The Mosta Archives Banner

Storja tal-Mosta bil-Knisja Taghha (Malta 1986)

migbura minn E.B. Vella u ohrajn


ZIEDA XIV: XI TAGHRIF QASIR DWAR L-ISKEJJEL PRIMARJI TAL-MOSTA

minn J.J. Camilleri B.A, M.A.


(p.477) Fl-ewwel snin tal-hakma Inglizaf’Malta wiehed seta’ jintebah bl-apatija li kellhom l-awtoritajiet fil-qasam ta’ l-edukazzjoni. L-ewwel Gvernatur stess iddikjara car u tond illi “zmien ghall-edukazzjoni ghadu ma wasalx.” Sal-1836 il-Gvern ftit kellu x’jaqsam fl-organizzazzjoni ta’ l-edukazzjoni primarja. Fl-1836 giet Malta Kummissjoni Rjali, li ghamlet hafna rakkomandazzjonijiet lill-Gvern biex itejjeb l-edukazzjoni lokali. Dik il-habta kien hawn f’Malta zewg skejjel elementari, dik tal-Belt Valletta u ta’ l-Isla, li bejniethom kienu jiehdu mas-700 tifel u tifla, u ohra f’Ghawdex b’ghadd zghir ta’ studenti. Il-vot ghall-edukazzjoni elementari kien biss ta’£400.


Il-Kumimissjoni ssuggeriet li dawn l-iskejjel jizdiedu. Fl-1837 infethet skola l-Imdlna u f’Mejju 1838 infethet ohra f’Hal-Lija li fiha bdew jattendu tfal minn Lija, Balzan, Attard, Birkirkara, Naxxar, Gharghur u Mosta. F’Gunju 1838 infethet dik taz-Zejtun ghat-tfal taz-Zejtun, Zabbar, Tarxien, Ghaxaq u Luqa. F’Awissu ta’ l-istess sena nfethu l-iskejjel ta’ Haz-Zebbug u z-Zurrieq ghat-tfal ta’ Haz-Zebbug, Zurrieq, Qormi u Siggiewi. It-tfal li kienu issa qeghdin imorru l-iskola ntelghu ghal madwar 2,500.


(Ghal taghrif dwar dawn l-iskejjel ara l-Gazzetta tal-Gvern tat-22 ta’ Ottubru 1838 u tat-23 ta’ Jannar 1839).


It-tfal tal-Mosta setghu kieku riedu jibdew imorru l-iskola f’Hal-Lija. Ma kien hemm l-ebda ligi li ggieghlhom jaghmlu dan. Kien imur min irid u l-genituri setghu johorguhom meta jridu. Barra minn hekk it-tfal (p.478) kien ikollhom jimxu t-triq ‘l hinn u ‘l hawn kuljum. It-tfal li kienu jmorru kienu ftit li xejn. It-taghlim kien fi stat hazin u dawn l-ewwel skejjel gew ikkritikati bl-ahrax minn hafna nahat l-aktar ghax il-qofol tat-taghlim kien isir bit-Taljan.


(Min irid aktar dettalji jara: Dei Bisogni del Popolo Maltese, Riflessioni, 7 Giugno; Prospetti di Vera Pubblica Utilita; Sulle Scuole Primarie del Governo, V. Bonavia; Facts and Opinions on the Malta Primary School, A. Maltese; Sullo Stato dell’Educazione Pubblica, P.G. Badger; Early Government Schools in Malta, Melita Historica, 1970, J.J. Camilleri).


Fl-1 ta’ Lulju, 1850, il-Gvernatur Richard More O’Farrell hatar lill-Kanonku Pawlu Pullicino Direttur Ewlieni ta’ l-iskejjei Primarji. Mill-Ewwel Rapport tieghu, Rapporto sulla Educazione nelle Isole di Malta e Gozo, (Malta Govt. Press, 1850) nafu li f’Malta kien hemm 24 skola primarja ghall-bniet u ghas-subien u 4 f’Ghawdex. Dawn kienu fil-Belt Valletta, fil-Birgu. F’Bormla, fl-Isla, fl-Imdina, f’Birkirkara, f’Hal-Lija, f’Haz-Zebbug, fiz-Zejtun, fiz-Zurrieq, f’Hal-Qormi u fil-Mosta, fir-Rabat t’Ghawdex u fin-Nadur. Il-bicca l-kbira ta’ dawn l-iskejjei kienu djar mikrija li ghalihom il-Gvern kien qieghed ihallas £61. Is. 8d. fis-sena. Fl-1858 l-iskejjei tal-Mosta kienu mikrijin £5 fis-sena.


