The Mosta Archives Banner

Storja tal-Mosta bil-Knisja Taghha (Malta 1986)

migbura minn E.B. Vella u ohrajn


ZIEDA XVII


(p.641)


KRONAKA


1981

  • Marzu 5: Dr Carmelo Schembri nghata l-ittra tal-hatra bhala Prim Imhallef mill-President tar-Repubblika, l-E.T. Dr. Anton Buttigieg1.
  • Lulju: Thabbar li l-Arcipriet Dun Bert Bezzina nhatar Monsinjur Onorarju tal-Katidral u r-Rev. Dun Joe Carabott, Arcipriet tas-Siggiewi, gie nominat Arcipriet biex jimla l-ufficcju vakanti. Dun Salv Sammut, li kien ghal zmien twil wiehed mid-Diretturi Spiritwali tas-Seminarju u hadem hafna ghall-vokazzjonijiet u fil-Mosta ha hsieb l-Oratorju tal-Bniet, gie mahtur ukoll Monsinjur Onorarju tal-Katidral2.
  • Settembru: Mons. Maurice Grech, Direttur tad-Djar tat-Tfal, inhatar Prelat Onorarju mill-Q.T. il-Papa Gwanni Pawlu II bhala rikonoxximent tas-servizz dedikat li ta' lill-Knisja3.
  • Ottubru 30: Fir-Rotunda saret akkademja b'tifkira tal-hatra ta' l-Arcipriet Dun Bert Bezzina bhala Monsinjur Onorarju tal-Katidral u ta' Dun Joe Carabott bhala l-Arcipriet il-gdid tal-Mosta4.
  • Novembru 1: Dun Joe Carabott ha l-pussess bhala Arcipriet. Ghac-cerimonja, preseduta minn Mons. Carmelo Xuereb, Vigarju Generaili, in-nies honqot il-knisja5.
  • Novembru 18: Is-Sur E. J. Wood, wiehed minn dawk li nehhew il-fjus tal-bomba li waqghet gol-knisja, kiteb f'The Times li dejjem kien jahseb li l-bomba li jkunu ser jimmaniggjaw tkun l-ahhar wahda minhabba l-periklu, "Dejjem hsibt li kull wahda tkun l-ahhar wahda li niddifjusjaw, l-izjed dik tal-Knisja tal-Mosta, peress li skiddjat qabel waqfet."6
  • Dicembru 12: Fl-Elezzjonijiet Generali tlieta mill-hames kandidati eletti fit-Tnax-il Distrett Elettorali huma Mostin (p.642) jew joqoghdu l-Mosta. Il-kandidati huma s-Sur Freddie Micallef, il-Perit Lawrence Gatt u s-Sur George Gatt. Fit-Tnax-il Distrett Elettorali l-akbar numru ta' eletturi rahal b'rahal hu fil-Mosta7.

