The Mosta Archives Banner

Storja tal-Mosta bil-Knisja Taghha (Malta 1986)

migbura minn E.B. Vella u ohrajn


ZIEDA X: IL-MOSTA FL-AHHAR GWERRA DINJIJA


L-EWWEL PARTI, minn Arthur Zammit


Il-fortizza tal-Mosta Il-Fortizza tal-Mosta saret fi zmien il-Gvernatur Sir Arthur Barton (10-Jun-1878 – Apr-1884) u kienet mibnija ghal 13-il kanun. Il-fortizza kellha Rolling Bridge u swiet madwar £10,000. Ghalkemm inbniet bl-iskop lli minnha jigu sparati l-kanuni, dan qatt ma sehh, ghax ghalkemm kienet mibnija fuq blat sod tal-qawwi, aktar tard sabu li taht dan kien hemm saff fond ta’ tafal. Dawn l-ahhar hamsin sena hafna rgiel mill-Mosta kienu jaqilghu l-ghajxien taghhom billi jimmontaw u jahznu balal u munizzjon ta’ kull kwalita li kienu jigu wzati mis-Servizzi. Izda issa dan in-numru ta’ nies kwazi spicca ghal kollox, hlief ghal xi ftit ghassiesa. Kienet isservi wkoll bhala store ghall-R.A.O.C. u dan l-ahhar li kienet tintuza mir-Royal Air Force biex jaghmlu t-training tal-Klieb Alsation tal-ghassa. Sors: Il-Mosta, April-Mejju 1973.

Il-fortizza tat-Targa Din il-fortizza thares fuq il-Wied tal-Bidnija, tlestiet fis-sena 1888. Dak iz-zmien kien Gvernatur ta' Malta Sir Henry D'Oily Torrens. Din il-fortizza kienet mghammra b'zewg kanuni u l-iktar li serviet kien bhala Headquarters u stores ghall-Musketterija (Infantry). Matul u wara l-ahhar gwerra dinjija kienet isservi bhala stores tal-R.A.O.C. Ittiehdet ukoll mic-Civil Defence Corps bhala Training Centre fir-Rescue Courses. Sors: Il-Mosta: Awissu - Settembru, 1973.

Il-fortizza tat-Targa Din il-fortizza tinsab fuq gholja msejha 'tad-Dwejra' (nahseb qed jirreperi ghal dik li kien hemm il-Bizbizija, mhux ghad-Dwejra limiti tal-Imgarr). Saret fl-1888 meta l-Gvernatur ta’ Malta kien Sir Henry D’Oily Torrens. Din il-fortizza kellha post ghall-30 kanun u swiet mas-£7,000. Fl-ahhar gwerra dinjija (1939-1945) kienet tifforma parti mid-difiza ta’ Ta’ Qali kontra l-attakki tal-Germanizi u tat-Taljani. Illum din il-fortizza giet abbandunata ghal kollox. Ritratt ta’ V. Caruana mill-Mosta: Gunju - Lulju, 1973.

(p.398) Kull min qaleb l-erbghin sena (l-awtur qed jikteb lejn l-1970/80s) ghad ghandu minqux f'mohhu xi ftit mit-tifkiriet koroh ta' l-ahhar gwerra. Hafna li ghexu l-gwerra jiftakru d-daqq tas-sirena bil-lejl jew b'inhar biex thabbar il-hbit mill-ajru, it-tvenvin ta' l-ajruplani, it-tfigh u t-tfaqqigh tal-bombi ta' l-ghadu, it-tbatijiet tax-xelters, il-guh u l-ghaks, u xejn inqas il-herba u l-mizerja li gziritna garbet f'dawk il-jiem.


Il-Mosta, ghalkemm boghod mill-Port il-Kbir u mit-Tliet ibliet, fejn iil-hbit kien bil-wisq ikrah u ehrex, ma helsitx hafif hafif ghax hawn ukoll graw mill-anqas tliet incidenti koroh li swew il-hajja ta' hafna.


Illum li ghaddew 'il fuq minn tletin sena minn meta l-ahhar hsejjes ta' l-ajruplani ta' l-ghadu damdmu fuq gziritna, ta' min jiftakar u jfakkar x'rat fuq wiccha l-parrocca taghna, il-qlubija ta' xi whud fil-qadi ta' dmirhom u dawk li tilfu hajithom f'dawk il-jiem koroh.


Targets Militari


Jekk wiehed jaghti daqqa ta' ghajn lejn il-mappa ta' Malta f'jiem il-gwerra jsib li l-Mosta kienet milqugha min-naha l-wahda mill-ajrudrom ta' Ta Qali, waqt li fit-tarf l-iehor jinstab l-Ammunition Depot. Mhux biss, izda fir-rahal kien hawn dar ghall-fizzjali ta' l-R.A.F. fi Triq il-Kungress Ewkaristiku. Bla dubju ta' xejn dawn kienu targets ghall-ghadu li, meghjun mill-ispiji1 kien jaf kull rokna u toqba f'Malta.


(p.399) Il-knejjes Maltin kienu target iehor ghall-ghadu u ghalhekk mhux ghageb li r-Rotunda messitha bicca mix-xorti l-hazina ta' hafna knejjes f'Malta. Il-Knisja kienet isservi bhal landmark ghal fuq ta' Qali.


Is-Sena 1942


L-eqqel tal-gwerra kienet is-sena 1942. Ma dhul nofs Jannar 1942, jew ahjar fid-dsatax ta' dak ix-xahar, il-Mosta daqet l-ewwel imrar u rat l-ewwel imwiet ta' xi whud minn uliedha. Ghall-habta tas-siegha ta' wara nofsinhar is-sirena habbret il-hbit ta' l-ghadu. Ghadd ta' bombi ntefghu fi Triq il-Pont, Triq l-Oratorju u fi Triq il-Kungress Ewkaristiku. Dakinhar 14 il ruh sfaw maqtula fil-pront waqt li 14 ohra korrew gravi – tnejn minn dawn mietu ftit wara fl-isptar.


Dik il-habta l-Oratorju "Qalb ta' Gesu" kien qed jintuza bhala skola. Imnalla li l-Air Raid ma kienx fil-hin tal-hrug tat-tfal ghax forsi d-disgrazzja kienet tkun bil-wisq ikbar. Triq il-Kungress Ewkaristiku kellha tinghalaq minhabba l-herba, waqt li n-nies ta' l-A.R.P. qdew dmirhom bla telf ta' zmien.


L-ghadu donnu ntebah b'dan il-hsieb ghaqli li kien jithaddem; jigifieri l-ghajnuna pronta tan-nies ta' l-A.R.P. Ghalhekk jidher li lil dawn in-nies ried jokkupahom il-hin kollu.


Fil-21 ta' Marzu tliet bombi sfrondaw u nbarraw iz-zewg bibien ta' xelter f'Gafa Street, li kien igib in-numru 71. Kull min kien hemm taht sab ruhu mirdum u maghluq u biex taghqad, ix-xelter wara ftit ha n-nar. Il-membri ta' l-A.R.P. bla dewmien waslu fil-post tad-disgrazzja waqt li t-tobba u s-sacerdoti tar-rahal offrew is-servizzi taghhom lis-Supretendent.


(p.400) Ghalkemm l-Air Raid kien ghadu sejjer, intbaghtu messaggi ta' emergenza ghall-ambulanzi u l-fire brigades. Xi suldati tal-K.O.M.R., li nzertaw ghaddejjin fi tliet lorries, offrew l-ghajnuna taghhom u, sakemm il-fire engines tal-Pulizija u tal-Militar ghelbu n-nar, infethet bokka minn tax-xelter.


Izda, jahasra, id-dehra kienet ta' qsim il-qalb. Ghadd kbir ta' nies sfaw maqtula jew ahjar imtertqin u mbiccrin, waqt li l-ftit li helsu l-qilla tad-disgrazzja kienu mwerwrin u nofshom mejtin u bil-kemm jifilhu jghidu x'raw ma wicchom dak il-hin.


Fl-isptar centrali kien hemm xena ohra ta' biki. Hafna qraba marru jaraw x'sar minn nieshom. Xi whud tant kienu sfigurati li baqghu maghdudin bhala unknown. Bla tlaqliq inghidu li din kienet l-akbar disgrazzja li l-Mosta rat tul l-istorja taghha.


Il-bomba fuq il-Knisja


Kopja tal-bomba li nifdet ir-Rotunda tal-Mosta Replika tal-bomba mitluqa mill-Germanizi. Din il-bomba kienet tizen 500 libbra u nghatat lill-Knisja Arcipretali minn No 128 B.D.S. R.E. (Bomb Disposal Squad, royal Engineers). Meta l-bomba nifdet il-koppla habtret mal-lunetta ta' Kristu mal-Appostli. Din il-lunetta saritilha hsara konsiderevoli u wara giet irrestawrata mill-pittur, Guido Bonnici Cali (u mhux mill-Kav. Rafel Bonnici Cali: ara Erratra Corrige fil-ktieb, pp. 443, 692). Imbaghad tgerbbet 'l isfel mal-hajt u tramblet bil-modd il-modd sakemm waqfet ftit passi boghod mill-pulptu. Skond xhieda li ghadhom hajjin, ftit qabel ma waqghet il-bomba l-fidili hassew li ghandhom iwarrbu min-nofs u jingabru malajr fis-sagristijiet u l-kuriduri li jwasslu ghalihom. Qatt qabel ma kienu ghamlu hekk u kien sa mn'Alla ghax skansaw il-gebel kollu li waqa mill-koppla. B'hekk wiehed jara l-grazzja straordinarja li Alla u l-Madonna ghogobhom jaghtuna u li taghha kull Mosti ghandu jibqa rikonoxxenti ghal dejjem.

Izda l-ghadu ma kienx kuntent b'hajjiet in-nies biss. Halef li, galadarba kien qed ibati biex jirkeb u jirbah lil-gziritna, jaghmilha borg gebel, itlellef sbuhitha u ma jhalliha qatt terga terfa rasha. Il-Gvernatur Sir W.Dobbie fil-bidu tal-gwerra kien ha dan il-messagg: "il-monumenti storici taghkom, il-kattidrali u l-knejjes qed jigu mgarrfin u mzebilhin mill-barbari".2 Dak il-kliem inghad fil-25 ta' Mejju, 1941 izda liema kliem seta ntuza sena wara meta l-ghadd ta' djar, palazzi u knejjes imgarrfa kienu bla qies?


Fid-9 t'April 1942 waqt hbit mill-ajru ghall-habta ta' 4:40 p.m. l-ghadu kellu – ghax ried jew ghax ma riedx ma nafux – jolqot vittma li min jaf x'fissret u x'ghadha tfisser ghall-poplu tal-Mosta.


(p.401) Kien il-Hamis u bhal kull Hamis iehor, kellha ssir l-Ora Santa. Kien hemm hafna nies (jinghad madwar 300 ruh), fosthom hafna xjuh u morda li, billi ma kenux jifilhu (p.402) jinzlu fix-xelter, kienu jserrhu rashom mill-kenn tal-knisja. L-ghadu, li la kellu lejl u lanqas nhar, deher riesaq fil-hin li kellha tibda s-Siegha. Xi ftit nies lahqu dabbru rashom ghall-kenn tal-blat izda l-hbit kien ghal gharrieda, tant li hafna baqghu fil-knisja.


Tliet bombers germanizi qabdu r-rotta ghal fuq Ta' Qali, izda issikkati minn fighters inglizi, hattew il-bombi fuq ir-rahal biex idabbru rashom. Wahda minn dawn il-bombi li kienet tizen 500 libbra, sfrondat il-koppla, habtet xi darbtejn mal-hitan u fl-ahhar striehet f'nofs il-knisja.


Fit-tempju waqghet dalma kbira bit-trab u l-laqx li waqghu. Wara li ghadditilhom l-ewwel hasda, dawk l-imsejkna li kienu hemm gew fittxew il-bieb. Grew qalb ic-cnagen biex jehilsu mill-ispluzjoni li kienu qed jistennew minn waqt ghall-iehor. Ix-xelter tal-pjazza mtela daqs bajda, kulhadd imbikkem u mwerwer jistenna tifqigh ikreh.


Izda ma kienx miktub li t-tempju ta' Marija, wirja u xhieda tal-fidi ta' missirijietna, jisfa' herba f'dak il-jum. Bombi ohra, uhud izghar, sabu ruhhom fuq iz-zuntier u l-frontispizju, izda ma kkagunawx hsara kbira.


F'dan l-attakk ukoll Villa Gollcher garbet hsara kbira. In-numru ta' casualities f'dan il-hbit kien biss tnax, numru zghir hafna meta wiehed iqis il-mijiet li setghu sfaw vittmi.


Aktar tard dakinhar il-Gvernatur Dobbie, li gie fuq il-post, ordna lil Mons. Sciberras biex jaghlaq il-knisja waqt li baghat l-ajjutant tieghu stess biex icempel ghall-Bomb Disposal Officer.


Ta min isemmi li fl-istess jum parrocci ohra garbu hsarat u telfiet ta' ulied u, waqt li ahna kull sena fid-9 ta' (p.404) April inkantaw TE DEUM lil Alla b'radd il-hajr, ohrajn jibku t-telfa ta' nieshom u wliedhom bil-quddies De Requiem.


Attakki ohra


Dawn kienu l-aktar tliet attakki qliel fuq il-Mosta, izda wara d-9 t'April niltaqghu ma jiem ohra importanti fid-djarju tal-gwerra. Insemmu xi ftit biss.