L-iskola tal-Mosta kienet ma’ dawn ta’ l-ewwel. Is-surmast kien Rev. Dr. Tomaso Chetcuti b’salarju ta’ £35 fis-sena, u s-sinjora Maria Calleja, li kellha £20 fis-sena. Problema kbira kienet biex jinstabu ghalliema efficjenti ghal dawn l-iskejjel. Min kien irid jidhol ighallem kien jibghat applikazzjoni. Hafna minn dawk li japplikaw, specjalment in-nisa, mhux talli ma kienx ikollom il-livelli mehtiega izda lanqas il-htigiet bazici. L-iskejjel tal-bniet kienu generalment aghar minn tas-subien. It-taghlim kien jikkonsisti fi ftit Taljan, kemm (p.479) kemm Ingliz, l-ewwel ideja tan-numri, xi ezercizzju tal-kitba kultant u ripetizzjoni tal-katekizmu. It-tfal ma kenux jithallew jiehdu l-kotba d-dar. Kienu jiktbu fuq il-lavanja u t-tfal ma setghux ihassru l-kitba b’idejhom jew bil-bzieq. F’kull bank kien hemm sponza zghira.


Is-sistema tat-taghlim kienet il-metodu simultaneju; jigifreri, it-tfal kienu jigu mgieghla jirrepetu l-lezzjoni flimkien b’lehen gholi. L-iskejjel tas-subien kienu mit-8 sal-11 ta’ filghodu, u mis-2 sal-4 wara nofsinihar.


Tal-bniet kienu jibdew u jispiccaw nofs siegha wara, biex b’hekk il-bniet u s-subien ma kinux jistghu jlltaqghu fit-triq. L-ezamijiet kienu jsiru mid-Direttur u kien hu u mhux il-kap ta’ l-iskola li kien itella’ t-tfal minn klassi ghal ohra. Il-kotba tal-qari fi zmien Pullicino kienu:

  • Libero Primo di Lettura Maltese, 1852
  • Libero Secondo di Lettura Maltese, 1853
  • Libero Primo di Lettura Italiana, 1852
  • Libero Primo (2a Edizione) di Lettura Italiana, 1854
  • Libero Secondo di Lettura Italiana, 1854
  • Libero Terzo di Lettura Italiana, 1861
  • Poesie Maltese ad uso delle Scuole Primarie, 1853

Tomaso Chetcuti rrizenija mill-post fit-2 ta’ Ottubru 1851 u biex jimtela postu gie mniedi konkors fis-16 ta’ Ottubru. Nafu li Dr. V. Grech u Dr. A. Vassallo mexxew l-ezami. Fit-12 ta’ Novembru, 1851, is-Sur Lorenzo Pisani nhatar surmast. Interessanti l-ittra tad-Direttur lill-Kappillan tal-Mosta. Waqt li nfurmah bil-hatra tas-surmast il-gdid hajru biex iheggu fil-kariga gdida tieghu. Izda lanqas dan ma dam wisq imexxi l-iskola tas-subien tal-Mosta ghaliex ftit wara, fit-3 ta’ Settemtoru, 1852, mar fl-iskola ta’ Birkirkara. Minfloku nhatar Annibale Preca fis-6 ta’ Settembru, (p.480) 1852. Fiz-zjara li d-Direttur ghamel fl-1856 in-numru tat-tfal prezenti dakinhar kien 19-11 tifel (minn 25 registrati) u 22 tifla (minn 36). A. Preca kien kittieb tajjeb u ‘l quddiem gie mqabbad jikteb xi kotba ghall-iskejjel.


