex tasal ghat-triq tal-fortizza, l-inginieri Inglizi, fl-1897, bnew pont tal-hadid li jaghti ghal Misrah Ghonoq.
Il-pont li ghaqqad iz-zewg nahat ta’ Wied il-Ghasel kien maghmul mill-hadid. It-tarf tan-naha tal-fortizza kien jistrieh fuq pilastri (p.140) taz-zonqor filwaqt li n-naha l-ohra kienet imdahhla fil-blat tal-genb tal-wied. It-triq li tghaddi minn fuqu kienet twila 100.584 metri. Fuq kull tarf, il-pont kien jirkeb fuq il-blat tal-gnub tal-wied. It-triq li ghaddew minn fuqu kienet wiesgha 6.71 metri. Il-pont kellu gholi ta’ 32.614 metri meta mkejla sal-qiegh ta’ Wied il-Ghasel. Kien jghaddi minn fuqu t-traffiku kollu li min-naha tal-Mosta, fejn illum hemm iz-zona ta’ Santa Margarita, kien ikun tiela ‘l fuq lejn San Pawl il-Bahar Dan il-pont illum m’ghadux jezisti u nbena iehor floku tal-gebal.84
Noti u Riferenzi
- (p.141) Ara l-process verbal bil-lista tar-rapprezentanti ta’ l-irhula fejn xi rgiel gew maghzula minnhom biex imorru Londra u jpoggu quddiem ir-Re Brittaniku l-qaghda u l-bzonnijiet tal-Maltin u l-Ghawdxin. Din l-elezzjoni giet legalizzata fl-ufficcju tas-segretarju ta’ l-amministrazzjoni ta’ Malta nhar is-26 ta’ Novembru 1801. Il-firmatarju ghall-Mosta kien Giovanni Maria Chetcuti. Ara W. Hardman, A History of Malta during the period of the French and British occupations 1798-1815 (London, 1909), 416.
- Barone Azopardi, Raccolta di Varie Cose Antiche e Modeme, Utili ed Interessanti riguardanti Malta e Gozo (Malta, 1843), 219.
- Ara l-ittra li baghtu l-Kapijiet ta’ l-lrhula, Rapprezentanti, Logutenenti Gvernaturi, u Kapijiet tal-Battaljuni lill-Kummissarju Rjali Charles Cameron waqt li kien Malta, datata 19 ta’ Ottubru 1801, f’Hardman, 406-9.
- Fit-Trattat ta’ Amiens kien l-Artiklu X li specifika li Malta kellha terga’ lura ghal ghand l-Ordni ta’ San Gwann.
- Ara, H. Frendo, Malta’s Quest for Independence: Reflections on the course of Maltese History (Malta, 1989), 47; H. Frendo, Storja ta’ Malta: Zmien l-lnglizi - Is-Seklu Dsatax (Malta, 2004), 23-4.
- ll-membri eletti kellhom ikunu 104 b’kollox. Dawn kienu se jkunu maqsumin hekk: (l-ibliet) Notabile u Had-Dingli 14, Valletta 12, Il-Birgu 4, L-lsla 4, Bormla 4, (l-irhula u bliet ohra) Birkirkara 6, H’Attard 3, Hal Lija u Hal Balzan 3, Hal Qormi (belt) 12, In-Naxxar 4, Hal Gharghur 3, il-Mosta 5, Haz-Zebbug (belt) 8, Is-Siggiewi 4, Hal Luqa 3, Il-Gudja 1, Iz-Zurrieq 4, L-lmqabba 2, Il-Qrendi 2, Haz-Zabbar 3, Hal Tarxien 2, Hal Ghaxaq 1.
- Dan il-Palazz kien is-sit tat-tmexxija ta’ Malta mis-seklu sittax ‘l quddiem. L-ewwel kien il-Palazz tal-Granmastri waqt il-hakma ta’ l-Ordni ta’ San Gwann. Wara sar il-Palazz tal-Gvernaturi matul il-hakma ta’ l-lnglizi u meta Malta hadet l-Indipendenza fl-1964, l-ewwel kien jospita l-Gvernaturl-Generali u mill-1974 sar il-Palazz tal-Presidenti ta’ Malta.
- LNM 430, vol. i, 174 f’W.L. Zammit, ‘ll-Gvern lokali fil-Mosta (1773-1896),’ G. Cassar (ed.), Ex Annalibus Mustae (Malta, 2005), 148-9. E. B. Vella jaghti r-riferenza bhala Bandi 1784-1815.
- W. L. Zammit, 148.
- M.A. Sant, ‘Mosta through the ages,’ L. J. Scerri (ed.), Mosta: The heart of Malta (Malta, 1996), 30.
- Skond kif jghid E.B. Vella, il-familja mill-Mosta mlaqqma ‘tal-Kmand’ tigi minn dan Giovanni Maria Chetcuti, li minnu wkoll hadet dak il-laqam.