Fid-9 ta' Lulju, waqt air raid bejn 8:45 u 9:30 ta' filghodu bomber germaniz waqa f'tarf Triq Callus. Jumejn wara, fil-11 ta' Lulju, ghall-habta tas-sebgha, intefghu ghadd kbir ta' bombi anti-personnel. Fit-12 ta' Settembru numru mhux hazin ta' incendiary bombs – bombi mitfughin bil-hsieb li jibdew u jferrxu l-hruq – intefghu fuq il-Mosta. Fis-26 ta' Ottubru l-ajrudrom ta' Ta Qali – il-gar taghna – sab ruhu taht machine-gun attack.


Maskri tal-gas


Il-guh ta' l-ahhar gwerra ttaffa xi ftit wara d-dahla tal-konvoj ta' nhar Santa Marija, izda l-biza tal-gwerra kien ghadu hemm. Dan kompla zdied meta griet ix-xniegha li l-ghadu kien ghad jista jhebb ghalina permezz tal-gass. Tqassmu l-maskri bhala prekawzjoni, izda l-qalb kienet ghoddha tilfet kull hjiel ta' kuragg. Madwar 8,000 maskra sabu posthom fi djar il-Mostin. Irridu nghidu, bhala kumment li dan in-numru jaghti ideja tal-ghadd ta' refugjati fir-rahal taghna. Bhala prova l-Gas Chamber kienet izzur rahal rahal ta' Malta biex tistieden lin-nies jippruvaw il-maskra taghhom.


Fis-17 t'Ottubru madwar 368 tifel u tifla ta' l-iskola dahlu f'din il-karozza specjali, izda l-poplu, imxebba mill-guh, nieqes mill-irqad u l-ghata, mifrud minn hbiebu u niesu ftit li xejn wera hajra li jmur jipprova l-maskri tieghu, tant li l-ghadd bilkemm lahaq ghoxrin.


Is-Sur Emmanuel Sammut


(p.405) L-ghemejjel ta' kuragg u l-hila ta' xi whud fil-jiem tal-gwerra jibqghu jissemmew. Fost dawn ta' min isemmi t-tobba u l-qassisin tar-rahal li, kull meta kien hemm bzonn, qdew dmirhom b'sagrificcju kbir u bla biza'. L-A.R.P. tal-Mosta kellha bhala spotter lil Emanuel Sammut, li, bla ebda sinjal ta' biza, ghadda l-Air Raids fil-berah fuq it-turretta tal-Headquarters, li kien fl-iskola tal-Gvern, biex jimmarka kull fejn intefghu l-bombi u fejn kien jidher sinjal ta' xi tigrif ta' bini jew periklu. Mhux ta' b'xejn li l-awtoritajiet militari fahhru l-qlubija ta' dan il-Mosti u wara ssemma fil-lista ta' l-unuri.


Xtaqt kieku naghti aktar taghrif fuq dan is-suggett, izda n-nuqqas ta' xandir u s-sikta ta' l-ahbarijiet fil-gurnali ta' dik il-habta, sikta biex in-nies ma titnaffarx u ma tiddarrasx, flimkien mal-qerda ta' xi kitbiet importanti ta' xi whud li tlabthom l-ghajnuna taghhom, qerdulna ghal kollox dawk il-grajjiet zghar ta' qlubija u ta' nteress.


B'dan kollu, meta titkellem ma kull min garrab il-hruxija tal-gwerra, taqra fuq wiccu d-dalma ta' niket ta' dawk il-jiem. S'issa tifkira tal-gwerra ghandna nsibuha f'isem ta' triq, Triq id-9 t'April. Forsi ghad insemmu triq biex tfakkar dik it-tragedja tal-21 ta' Marzu, 1942 meta mietu tant nies x'xelter fi Triq Gafa.


Riferenzi

  1. Taht in-Nar, G. Ellul Mercer, (Mid-djarju ta' l-ewwel sena tal-gwerra).
  2. Malta G. C. Special Request Feature, Readers' Digest, April, 1967.

(L-awtur jirringrazzja lil dawk li tawh it-taghrif mehtieg, specjalment lil Mr. Woods, ex-Supretendent ta' l-A.R.P., li qieghed id-djarju tieghu ghad-dispozizzjoni tieghi)


IT-TIENI PARTI: Is-Sena 1942 - Il-Mosta fl-aghar siegha tal-Gwerra

(Ricerka tal-gazzetta Il-Mosta)


(p.406) Il-grajja tal-gwerra mhix semplicement rakkont jew damma ta' incidenti ta' kemm waqghu bombi u kemm inqatlu nies. Mhix biss gabra ta' statistika militari. L-imwiet ta' tant pajzana Mostin u l-hsara li saret mill-bombi huma tabilhaqq suggetti koroh u li jsewwdu l-qalb. Huma prezz, l-ghola prezz li hallset l-ghaziza Mosta taghna matul l-ahhar gwerra dinjija.


Il-grajja tal-gwerra hi l-istorja ta' poplu, ta' poplu li bata u beka, ta' poplu li ra t-tibdil f'daqqa taz-zminijiet, ta' poplu li talab u fada f'Alla, ta' poplu li kultant ukoll dahak b'xi praspura.


Ghalhekk irridu nharsu lejn aspetti ohra, aspetti socjali, ekonomici u umani li jaghtu hjiel tat-tbatija li minnha ghaddew missirijietna u ommijietna fil-gwerra. Ghax meta nharsu lejn il-gwerra, filwaqt li hu dmir sagrosant taghna li ma ninsew qatt il-memorja ta' min tilef hajtu u niftakru fih f'talbna u, bhal komunita, ghandna nwaqqfu mafkar bl-ismijiet t'ulied il-Mosta maqtula, hu dmir daqstant kbir taghna, ulied li ma niftakrux il-gwerra, li naghtu l-akbar gieh u nghozzu l-genituri taghna, li batew il-guh, l-inkonvenjenza tax-xelterijiet, l-allarmi ta' hbit mill-ajru, nuqqas ta' trasport, qtigh il-qalb u dwejjaq ohra, imma li taw xhieda tal-fidi taghhom ta' din gensna, f'wiehed mill-mumenti l-aktar difficli li rat art twelidna matul l-istorja antika taghha.


Inhossu li ghandna nfakkru li mis-sorsi tal-informazzjoni li kellna ma stajniex naghtu wisq taghrif dwar il-bumbardamenti li saru fuq il-Mosta. Il-gazzetti ta' zmien il-gwerra kienu jzommu skiet fuq it-telfiet tal-qawwiet inglizi f'dak (p.407) li huma ajruplani, taghmir, stabbilimenti militari u fuq l-episodji aktar kiefra li kienu jolqtu lill-popolazzjoni ghalkemm irridu nistqarru li sibna taghrif siewi, ghax l-imwiet u d-djar li waqghu l-ebda awtorita ma setghet tistorhom, imqar jekk kellha cewnsura streetta.


Il-gazzetti kienu jghidulek kemm irnexxielhom iwaqqghu ajruplani tal-ghadu "il-kavallieri qalbiena" ta' artna. Imbaghad tfittex halli tipprova tara ghal-liema targets habat l-ghadu u ma ssib xejn car u konkret.


Propoganda


Iz-zminijiet kienu mwieghra. Kien jehtieg li fix-xhur difficli bejn Jannar u Mejju 1941 u Dicembru 1941 u Ottubru 1942 il-poplu jippreparawh ghall-ghar li seta jigri. Kienu jghidulhom minn fuq il-mezzi ta' xandir u gazzetti biex kulhadd isib kenn taht xi tarag u mbaghad, taht il-blat meta ihaffru x-xeltrijiet fl-1941. Kienu jghidulhom kemm batew in-nies ta' Coventry u li huma kienu sofrew bhalhom l-imwiet ta' nieshom u t-tigrif tal-bini storkiku. Kienu jwissuhom fuq il-black market, biex jiffrankaw il-petrol, biex jinzlu fix-xeltrijiet sew ghall-kenn kif ukoll halli, f'kaz ta' invazjoni, is-suldati Inglizi u l-Home Guard maghmula mill-Maltin, ikunu jistghu jiggieldu lill-ghadu minghajr xkiel - madwar 30,000 suldat li kwazi nofshom kienu Maltin u l-ohrajn Inglizi.


Sibna li l-Mosti, illum Chev. Salv Gatt, ex-Direttur tal-Edukazzjoni, fl-19401 kien inhatar sub-editur fid-Dipartiment tal-Informazzjoni u kien imexxi l-publikazzjonijiet l-Information Service Bullettin. Kif kitbilna hu stess2, l-iskop ta' dan il-gurnal ta' kull gimgha kien propagandistiku. Irridu nghidu li minn Marzu 1942 'il quddiem l-Informnation Sevice Bulettin beda jkun ippublikat b'erba faccati (p.408) darba kull nhar ta' Gimgha biex jiffrankaw il-karta3.


Il-Kav. Gatt kien halla l-Mosta fis-sajf tal-1940. Sa dak iz-zmien hu, u mieghu s-Sur Nazzareno Abela, ex-Surmast fl-Iskola Primarja tal-Mosta u wara Inspector fl-iskejjel tal-Gvern, kien spettur fl-Ispecial Constabulary, li twaqqfet biex tghin lill-pulizija regolari fi dmirijiethom, li kienu zdiedu bil-bosta. Il-Kav.Gatt kien dam fid-Dipartiment tal-Informazzjoni sal-1946. F'dik is-sena ntbaghat lura fid-Dipartiment tal-Edukazzjoni, id-Dipartiment li fih kien impjegat fil-bidu tal-karriera tieghu fis-Servizz Civili.


1942 – Sena Deciziva


It-tieni blitz ta' Malta beda fit-22 ta' Dicembru 1941. Il-gazzetti ma qaghdux jimoghduha li kien hemm il-qilla tistenna lill-poplu Malti. Gazzetta minnhom4 bdiet issejjah lin-nies biex jinvestu flushom fil-War Loan halli tintrebah il-gwerra.


Jekk, fis-sena 1941, il-Mosta rat il-popolazzjoni tikber ghax laqghet ghadd kbir ta' rifugjati, u jekk il-Mostin batew il-guh u l-inkonvenjenza tal-gwerra. Fis-sena 1942 kellhom wisq u wisq tbatija gejja. L-aghar siegha tal-gwerra ghall-Mosta kienet waslet.


F'kaz ta' invazjoni


Sa minn meta beda jsir il-hbit mill-ajru, il-qniepen tal-knejjes kienu jdoqqu tokki biex javzaw li l-attakk kien ghadda ghal kollox. Kienu s-sinjali tal-All Clear. Il-periklu ta' invazjoni kien tant kbir li f'Jannar 1942 Mr Nunn xandar tahdita fuq ir-Rediffusion u qal li l-qniepen kienu ser jitwaqqfu b'effett mit-12 ta' Jannar. Dan kien ifisser li, jekk qatt jindaqqew, tkun bdiet "Operation Hercules" (p.409) jew "Operazione C3": l-invazjoni ta' Malta.


Notifikazzjoni tal-Gvern Nru 20 tat-8 ta' Jannar, 1942 kienet tghid li Allarm Generali biex javza invazjoni kien jinghata billi f'Malta jindaqqew il-qniepen f'salt u f'Ghawdex kellha tindah il-qanpiena l-kbira ta' kull knisja. Il-Kummissarju tal-Puluzija avza li mis-27 ta' Jannar 'il quddiem is-sinjali tal-attakki mill-ajru kellhom jibdew jinghataw biss mis-sireni. Il-murtali, tlieta fl-ghadd, kellhom jintuzaw f'kaz li s-sireni jkunu bil-hsara.


Il-qniepen tar-Rotunda ma daqqewx aktar fi zmien il-gwerra ghajr f'zewg okkazjonijiet. Cirkulari tal-Isqof Galea mahruga mill-Kurja Arciveskovili ta' Malta fil-15 ta' Settembru, 1942 kienet tghid li l-qniepen kellhom jindaqqu nhar id-19 ta' Settembru bi prova ta' Allarm Generali. Indaqqew ukoll meta r-Re Gorg VI gie Malta fl-20 ta' Gunju 1943.


Taht il-blat


F'Jannar dehru hafna ittri fit-Times of Malta ta' korrispondenti Mostin li ilmentaw li xi nies kienu qeghdin jiehdu hafna affarijiet zejda fix-xeltrijiet. Hafna nies ma setghux jistkennu fihom bil-lejl ghax ma kienx hemm spazju bizzejjed. Sa wasal biex gerger, korrispondent minnhom, li xi nies li ma kellhomx wisq x'jaghmlu matul il-jum kienu huma li nizzlu affarijiet zejda. Kien qed jigri li dawk il-haddiema li jkunu gew lura minn gurnata xoghol kienu qeghdin isibu x-xeltrijiet mimlijin diga fl-4:00pm.


Kittieba Mostin ohra ilmentaw, fost hwejjeg ohra, li ma kienx hemm igjene bizzejjed minhabba li n-nies riedet tnizzel recipjenti maghha bil-lejl bhala alternattiva ghad-W.C. il-ventilaturi kienu qed jistaddu u xi nisa (p.410) wegghu meta waqghu huma u nezlin fix-xelter ghax it-tarag ma kienx imhaffer sewwa.


Il-korrispondenti, li kultant kitbu bi stil iebes hafna, ma harsux lejn l-ikrah biss u waqfu hemm. Fissru x'seta jsir. Fost suggerimenti li ressqu f'din il-korrispondenza5 insibu li talbu li jinhargu cards mill-Protection Officers u fihom jinkiteb l-ghad ta' banketti, siggijiet, imtierah u hwejjeg ohra li wiehed seta jzomm fix-xelter. Kellhom ikunu ezentati x-xjuh, nisa tqal, invalidi u tfal taht il-hames snin. L-awtoritajiet kellhom jizguraw li x-xeltrijiet ikunu ndaf.


