The Mosta Archives Banner

Storja tal-Mosta bil-Knisja Taghha (Malta 1986)

migbura minn E.B. Vella u ohrajn


L-EWWEL TAQSIMA


Topografija


(p.1) ll-Mosta, jew ir-rahal tar-Rotunda, qieghda qisu fin-nofs ta' Malta. Jekk niehdu l-knisja bhala n-nofs tar-rahal u niehdu lil Malta minn tulha, naraw illi l-itwal gibda fil-majjistral li tahbat il-Ponta tal-Marfa fiha 7¾ mili; min-naha tax-xlokk, li tahbat il-Ponta ta' Delimara, twassal 9¾ mili. Jekk issa niehdu l-Gzira mill-wisa' taghha, insibu li r-rahal qieghed boghod 3 mili mix-xatt fil-grigal, li jahbat il-Blata l-Bajda (Bahar ic-Caghaq) u mir-Rdum ta' Had-Dingli, fil-lbic, hemm tul ta' 4¾ mili.


Min-naha l-wahda, triq ta' 5½ mili twasslek ghal gmiel ta' hlieq il-bniedem - il-Belt Valletta, u l-istess gibda min-naha l-ohra ggibek fil-gmiel ta' hlieq in-Natura - il-Bajja ta' Ghajn Tuffieha. San Pawl il-Bahar, l-isbah u l-eghzez bajja ta' Malta mhux boghod mir-rahal iktar minn 4 mili.


"Il-Mosta qieghda fuq wesgha watja ta' art tajba, illi min-naha l-wahda tinghaqad mat-truf tal-gholja wieqfa li fuqha mqeghdha l-Belt il-qadima tal-Gzira, u min-naha l-ohra tistrieh fuq in-nizla tan-Naxxar, rahal iehor mill-aktar qodma, illi qieghed fil-quccata l-ohra. Iz-zewg gnub ta' dawn l-gholjiet jinzlu helu helu ghal wara l-Mosta, jitghannqu fil-qiegh ta' wied wiesgha, illi l-gnub tieghu kollha blat jitilghu f'hitan grizi u mnezzghin, illi fix-xquq taghhom jikbru b'sahhithom kollha l-birwieq u s-saghtar."1


(p.2) Ir-rahal, ghad li mhabba l-gholjiet tan-naha tal-grigal u tal-lbic jidher fil-hofra, mhux baxx. Jekk wiehed irid jara b'ghajnejh l-gholi tieghu minn wicc il-bahar, jista jaghti daqqa t'ghajn minn fejn San Guzepp "tat-Targa." Hawn qieghed l-istess gholi tal-pjazza tar-rahal fejn iz-zuntier tal-knisja jahbat 226 pied 'il fuq minn wicc il-bahar. Issa jekk inhallu fil-genb il-wied, il-pjazza hija l-iktar bicca baxxa tar-rahal, ghaliex it-Triq tal-Kungress Ewkaristiku fejn ta' Mlit tilhaq 238 pied (dejjem minn wicc il-bahar), fejn il-knisja ta' Sant'Anton 252 pied fejn Santa Margarita 272 pied u fejn jaqta l-bini ta' Triq Rjali ahna u sejrin l-Imdina l-gholi jilhaq 245 pied.


Jekk imbaghad niehdu l-qiegh tal-wied, insibu li magenb il-knisja ta' l-lsperanza qieghed 180 pied gholi minn wicc il-bahar, filwaqt li tant il-Pont ta' fejn il-Fortizza jwassal 113 il pied.


Qabel nimxu iktar 'il quddem jidhrilna li jixraq inghidu x'nifhmu ahna bid-distrett tal-Mosta li fuqu sejrin niktbu. Ahna dejjem nimxu fuq il-limiti tal-knisja meta naraw illi jaqblu mal-bzonnijiet ta' l-istorja, imma meta imbaghad dawn il-limiti parrokkjali ma jkunux qeghdin fuq l-ebda taqsim geografiku, jew biex niftehmu ahjar, meta biex tasal sa San Guzepp "tat-Targa" li qieghed f'halq ir-rahal, trid thalli l-limiti tal-Mosta, tidhol f'dawk tan-Naxxar imbaghad targa' tidhol fil-limiti ta' l-lmdina, meta mmela jigri hekk, ahna ma nhabblux rasna mil-limiti parrokkjali, imma nimxu fuq it-tmexxija tal-geografija u nitkellmu minn dawk il-postijiet kollha li jkunu l-iktar qrib lejn il-parrocca li nkunu qeghdin nitkellmu fuqha. F'dan id-distrett taghna t-tfixkil tal-limiti jidher biss fil-bicca mill-grigal ghat-tramuntana u tasal sal-punent, mill-bqija naslu sa fejn thozzilna l-knisja.