Fit-2 ta’ Frar 1859 harget cirkulari li biha s-surmastrijiet u s-sinjori gew imgieghla joqoghdu fil-belt jew fir-rahal fejn kellhom l-iskola taghhom. Kien hemm dak iz-zmien nuqqas ta’ trasport bejn post u iehor u l-ghalliema li ma kenux tal-lokal kienu jhossu dil-problema, u jridu jew ma jridux kellhom iterrqu. Id-Direttur kien iwissi hafna fuq hekk, naturalment, ghax kien ikun hemm min ifalli ta’ spiss minhabba f’hekk.


Meta fil-21 ta’ Settemnbru, 1860, A. Preca talab biex jirtira, B. Borg ha f’idejh it-tmexxija ta’ l-iskola, izda dan fit-3 ta’ Dicembru, 1860 mar in-Naxxar u biddel postu ma’ Carmel Ellul. C. Ellul kellu £38 fis-sena u dam surmast ta’ l-iskola tas-subien sal-31 ta’ Dicembru, 1875 meta hu rega’ mar in-Naxxar. C. Ellul kien joqghod il-Mosta izda fl-1869 mar joqghod San Pawl il-Bahar. Meta sar jaf b’dan id-Direttur wera d-dizapprovazzjoni tieghu u qallu li hi haga impossibli li jhallih joqghod boghod mil-iskola. Kien dejjem jinsisti fuq hekk mal-kapijiet ta’ l-iskejjel. Fit-30 ta’ Ottubru, 1875 is-surmast talab biex tinfetah skola ta’ nhar ta’ Hadd. Nafu li fl-1879 fl-iskola tal-Mosta ta’ nhar ta’ Hadd kienu jattendu 15-il tifel u kollha kellhom ‘l fuq minn hmistax-il sena.


(p.481)

Fl-1875 it-taghlim fl-iskejjel kien isir fuq dawn l-orarji
1. Klassi 2. Klassi 3. Klassi 4. Klassi
Ghas-Subien
08:00 – 09:00 Qari Bil-Malti Qari Taljan Qari Taljan Qari Taljan
09:00 – 10:00 Kitba Kitba Kitba Kitba
10:00 – 11:00 Arit. Mentali Arit. Mentali Arit. Mentali Arit. Mentali
14:00 – 14:45 Qari bil-Malti Qari Taljan Qari Ingliz Qari Ingliz
14:45 – 15:30 Arit. Mentali Arit. Mentali Arit. Mentali Arit. Mentali
15:30 – 16:00 Katekizmu Katekizmu Katekizmu Katekizmu
Ghall-Bniet
08:30 – 09:30 Qari Bil-Malti Qari Taljan Qari Taljan, Ingliz Qari Taljan, Ingliz
09:30 – 10:30 Kitba Kitba Kitba / Arit. Kitba / Arit.
10:30 – 11:30 Arit. Mentali Arit. Mentali Arit. Mentali Arit. Mentali
14:30 – 15:30 Hjata Hjata Hjata Hjata
15:30 – 16:30 Katekizmu Katekizmu Katekizmu Katekizmu

Fil-31 ta’ Dicemibru 1875 Luigi Borg li kien surmast Hal Gharghur ha t-tmexxija ta’ l-iskola. Fil-5 ta’ Marzu 1876 talab permess biex jikri dar ohra bhala skola u talab jithalla jhallas £7 flok £6 fis-sena. Fis-snin sebghin ta’ l-1800 il-popolazzjoni tal-Mosta kienet ftit anqas minn 4,000. In-numru ta’ tfal li kienu jmorru (p.482) l-iskola kien medja ta’ bejn 120 u 140 in-numru ta’ bniet ighaddi lis-subien. Dawn generalment kienu kollha fl-ewwel u fit-tieni klassi. Fis-snin tmenin il-medja telghet ghall-250. Minn dakinhar baqghet tizdied. L. Borg dam il-Mosta sal-1 ta’ Frar, 18S6 meta mar Hal-Kirkop. Insibu li f’Jannar tal-1886 is-surmast kien G. Galea.