Sadattant is-Select Committee tal-Kunsill tal-Gvern hejja r-rapport tieghu dwar ix-xeltrijiet. Tlesta fit-3 ta' Frar, 1942. L-informazzjoni li gabar dan il-Kumitat kienet tinkludi, fost ohrajn, dik mill-ittri li dehru fil-gazzetti. Mir-rakkomandazzjonijiet li ghamel jidher ukoll li l-kontribut tal-korrispondenti Mostin u rifugjati kien kbir ghax l-ittri taghhom jissemmew fil-lista twila tar-rapport.


Ma kenux wahedhom il-Mostin. Abitanti f'inhawi ohra ta' Malta kellhom l-ilmenti taghhom. Dan jidher mil-fatt li l-Logotenent-Gvernatur hareg avviz f'Jannar 1942 u fakkar li ma kienx permess li n-nies inizzlu siggijiet, sodod jew xi forma ta' sodda fix-xeltrijiet minghajr permess. Irridu hawnhekk inghidu li l-Gvern, bl-Avviz Nru 94 kien issospenda l-effetti tal-ligi dwar l-uzu tax-xeltrijiet u halla lin-nies jaghmlu l-arrangamenti taghhom bejniethom bit-tama li ma tinholoqx procedura burokratika. Izda, kif rajna saru abbbuzi f'hafna bnadi u l-Gvern kellu jwaqqaf l-esperiment ghal kollox f'Jannar 1942. Kien ser jinghata permess lix-xjuh, inkapacitati u nisa tqal basta dawn japplikaw ghand il-Kummissarju tad-Distrett, il-Protection Officer, inkella Assistant taghhom.


(p.411) Fix-xandira tieghu tal-1 ta' Jannar Mr. Nunn, Assistant tal-Logotenent-Gverntatur, kien qal li, billi ma xtaqux li jfixklu lil dawk in-nies li kien irnexxielhom jifthemu dwar l-uzu tax-xeltrijiet, ma kienux ser jindahlulhom. Ghalhekk gara li din l-eccezzjoni tat lok ghat-tkomplija tal-abbuz fejn kien jezisti. Kien ghalhekk li, minkejja l-projbizzjoni tal-Gvern, l-affarijiet f'xi xeltrijiet fil-Mosta ma trangawx u korrispondent kellu jerga jikteb fit-3 ta' Frar6 biex ifakkkar lill-awtoritajiet li ftit nies bla spirtu civiku kienu ghadhom qed jikkagunaw inkonvenjenzi.


Xeltrijiet


L-igjene fix-xeltrijiet kienu ser jiehdu hsiebha. Mr.Nunn habbar waqt tahdita fuq ir-Redifusion fit-2 ta' Frar li kien ser ikun hemm shelter cleaners biex ighinu lix-shelter wardens halli x-xeltrijiet jinzammu ndaf.


Fil-Mosta kien is-Sur Indri Abela li nhatar shelter cleaner. Meta tkellimna mieghu f'Gunju 1978, semmielna bejn wiehed u iehor it-triqat fejn jinsabu b'heffa li ghagbitna ghax ma bsarniex li wara madwar 35 sena kien ser jiftakarhom hekk malajr. Kienu dawn: Triq il-Wata (tnejn), Triq San Anard, Triq it-Tama (tnejn), Triq it-Torri (tlieta), Pjazza Rotunda, Triq il-Kbira hdejn il-Cash and Carry, Triq San Guzepp, Triq Santa Margerita, Triq il-Pont (tnejn), Triq Gafa, Pjazza Oratorju, Triq San Anton, Triq Tonna, Triq Santa Marija u Triq il-Kungress Ewkaristiku (tnejn).


Ma dawn inzidu wiehed fi Triq Callus, iehor fil-grawnd tal-Oratorju "Qalb ta' Gesu"7 u iehor, dak Nru 144, li kien jinsab fi Triq il-Kostituzzjoni u kien ghadu ma tlestiex sa Frar, 1942, minkjejja li kien ilu erbatax il xahar jithaffer8.


(p.412) Dawn kienu tal-Gvern u kienu jilqghu lil kulhadd. Kien hemm ohrajn zghar li thaffru mis-sidien ta' djar privati ghall-uzu personali.


Il-kannierja wkoll ghamlet zmien twil tintuza bhala xelter minn madwar 400 ruh, li kienu jorqdu fiha bil-lejl. Meta tlesta x-xelter tal-pjazza, il-kannierja ma baqghetx tintuza aktar.9


L-ewwel vittmi


Fid-19 ta' Jannar mietu l-ewwel pajzana Mostin. It-tragedja l-aktar li kienet kiefra kienet fi hdan il-familji Riolo u Bugeja, qraba ta' xulxin. Iz-zewgt idjar taghhom fi Triq il-Kungress Ewkaristiku ntlaqtu. F'wahda minnhom mietu l-omm u l-bint; fl-ohra l-missier, l-omm u l-ulied kollha.


Dakinhar ukoll intefghu bombi fi Triq il-Pont u l-pjazza tal-Oratorju. B'kollox dakinhar mietu erbatax, erbatax ohra korrew u minnhom mietu tnejn wara.


Il-bini madwar l-Oratorju kif ukoll il-faccata tal-Oratorju saritilhom hsara konsiderevoli. Il-kancell inqala minn postu bil-blast u stabat mal-faccata.10


Kien xokk tal-ewwel u ghalhekk xokk kbir. Is-sur A. J. Mallia Vernon halla miktub li dik il-gimgha l-Mosta, our picturesque and popular Mosta, agreable haven to hundreds of refugees, was sorely stricken11. Fl-istess hin fahhar lit-tobba, kleru u l.A.R.P. ghal dak li ghamlu.


Is-Sur J.G. Christie kkonferma dak li qal is-Sur Mallia Vernon. Mal-kleru, tobba u tal-A.R.P. zied ir-R.A.M.C, R.M.A, il-Pulizija u l-Protection Officer li, skond hu, kien tal-ewwel li lahaq fil-post tat-tigrif. Spicca biex sklama, well done Mosta, naturalment biex iqawwi l-moral tal-poplu.12


(p.413) Is-sehem li kellu l-kleru tal-Mosta f'din l-ewwel tragedja fissritu l-"Lehen is-Sewwa".13 L-editorjal ta' din il-gazzetta ghas-sena 1942 ma tantx isemmu postijiet u nies b'isimhom. Filwaqt li kkummenta fuq il-kleru ta' Malta kollha b'mod generali, dan l-editorjal hass li kellu jsemmi l-kleru tal-Mosta b'mod partikulari. L-editur kiteb hekk fost affarijiet ohra.


"Imma jekk l-antiklerikali jibqghu sakemm jibqa' Sacerdot, ma jonqsux in-nies li m'humiex nieqsa mill-gratitudni u din il-gratitudni ma naqsitx zgur lill-kleru tal-Mosta f'din il-gimgha meta bosta kienu bhal missirijiet fost uliedhom imnikkta.

Qalilna min ra b'ghajnejh li fis-siegha tragika li ghaddiet il-Mosta, tista' tghid li sa minn l-ewwel mumenti l-kleru kollu kien barra, jiggerra min-naha ghall-ohra jfittex il-vittmi biex min-naha jassisti l-milquta u mill-ohra jikkonforta lil nieshom.

U wiehed m'ghandux jinsa li l-qassis jaghmel dan b'inizjattiva tieghu."


Insemmu wkoll qassis Mosti, Dun Antonio Buhagiar, Kappillan tal-parrocca ta' San Pawl tar-Rabat ta' Malta. Minkejja li zdiedlu x-xoghol minhabba r-rifugjati, baqa' jaqdi d-dmirijiet pastorali tieghu b'reqqa u pacenzja u jghin lin-nies fi htigiethom14.


In-nies tal-A.R.P. ukoll hadmu hafna. Jissemma s-Sur J. Galea. Is-Sur Mallia Vernon meta rrefera ghal dak li gara fid-19 ta' Jannar, fl-ittra li semmejna spicca biex qal li s-Sur Galea kien "the righ man in the right place". Il-korrispondent JUSTUS, f'ittra fit-Times of Malta fis-17 ta' Frar, meta s-Sur Galea kien ga spicca minn Supretendent tal-A.R.P. tal-Mosta, qal li fit-3 ta' Frar kien ra lis-Sur (p.414) Galea, flimkien man-nies tieghu, jaqla l-igsma mejta f'Ghajn Rihana, b'fies u pala, minn taht it-terrapien. Xi jumejn wara rah jaghti l-ewwel ghajnuna lil pilota Germaniz li nizel El Hallis. Il-pilota baqa' mibluh meta sema' lis-Sur Galea jkellmu b'Germaniz tajjeb. Ma ninsewx li c-Centru tal-A.R.P. fil-Mosta kien iservi ghan-Northern Region kollu, jigifieri, Mosta, Gharghur, Naxxar, San Pawl il-Bahar, Mellieha u Mgarr.


Il-Luftwaffe kontra l-aircraft carrier li ma teghriqx.


Il-hbit fuq Malta baqa' jizdied. Fi Blitz Notes15 insibu li fil-gimgha bejn is-7 u 14 ta' Frar, il-Mosta, Tas-Sliema, Hal Qormi, il-Furjana, Rahal Gdid, il-Belt u Ghawdex kienu l-postijiet li l-aktar li sofrew mill-attakki mill-ajru. Jidher ukoll li fid-9 ta' Frar il-Mosta qalghet xebgha bombi16.


Meta kiteb is-Sur G.Vella mill-Mosta17 deherlu li kellu jirringrazzja lil Lt. (Q.M.) Fannings talli, kull darba li "l-ghadu jibbombja l-Mosta bl-addocc" u jwaqqa l-bini, ikunu minn tal-ewwel li, flimkien man-nies tieghu, ighinu lill-A.R.P. biex inehhu t-terrapien"


Sadattant avviz li deher fil-gazzetti lokali kien juri l-postijiet li kienu ser jitwaqqghu minhabba li garrbu hsarat bil-gwerra:

  • Nri 167-168, 270-3, 877-882 f'High Street
  • Nri 1, 1A, 2, 3 Triq il-Barriera
  • Nri 52, 53 Triq l-Oratorju
  • Nri 34-37 Triq it-Torri
  • Nri 119, 121 sa 127 Triq il-Kungress Ewkaristiku
  • Nri 21D, 22, 22A, Triq Dimech18

Avviz iehor li deher ftit wara19 kien jitlob lil dawk (p.415) kollha li xtaqu jivvoluntarjaw ghal xoghol fl-ajrudrom ta' Qali biex imorru hdejn il-Monument ta' Spencer, Mile End, il-Hamrum dakinhar jew fis-7:30am granet ohra. Anzi s-Sur L. Agius, Direttur tal-Hatt u Tbattil, ghamel tahdita dwar hekk fuq ir-Rediffusion fl-14 ta' Marzu. Il-hlas ghal dan ix-xoghol kien 8s.0d. (40c). Dan il-hlas wahdu meta tqabblu mal-pagi baxxi ta' dak iz-zmien juri kemm kienu mehtiega l-irgiel biex isewwu r-runways wara kull bumbardament u kemm kien perikoluz xogholhom.


Stat ta' Biza


Minn dak li halla miktub korrispondent Mosti20 ghandna nintebhu xi stat ta' allarm kien hawn fil-Mosta. Tlieta minn kull erbgha min-nies kienu jorqdu fix-xeltrijiet minkejja l-inkonvenjenzi kollha li kien jhabbtu wicchom maghhom.


Sitwazzjoni kerha


Biex inkunu nafu kemm dan il-korrispondent kellu ragun ser nikkwotraw ftit il-headlines tal-gazzetti ta' dak iz-zmien. Qabel xejn inghidu li bdew jinghataw aktar dettalji u minn nofs Marzu, l-ahbarijiet tal-glied f'Malta bdew jiehdu maz-zewg terzi ta' faccata. Insemmu ftit minn dawn it-titli:

  • Il-Luftwaffe iggarrab telf kbir fuq Malta.21
  • Spitfires rebbihin fl-ewwel taqbida taghhom fuq Malta.22
  • Fl-istess faccata, inkwadrata f'kaxxa, Il-House of Commons, trodd gieh lil Malta.
  • Il-Luftwaffe tehodha ma l-aqwa barrage tad-Dinja.23

(p.416) Ghalkemm wiehed jifhem is-siwi tal-propoganda u b'hekk tistenna li din tintuza sewwa, kultant b'mod esagerat, irridu nistqarru li r-rapporti ghal Marzu u April tal-1942 zgur li kienu jirriflettu s-sitwazzjoni mwieghra ta' gziritna. Ghalhekk wiehed jasal biex jemmen dak li qal ir-radju ta' Berlin li wahhal fid-difiza qalila ta' Malta biex jiskuza lill-Germanja talli kienet qed tibbumbardja lil Malta addocc.24


Is-Sibt, il-21 ta' Marzu 1942: Il-Mosta b'luttu kbir


Fir-rapport ta' Il-Berqa25 fost affarijiet ohra inkiteb li nhar is-Sibt, 21 ta' Marzu fil-hin tat-te (2:00pm) il-Luftwaffe ghamlet attakkki qawwi fuq ta' Qali b'madwar 75 bomber. Minhabba l-barrage tal-kanuni l-formazzjoni tferxet minnufih u xi bombi nxtehtu f'nahiet imferrxa. Il-Berqa ikkummentat hekk ghal dan l-attakk fuq ta' Qali li ssejmma b'ismu, haga mhux komuni ssibha fil-gazzetti meta jsemmu l-ajrudromi: "Dana kien l-akbar attakk minn mindu l-Luftwaffe regghet lura fi Sqallija f'Dicembru li ghadda, u kien jixbah lir-raids li kienu saru sena ilu fuq l-Illustrious."