1982

  • Jannar 30: Fr Edward McDonough, sacerdot Amerikan gie jmexxi servizz ta' talb u fejqan fir-Rotunda, li kienet imballata bin-nies bil-wieqfa. Kien hemm min qal li hassu mfejjaq jew ahjar. Il-karozzi tal-Maltin li gew ghal dan is-servizz kienu ipparkjati fit-toroq kollha u nholoq traffic jam liema bhalu meta gew biex imorru8.
  • April: Beda johrog il-fuljett parrokkjali li jitqassam b'xejn f'kull dar. L-ewwel wiehed fih il-programmi tal-Gimgha l-Kbira u l-Ghid9.
  • Mejju 28: L-Ambaxxaturi ta' ghoxrin pajjiz akkreditati ghas-Santa Sede zaru r-Rotunda10.
  • Awissu: Ghall-ewwel darba l-Banda laqghet il-vara ta' Santa Marija hi u hierga bid-daqq ta' l-Ghanja ta' Lourdes fuq iz-zuntier. Il-banda kienet il-L'Isle Adam tar-Rabat11.
  • Settembru-Ottubru: Minn intervista li dehret fi Il-Mosta, Nru. 101, Settembru-Ottubru, sar maghruf ghall-ewwel darba li soru Mostija kienet Nagasaki meta l-Amerikani xehtu t-tieni bomba atomika fuq il-Gappun. Kien id-9 t'Awissu, 1945. Sister Paola Felici qalet: “Rajt l-ajruplani jixhet il-bomba atomika fuq Nagasaki.”12 Skont l-Errata Corrige fil-ktieb, p. 683, fil-fatt Sr Paola Felici kienet ga qalet fil-gazzetta Il-Mosta li rat l-ajruplan jixhet il-bomba atomika fuq Nagasaki (ara Il-Mosta, Nru. 34, Ottubru-Novembru, 1970, p. 4).
  • Ottubru 1: L-Arcidjocezi fethet il-Missjoni Djocezana bi thejjija ghall-Kungressi Marjan u Marjologiku Internazzjonali 1983 b'quddiesa minn Mons. Guzeppi Mercieca. F'din l-okkazjoni kbira, meta l-knisja ma wesghetx l-eluf ta' Mostin u Maltin li gew, inqrat ghall-ewwel darba l-ittra storika li l-Q.T. il-Papa Gwanni Pawlu II baghat lil Mons. Arcisqof fid-29 ta' Settembru13. (p.643)
  • Ottubru 9, 10: Fil-quddies tal-precett sar ic-censiment dwar is-smigh tal-quddies nhar ta' Hadd. Ic-censiment li sar ma' Malta kollha, kien tnieda mill-Pastoralli Research Board ta' l-Arcidjocezi14
  • Dicembru 31: Ghall-ewwel darba n-nies kollha li kienu jisimghu l-quddiesa ta' fil-ghaxija ta' l-ahhar tas-sena resqu jaghtu offerta huma stess. Il-flus u oggetti nghataw ghall-karita15.

1983

  • Marzu 28: Saret ghall-ewwel darba Celebrazzjoni Penitenzjali ghal kulhadd fil-knisja arcipretali. Kien hemm hin ghall-qrar wara li saru talb, riflessjonijiet u kant. Ir-rit beda jsehh b'effett mill-25 ta' Marzu, 1983 fil-Knisja Universali16.
  • Mejju 2: Ragel ta' 27 sena mill-Hamrun dahal bit-taxi Mercedes fir-Rotunda ghall-habta tad-9:40p.m. wara li tela' t-tarag ta' quddiem, ghadda bejn il-kolonni tal-portiku u saq fuq il-bieb principali. Ingabret in-nies izda l-Pulizija kienu pronti arrestawh u haduh l-ghassa. L-ghada Mons. Arcisqof Guzeppi Mercieca zar ir-Rotunda. Fil-quddies dakinhar kien hemm talb ta' tifhir lil Alla u lill-Madonna u ezatt tmint ijiem wara saret siegha adorazzjoni bhala riparazzjoni ghal dak li gara17.
  • Mejju 9: Is-Sur Joe A. Grima, mizzewweg u joqghod il-Mosta, gie co-opted mill-Partit Nazzjonalista biex jiehu postu fil-Kamra tar-Rapprezentanti18.
  • Mejju 15: L-Ghaqda Studenti Mostin u l-Kor Santa Cecilja fakkru l-hamsa u ghoxrin sena mit-twaqqif taghhom b'akkademja li saret fis-sala ta' l-Oratorju Qalb ta' Gesu19.
  • Mejju 30: Il-mija u hamsin anniversarju mit-tqeghid ta' l-ewwel gebla tar-Rotunda tfakkar sollennement b'quddiesa minn Mons. Arcisqof Guzeppi Mercieca u s-sacerdoti Mostin u marc fit-toroq tal-Mosta mill-banda Nicolo Isouard20. (p.644)
  • Mejju-Gunju: Tlesta l-pont il-gdid li ha post il-pont tal-hadid21
  • Lulju 9, 10: Il-Kwadru mirakoluz tal-Madonna ta' Ta Pinu ngab fil-knisja tal-Mosta, fejn inzamm kwazi gurnata shiha, ghal Lejl ta' Talb u Adorazzjoni ghall-qdusija tal-kleru22.
  • Awissu 10: Il-Banda Nicolo Isouard esegwiet l-Innu l-Kbir tas-Surmast Antonio Miruzzi, kliem tas-sacerdot Mosti Agostino Azzopardi, bhala parti mill-festi tal-mija u hamsin sena mit-tqeghid ta' l-ewwel gebla tar-Rotunda23.
  • Awissu 13-15: L-E.T. Mons. Nicolao Foscolos, Arcisqof ta' Ateni, il-Grecja, kien il-mistieden tal-Parrocca ghall-festi ta' Santa Marija24.
  • Awissu 15: Santa Marija harget! Ma niftakrux gurnata ta' Santa Marija bix-xita bhalma kienet din. Il-Mosta kienet l-uniku post fejn tigi celebrata l-festa ta' Santa Marija li ntlaqtet mix-xita. Ghall-habta tas-6.00 p.m. it-temp iccara u l-festa ta' barra saret ukoll fost il-ferh ta' kulhadd25.
  • Awissu 30: Ir-relikwija tal-ghadam, kollu flimkien ma' tazza bid-demm, tal-Martri San Pacifiku ghalqu mitejn sena fil-Mosta26.
  • Settembru 9, Fil-ghodu: Il-Kor Shalom ta' l-Oratorju Marija Immakulata fetah id-IX Kungress Marjologiku Internazzjonali fl-Istitut Kattoliku fil-prezenza ta' dinjitarji u studjuzi minn universitajiet barranin.
    Fl-ghaxija: Fl-okkazjoni tac-Celebrazzjonijiet tal-Kungressi Marjani Internazzjonaili saret Rock Mass fir-Rotunda ghaz-zghazagh ta' Malta, li gew bi hgarhom, tant li l-knisja ma wesghethomx. Din kienet it-tieni Rock Mass li saret f'Malta27.
  • Settembru 18: Il-Kardinal Salvatore Pappalardo, Mibghut Specjali tal-Papa ghall-Kungressi Marjani, sellem, lill-Mostin fi triqtu lejn Ghawdex biex jikkonkludi c-celebrazzjonijiet kbar li saru28. (p.645)