Fit-18 ta’ Dicembru, 1888 kien hemm talba min-nies tal-Mosta biex tinfetah skola ta’ fil-ghaxija. Id-Direttur A. A. Caruana ma kienx favur din it-talba (8.1.1889) u issuggerixxa lill-awtoritajiet biex in-nies tal-Mosta jmorru Hal Lija, jekk iridu, fejn kien ga’ hemm skola ta’ fil-ghaxija u safejn id-distanza ma kenitx kbira. Li kieku kellha tinfetah skola l-Mosta, irraguna d-Direttur, ma kienx jara ghax m’ghandhomx jinfethu skejjel ta’ fil-ghaxija f’Haz-zebbug u f Hal Tarxien u fl-irhula l-kbar ta’ Malta. L-akbar problema kienet l-ispejjez. Id-Direttur gie mqabbad jaghmel stima. L-ispejjez kienu jlahqu £27 fis-sena mqassmin hekk - £2 fix-xahar ghal tmien xhur lill-ghalliem (£16), £1 fix-xahar lill-assistent (£8) u £3 spejjez ghal-lampi u ghall-pitrolju. Minkejja l-oggezzjonijiet, it-talba ta’ l-abitanti giet milqugha u l-klassi ta’ fl-ghaxija fil-Mosta nfethet fl-1 ta’ Mejju, 1889.


Meta fil-15 ta’ Novembru, 1889 Salvu Attard Vassallo nhatar surmast fl-iskola tas-subien kien hemm tliet ghalliema. Dik is-sena giet mikrija dar gdida bhala skola u l-kera ta’ £18 fis-sena kienet tithallas lill-ahwa Marija u Carmela Camilleri. F’Marzu 1898 Andrea Sammut lahaq surmast. Dan dam surmast ta’ l-iskola sad-29 ta’ Lulju, 1902.


Sa l-1869 Marija Calleja kienet ghadha s-sinjora ta’ l-iskola tal-bniet. Nafu li d-Direttur fit-30 ta’ Ottubru, 1860 gieghlha tmur taghmel kors ta’ tahrig (p.483) fl-iskola tal-Belt. Fl-1 ta’ Dicembru, 1869 hadet f’idejha l-iskola tal-bniet Mary Gilbert, li damet sal-1871. Fl-1 ta’ Ottubru, 1871 is-sinjora tal-Gudja Annetta Muscat, giet il-Mosta. Din damet hawn sal-21 ta’ Settembru, 1877, meta marret Tas-Sliema. Minflokha giet fl-istess jum Teresa Seichel miz-Zebbug t’Ghawdex. Fit-28 ta’ Mejju, 1895 T. Seichel talbet biex tirtira bil-pensjoni u fl-20 ta’ Lulju, 1895 Carmena Mamo saret Sinjora b’salarju ta’ £45 fis-sena. Dakinhar fl-iskola kien hemm hames ghalliema. F’Ottubru 1898 insibu lil M. A. Pace, li damet tiehu hsieb l-iskola sat-3 ta’ Settembru, 1906.


KAPIJIET TA’ L-ISKEJJEL PRIMARJI TAL-MOSTA MATUL DAN IS-SEKLU


Skola tas-Subien

  • Andrea Sammut - sad-29 ta’ Lulju, 1902;
  • Albert Cachia: 2 ta’ Settembru, 1902 - 17 ta’ Ottubru, 1905;
  • Salvu Caruana Melosa: 17 t’Ottubru, 1905 - 4 ta’ Settembru, 1906;
  • Salvu Meilak: 4 ta’ Settembrto, 1906 - 31 ta’ Lulju, 1917;
  • Ant J. Diacono Reynaud: 17 ta’ Settembru, 1917 - 16 ta’ Awissu, 1920;
  • Joe M. Borg: 15 ta’ Settembru, 1920 - 18 ta’ Ottubru, 1920;
  • G.M. Camilleri Borg: 18 ta’ Ottubru, 1920 - 2 ta’ Jannar, 1929;
  • Pacifiku Sammut: 2 ta’ Jannar, 1929 - 15 ta’ Settembru, 1945;
  • Willie Galea: 15 ta’ Settembru, 1945 - Lulju, 1946;
  • Romeo Micallef: Lulju, 1946 - Settembru, 1947;
  • Nazzareno Abela: Settembru, 1947 - 30 ta’ April, 1957;
  • Andrea Vella (Asst Kap.) 2 ta’ Mejju, 1957 - 16 ta’ Settembru, 1957;
  • Anthony Depares: 17 ta’ Settembru, 1957 - Settembru, 1958;
  • Paul Micallef: (p.484) Settembru, 1958 - 21 ta’ Novembru, 1958;
  • Salvu Farrugia: 24 ta’ Novembru, 1958 – 22 ta’ Settembru, 1976;
  • Pawlu Mifsud: 22 ta’ Settembru, 1976 - 21 ta Ottubru 1976;
  • Frederick Micallef: 21 ta’ Ottubru, 1976 -.