Dan il-kliem deher ukoll b'ittri grassi fil-bidu tar-rapport ghall-20 u 21 ta' Marzu. Dan ifisser li l-hruxija li bhalha Malta kienet rat f'Jannar tal-1941 fl-inhawi tal-Port il-Kbir dehret ghal darb'ohra fuq Malta, did-darba fuq Ta' Qali u hekk ukoll fuq il-Mosta, l-izjed fuq ix-xelter imtertaq ta' Triq Gafa: zewg bombi splodew f'bokka u ohra fil-bokka l-ohra. Kienet tragedja minghajr precedenti fil-Mosta.


(p.417) Il-Luftwaffe habtet hekk bil-kbir ghax riedet twitti t-triq ghall-invazjoni ta' Malta, ippjanata ghal minn nofs Lulju sa nofs Awissu, ghax kien ghadu kif dahal konvoj zghir, u ghax il-ftit fighters f'Ta Qali kienu qeghdin jaghtu sehemhom biex iharsu lil Malta u lill-konvoj u indirettament ighinu l-bombers Inglizi jibbumbjaw kull konvoy Taljan ghall-Afrika ta' Fuq.


Li ma kienx hekk kieku x'aktarx qatt ma kien ikollna ghalfejn infakkru l-qilla ta' dawn il-bombers u fighters li gew maghhom. Kieku forsi qatt ma kien ikollna ghaliex nitniktu b'dik il-grajja kiefra tal-21 ta' Marzu 1942 tax-xelter Nru.71 fi Triq Gafa, fejn hallew hajjithom 'il fuq minn mitt ruh.


Mill-ghadd ta' mejtin li mietu bil-hidma tal-ghadu jirrizulta li ftit inqas minn nofs it-total ta' 231 ghal Marzu kienu Mostin u rifugjati fil-Mosta. Kienet il-Mosta, skond ix-xhieda tal-gazzetti26 ta' dak iz-zmien, li l-ewwel li daqet l-imrar tal-aghar xhur tat-tieni blitz. Tant hu hekk li fl-ahhar tas-sena t-Times of Malta regghet fakkret li l-aghar attakki minn mindu l-Luftwaffe nizlet Sqallija saru fl-20 ta' Marzu. Mhux ta' b'xejn li l-ghada kielha x-xelter ta' Triq Gafa. In-numru li mietu fix-xelter ta' Triq Gafa kien ta' madwar tmienja u erbghin ruh, wiehed u tletin minnhom joqghodu l-Mosta u hafna ohrajn kienu fi triqthom lura mix-xoghol fil-Mellieha u nzertaw kienu dahlu jistkennu fih. Smajna min qal li l-bokka mix-xelter dabbret zewg balal u ohra balla wahda. Hawn min ighid li kull bokka dabbret balla wahda.


Transport


Nieqfu ftit mill-bumbardamenti u naraw x'kien qed isir dwar suggetti ohra.


L-awtoritajiet riedu li dak il-ftit li kellhom iservilhom kemm jista jkun. Dahhlu r-razzjon. Il-petrol ma kienx eccezzjoni.


F'Marzu l-karozzi tal-linja tal-Mosta bdew iwaqqfu f'ta' Hadidu (fejn illum hemm il-Mosta Spinning u l-fabbriki tal-madum). In-nies kellhom imorru minn hemm ghal djarhom (p.418) bil-mixi. It-tgemgim gustifikat kien kbir ghaliex, kif ilmenta kemm il-korrispondent27 kien hemm periklu kbir minhabba li ma kienx hemm xeltrijiet f'kaz ta' attakk fuq ta' Qali u fix-xitwa lanqas kenn ghal kontra x-xita.


B'effett mill-15 t'April il-karozzi tal-Mosta ma baqghux jidhlu l-Belt. It-terminus il-gdid sar Portes des Bombes.


Edukazzjoni


L-iskejjel Primarji fi Triq Grognet ittiehdu u ntuzaw bhala Centru tal-A.R.P. it-tfal kienu jmorru l-Oratorju "Qalb ta' Gesu" ghat-taghlim.


It-tfal Mostin jidher li batew sewwa. Ibda biex, dawk li kienu jattendu l-Lija Lyceum zdidilhom il-hin b'nofs siegha u kienu qeghdin jahlu nofs ta' nhar shih minhabba attakki spissi.28 Skond korrispondent Hamruniz29 it-tfal ta' hames snin tal-Hamrum, bhal dawk tal-Mosta, Rabat, it-Tliet Ibliet, il-Gudja, Hal Ghaxaq u z-Zejtun, kienu qed jiccahdu milli jidhlu l-iskola. Ir-raguni tidher li kienet li kien hemm nuqqas ta' ghalliema peress li bosta kienu nqabdu bil-lieva, it-tfal t'hemmhekk ma tilfux l-iskola filwaqt li dawk tal-irhula baqghu minghajr ghalliema.


Halib


Aktar tbatija. Fil-Mosta familja ta' sitta kienet qieghda tinghata bott halib kundensat kull hmistax filwaqt li fil-Belt familja ta' sitta min-nies kienet qieghda tiehu tmien bottijiet fix-xahar.30


F'Marzu saru xi arrangamenti dwar il-kejl tal-halib tal-moghza li kellu jintuza b'effett mis-16 ta' Marzu. Fost (p.419) il-ghasses tal-Pulizija li kienu hawn f'Malta fejn wiehed seta jara dan il-kejl, insibu dik tal-Mosta31.


Izda t-trattament differenti bejn nies ta' certi rhula u ohrajn fit-tqassim tal-halib twal. Tifel li ffirma b'ismu pprotesta talli t-tfal tal-"Musta" u xi bnadi ohra ma kenux qeghdin jinghataw halib pasturizzat, ghaliex ma kienx infetah centru. Issuggerixxa li ta' lanqas jinghataw xi haga ohra, bhac-cikkulata, biex taghmel tajjeb ghan-nuqqas ta' halib.32


Fl-istess faccata korrispondent mill-Mellieha qal li mhux sewwa li l-Mosta, in-Naxxar, il-Gharghur, l-Imgarr, San Pawl il-Bahar u l-Mellieha ma jinghatawx halib pasturizzat. Kienet ingustizzja kbira u wiehed ma setax jifhem kif tifel Mosti li jghix mil biss boghod minn tifel f'Hal Lija ma kienx jinghata.33


Min-naha l-ohra l-kwistjoni tal-halib rikostitwit (Powdered milk) inhallet f'Awissu ghan-nies tad-Distrett tat-Tramuntana, fosthom il-Mosta. Fil-Mosta bdew isiru provi kif wiehed jirrikostitwixxi t-trab tal-halib fi Triq it-Torri.


Skabbja


Mal-bombi u mal-guh kien hawn il-problema tal-iskabbja. Kulhadd nieqes mill-vitamini; kwazi kulhadd ihokk. Kienu jinghataw pariri dwar x'kellu jsir biex jikkontrollawha.34


Xoghol


Fil-Mosta kien hawn ufficju f'Nru 23, Triq Grognet, li kien iservi ghal diversi rhula fil-qrib, biex certi haddiema jkunu jistghu jgeddu l-Continuous Service Booklet, li (p.420) minghajru ma kenux jistghu jidhlu ghax-xoghol35. Kien hemm ufficju iehor ghax-xoghol ta' bilfors. L-Ufficju tax-Xoghol Obligatorju fil-Mosta kien f'Nru 73, High Street36.


Informazzjoni


Is-Sibt, 19 ta' Settembru, l-On. G..N.N. Nunn, Assistant tal-Logotenet-Gvernatur u Ufficjal tal-Informazzjoni f'Malta, fetah fergha tal-Branch Information Bureau f'Nru 248, High Street , Mosta fis-6:00pm. L-Istring Band tar-Royal Irish Fusiliers ferrhet in-nies ghall-okkazjoni. Dik il-habta kienu qed jinfethu dawn il-frieghi fl-ibliet u fl-irhula ta' Malta u Ghawdex.37


Isqra mis-sema


Nergghu ghad-damdim tal-ajruplani u t-tfaqqigh tal-balal. L-attakki baqghu jiqlielu f'April. Titlu fi "Il-Berqa"38 li kien jirreferi ghall-1 ta' April kien ighid: "Il-Luftwaffe ggarrab l-akbar telf fuq Malta f'jum wiehed."


Fis-situation report mahrug mid-Dipartiment tal-Informazzjoni ghat-2 ta' April u ppublikat fit-Times of Malta,39 naqraw: "L-attakk ewlieni tal-gurnata ghal darb'ohra kien dak li sar fuq Ta' Qali. Madwar 27 Ju 87 u formazzjoni zghira ta' Ju 88 attakkaw ta' Qali." Ghall-attakki tas-6 ta' April it-Times of Malta40 qalet fil-facccata ta' quddiem: "L-ikbar attakki li saru s'issa fuq il-Gzira." L-attakki kienu qed isiru b'intervalli ta' tliet sieghat.


Il-Hamis, id-9 t'April 1942


Kopja tal-bomba li nifdet ir-Rotunda tal-Mosta Ghal hafna zmien dan ir-ritratt kien mahsub li juri l-bomba mhux sploduta li nifdet il-koppla tar-Rotunda tal-Mosta. Fil-fatt ir-ritratt ittiehed f'Jannar 1941 u juri lil tar-Royal Engineers Bomb Disposal Section flimkien ma bomba ta' 1,000 kilo. Il-BD Officer, Lt. E.E.C. Talbot (jidher fuq ix-xellug) fil-fatt inqatel ezatt 6 xhur qabel fid-9 t'Ottubru 1941 (Sors: maltagc70).

(p.421) Wasalna ghad-9 t'April. Hamsin bomber attakkaw il-gzira wara nofsinhar. Xi ghaxra kienu Ju87 Stuka 'dive-bombers'. Kien hemm ajruplani tal-glied (Me109) ighinuhom (tip fighters). X'uhud minn dawn l-Me 109 kienu qed igorru l-bombi huma wkoll. F'attakk iehor fil-hin tat-te kien hemm bombers Ju8841.


Izda kellu jkun sub-titlu ta' Il-Berqa tad-9 t'April fil-faccata ta' quddiem li kellu jkun profetiku ghall-Mostin. "Il-hbit qawwi fuq Malta huwa thejjija ghal zviluppi kbar." Kienu erbgha zgur il-bombi li waqghu fuq il-knisja, jigifieri, it-tlieta li ma splodewx (dik li nifdet il-koppla, dik li ghaddiet mill-kampnar u spiccat fuq iz-zuntier, u dik li waqghet in-naha ta' l-artal ta' Santa Filomena), u l-ohra, izghar, splodiet u ghamlet hsara zghira fuq il-koppla. Hemm minn jiftakar li waqghu izjed bombi madwar il-knisja nhar id-9 ta' April 1942 u ma splodewx. Ma splodiet ebda bomba ohra f'xi gurnata ohra fuq il-knisja (dawn l-ahhar 3 sentenzi mizjuda mill-Errata Corrige li hemm fl-ahhar tal-ktieb, p. 692)


Dakinhar is-Sur G.N.N. Nunn kellu jaghmel tahdita fuq il-fatti koroh tal-gwerra go din il-gzira bblizzjata. Donnu li ma kienx hemm ghalfejn ghax l-ghadu ghamillu x-xoghol huwa stess billi sikktu. Saret xi hsara u s-servizz tax-xandir waqaf hesrem. L-ghada d-diskors deher fil-gazzetti. Mr.Nunn qal lill-poplu, fost hafna affarijiet ohra xejn sbieh li Malta kienet qed titlef madwar 800 dar fix-xahar u li jekk il-bumbardamenti kienu ser jibqghu jsiru fuq l-istess skala, l-ghadd ta' rifugjati kien ser jikber.42


M'ghandniex xi nghidu li meta l-ghadu laqat il-Knisja tal-Mosta, il-kontroversja Bomb Rome kompliet tikber. Naraw x'intqal wara li naqraw ix-xhieda ta' tnejn li kienu gewwa l-knisja nhar id-9 t'April fil-mument li waqghet il-balla.


Ix-xhieda ta' min ra, sama' u garrab


Dun Salv Sammut kien prezenti fil-knisja meta l-bomba nifdet il-koppla. Qalilna li dakinhar in-nies bdew jisimghu l-bombi jaqghu madwar il-knisja u nhass li kien attakk ehrex mis-soltu. Il-karti li kienu mwahhlin mal-hgieg inqalghu u (p.422) bdew iperpru. Mara malajr qabdet siggu griet lejn is-sagristija. L-ohrajn ghamlu l-istess istintivament. Kollox gara f'hakka t'ghajn – mal girja tan-nies, il-waqgha tal-bomba.


Dun Salv ukoll hareg mill-konfessjonarju fil-kappellu tal-Agunija. Mal-bomba nizlu l-knaten. Xi whud talbuh l-assoluzzjoni waqt li stennew tfaqqigha, il-mewt u l-qerda.


Dun Salv zied ighid li missieru kien fil-kappellun tac-Cintura. Il-bomba habtet ma wicc Kristu li hemm fil-lunetta ta' Kristu mdawwar mill-Appostli. Habtet mal-gwarnica mimduda tal-istess lunetta, waqghet quddiem missieru u bdiet titgerbeb bil-mod il-mod lejn il-pulptu. Striehet ftit passi boghod minnu.