Geologija


ll-Mosta fiha studju sabih hafna tax-xjenza tal-geologija (isem li gej mill-kelmiet griegi ge, li tfisser l-art; u logos, tahdit). Immela din ix-xjenza li tghallimna kif inhi u (p.3) mniex hi maghmula l-art, kemm ukoll dak kollu li ghadda minnha, tibda biex tghidilna li l-Gzejjer ta' Malta huma maghmulin minn blat Terzjarju, u li sar kollu kemm hu taht l-ilma. U min qatt ma rax b'ghajnejh kemm il-blat taghna fih hwejjeg li jghixu biss fil-bahar? U mbaghad li kieku wiehed jaqbad bicca gebla minn taghna u jifliha b'mikroskopju jsib ill mhix maghmula minn hag'ohra hlief ramel, bebbux, dud, fdalijiet ta' hut u ghadd iehor ta' holqien li fih il-bahar. Imhabba caqliq kbir ta' l-art, dan il-qiegh tal-bahar intrafa' minn wicc l-ilma u sar art xotta li minnha l-Gzejjer taghna mhumiex hlief bicca zghira. Dan sar fi zmien Mijocenu u jekk il-qarrej irid ihalli xi zewg miljuni ta' snin ghal din il-bicca storja ta' l-art ma jkunx qieghed jiehu hlief bicca zghira miz-zmien kbir li fih saret id-dinja.


Hafna geologi jghidulna li l-Gzejjer Maltin huma dak li fadal jidher minn pont kbir ta' l-art li kien jghaqqadna ma' Sqallija u l-Ewropa min-naha l-wahda u ma' Tunes u l-kosta ta' l-Afrika ta' Fuq min-naha l-ohra; u jkomplu jghidulna li sal-lum il-qiegh tal-bahar f'din il-bicca li qeghdin inghidu mhux fond bhal gnub l-ohra tal-Bahar Mediterran2. Xjenzjati ohra qeghdin ighidulna li l-istudji tal-geologija, tal-palentologija u tal-arkeologija juru li f'dawk iz-zmenijiet hekk boghod dawn il-gzejjer kienu maghqudin biss mal-bicca tax-xlokk ta' Sqallija3.


Hu x'inhu dik l-art kbira li minnha l-Gzejjer taghna kienu bicca zghira kellha hafna xmajjar u kienet miksija b'hafna sigar u hxejjex, filwaqt li fuqha kienu jghixu mriehel ta' ljunfanti mill-ikbar nett u mill-icken, ippopotami, bhejjem li jixtarru u ohrajn tal-priza, grieden, cinji kbar, fkieren u gremxul daqshiex.


(p.4) Illum dan il-wicc kbir ta' l-art ma ghadux jidher ghaliex tghezziz ta' l-art ghall-ahhar taz-zmien Palejstoceniku, qisu dawra ta' 20,000 sena ilu, din l-art kbira bdiet niezla 'l isfel sa ma kienx fadal hlief il-Gzejjer zghar ta' Malta, filwaqt illi fuq dik il-bicca art li kienet taghmilna terraferma beda jhabbat il-bahar kif narawh il-lum.


U xejn ma ghandux ghax wiehed jistaghgeb bis-sahha li ghandhom it-terremoti, ghaliex jekk naslu sa Misrah Ghonoq jew sa San Guzepp "tat-Targa" u naghtu daqqa t'ghajn minn fuq dak ix-xifer gholi tal-blat (li jibda minn Fomm ir-Rih u jispicca fil-Madliena), ma nkunux qeghdin naraw hag'ohra hlief ix-xoghol ta' tghezziz kbir ta' l-art li saru fi zmenijiet geologici.


Barra mis-sahna tat-terremoti l-art ghandha wkoll ghedewwa ohra, u dawn huma l-ikel li jaghmel il-bahar, meta aktarx wara li dawn il-Gzejjer intrefghu regghu ntghaddsu taht l-ilma qabel ma rtefghu ghal kollox4, hemm ukoll l-ikel ta' l-arja, rih u tax-xita li kollha kemm huma qeghdin ibiddlu l-wicc ta' l-art.


U dan narawh mill-witja ta' fejn hv mifrux ir-rahal, li hija tal-Qawwi ta' Taht. Nafu li l-blat ta' Malta huwa maghmul minn hames saffi li qeghdin wiehed fuq l-iehor hekk:

  1. Il-Qawwi tal-Wicc;
  2. Il-Gebla Ramlija;
  3. It-Tafal;
  4. Il-Franka;
  5. Il-Qawwi ta' Taht.

Ghalhekk l-ewwel erba' saffi tal-blat huma mikulin ghal kollox minn fejn hu qieghed ir-rahal, u tista thaffer kemm joghgbok ghax ma tilhaqx blat iehor hlief dak il-Qawwi ta' Taht li ghedna. Imbaghad fit-truf tar-rahal in-naha ta' nofsinhar u tal-punent jidher is-saff tal-Franka.