Is-sena skolastika 1980/81 gabet tibdil fl-skejjel primarji. Dawn gew maghrufa bhala Skola A u Skola B. Skola A fiha tfal mill-ewwel sat-tielet sena u l-Kindergartens, Skola B fiha t-tfal mir-raba’ sas-sitt sena, li huma mhalltin, bniet u subien.


Skola tal-Bniet

  • M’Anna Pace: sat-3 ta’ Settembru, 1906;
  • G. Vassallo: 4 ta’ Settembru, 1906 - 22 ta’ Novembru, 1911;
  • B. Tonna Barthet: 23 ta’ Novembru, 1911 - 30 ta’ Gunju, 1914;
  • M. Borg (mhix Sinjora): 1 ta’ Lulju, 1914 - 19 ta’ Lulju, 1914;
  • C. Scicluna: 20 ta’ Lulju, 1914 - 8 ta’ Novembru, 1922;
  • C. Vassallo: 9 ta’ Novembru, 1922 - 22 ta’ Dicembru, 1925;
  • C. Sammut: 4 ta’ Jannar, 1926 - 30 ta’ Settembru, 1955;
  • M.A. Buhagiar: 1 ta’ Ottubru, 1955 - 14 ta’ Settembru, 1962;
  • C. Muscat: 17 ta’ Settembru, 1962 - 30 ta’ Gunju, 1980;
  • Gemma Vella - 15 ta’ Settembru, 1980 - .

L-ISKOLA LILY OF THE VALLEY

minn Miss Pauline Quattromani


L-Iskola Lily of the Valley l-ewwel ma ntuzat kienet bhala skola ghall-"Extended Courses". Kienet bdiet fil-15 ta’ Settembru, 1967. L-iskop taghha kien biex dawk it-tfajliet li jkunu spiccaw mill-Primarja wara Standard VI ta’ dak iz-zmien, li bhalissa kieku (p.485) jkunu Year VIII, ikunu jistghu jkomplu tliet snin ta’ skola u specjalment jitharrgu aktar f’xoghol prattiku.


Fl-iskola, taht it-tmexxija tal-kap Miss Vicky Attard, kien hemm tmien ghalliema regulari u tmenin studentessa li gew minn postijiet diversi ta’ Malta.


F’Settembru, 1970 din l-iskola bdiet tintuza bhala skola sekondarja ghall-bniet meta bdiet l-edukazzjoni sekondarja ghal kulhadd. Il-kap ta’ l-iskola kienet Miss Karmena Tartaglia, u warajha giet Miss M’Doris Bezzina.


F’din l-iskola sa Lulju, 1980 kienu jigu tfal wara Year VI mill-Primarji tal-Mosta, Naxxar u Gharghur. F’dawn l-iskejjel jattendu tfal mill-Mosta, Bidnija, Naxxar, Gharghur. Madliena u Maghtab. L-istudentessi jdumu sentejn f’din l-iskola u s-suggetti li jistudjaw huma: Religjon, Malti, Ingliz, Gharbi, Matematika, Taljan jew Franciz, Xjenza Integrata, Storja, Gografija, Studji Socjali, Muzika, Arti, Hjata, Home Economics u Edukazzjoni Fizika.


Barra mil-lezzjonijiet normali l-istudentessi jkollhom l-opportunita ta’ aktar sports u drama anke waqt il-hin tal-break f’nofsinhar.


S’issa f’din l-iskola attendew ‘l fuq minn 1,500 studentessa, li ghamlu hilithom biex ighaddu ‘l quddiem fit-taghlim u fl-edukazzjoni taghhom. L-istudentessi dejjem jizdidulhom l-facilitajiet edukattivi fl-iskola. Ghandhom ic-cans li jaqraw aktar billi jisselfu kotba u jaghmlu ricerka fil-librerija, jiddiskutu u jitghallmu dwar il-futur taghhom mal-Guidance Teacher u l-ghalliema, li dejjem lesti biex ighinuhom f’kull diffikulta li jkollhom.