Zewg suldati mal-ewwel qalu lin-nies biex jimteddu wicchom fl-art ghax hasbu li kienet xi bomba tal-hin. Fil-konfuzjoni hafna hargu barra – u sabu bomba ohra mhix sploduta fuq iz-zuntier – u marru hdejn ix-xelter tal-knisja. Hemmhekk ukoll qalulhom biex jidhlu fix-xelter ghax, jekk tisplodi, il-gebel tal-knisja kien joqtolhom.


Minn dan kollu ma kien xejn. Kienet grazzja tassew kbira. It-tajba kienet kompla jghid Dun Salv Sammut li magenb is-sagristija tan-naha tas-Sala Parrokjali, kienet waqghet bomba ohra u ma splodietx. Ma kinitx toqtolhom dik li niffdet il-koppla; kienet toqtolhom dik li waqghet u ntradmet magenb is-sagristija.


Alla u l-Vergni Mbierka kienu helsu lit-tempju mit-tigrif u lil tliet mitt Mosti mill-mewt zgura u minn kull korriment.


Dun Salv Magro kien ghadu seminarista dak iz-zmien. Kien jinsab il-Mosta ghax is-Seminarju kien waqa.


Dun Salv qalilna li l-bicca l-kbira tan-nies kienu migburin mal-hitan u fil-kuriduri. Kien hemm xi erba nisa (p.423) gharrkubbtejhom quddiem Gesu Sagramentat. Dahal seminarista mill-bieb il-kbir, qasam lejn il-kappellun ta' San Guzepp, u kif wasal hemm dlonk dahlet il-bomba.


Dun Salv induna li l-bomba kienet tajjret il-lampier tan-nofs. In-nies grew ghax-xelter tal-pjazza. Meta gew tal-B.D.S., huma u jnizzlu l-balla fuq it-tarag taz-zuntier, saritlu xi hsara. Ghadda tidher sallum minkejja li msewwija.


Meta wasal l-Arcisqof Mons. Mauro Caruana qal: "Nisperaw li kollox jigi ghalli kien." Talbuh biex ghal ftit taz-zmien jibdew iqaddsu fil-kannierja. Wegibhom li setghu izda ma riedx li jkun hemm in-nies reqdin hemmhekk waqt il-quddies.


Ghattew it-toqba ghall-kumplament tal-gwerra u sewweha fl-1946. Dun Salv Magro lahaq prokuratur tal-knisja u qaddes fl-1946. Kien ighaddi mit-ticrita li halliet il-bomba ghal fuq l-armar qabel inghalqet. "Tistaghgeb. Ma kinietx kbira daqskemm tahseb."


Frangisku Mangion kien tela m'iehor biex jigbdu xi knaten perikoluzi, mhux fid-9 ta' April stess izda f'gurnata ohra, li kienu ghadhom izommu fis-saqaf fejn kien hemm it-toqba. Meta telghu sabu li kien hemm hsara zghira fil-gwarnicun ta' taht il-koppla fuq San Guzepp. Saret minn bomba zghira li splodiet. Iktar 'il fuq dehret hsara zghira ohra, x'aktarx minn bomba anti-personnel.


X'qalu l-gazzetti


Il-balal li nizlu fuq u madwar il-knisja tal-Mosta kienu l-ahhar gamra li vvamppjat in-nar kbir li kien ga tqabbad meta ntlaqtu madwar 70 knisja u ghadd kbir ta' bini pubbliku.


F'editorjal immedjat l-ghada ta' dak il-jum memorabbli, it-Times tkellmet fuq l-attakki kbar li saru fuq il-Belt Valletta u l-bini storiku43. Issa rridu hawnhekk inghidu li (p.424) jidher li l-gazzetti kellhom bhal 'policy' li jirraportaw il-herba ta' l-ghadu jumejn wara li tkun grat. Hekk sehh fil-kaz tal-hbit fuq ta' Qali nhar id-9 t'April. Ghaddew il-jumejn u l-editorjal tat-Times tal-11 t'April fethilha bl-ikrah kontra l-ghadu. Ser naqilbu ghall-Malti siltiet mill-editorjal, li jitkellem wahdu x'fissret ghall-poplu Malti dik il-bomba fuq ir-Rotunda tal-Mosta:


"Il-bumbardamenti li saru fuq Londra u bliet ohra (Inglizi) ma swewlhom l-ebda profitt militari lin-Nazisti, izda d-dehra ta' knejjes u sptarijiet ibbumbardjati gabet lil kulhadd f'sensih dwar ir-realta tal-gwerra.

Hekk ukoll f'Malta hemm l-istess reazzjoni kontra d-'dive bombing' viljakk fuq il-Belt Valletta, u wara fuq il-Mosta. Il-qerda tal-belt ftit li xejn tiswa lin-Nazisti, safrattant mijiet ta' bombers intbaghtu jahbtu mewga mewga ghal din il-belt kapitali zghira ta' gzira zghira."


M'ahniex ser noqghodu niddiskutu dwar l-appell ghas-sens profondament religjuz li ghamel dan l-editorjal lill-poplu Malti. Tifhimha li jsir hekk fi zminijiet ta' gwerra. Inghidu biss li, f'dan il-perjodu, il-Mosta ssemmiet b'daqshekk gieh mal-Belt Valletta, li laqtet fuq li laqtet xebgha wara l-ohra ta' balal mizrughin minn ghadu qalbieni li kien jidhol qalb in-nirien kollha biex jolqot fejn kellu jolqot.


Kienet diga nqalghet il-kontroversja msejha Bomb Rome bi twegiba ghal dak li l-ghadu kien qed jaghmel lil Malta. Biex isahhu l-argument li l-ghadu kien qed jibbumbardja targets mhux militari ghax ried kien hemm min xehed li ra b'ghajnejh u gibed ritratti waqt il-hbit mill-ajru. X'uhud iffirmaw isimhom.44 Il-knisja ta' San Publiju tal-Furjana kienet inqerdet, kif allegaw, b'dive-bombers ghal fuqha.45


(p.425) L-information Service Bulettin, li hareg il-gimgha bhas-soltu, jigifieri l-ghada stess tal-hbit fuq il-knisja tal-Mosta, ma stenniex it-48 siegha li, kif ghedna, jidhru li kienu josservaw il-gazzetti ta' kuljum.


Taht titlu stupend, Malta's proudest hour, fil-faccata ta' quddiem, il-kittieb, wara li pinga l-herba u l-qlubija tal-Maltin, semma zewg ezempji biex juri li l-Providenza kienet maghna. Nikkwotaw bil-Malti: "Is-Sinjali tal Providensa lanqas naqsu milli jqawwu lill-poplu Malti. Wiehed minn dawn is-sinjali hi l-istatwa ta' Kristu Re fil-Biskuttin (fil-Furjana), li ghadha wieqfa minkejja li hemm hofor tal-bombi madwarha. Iehor hu l-bomba ta' kalibru kbir li nizlet gewwa l-koppla tal-Mosta minghajr ma hadet. Hadd mill-15046 fidil li kien hemm ma wegga serjament.47 Bombi ohra wkoll waqghu magenb il-knisja u ma hadux48."


Karikatura49 li dehret fil-Berqa tal-24 t'April gabet tpingija tal-knisja tal-Mosta, donnu mehuda minn kartolina antika ghax iz-zuntier li jidher hu l-antik. Fuq il-knisja kien hemm zewgt ixwabel jidwellaw: fuq naha wahda, bi sfond abjad, xabla bil-kliem CHRISTIAN IDEALS: fuq l-ohra bi sfond ta' shab ikrah, xxabla bil-kliem PAGAN FORCE.


Taht il-karikatura, b'ittri grassi, kien hemm il-kliem tal-General Pollakk Sikorski: "l-irvini tal-Belt Valletta u tal-knejjes Maltin, l-istess bhall-irvini tal-Polonja, huma xhieda ta' l-imhabba ghall-helsien li ghandhom il-Maltin u l-Pollakki. L-idejali nsara taghhom iridu jirbhu lill-qawwiet pagani."


Interessanti nghidu li t-toqba li haffret il-bomba gabuha l-oppost fejn kellha tigi tidher: flok lejn in-naha (p.426) tal-artal ta' San Guzepp gabuha n-naha tal-artal tal-Madonna tac-Cintura. Nahsbu li hemm raguni ghaliex. Mix-xhieda ta' Dun Salv Sammut jirrizulta li, malli habtet mal-koppla u taqbitha, il-bomba kienet angolata ghan-naha tal-artal tac-cintura. Jidher li min ghamilha din il-karikatura ma rax b'ghajnejh izda qaghad fuq il-hafna truf li sema.


Fuq iz-zuntier pingew balla. Nahsbu li riedu jghidu ghal dik li dahlet gewwa, imma fil-fatt kien hemm balla fuq iz-zuntier li kienet habtet mal-kampnar, tajret xi antifissi u nizlet tistrieh hi wkoll fuq iz-zuntier. Kienet wahda mill-ewwel karikaturi li rajna fil-Berqa tal-1942.


Editorjal iehor kien dak tat-2 ta' Mejju tat-Times of Malta.

"Ir-rovini tal-knejjes ta' Malta, tal-palazzi, bini pubbliku, ufficji u djar, kbar u zghar, illum jixhdu b'fomm siehet il-kastig tal-Vandali. Kelliema (tar-radju ta' Berlin), f'isem dawk l-istess nies li bbumbardjaw il-Knisja tal-Mosta, qerdu l-knisja ta' Stella Maris u l-Knejjes Ortodossi Griegi, (laqtu) il-kon-Katidral ta' San Gwann u l-Knisja tal-Karmnu, qeghdin jammetu li qed jeqirdu addocc. In-nazisti, li ghax riedu, nizlu jibbumbardjaw il-Knisja ta' San Publiju u tuzzani u tuzzani t'ohrajn ma Malta kollha, u li sfurzaw kemm felhu xjentement u vilment biex jeqirdu kull sens ta' hajja civili, issa qeghdin jinvokaw il-kawza tal-umanita ghax sabu ruhhom daharhom mal-hajt…".50


L-akkuza ta' l-editorjal kienet cara. Il-Germanizi bbumbardjaw postijiet kontra r-regoli accettati tal-gwerra ... ghandna ghax ninnutaw li ssemmiet l-ewwel qabel l-ohrajn il-knisja tal-Mosta, imqar jekk, inghidu ahna, ta' Stella Maris iggarfet qabel ma ntlaqtet hi.


Ir-Rotunda fl-ahbarijiet internazzjonali


(p.427) L-importanza ta' dak il-fatt storiku kienet hekk kbira li xtered mad-dinja kollha. Is-Sur J. Olivieri Munro gabar statistika51 li xxandret fuq ir-radju u l-gurnali tal-Imperu Ingliz, fl-Istati Uniti tal-Amerika, u f'pajjizi newtrali.


Il-qerda sa l-ewwel gimgha ta' April, 1942 kienet 15,500 dar (kull blokk ta' flattijiet maghdud bhala dar wahda) fosthom kien hemm 70 knisja.


Meta jigi biex jitkellem fuq il-knejjes ighid: "Il-Knejjes ta' Malta nbnew mill-poplu. Hafna minnhom, bhall-Knisja tal-Mosta, inbnew minghajr hlas mill-parruccani, nhar ta' Sibt wara nofsinhar u l-Hdud, u fil-ghaxijiet tal-granet tax-xoghol."


Imbaghad, meta jsemmi fid-dettal liema knejjes intlaqtu jew iggarfu minn fosthom kollha, ghazel li jghid xi haga fuq tnejn biss. Wahda kienet dik tal-knisja zghira mibnija fuq il-post fejn nizel San Pawl. Jidher li semmieha minhabba l-importanza nazzjonali ta' dak l-imkien qaddis. L-ohra kienet il-Knisja tal-Mosta: "Il-Knisja Parrokjali ntlaqtet, il-koppla taghha hi t-tielet fil-kobor taghha fid-dinja." Semmieha ghax kienet ghaziza ghall-Maltin kollha.


Ma nistaghgbux, ghalhekk, meta naqraw din l-ittra taht it-titlu An Appreciation, Mosta, mis-Sur Joseph M. Cassar Torregiani.52 Naqilbu f'ilsienna.


"Nixtieq, permezz tal-gurnal tieghek, nirringrazzja sincedrament minn qalbi lill-Bomb Disposal Squad li malajr u b'kuragg kbir nehhew il-bombi li ma hadux mill-Knisja tal-Mosta – knisja li tant hi ghaziza ghall-poplu ta' din il-gzira. Meta qed naghmel hekk, cert li qed infisser (p.428) is-sentimenti ta' kull Malti u izjed u izjed, tal-poplu tal-Mosta, li gustament huma kburin bil-koppla majestuza taghhom."


F'harga tal-gazzetta The Bulletin ta' Sydney fl-Awstralja, jissemma l-fatt li ntlaqtet il-Knisja tal-Mosta, li l-koppla hi t-tielet fil-kobor fid-dinja.


X'hasbu u x'jahsbu l-Mostin …


Ghalkemm kienet gerha kbira li xxokkjat lill-Mostin meta bdew ighaddu l-effetti tat-trawma minn fuqhom, bdew jintebhu li t-tragedja kienet inbidlet f'innu ta' gieh u fohrija lil Alla u lil Sidtna u ommna Marija Santissima. Ma qaghdux jomoghduha – u lanqas ahna m'ahna ser nomoghduha – li dak kien miraklu kbir. Kieku l-istess gebel tar-Rotunda jghajjat minflokna u jakkuzana b'ingratitudni!