1984

  • Jannar 22: Miet Mons. Arcisqof Emeritu Mikiel Gonzi, l-Arcisqof ta' l-Inkurunazzjcmi tal-Madonna Assunta29.
  • Settembru: Sar maghruf li l-quddiesa Ii ghaliha attendew l-akbar numru ta' nies f'Malta kollha meta sar ic-censiment tal-quddies fid-9 u l-10 ta' Ottubru 1982 kienet dik ta' nhar is-Sibt fl-ghaxija, 9 ta' Ottubru, fir-Rotunda taghna. Kien hemm 1254 persuna30.
  • Novembru 1: Il-Hamis, nhar l-34 anniversarju tad-Domma ta' l-Assunzjoni, il-vara ta' Santa Manja ttiehdet ghar-restawr ghand id-Ditta Darmanin ta' Triq San Kristofru fil-Belt Valletta.

Riferenzi

  1. ll-Mosta, Nru 94, Frar-April, 1981. p. 2.
  2. ll-Mosta, Nru 95, Mejju-Lulju, 1981. p. 1.
  3. ll-Mosta, Nru 97, Settembru-Dicembru, 1981. p. 5.
  4. Ibid., p. 1.
  5. Ibid., p. 14.
  6. ll-Mosta, Nru 98, Jannar-April, 1982. p. 8.
  7. Ibid., p. 7
  8. Ara anke ll-Mosta, Nru 98, Jannar-April, 1982. p. 9.
  9. ll-Mosta, Nru 99, Mejju-Lulju, 1982. p. 3.
  10. ll-Mosta, Nru 100, Awissu, 1982. p. 5.
  11. ll-Mosta, Nru 101, Settembru-Ottubru, 1982. p. 3.
  12. Ibid., p. 4.
  13. Ibid., p. 1.
  14. ll-Mosta, Nru 102, Novembru-Dicembru, 1982. p. 3.
  15. ll-Mosta, Nru 103, Jannar-April, 1983. p. 3.
  16. ll-Mosta, Nru 104, Mejju-Gunju, 1983. p. 3.
  17. Ibid., pp. 2, 12.
  18. Ibid., p. 4.
  19. Ibid., p. 5.
  20. Ibid., p. 1.
  21. Ibid., p. 11.
  22. ll-Mosta, Nru 105, Lulju-Awissu, 1983. p. 8.
  23. ll-Mosta, Nru 106, Settembru-Novembru, 1983. p. 8.
  24. Programm-Souvenir, Fuljett Parrokjali, Nru. 7.
  25. ll-Mosta, Nru 106, Settembru-Novembru, 1983. p. 2.
  26. ll-Mosta, Nru 105, Lulju-Awissu, 1983. p. 7.
  27. ll-Mosta, Nru 106, Settembru-Novembru, 1983. p. 1.
  28. ll-Mosta, Nru 106, Settembru-Novembru, 1983. p. 1.
  29. ll-Mosta, Nru 108, Frar-April, 1983. p. 4.
  30. Mil-laqgha tal-Kunsill Parrokjali tat-13 ta' Settembru, 1984.