- Ghal rakkont dettaljat ta’ dak li gara matul ix-xhur li fihom laqtet lil Malta u Ghawdex ara, P. Cassar, Medical History of Malta (Londra, 1964), 175-87.
- G. Bonello, ‘Mementos of the Plague of 1813,’ Treasures of Malta, viii/3 (Malta, 2002), 29-30.
- Din ic-cifra jaghtiha Dr W.H. Burrell, Rapporto sulla Peste del 1813 (London, 1854). 28; madankollu fir-Registru tal-Mejtin tal-Parrocca hemm indikati 42 ruh li mietu bil-pesta.
- W.L. Zammit, 150.
- A.V. Laferla, British Malta, i (Malta, 1938), 85.
- W.L. Zammit, 150.
- Arkivju tal-Parrocca tal-Mosta, Liber Defunctorum, VI.
- 1850, 1854, 1856, 1865, 1867, 1887.
- J. Sutherland, Report on Sanitary Conditions of Malta and Gozo with reference to the Epidemic Cholera in the Year 1865 (Londra, 1865).
- Arkivju tal-Parrocca tal-Mosta, Liber Defunctorum, V.
- Laferla, 79-84.
- W.L. Zammit, 150.
- Id-distretti l-ohra kienu: l-Ewwel Distrett - id-Distrett tal-Belt (Valletta. il-Birgu, l-lsla, Bormla u l-Furjana); (p.142) it-Tielet Distrett - id-Distrett ta’ San Anton (Birkirkara, in-Naxxar. Hal Gharghur. Hal Lija, Hal Balzan u H’Attard); ir-Raba’ Distrett - id-Distrett taZ-Zejtun (iz-Zejtun. Haz-Zabbar, Hal Tarxien, Hal Ghaxaq, il-Gudja u Hal Luqa); il-Hames Distrett - id-Distrett ta’ Hal Qormi (Hal Qormi, iz-Zurrieq, il-Qrendi, l-lmqabba, Hal Safi u Hal Kirkop); u s-Sitt Distrett - id-Distrett ta’ Ghawdex (in-Nadur. ix-Xewkija. Kercem, l-Gharb, is-Sannat u z-Zebbug).
- Kull distrett kien taht nobbli Malti bit-titlu ta’ Logutenente di Governo. Hekk l-I Distrett - il-Kavallier Paolo Parisi; it-III Distrett - il-Kont) Romualdo Barbara; ir-IV Distrett - il-Baruni Pasquale Sciberras; il-V Distrett - il-Markiz Giuseppe Testaferrata Viani; u s-VI Distrett - il-Baruni Pietro Paolo Testaferrata.
- Il-Konti Baldassare Sant (1789-1858) kien it-tieni iben ta’ Gio Francesco Sant, it-tieni Konti Sant. Hu Baldassare kien ir-Rev. Publio Maria Sant (1779-1864) li sar arcisqof ta’ Malta. Il-Konti Baldassare fl-1811 izzewweg lil Luigia Fournier, it-tielet Barunessa de Pausier, u Kontessa Fournier. Dan iz-zwieg holoq il-familja nobbli gdida ta’ Sant-Fournier.
- G.A. Pirotta, The Maltese Public Service 1800-1940: The administrative politics of a micro-state (Malta, 1996), 116.
- W.L Zammit 151-2.
- R.G. Zammit, ‘Iz-zamma ta’ l-ordni fil-Mosta mill-1800,’ G. Cassar (ed.), Ex Annatibus Mustae (Malta, 2005), 216-8.
- Instructions to Deputy Lieutenants ta’ l-1.viii.1819 ikkwotati minn E. Attard, Il-Pulizija ta’ Malta 1814-1956 (Malta, 1994), 21.
- Ibid., 21-2.
- Ibid., 22.
- Pirotta, 158.
- W.L Zammit 153.
- R.G. Zammit 218.
- W.L Zammit 154.
- R.G. Zammit 220.
- Ghall-bini tar-Rotunda ara Kapitli 12 u 13.
- Dwar is-Socjeta Filamonika Nicolo Isouard matul iz-zmien ara, Ganni Bonnici, 125 sena mit-twaqqif tal-Banda Nicolo Isouard fil-Mosta 1871-1996 (Malta. 1996).
- J. Borg, ‘Il-Fratellanzi fil-Parrocca tal-Mosta,’ Socjeta Filarmonika Santa Marija, Mosta, Annwal 2003 (Malta. 2003), 46-7.
- Almanacco delle Isole di Malta e Gozo per l’anno 1806.
- Mill-Arkivju tal-Knisja tal-Mosta. Royal Commission of Enquiry, Reports of the Commission appointed to Inquire into the Affairs of the Island of Malta, part iii (London, 1837), 4-11.
- Royal Commission of Enquiry (1837), 4-11.
- A. Bonnici, ‘Il-Mosta f’taqbida qawwija mal-hajja bejn l-1842 u l-1852,’ Socjeta Filarmonika Nicolo Isouard, Mosta, Festa Santa Marija 2002 - Mosta (Malta, 2002a), 74.
- Ibid., 75.