Ghaliex minn 70 knisja kellu jkun dan il-maqdes tal-ghageb li bnew missirijietna lill-Madonna li jehlisha? Ghaliex minn daqstant eluf ta' bombi li waqghu f'April 1942 (841 tunnellata fuq Ta' Qali biss) kellha tkun wahda mill-ftit li ma hadux? Ghaliex hadd mit-300 ruh ma wegga'? Ghax ta' lanqas xi hadd kellu jikolha b'dawk il-knaten li waqghu mill-koppla!


Mhux ta' b'xejn, mela, li minn dak iz-zmien 'il hawn, kull 9 ta' April jitkantaw l-antifona tal-Madonna u t-TE DEUM b'radd il-hajr ghal din il-grazzja straordinarja li qanqlet il-qlub fl-aghar siegha tal-gwerra.


… u l-Barranin


Waqt li t-turisti midhla ta' Malta li jkunu fostna kull 9 ta' April jafu l-ghaliex fl-4:30pm il-qniepen (p.429) tar-Rotunda jinfexxu jdoqqu mota solenni ta' nofs siegha shiha biex ifakkru dik li kellha tkun grajja glorjuza, ohrajn li jkunu gew l-ewwel darba, sew jekk ihaddnu sew jekk ma jhaddnux xi religjon, jammettu, meta jisimghu l-istorja kollha, li m'hemmx xi tghid ghajr li dak kien miraklu jew grazzja kbira. Espressjoni li tghabbi b'responsabilta kbira lil kull Mosti li jistqarr li hu segwaci ta' Kristu u iben, imqar indeni ta' Sidtna Marija Santissima!


Petizzjoni tal-Inkurunazzjoni


Din il-grajja tal-ghageb kienet wiehed mill-argumenti li ressqu l-Kleru u l-Poplu tal-Mosta quddiem is-Sagra Kongregazzjoni tal-Kult Divin biex din tirrakkomanda lill-Q.T. il-Papa Pawlu VI jiddigrieta l-Inkurunazzjoni tax-Xbiha tal-Assunta meqjuma fil-kwadru titulari. Nikkwotaw mill-petizzjoni, li l-ewwel marret, kif titlob il-procedura, ghand l-Awtorita tal-Knisja tal-Arcidjocesi Metropolitana ta' Malta.


"Ta min isemmi wkoll il-bomba li waqghet fuq il-Knisja fl-ahhar gwerra Dinija; din niffdet il-koppla minghajr ma waqqghetha. Din il-grajja tigi ta' kull sena mfakkra b'purcissjoni u hija l-fehma komuni ta' hafna, li kienet l-Assunta, il-Protettrici Celesti taghhom, li helset il-Knisja mit-tigrif. Ma jigix vizitatur li ma jistaghgibx bil-fatt kif helsitha l-knisja u li ma jghidlekx li kienet grazzja specjali".53


Id-Difiza fil-Mosta


Nafu minn publikazzjonijiet ufficjali li f'April tal-1942 waqghu 841 tunnellata ta' bombi fuq ta' Qali biss. (p.430) M'ghandniex xi nghidu, waqghu hafna bombi fil-Mosta la darba kienet target area. Ma ninsewx ukoll li, sitt ijiem wara li waqghet il-bomba, ir-Re Brittaniku ta' l-George Cross lil Malta, prezentazzjoni li tinghata lil min ikun ghadda jew ghaddej minn periklu serjissimu.


F'din il-habta kien hemm xi ajruplani Inglizi li kienu qed jehduha kontra l-Luftwaffe. Kien hemm ukoll id-difiza mill-art. Dan hu li sibna s'issa.


Nibdew biex insemmu d-Dwejra Lines, il-quccata tal-gholja hekk imsejha Dwejra li tiehu mill-Mosta ghaz-Zebbiegh. Kien hemm il-batterija tal-Bizbizija u kanuni madwar il-perimeter tal-ajrudromm li kien jwasslu lil hinn minn Triq Valletta u Vjal l-Indipendenza u jibqghu sejrin fl-inhawi, in-naha tan-Naxxar, maghrufa bhala is-Saghjtar. Kien hekk batterija ta' searchlights f'dik il-parti ta' Triq Gafa il tinsab in-naha ta' Triq l-Gharusa tal-Mosta. Fl-inhawi fejn illum Triq Santa Marija taqsam ma Triq Guzeppi Cali kien hemm truncieri u sptar tar-Royal Army Medical Corps. U m'ghandniex xi nghidu, kien hemm hazna ta' munizzjon fil-fortizza tal-Mosta.


Inkarigati mid-difiza tal-artillerija kien hemm, minbarra s-suldati Maltin maqbudin bil-lieva, suldati tar-Royal Irish Fusiliers. Qabel il-gwerra kien inbena store tal-munizzjon ghar-Royal Army Ordnance Corps. L-iskop kien li jikkomplimenta l-Fortizza tal-Mosta. Min jaf kemm raw hazniet ta' armi fihom!


Id-difiza ma tikkonsistix f'ajruplani u kanuni biss. Hekk insibu li f'Malta bejn Frar u April, kien hemm forza ta' madwar 3000 ruh. Dawn l-irgiel bnew ilqugh ghal kull ajruplan u hafna dispersal runways biex l-ghadu ma jsibx l-ajruplani cappa u jeqridhom f'salt minghajr telf u tbatija. (p.431) F'Ta Qali il-Maltin kellhom maghhom suldati tar-Rigment tal-Manchesters.


Ikel


Mal-periklu u t-twerwir li l-bumbardamenti kienu jgibu maghhom irridu nzidu t-tbatija l-ohra: dik tal-guh. Skond korrispondent Mosti,54 li ipprotesta bis-shih dwar dak li deherlu li kienet indiskrezzjoni tal-awtorita militari, il-Mosta kienet ilha ma tara erba ghaginiet minn Jannar ta' dik is-sena. Tajjeb li nfakkru li r-razzjon tal-hobz f'Malta kien ta' "kwart u nofs"55 Ser naghtu taghrif dwar il-menu tal-Victory Kitchens biex infakkru f'liema cahda n-nies kienu jghixu fi zmien il-gwerra.56

  • Il-Hadd: Stewed meat bit-tadam u fazola mohmija.
  • It-Tnejn: Makkaroni bil-gobon u t-tadam.
  • It-Tlieta: Balbuljata.
  • L-Erbgha: Minestra.
  • Il-Hamis: Stewed meat bit-tadam u pizelli.
  • Il-Gimgha: Minestra.
  • Is-Sibt: Makkaroni bil-gobon u t-tadam.

M'ghandniex xi nghidu, ma kontx tixba b'dan il-menu!


La semmejna l-Victory Kitchens inghidu li s'issa sirna nafu li kien hemm wahda f'36a, Triq it-Torri u ohra f'90a, Triq il-Gnien.57 Ikkonfermajna wkoll li kien hemm ohra fi Triq il-Kungress Ewkaristiku.


Mal-ikrah irridu nsemmu s-sabih – ma rridux ninsew li fi zmien ta' skarsezza kbira, kull naqra ikel kienet dinja.


Hafna Mostin kienu jmorru Burmarrad jixtru l-haxix. Ohrajn kellhom roqgha hamrija: f'dak iz-zmien kienet tiswa mitqla deheb. Kien hemm min irabbi xi tigiega jew xi fenek. Xi nisa sa kienu jissugraw jersqu lejn Ta' Qali biex jaqtghu tfief biex jaghlfuh lill-bhejjem taghhom. Ma ninsewx li hadd, skond in-notifikazzjonijiet Nri. 338 u 33958 (p.432) dwar il-Curfew, ma seta jmur qrib ajrudrom jew stabiliment militari miz-zerniq sal-ghabex.


Il-Gvern fetah ghadd ta' centri biex in-nies ikunu jistghu jkabbru l-ucuh tar-raba taghhom. Is-slogan kien Dig for Victory.


Ir-ragel inkarigat fil-Mosta kien is-Sur Emanuel Bajada fi Triq il-Kostituzzjoni.59


Dwar dawk l-ogggetti tal-ikel li kienu jinbighu mill-hwienet, is-Sur Leone Grech kien Distributur bl-Ingrossa u kellu l-hanut fi Triq il-Kungress Ewkaristiku.60


Centru ta' Produzzjoni tal-Qamh


Skond editorjal tat-Times, il-Mosta, flimkien mas-Siggiewi, kienet centru ewlieni ta' gbir tal-qamh fi zmien il-gwerra61. Jidher li l-bidwi Mosti, minkejja l-balal flimkien mal-bdiewa tal-irhula ta' madwar il-Mosta, ta' kontribut kbir biex ikun hawn ikel kemm jista jkun.


Moral u hsara


Mal-ikel kien mehtieg il-moral. Diversi baned regimentali Inglizi bdew jaghmlu retreat beating fl-imsierah Maltin. Il-Banda u t-Tamburlini tat-Tieni Battaljun tar-Royal Irish Fusiliers, li kienu stazzjonati fl-inhawi tal-Mosta u n-Naxxar, daqqew l-irtirata fil-Mosta nhar il-Hadd, 24 ta' Mejju fis-6:00p.m.62


Il-moral kien mehtieg tabilhaqq. Kien hemm problema li kienet tinkwieta lin-nies ghax kull attakk kien ihalli hsarat fil-bini ta' xorta jew ohra. Tlabna stima ta' kemm djar iggarfu jew gratilhom hsara u l-ideja generali kienet ta' madwar ghaxra fil-mija.


Izda din il-figura ma tnaqqas xejn mill-argument ta' kemm qalghet balal fuqgha l-Mosta. Nistghu nikkonkludu li (p.433) l-bini fil-Mosta kien ftit u li hafna mill-balal spiccaw fl-eghlieqi fejn illum63 tela' tant bini li biddel it-topografija tar-rahal bil-bosta.


Il-knisja tal-Kuncizzjoni f'Ta Qali u dik ta' Ta Wejda daqu l-qilla tal-gwerra. Tal-Kuncizzjoni ggarfet ghal kollox ghalkemmm il-kwadru taghha baqa' shih, u nbniet mill-gdid wara l-gwerra bil-flus tal-War Damage. Ta' Wejda, li garrbet hsarat kbar, trangat ukoll wara l-gwerra.


Ta min ighid ukoll li barra l-hsarat li garrbet il-knisja bil-bombi li waqghu fid-9 t'April, f'okkazjoni ohra hafna mill-hgieg kien tkisser b'mina mitfugha fi Triq il-Kbira n-naha tan-Naxxar. Dakinhar kien intilef l-istained glass ta' erba twieqi tal-kappelluni. Frangisku Mangion qalilna li hu stess kien nizzel l-istained glass tat-tieqa tal-kappellun ta' San Guzepp, li kien ghad fiha sura mhux hazin, izda l-ohrajn sfaw frak biex inghidu hekk. Dawn il-bicciet kienu tellghuhom fil-kmamar ta' fuq is-sagristijiet.


Quddiem it-tliet bibien tal-knisja arcipretali kienu nbnew tliet hitan biex jilqghu l-blast tal-bombi. Wiehed (3.07m.) ittella' quddiem il-kolonni li warajhom hemm il-bieb li jiehu ghal fejn hemm l-istatwa tad-Duluri. L-iehor, li kien fih madwar hmistax-il filata (4.02m.), inbena quddiem il-kolonni li warajhom hemm il-bieb principali (dawn l-ahhar zewg sentenzi mizjuda mill-Errata Corrige li hemm fl-ahhar tal-ktieb, p. 692).


Il-hsarat tal-gwerra u t-tragedji li graw kienu jhabbtu hafna lill-korp tal-A.R.P. kellhom xoghol b'kemm iridu u ghalhekk tbatija, sagrificcju u responsabbilta tremenda.


Fis-17 ta' Frar, 1942 is Sur Anthony Woods inhatar Supretendent tal-A.R.P. tal-Mosta. Dan kien ifisser li kellu jiehu hsieb erba skwadri tal-A.R.P. Kull wahda minnhom kienet maghmula minn tmienja minn nies u surgent. Kien hemm surgent maggur ghall-erba skwadri f'daqqa u fuqhom kollha s-Supretendent. L-inhawi li kellhom jiehdu hsieb dawn in-nies kienu r-Regjun tat-Tramuntana kollu – Mosta, Naxxar, Gharghur, San Pawl il-Bahar, Mgarr, Mellieha u l-postijiet dipendenti taghhom.


Il-hatra tas-Sur Woods saret ftit inqas minn xahar qabel ma isserjat hafna l-qaghda fil-Mosta u l-inhawi taghha. (p.434) Imma s-Sur Woods kien jaf xi tfisser il-hruxija sfrenata tal-gwerra ghaliex kien serva fiz-Zurrieq u l-Belt Valletta, fejn kellu jara u jassisti ghat-tragedja tat-teatru Regent. Fil-Mosta kellu jassisti, bhala Supretendent tal-A.R.P., fost l-ohrajn, ghat-tragedja tax-xelter ta' Triq Gafa u t-tfigh tal-balal fuq il-knisja.


L-organizzajoni tal-korp tjiebet hafna taht it-tmexxija tieghu. Dan kellu jkun hekk sew minhabba s-sens ta' dixxiplina kif ukoll minhabba l-esperjenza qalb in-nirien u l-qerda ta' postijiet li kienu qalghu xbighi b'kemm jiflah jaghti l-ghadu.