KELMTEJN QABEL

(din il-parti mehuda mill-introduzzjoni tal-ktieb, dahhalta hawnhekk)


Nahseb li wasal iz-zmien li l-Mosta jerga' jkollha stampata l-istorja taghha.


Kien is-Sur E. B. Vella li hass go fih sens patrijottiku u gabar, “wara li ghadda gimghat shah jigri madwar ir-rahal ifittex u jhaffer ‘l hawn u ‘l hemm ghal fdalijiet tal-prejistorja; wara li qatta' zmien iqalleb l-arkivji ghal xi dokumenti ta' storja, imbaghad beda jsib illi dik l-art bierda u dawk il-kotba siekta bdew iwiegbu b'lehen gholi ghall-mistoqsijiet tieghu” u wara tliet snin ta' hidma gabar kollox fi ktieb “Storja tal-Mosta bil-knisja taghha.”


Dan ix-xoghol gie stampat fl-Empire Press fl-1930. Minn din id-data sallum ghaddew 42 sena – snin ta' gwerra, snin ta' paci, snin ta' prgress f'diversi oqsma, u dawn irridu nhalluhom imnizzla fl-istorja taghna.


Nippruvaw kemm nistghu l-ktieb naghmluh interessanti, anki b'ritratti li qabel l-istorja kienet nieqsa minnhom; u bl-ghajnuna ta' nies kwalifikati fil-materja ta' storja, inkomplu fejn halla E. B. Vella.


Is-Sur E. B. Vella ta “dan ix-xoghol lil-Mexxejja tal-Knisja tal-Mosta, minghajr ma stenna minnhom ebda xorta ta' hlas.” L-istess hi l-intenzjoni taghna u nittamaw li dan il-ktieb jinqara minn kull min ghandu go fih tahraq l-imhabba lejn art twelidu.


DUN ANG CAMILLERI
Mosta, Santa Marija, 1972.


KELMA TA' HAJR


Minn Santa Marija ta' l-1972 sallum ghaddew erbatax-il sena u wasalna ghat-tmiem ta' din l-Istorja tal-Mosta.


Ahna zguri li dan il-kteib ser ikun mistenni u mfittex minn hafna.


Irnexxielna bl-ghajnuna t'Alla u bit-thabrik ta' tant kollaboraturi, kittieba, fotografi u ohrajn intemmu perjodu ta' sitta u hamsin sena.


L-ewwel perjodu bdieh u temmu s-Sur E. B. Vella meta fl-1930 hareg bil-ktieb Storja tal-Mosta bil-Knisja taghha.


Ahna komplejna minfejn halla u f'dawk l-erbatax-il sena tqallbu tant gazzetti, kotba, rivisti u dokumenti. Gew ikkunsultati arkivji, bibblijoteki u nies ta' esperjenza. F'kelma wahda qbadna ma' kull haga li setghet kienet ta' interess jew ghajnuna.


Hekk wasalna, safejn kien possibli, biex ikollna xbieha tal-Mosta bid-diversi zviluppi taghha, religjuzi, socjali, kulturali, civici u politici.


Dan ghamilnieh mill-ahjar li stajna b'diversi zidiet.


Ma nippretendux li l-istorja li ktibna hija finali. Id-dinja ghadha sejra u tkompli tinbidel mal-medda tas-snin.


Is-sodisfazzjon taghna hu wiehed: li mlejna vojt li kien ilu jinhass, ghax il-ktieb ta' E. B. Vella kien ilu li spicca mill-idejn.


Ifformajna storja ta' pajjizna bi stil hafif u nittamaw li nibdew narawh fl-idejn ta' hafna, kemm kbar u kemm zghar.


DUN ANG CAMILLERI
25 ta' Mejju, 1986
Oratorju Qalb ta' Gesu – Jum il-Festa.


Kapitli ohra mill-ktieb