- Ghal aktar taghrif dwar il-qaghda generali, ara, A.Giglio, Comment and tables in illustration of the Statistical Abstract of the Census of the Population of Malta for the Year 1851 (Malta, 1853).
- A. Giglio, Brief Comments with Tables and Notes in illustration of the Statistical Abstracts connected with the Census of Malta taken in 1861 (Malta. 1865).
- Royal Commission of Enquiry, Copies of Reports of the Commissioners appointed to Inquire into the Affairs of the Island of Malta and of correspondences thereupon, part iii (London, 1839), 7.
- Sant 37
- E. Barber u L. Chappelle, Census of the Civil Population of the Island of Malta, Gozo and Comino taken on the 3rd May 1871 (Malta, 1872), 58-9.
- J.J Camilleri, ‘Early Government Schools in Malta,’ Melila Hisotrica, v/3 (Malta, 1970), 260.
- Sant, 37.
- G. Cassar, Grajja ta’ Skola: L-iskola primarja tal-Mosta fis-sekli dsatax u ghoxrin (Malta, 1999), 8-10.
- Ibid., App I, 138.
- (p.142) Ibid., 11-2.
- Ibid., 15-6.
- Ibid., 21-2.
- Ibid., 148.
- A. Bonnici (2002a), 75.
- P. Cassar, 349-50.
- Ibid., 350.
- A. Bonnici, ‘Ghalliema u skejjel, tobba u bereg fil-Mosta tas-snin 1874 u 1875,’ Socjeta Filarmonika Santa Marija Mosta, Annwal 2002 (Malta, 2002), 25.
- W.L. Zammit, 155.
- Ibid., 155-6.
- Ibid., 157.
- Ibid., 157-8.
- J.J. Cremona, The Maltese Constitution and Constitutional History since 1813 (Malta, 1994), 11, 17.
- M.J. Schiavone, L-elezzjonijiet f’Malta 1849-1992: Storja, Fatti, Cifri (Malta, 1992), 32.
- G. Cassar, ‘Miting politiku fil-Mosta,’ Socjeta Filarmonika Santa Marija, Mosta, Festa 2001 (Malta, 2001), 50-1.
- Ara aktar dettalji f’A.V. Laferla, British Malta, ii (Malta, 1947), 125-8.
- G. Cassar, ‘Meta l-Maltin haduha kontra l-armata,’ Socjeta Filarmonika Santa Marija, Mosta, Festa 2001 (Malta, 2001), 52-3.
- Ibid., 53.
- Ibid.
- H. Frendo, Party Politics in a Fortress Colony: The Maltese experience (Malta, 1991), 84.
- A. Camilleri, ‘Il-Funtana ta’ l-lljun tal-Mosta,’ Il-Kunsill Tieghek: Lehen il-Kunsill tal-Mosta, 13 (Malta, 1999), 12.
- Ibid., 13.
- Illum jisimha Triq il-Kurat Calleja.
- Dwar dan il-Kungress ara Kapitlu 14.
- Ghal aktar taghrif fuq din it-triq ara, G. Cassar, Il-Mosta il-bierah u llum Kalendarju 2006 (Malta, 2006), Frar.
- Ghal taghrif dettaljat fuq din il-linja ta’ fortifikazzjonjiet ara, S.C. Spiteri, British Military Architecture in Malta (Malta, 1996), 383-400.
- Ibid., 301.
- S.C. Spiteri, ‘The fortifications around Mosta,’ L.J. Scerri (ed.), Mosta: The heart of Malta (Malta, 1996), 158-9.
- G. Cassar (2006), Ottubru.
- Ibid., Lulju.
Kapitli ohra mill-ktieb
- Konsiderazzjonijiet tal-bidu.
- Iz-zmien Preistoriku (c. 5000 q.k. - c. 700 q.k.).
- Iz-zmien Fenicju-Kartaginiz (c. 700 q.k. — c. 218 q.k.).
- Minn zmien ir-Rumani sal-hakma ta’ l-Gharab (218 q.k.-1091 w.k.).
- Iz-zminijiet tan-Nofs (1091 - 1530).
- Mill-wasla ta’ l-ordni ta’ San Gwann sa l-Assedju l-Kbir (1530 -1565).
- Mons. Dusina, it-twaqqif tal-Parrocca, u l-bini tal-Knisja Parrokkjali (1575 -1619).
- Is-seklu sbatax - hajja kwieta imma mhux minghajr inkwiet (1600 -1699).
- Is-Seklu Tmintax -komunita li tikber u tizviluppa (1700 -1798).
- Il-hakma Franciza u l-qawmien tal-Maltin (1798 -1800).
- Seklu shih taht hakma Ngliza (1800 - 1899).
- Il-bini tar-Rotunda tal-Mosta.
- Ir-Rotunda - xi dettalji teknici u diskussjoni.
- Is-seklu Ghoxrin sat-tieni gwerra dinjija.
- Mit-Tieni nofs tas-Seklu Ghoxrin sal-lum (1946 - 2007).