Darba minnhom, wara li Lord Gort dar l-ifran tal-Mosta, mar fic-Centru tal-A.R.P. u fahhar hafna lin-nies tal-korp ghad-dixxiplina militari taghhom. Hafna mill-awtoritajiet kienu jingabu fic-Centru tal-Mosta biex jiehdu ideja tax-xoghol tal-A.R.P. f'Malta. Dan ifissier li kien organizzat sewwa.


Fil-Mosta kien hawn ukoll il-Home Guard u kienu jiltaqghu fil-Headquarters tal-A.R.P. fi Triq Grognet, jigifieri, fl-iskola Primarja. Izda x-xoghol ewlieni taghhom kien li jitharrgu kontra invazjoni tal-ghadu.


It-tragedja tat-tliet itfal


Jekk il-gwerra hi kerha ghall-kbar, kemm hi izjed kerha ghaz-zghar, l-izjed meta jinqatlu! L-ghadu ghogbu juza bombi maghrufin bhala anti-personnel. Dawn kellhom inisslu qerda fost il-popolazzjoni civili sahansitra wara li jkunu ghaddew l-attakki mill-ajru. Rapport f'gazzetta nhar l-1 ta' Gunju,64 li kien jirreferi ghal x'gara fid-29 ta' Mejju, 1942, kien jaqra hekk: "Ma tnisslux disgrazzji matul l-ahhar 24 siegha izda tliet itfal gew maqtulin u tlieta ohra midrubin sewwa wara li laghbu ma bomba li ma kenitx sploduta."


Il-mejtin kienu Frangisku Bezzina ta' hdax il sena u (p.435) huh Albinu, ta' ghaxar snin, u Edwin Gatt ta' tnax il sena ilkoll mill-Mosta. Kienu jilghabu f'ghalqa fl-inhawi fejn illum hemm l-Kunvent tas-sorijiet Agostinjani fi Triq Ponsonby meta sabu bomba, li splodiet hekk kif messewha.


Din it-tragedja kbira gaghlet lill-awtoritajiet biex jaghmlu propoganda kbira biex oggetti mhux identifikati ma jintmessewx u jkunu rapurtati lill-Puluzija. Skond statistika mahruga mid-Dipartiment tal-Informazzjoni,65 bejn l-1 ta' Marzu u d-9 ta' Gunju 1942 inqatlu sitt itfal, ghaxra indarbu serjament u hdax indarbu hafif. Jekk innaqqsu t-tliet itfal Mostin li mietu f'daqqa fid-29 ta' Mejju, insibu li kienu mietu tlieta qabel. Kienet din it-tragedja tat-tfal Mostin li allarmat lill-awtoritajiet u ma baqax x'ma nkitibx u x'ma giex spjegat, sahansitra b'disinji, dwar bombi anti-personnel mhux sploduti. Tiskanta! Xorta wahda baqghu jsiru tragedji doloruzi minn dawn il-bombi.


Il-konvoj ta' Santa Marija


Biex inkomplu nuru kemm kienet imwieghra l-qaghda bizzejjed insemmu l-lampi zghar li bdew jinteghlu fit-triqat bil-lejl. Xi nies bdew jitfuhom biex izommu l-curfew. L-awtoritajiet militari malajr qalu lin-nies li dawk ma kienux jidhru mill-ajru u l-hsieb kien li jghinu c-caqliq tan-nies tal-Home Guard u t-truppi regulari waqt il-manuvri bil-lejl.66 Fi kliem iehor il-biza ta' invazjoni kien ghadu jezisti. Mhux t'hekk talli zdiedet aktar kemm beda joqrob nofs Lulju.


Fit-22 ta' Lulju harget cirkulari mill-Kurja tal-Arcisqof li ordnat li jsir talba specjali lill-Madonna fl-okkazjoni tal-festa tat-Tlugh is-Sema Taghna biex Malta tghaddi s-siegha iebsa li kienet fiha.67


Meta wasal il-konvoj f'dawk il-jiem eghziez tal-Ghid tal-Assunta, Malta kollha ghajtet, "Wasal il-Konvoj!" "Diehel il-konvoj!"68 u "Imbierka s-sapienza t'Alla! Waslu!"69


(p.436) Kienet esperjenza kbira li Malta kollha hasset. Izda x'jinghad ghal dawk il-parrocci dedikati lill-Madonna, l-izjed dawk bit-titlu tal-Assunta bhalma hi l-Mosta taghna?


Operation Hercules jew Operation C3


L-invazjoni ta' Malta – li kienet miftehma bejn id-dittaturi tal-Qawwiet tal-Assi f'Berghof, u li kellha ssir bejn nofs Lulju u nofs Awissu, ma sehhet qatt. Flok il-forza kollha tas-Seba Divizjoni tal-Ajru tal-Generalleutnant Student u d-Divizjoni Folgore Taljana – 30,000 paratruppi b'kollox bejniethom - madwar 500 Ju52 stazzjonati fi Sqallija, Malta rat, f'nofs Awissu, il-konvoj tas-salvazzjoni taghha, li sehh taht l-isem Operation Pedestal. X'uhud ighidu li kien l-izjed konvoj deciziv fl-istorja militari. Tassew kien pedestal celebri li fuqu jitqeghdu kemm il-fidi ta' missirjietna kif ukoll, bil-wisq aktar, il-Patruna Specjali tal-Gzejjer maltin – il-Madonna taht it-titlu tal-Assunta.


Chaplains


Is-sacerdoti kont issibhom dejjem jassistu fejn kien hemm bzonn. X'uhud kienu wkoll jiehdu hsieb is-suldati Kattolici fost it-truppi Nglizi. Fost is-sacerdoti li kienu jmorru jqarru lis-suldati fil-knisja tal-Kuncizzjoni f'Ta Qali, qabel ma twaqqghet, sibna lil Dun Salv Sammut. Is-suldati Kattolici kienu devoti u jersqu ghas-sagramenti. Fosthom kien jispikka Irlandiz, li kien izejjen il-knisja b'rix ghamla tax-shamrock, fjura emblematika Irlandiza li kellhom fil-beritta militari s-suldati tar-regiment tieghu.


Darba xi suldati, biex jiccajtaw nehhew l-istatwa tal-erwieh minn postha. Malli s-superjuri taghhom qalulhom li dik ma kinitx cajta, ta' rgiel poggewha fis postha.


Meta ggarraf l-ajruplan fi Triq Callus, Dun Salv Sammut ta' l-assoluzzjoni kundizzjonata lill-erba membri tal-ekwipagg Germaniz mejtin.


(p.437) Chaplain militari Mosti kien Patri (wara Monsinjur) Alan Fenech. Kien ivvolontarja ruhu u dahal fl-R.M.A. (8th Searchlight Regiment).70


St.John Ambulance Brigade


Ghajnuna ohra kienet tinghata mis-St. John Ambulance Brigade. Kien sar appell biex ikun hemm voluntieri li jahdmu fi hdan din l-ghaqda biex jaghtu l-ewwel ghajnuna , ighinu x-xjuh u lill-Pulizija biex jinzammu l-indafa u l-igjene. Minn taghrif li deher f'gazzetta jidher li fil-Mosta kien hawn divizjoni, wahda minn sitta ghall-irgiel f'Malta kollha.71


L-Arcipriet Dun Girgor Borg


L-arcipriet Dun Girgor Borg kien bata hafna ghax l-awtoritajiet Inglizi riedu juzaw il-knisja bhala xelter. Kien insista li ma kinitx post kenni u r-ragun hadu fid-9 t'April. Kien propju x-xokk tal-bomba li kompla wasslu f'xifer qabru, wara li ga kien inkedd minhabba l-kwistjoni tal-knisja uzata bhala xelter. Miet fit-2 ta' Gunju 1942 wara marda qalila li kienet hakmitu. Wara kull raid kien ighid lil ohtu titla' fuq il-bejt tad-dar li kien mar joqghod fiha ghall-mistrieh f'Burmarrad u tara jekk il-koppla kinitx ghadha hemm.72


Centri ghar-refugjati


Il-Mosta li laqghet tant rifugjati, laqghethom b'idejha miftuha. Tathom il-postijiet li nbnew bis-sagrificcju t'uliedha.


L-Oratorju Qalb ta' Gesu fetah il-bibien tieghu u ma kienx hemm kamra li thalliet vojta. Dan l-Oratorju serva wkoll bhala Skola Primarja tal-Gvern u kien thaffer xelter ghall-air raids fil-grawnd.73


L-Oratorju tal-bniet, li kien jinsab fi Triq il-Kbira fejn l-istatwa ta' San Guzepp, kien ittiehed ukoll biex jilqa' (p.438) r-rifugjati fih.74 Kien ghalhekk li t-taghlim tad-duttrina beda jsir fid-dar li s-Sorijiet Agostinjani kellhom wara l-knisja arcipretali.75


Il-kazin tal-Banda Nicolo Isouard nbidel f'centru tar-rifugjati hu wkoll. Kienet wahda mir-ragunijiet ghaliex il-Banda kellha tissospendi l-attivitajiet taghha.


Fl-eqqel tal-gwerra l-Gvernatur, Lord Gort V.C. zar l-kazin waqt li kien qed idur mal-Mosta biex izomm ruhu infurmat b'dak li qed jigri. Kienu laqghuh il-President u ghadd ta' personalitajiet.


Malli spiccat il-gwerra minn Malta, il-bandisti regghu bdew jingabru u jikkuncertaw. Il-Banda regghet hadet ir-ruh u fil-festi nazzjonali ta' Jum ir-Rebha, ghamlet marc kbir u brijuz mat-toroq u l-pjazza tal-Mosta76.


George Cross


Il-prezentazzjoni ufficjali tal-George Cross saret fit-13 ta' Settembru 1942 fil-pjazza tal-Main Guard. Il-mostin kellhom zewg karozzi tal-linja, it-tnejn jiehdu mill-pjazza tal-knisja sa Pjazza Kastilja. In-nol bir-ritorn kien 10d (4c). Ma ntuzawx aktar karozzi ghaliex riedu jiffrankaw il-petrol.77


Wara, il-George Cross, bdew jehduh fl-ibliet u l-irhula. Fil-Mosta ntwera nhar l-Erbgha, 30 ta' Settembru bejn il-5:00pm u s-7:00pm.78


Hassejna li ghandna nirriproducu l-ittra tas-Sur A. J. Mallia-Vernon dwar din l-okkazjoni:

"As centuries follow in their cycle, the good folks of Mosta continue, with a remarkable resignation and unquestionable courage, to uphold loyally the traditioins of their forefathers.

As our national history chronicles that in the Middle Ages the village of Mosta invariably bore the brunt of the barbarians' onslaughts on our Island, so, in these tragic days, (p.439) imperturbable Mosta can proudly show its no small share of the wanton havoc which a ruthless enemy has wrought on our homes.

And, because of that share in the grim tragedy of war, the people of Mosta, true sons of the soil, were today profoundly touched by the appearance amongst them of that which constitutes an 'unparalled honour' – the deeply cherished George Cross!"79


Festi


Il-festa ta' Santa Marija kienet saret ghall-ahhar darba qabel bdiet il-gwerra fl-1939. Meta l-vara ta' Santa Marija regghet inharget processjonalment kienu ghaddew hames snin. Ghalhekk, il-vara nharget fl-1944. Il-purcissjoni kienet wahda penitenzjali u ta' radd il-hajr, peress li Malta kienet ghaddiet mill-fazi tal-gwerra. M'ghadditx bhas-soltu. Minn Triq il-Kbira kisret ghal Triq Grognet, daret ghal Triq it-Torri u , flok li lwiet ghal Triq Cassar, baqghet sejra u kisret ghal Triq il-Kungress Ewkaristiku. Inghad ir-Ruzarju matul it-triq u tkanta t-Te Deum fi Triq il-Kungress Ewkaristiku. Meta dahlet il-purcissjoni kien ghadu d-dawl.


Fil-Gimgha l-Kbira tal-1944 kienu nhargu l-Vara l-Kbira, il-Monument u d-Duluri.


Bejn l-1940 u l-1942 ma kienx hemm quddiesa ta' nofs il-lejl tal-Milied. Il-fidili setghu jisimghu quddiesa lejliet il-Milied filghodu u ohra fil-ghaxija fl-4:00pm, b'ta' l-4:00pm kienet tghodd biex tissodisfa l-precett tal-Milied. Is-sawma ghal min iqaddes u min jitqarben kienet ta' erba' sighat.80


Tifkiriet


Fis-snin ta' wara l-gwerra u f'dawk hamsin rikordju komuni kien l-ixrapnel li kont issib int u tahrat il-hamrija. It-tfal kellhom drawwa jaqbduhom u, wara li jilaghbu bihom (p.440) b'sogru kbir li jkorru, ghax kienu jaqtghu bhax-xfafar, jahbuhom fil-hitan tas-sejjiegh. Kienu tfal li telghu jhobbu l-ispirtu avventuruz tal-gwerra, naturalment ghax ghalihom kienet gwerra ta' fantasija minghajr tbatija. Illum l-ixrapnel ma jinstabx facilment ghax gheb kif ghebu l-eghlieqi u l-hitan tas-sejjiegh minhabba l-bini li biddel wicc il-Mosta.


Hafna jghidulek li kienu jaghrfu bejn ajruplani Inglizi u ajruplani Germanizi mill-hoss tal-magni.


Fil-muzew nazzjonali tal-Gwerra fil-Forti Sant Iermu hemm rozetta li waqghet mis-saqaf tal-knisja tal-Mosta meta ntlaqtet fid-9 t'April. Din kienet ipprezentata minn individwu f'Awissu tal-1975.