Is-sena skolastika 1980/81 bdiet b’xi tibdil. Miss M’Doris Bezzina spiccat mis-servizz u warajha lahqet Miss Carmelina Sammut. L-istudentessi li qeghdin (p.486) jiffrekwentaw din l-iskola issa huma mill-Mosta, San Pawl il-Bahar, Mellieha, Mgarr, Burmarrad, Zebbiegh u Manikata.


SKOLA TA’ L-ARTIGJANAT, TARGA GAP


Fl-1972 infethet l-Iskola tas-Snajja ta’ Targa Gap. Din l-iskola bdiet taht id-dlrezzjoni tas-Sur G. Vella u kien fiha klassijiet tal-Inginerija Mekkanika u tal-Mekkanika.


Sentejn wara, fl-1974, l-istudenti ta’ din l-iskola gew trasferiti ghall-iskola Umberto Calosso, Santa Venera, u, minflok, infethet l-Iskola tal-Artigjanat Malti, bil-ftehim u koperazzjoni mal-Gvern Indjan, li baghat espert fl-Arti biex ighin fit-twaqqif ta’ din l-lskola.


Is-suggetti mghallma f’din l-iskola huma: Skultura fl-Injam, Skultura fil-Gebel, Ferro-Battuto, Ceramika, Gojjellerija, Disinn, Disinn Tekniku, Tejorija, Storja tal-Arti, Ingliz, Malti, Xjenza, Matematika, Religion u Edukazzjoni Fizika.


Il-Headmaster attwali hu l-iskultur Mosti s-Sur John Bonnici.


IL-KINDERGARTENS

minn Miss Carmela Muscat


Il-klassijiet tal-Kindergartens infethu f’Dicembru, 1975. Bdew bi 80 tifel u tifla, li kienu f’sitt klassijiet. F’Lulju, 1980 in-numru ta’ tfal kien 140 imqassmin fi tmien klassijiet. L-eta’ kienet ta’ erba’ snin.


Ix-xoghol li jsir mal-Kindergartens hu kbir, (p.487) ghalkemm ma jidhirx. Meta jibdew jattendu l-iskola dawn it-tfal jaghmlu l-ewwel pass difficli taghhom dak li jinfirdu minn ommhom u mid-dar. Ghalhekk il-kmamar taghhom huma irrangati b’mod li t-tfal isibu ruhhom f’ambjent ta’ dar.


It-taghlim taghhom tal-lingwi u n-numri isir permezz ta’ loghob, tpingija, kant u affarijiet ohra bhal dawn. Isir ukoll taghlim tad-duttrina permezz ta’ stejjer u stampi.


Meta tispicca s-sena fil-Kindergarten Class it-tfal ikunu lesti biex jibdew l-ewwel klassi ta’ l-iskola Primarja.


Mis-sena skolastika 1980/81 f’dawn il-klassijiet bdew jattendu wkoll it-tfal ta’ tliet snin.


IS-SEHEM TAS-SORIJIET AGOSTINJANI FL-EDUKAZZJONI FIL-MOSTA


L-iskola tas-Sorijiet Agostinjani fil-Mosta bdiet bl-asilo, jigifieri l-kindergartens, u baqghet tizviluppa bil-mod fi skola primarja w elementari w aktar tard kien hemm sa l-oghla klassijiet sekondarji.


Fid-dar il-gdida, il-Kunvent fi Triq Ponsonby, beda wkoll it-taghlim tal-muzika u llum huma hafna dawk li jistudjaw hemmhekk. Dan l-istudju jwassal anke sa l-LRSM, u huma hafna t-tfal li hargu iddiplomati f’dan il-qasam.


Is-servizz li taw dawn is-sorijiet hareg minnu hafna frott, sew f’dak li hu gid spiritwali kif ukoll civiku u temporali.


Ghal aktar taghrif dwar is-sehem tas-Sorijiet Agostinjani fl-edukazzjoni fil-Mosta nirreferukom ghal pagni Zieda IV.


Kapitli ohra mill-ktieb