Il-Wied


Wied il-Ghasel, Mosta wara x-xita Parti minn Wied il-GhaseI wara li ghamlet xebgha xita.

Malta ghandha hafna widien, imma l-ebda wiehed minnhom ma fih daqqa ta' ghajn sabiha daqs dak (p.6) tal-Mosta5. Dan jibda gej mill-gholjiet tal-punent tal-Gzira u mill-Qliegha jibqa' gej ghal Wied ta' l-lsperanza, ghal Wied il-Ghasel u jintefa fis-Salina. Minn din il-gibda ta' madwar 9 mili, l-isbah bicca tieghu hija fejn hu l-aktar fond, li tmiss mal majistral tal-Mosta. Mixja f'qiegh din il-bicca tal-wied, tibda mill-lsperanza, tibqa' dejjem sejjer l-isfel sa ma tghaddi l-Pont, San Pawl ta' Wied-il-Ghasel u mbaghad titla' mit-tarag ta' Wied Filep ghandha tqanqallek hsebijiet li l-ebda deskrizzjom ma tlahhaq biex tolqtok hekk. Tibda minn fond ta' madwar 50 pied imma sa ma tasal biex tispicca l-mixja li ghedna l-fond jilhaq daqshekk darbtejn ohra. Tara sigar hergin qishom mill-istess blat u gherien li donnhom qeghdin il-fuq fil-gholi biex jahbulek il-misteri taghhom. Dak l-eku li jinstama ma kull pass li taghmel iqanqal gewwa fik il-biza', u inti sieket toqghod ghat-taghlimijiet li dak il-hin tkun qeghda tatik in-Natura.


Kif u meta sar dan il-wied?


Wied jista jibda l-hajja tieghu b'xi daghbien twil fil-blat li minnu jibda ghaddej l-ilma li mill-art gholja dejjem jigbed ghan-nizla. Biz-zmien, bl-ikel ta' l-ilma stess u ta' l-arja din il-moghdija ghalkemm gol-blat iebes, tibda dlonk tifnad u tusigh sa ma jsir il-wied6.


Imma b'dik id-daqxejn ta' nixxiegha li tghaddi minnu fix-xtiewi tal-lum, il-wied ried zmien bla tarf (biex ma nghidux li ma jistax ikun) biex jasal f'dak il-wisgha u fond kif narawh il-lum. Ghalhekk nistghu bla biza' ta' xejn inghidu illi dan il-wied jaf klima ohra minn dik ta' daz-zmien u sar f'dak iz-zmien ta' xita kbira (Pluvjali) li kien bejn iz-zmien Plijoceniku w iz-zmenijiet tal-lum, meta kellu qawwa ta' ilma kbira (p.7) bizzejjed biex tahfih hekk u tatih ghamla ta' xmara. L-ilma tieghu kien jigi aktar mill-boghod milli jigi llum ghax dan ix-xoghol kollu tal-ilma sar qabel ma nizlet l-art li ghedna u qatghet lil dawn il-Gzejjer mit-terraferma7.


Paleontologija


Fid-distrett tal-Mosta nstabu wkoll xi fdalijiet ta' fossili li jgeghluna mmissu wkoll ftit ix-xjenza paleontologika, li kif tfisser l-istess kelma mill-grieg: palaios - qadim, onta - holqien u logos - tahdit, hija studju fuq il-hajja qadima ta' fuq din l-art, l-iktar minn dak li jghallmuna l-fossili.


F'dak il-ghar f'Wied il-Ghasel ma genb it-tarag ta' Wied Filep instab ghadam u snien tal-ippopotamu; fil-Wied taht l-gholja ta' Santa Margerita instab ukoll ghadam tal-istess annimal u l-isfal izjed mill-fortizza fejn il-knisja ta' Santa Katerina nstabu bcejjec ta' snin tal-iljunfant (Elephas Mnaidriensis). Dawn il-bhejjem mill-ikbar tal-holqien ma' hafna bhejjem ohra ta' l-istess gens li nstabu Sqallija kienu jghixu hawn Malta f'dak iz-zmien li ghidna meta l-Gzejjer taghna ma kenux hlief bicca zghira minn art ikbar u li kellha qliel kbar ta' xita, li giebet minn jaf x'kobor ta' hxejjex u xmajjar ta' ilma helu, fejn dawn il-bhejjem kienu jistghu jiggerrew u jsibu mergha bizzejjed; il-ghaliex kif wiehed jista jara fil-Gzira hekk zghira u niexfa minn kollox, li ghandna llum, ma setghux ghexu merhliet kbar ta' bhejjem minn dik ix-xorta.