Quddiesa b'sufragju kull sena


Ghalkemm s'issa ghad m'ghandniex monument tal-ebda xorta li jfakkar il-Mostin u r-rifugjati li mietu fl-ahhar gwerra, ta' kull sena f'Novembru ssir quddiesa ghall-mistrieh ta' ruhhom fil-knisja arcipretali.


Gheluq


Hsibna li kien ser ikun artiklu qasir. Izda kellna ntawlu. Ghazilna li nikkkoncentraw fuq is-sena 1942 – is-sena ta' qilla, is-sena li hazzet hzuz li ma jithassrux fl-istorja tal-Mosta. Dan l-artiklu bl-ebda mod m'ghandu jitqies bhala storja tal-Mosta matul it-Tieni Gwerra Dinjija. Hu biss l-espressjoni ta' xewqa li l-istorici ghad jiktbu storja shiha ta' rahal twelidna matul is-snin kollha tal-gwerra u l-izjed certament, matul l-1942.


ADDENDA

(Dil-parti mizjuda mill-ADDENDA li hemm fl-ahhar tal-ktieb, p.694)


Sena 1941

L-ewwel vittma fost il-pajzana li tilfu hajjithom u li kienet toqghod il-Mosta kien Lawrence Tabone ta' 35 sena. Miet fit-8 ta' April, 1941. Fl-1941 mietu wkoll Carmela Cassar, 29 sena, fil-15 ta' April, Saviour Galea ta' 82 sena fis-7 ta' Mejju, u Mary Barberi ta' 74 sena fit-12 ta' Gunju.


Sena 1942

Qabel l-ewwel tragedja kbira tad-19 ta' Jannar, fis-sena 1942 mietu Carmel Mifsud (55) u Carmel Muscat (58) fit-2 tax-xahar. Il-bqija ta' dawk li mietu u kienu joqghodu l-Mosta fi zmien il-gwerra, u kienu pajzana, mhux bl-uniformi militari, safejn nafu s'issa, insibuhom f'din il-lista, li ma tinkludix Mostin li kienu jghixu band'ohra f'Malta.

  • 2 ta' Jannar 1942, 2 b'kollox
    • Mifsud Carmel, 55 sena
    • Muscat Carmel, 58 sena
    Dun Karm Mifsud dakinhar li gie ordnat sacerdot Santa b’tifkira tal-mewt ta’ Karmenu u Marjanna Bugeja minn tat-Tawru flimkien ma uliedhom li mietu mirduma waqt l-attakk mill-ajru fi Triq il-Kungress Ewkaristiku fid-19 ta’ Jannar 1942. Fuq mix-xellug ghall-lemin: l-omm Marjanna, Marija u l-missier Karmenu u Ines (Santa mislufa mis-Sur Mario Riolo, dixxendent ta’ din il-familja).
  • 19 ta' Jannar 1942, 14 b'kollox
    • Barbara Louis, 60 sena
    • Bugeja Carmel, 5 snin
    • Bugeja Carmel, 58 sena
    • Bugeja Ines, 4 snin
    • Bugeja Joseph, 7 snin
    • Bugeja Marianne, 43 sena
    • Caruana John, 7 snin
    • Riolo Assunta, 30 sena
    • Riolo Frances, 71 sena
    • Schembri Horatio, 19 sena
    • Spiteri John, 23 sena
    • Vella Evangelista, 34 sena
    • Vincenti Edwidge, 37 sena
    • Vincenti John, 45 sena
  • 21 ta' Jannar 1942, 1 biss
    • Bugeja Mary, 9 snin
  • 4 ta' Frar 1942, 5 b'kollox
    • Buhagiar Joseph, 50 sena
    • Chetcuti Francis, 29 sena
    • Galea Grazio, 42 sena
    • Tonna Elia, 51 sena
    • Tonna Joseph, 31 sena
  • 9 ta' Frar 1942, 4 b'kollox
    • Borg Vincent, 55 sena
    • Mifsud Ellul Annetto A&CE, 53 sena
    • Pizzuto Marietta, 50 sena
    • Scerri Salvina, 28 sena
  • 11 ta' Frar 1942, 1 biss:
    • Chetcuti John Mary, 12-il sena
  • 20 ta' Frar 1942, 2 b'kollox:
    • Gauci Jimmy, 3 snin
    • Haig Jessie, 40 sena
  • 20 ta' Marzu 1942, 5 b'kollox:
    • Dimech Saviour, 70 sena
    • Frendo Giovanna, 75 sena
    • Micallef Domenica, 18-il sena
    • Micallef Peter, 45 sena
    • Micallef Rita, 24 sena
  • 21 ta' Marzu 1942, 31 b'kollox:
    • Borg Doris, 6 snin
    • Cuschieri John Mary, 57 sena
    • Cuschieri Teresa, 70 sena
    • Degiorgio Anthony, 79 sena
    • Degiorgio Carmela, 77 sena
    • Degiorgio Mary, 34 sena
    • Dougall Giorgina, 42 sena
    • Fabri John, 9 snin
    • Fenech Carmelo, 11-il sena
    • Fenech Joseph, 11-il sena
    • Galea John, 66 sena
    • Galea Saviour, 41 sena
    • Galea Victor, 39 sena
    • Gatt Francis, 13-il sena
    • Gatt Joseph, 9 snin
    • Gatt Kalang, 42 sena
    • Gauci Mary, 8 snin
    • Gauci Vincent, 5 snin
    • Grech Mary, 54 sena
    • Montanaro Alfred, 63 sena
    • Montanaro John, 18-il sena
    • Montanaro Mary, 60 sena
    • St John Olga, 26 sena
    • St John Nazzareno, 3 xhur sena
    • Tabone Josephine, 22 sena
    • Tonna Santu, 32 sena
    • Vella Bartholomew, 41 sena
    • Vella Carmel, 12-il sena
    • Vella Joseph, 9 snin
    • Zammit Vincent, 39 sena
    • Zarb Jane, 48 sena
  • 22 ta' Marzu 1942, 2 b'kollox:
    • Bartolo Joseph, 40 sena
    • Schembri Grezzju, 9 snin
  • 26 ta' Marzu 1942, 1 biss:
    • Saint John Alfred, sentejn
  • 9 ta' April 1942, 1 biss:
    • Cauchi John Mary, 56 sena
  • 13 ta' April 1942, 1 biss:
    • Borg Mary, 33 sena
  • 20 ta' April 1942, 2 b'kollox:
    • Mifsud Concetta, 80 sena
    • Mifsud Rev. Joseph, 80 sena
  • 24 ta' April 1942, 1 biss:
    • Calleja Luigi, 75 sena
  • 12 ta' Mejju 1942, 1 biss:
    • Schembri Joseph, 11-il sena
  • 29 ta' Mejju 1942, 3 b'kollox:
    • Bezzina Albino, 11-il sena
    • Bezzina Francis, 12-il sena
    • Gatt Edwin, 11-il sena
  • 23 ta' Gunju 1942, 4 b'kollox:
    • Bonanno Matthew, 4 snin
    • Bonanno Paul, 45 sena
    • Mangion James, 67 sena
    • Micallef Catherine, 57 sena
  • 24 ta' Gunju 1942, 1 biss:
    • Camilleri Gerald, 33 sena
  • 6 ta' Lulju 1942, 2 b'kollox:
    • Grech Rosemary, 3 snin
    • Vella Joseph, 14-il sena
  • 28 ta' Lulju 1942, 1 biss:
    • Fenech John, 11-il sena
  • 16 ta' Settembru 1942, 1 biss:
    • Bezzina Carmel, 73 sena

Riferenzi


  1. Il-Mosta, Nru. 12, p. 4.
  2. 22 ta' Gunju, 1978.
  3. Sunday Times of Malta, 1st March, 1942, p. 4.
  4. Sunday Times of Malta.
  5. Times of Malta, 8th jan.; 14th Jan.; 3rd Feb.; 1942 (fost l-ohrajn).
  6. Times of Malta, 3rd Feb. 1942, p. 2.
  7. Il-Mosta, Nru. 2, p. 3.
  8. Times of Malta, 17 Feb. 1942, p. 2.
  9. Il-Mosta, Nru. 64, p.14
  10. Il-Mosta, Nru. 53, p. 9.
  11. Times of Malta, 23rd jan. 1942.
  12. Times of Malta, 27th Jan. 1942, p. 2.
  13. 24 ta' Jannar, 1942, p. 2.
  14. Lehen is-Sewwa, 6 ta' Frar, 1942, p. 2.
  15. Times of Malta, 14th Feb. 1942, p. 2
  16. Times of Malta, 17th Feb. 1942, p. 2.
  17. Times of Malta, 10th March, 1942, p. 2.
  18. ld-djar indikati min-numri mhux bilfors jaqblu ma' dawk kif nafuhom illum.
  19. Times of Malta, 16th March, 1942, p. 1.
  20. Times of Malta, 21st March, 1942. p. 2.
  21. ll-Berqa, 10 ta' Marzu, 1942, p. 2.
  22. Il-Berqa, 11 ta' Marzu, 1942, p. 2.
  23. ll-Berqa, 23 ta' Marzu, 1942, p. 4.
  24. Times of Malta, 17th March, 1942, editorjal, p. 2.
  25. ll-Berqa, 23 ta' Marzu, 1942, p. 4.
  26. Times of Malta, 31st Dec. 1942, p. 2, S.T.O.M. 22nd March, 1942, pp.1, 2, u ll-Berqa, 23 ta' Marzu, 1942, p. 4.
  27. Times of Malta, 6th March 25th March, 1942, p. 2.
  28. Times of Malta, 6th March, 1942, p. 2.
  29. Times of Malta, 11th March, 1942, p. 2.
  30. ll-Berqa, 9 ta' Jannar, 1942, p. 2.
  31. Sunday Times of Malta, 15th March, 1942, p. 4.
  32. Times of Malta, 9th July, 1942, p. 2.
  33. Times of Malta, 9th July, 1942, p. 2.
  34. Times of Malta, 15th April, 1942, p. 3.
  35. Times of Malta, 20th April, 1942, p. 2.
  36. Il-Berqa, 20 ta' April, 1342. p. 2. High Street illum jisimha Main Street.
  37. Times of Malta, 19th Sept, 1942, p. 3.
  38. Il-Berqa, 2 ta' April, 1942 p. 2.
  39. Times of Malta, 4th April, 1942, p. 1.
  40. Times of Malta, 8th April, 1942, p. 1.
  41. Times of Malta, 11th April. 1942. p. 1.
  42. Times of Malta, 10th April, 1942, p. 3.
  43. Times of Malta10th April, 1942, p. 2.
  44. Times of Malta, 2nd May, 1942, p. 3.
  45. Times of Malta, 2nd May, 1942, p. 3.
  46. Kien kalklu ta' malajr. 300 ruh fil-knisja tal-Mosta jafu jidhru qisu kien hemm xi hamsin ghax jinbelghu mill-kobor taghha.
  47. Hadd ma wegga', hlief ghal xi tnejn li kellhom barxa zghira hafna.
  48. Information Service Bulletin No. 84, 10th April, 1942, p. 1.
  49. Dun Salv Sammut qalilna b'din il-karikatura u bl-izball qabel ma sibnieha. Intervistajnieh f'Gunju, 1978.
  50. Times of Malta, 2nd May, 1942, p. 2.
  51. Pubblikata wkoll fit- Times of Malta, 2nd June, 1942, p. 3.
  52. Times of Malta, 16th April. 1942. p. 2.
  53. TIFKIRA TAL-FESTI TAL-INKURUNAZZJONI TAL-ASSUNTA mahrug mill-parrocca tal-Mosta, Il-Hajja Press, 1976.
  54. Il-Berqa, 20 ta' Mejju, 1942, p. 4.
  55. Times of Malta, 31st Dec, 1942, p. 2.
  56. Times of Malta, 29th June, 1942, p. 2.
  57. Times of Malta, 25th Aug., 1942, p. 3.
  58. Govt. Gazette nru. 8876 tas-7 ta' Lulju, 1942, p. 540.
  59. Times of Malta, 7th Dec. 1942, p. 3.
  60. Times of Malta, 8th Dec, 1942, p. 3.
  61. 27th June, 1942, p. 2.
  62. Avviz fi Il-Berqa 22 ta' Mejju, 1942, p. 2.
  63. 1978.
  64. ll-Berqa, 1 ta' Gunju, 1942, p. 2.
  65. Times of Malta, 13th June, 1942, p. 1.
  66. Times of Malta, 15th June, 1942, p. 1.
  67. Times of Malta, 4th Aug., 1942, p. 2.
  68. Times of Malta, 14th Aug., 1942, p. 4.
  69. Times of Malta, 14th Aug., 1942. p. 4.
  70. Il-Mosta, Nru. 65, p. 8.
  71. Sunday Times of Malta., 1st Feb., 1942, p. 7.
  72. Il-Mosta, Nru. 10, p. 4.
  73. Il-Mosta, Nru. 2, p. 3.
  74. ll-Mosta, Nru. 54, p. 10.
  75. Il-Mosta, Nru. 70, p. 10.
  76. Ktejjeb mahrug mis-Socjeta Filarmomita Nicolo lsouard: Tifkira ta' Gheluq il-Mitt Sena (1871 - 1971), p. 14.
  77. Times of Malta, 1st Sept, 1942, p. 3.
  78. Times of Malta, 28th Sept, 1942, p. 3.
  79. Times of Malta, 8th Oct, 1942, p. 2.
  80. Cirkulari mill-Kurja mahruga fl-14 ta' Dicembru, 1942.

Kapitli ohra mill-ktieb