Il-kittieb ta' din l-istorja huwa u jhammel qabar puniku mill-hamrija li kien fih (kif insemmu iktar il-quddiem) kellu x-xorti li jiltaqa' ma fdalijiet paleontologici li aktarx garrhom hemm gew l-ilma. Dawn kienu ghadam iffossilizzat ta' tajr u animal, li bicciet minnhom ma kienu maghrufa qatt qabel li ghammru fil-Gzejjer taghna.


(p.8) Hallejnihom f'idejn in-naturalista l-Professur G. Despott, li mill-banda l-ohra, baghthom biex ikunu ezaminati barra. Il-ghadam tat-tajr gie ezaminat minn Dr. Koloman Lambrech, Professur fl-Universita tal-Ungerija. Dan il-maghruf paleontologu sab li dak il-ghadam kien ta' dan it-tajr li gej:

Wied il-Ghasel, Mosta wara x-xita 1. Borka Prima. 2. Wizza zghira selvagga. 3. U-Pernica. Dan it-tajr, li qieghed fil-Muzew tal-Ghasafar tas-Sur Anthony Sammut, jixbah hafna lil dak Ii semma E.B. Vella. N.B. Illum (1986) il-Muzew m’ghadux il-Mosta.
  1. Borka prima (Anas Boscas). Din it-tajra li ghandna bhala, ma hix gdida ghalina.
  2. Wizza zghira selvagga (Branta Leucopsis). Din it-tajra li f'Malta nsabet biss fid-depoziti pleistocenici, bhal dawk ta' Ghar Dalam.
  3. Tajra ghandha mill-pernica (Lagopus Albus). Hekku x'kiteb Dr. Lambrecht fuq din it-tajra: "Lagopus Albus (Keys and Blas) illi sa issa ghadha ma nstabet qatt f'Malta, u li issa nstabet fil-pleistoceniku ta' din il-Gzira, hija ahbar tajba u gdida; il-ghaliex turi l-aktar post l-isfel fl-Ewropa fejn din it-tajra nizlet, sewwa fi zmenijiet ma ilux, kemm ukoll bhala fossili. Sal-lum ma konna nafu li ghexet fl-ebda post iktar l-isfel mill-bicca ta' fuq ta' l-ltalja."

Il-ghadam ta' l-annimal gie ezaminat minn Dr. Nicholas Kretzoi, tal-Muzew ta' Budapest, fl-Ungerija. Dan l-ispecjalista mill-ahjar tal-mammali ffossilizzati kiteb illi dan il-ghadam kien ta' libru li jghix fil-kesha, u kompla jghid illi "il-ghamla ta' dan l-anntmal ta' Malta hija ikbar u ma tixbahx lil razez ohra maghrufin. Jixbah lill-fenek (Lepus Arcticus Timidus), l-iktar fl-ghadam ta' sahha li ghandu. Imhabba n-nuqqas ta' fdalijiet bhalu ma nistghux inghidu wisq fuqu …"


Il-ghadam ta' dan l-annimal u dak ta' l-ahhar tajra li semmejna li jghixu biss fil-kesha tas-silg u fi zmenijiet plejstocenici, tat xjahsbu wisq lix-xjenzjat li rawhom, il ghaliex sa issa ghadu hadd ma qal li s-silg fi Zmien is-Silg (Glacial Period) kien wasal daqshekk 'l isfel fl-Ewropa li lahaq il-gzejjer taghna. Issa wiehed jixtieq jaqra dak li sejrin jippublikaw (jew ippublikaw) dawk il-paleontotogi li semmejna fuq dan ghadam tal-Wied tal-Mosta.


Riferenzi

  1. Prof. Nikol Zammit, Strenna Letteraria Maltese, 1862, p. 147.
  2. J. Murray, Origin of the Rocks and Soils of the Maltese Islands.
  3. Raymond Vaufray, Les Elephants Nuns des Isles Mediterraneennes et La Question des Isthmes Pleistocennes, Oct. 1929.
  4. A. L. Adams, Nile Valley and Malta, p. 152.
  5. F. Weston, Walks In Malta, p. 98.
  6. A. L. Adams, Nile Valley and Malta, p. 150.
  7. a) Quarterly Journal of the Geographical Society, Feb 1895; b) Vaufrey, p. 175.

Kapitli ohra mill-ktieb