The Mosta Archives Banner

Storja tal-Mosta bil-Knisja Taghha (Malta 1986)

migbura minn E.B. Vella u ohrajn


IS-SITT TAQSIMA


L-Ordni ta' San Gwann


(p.62) Fl-24 ta' Marzu 1530, l-Imperatur Karlu V iffirma l-att fejn halla l-Malta f'idejn l-Ordni ta' San Gwann ta' Gerusalem. In-nies tal-Universita (il-Gvern) taghna hasbuha tajjeb illi dawn il-kavallieri li gejjin kienu sejrin inehhu l-libertajiet u l-privileggi kollha li kienet qalghet Malta, u ghalhekk ghamlu kemm setghu biex l-art taghna ma tigix moghtija lill-Ordni. Imma l-Imperatur kien jaghmel kif jaqbillu u ma kienx sejjer joqghod fuq id-dokumenti ta' dawk ta' qablu. Mil-banda l-ohra d-deputati tal-Ordni halfu illi l-privileggi kollha li kellhom il-Maltin ma kenux sejrin ikunu minsusa mill-Ordni.


Intant fis-26 ta' Ottubru 1530, wasal Malta il-Gran Mastru bil-kavallieri u qaghdu fil-Birgu, bil-knisja ta' San Lawrenz bhala knisja konventwali ta' din l-Ordni ta' l-Ospidalieri.


Nahsbu illi dawk illi kellhom xi ftit taghlim fil-Mosta kienu jiehdu sehem f'dak li sar, imma n-nies tax-xoghol u l-bdiewa ma kenux jifhmu f'dak li kien qieghed jigri, u l-ewwel ma raw lil Kavallieri kien fit-13 ta' Novembru ta' l-istess sena meta l-Isle Adam dahal b'festa liema bhalha gewwa l-Belt tal-Imdina biex jiehu l-pussess bhala l-ewwel Gran Mastru ta' Malta.


L-Isle Adam kien l-ewwel wiehed biex jisraq mid-drittijiet tal-Universita, meta huwa holoq magisteru iehor u qasam it-tmexxjia tal-gzira fi tnejn. Il-bicca tal-punent li kienet maghmula mill-Imdina, bil-parrocci tan-Naxxar, Birkirkara, is-Siggiewi u Haz-Zebbug. Dawn kellhom jibqghu kif kienu taht il-Hakem ta' l-Imdina. Il-bicca tal-lvant li kellha l-Birgu, bil-parrocca taz-Zejtun, Zurrieq, Birmiftuh (Gudja) u Hal Qormi. Dawn gew imqeghdin taht magistrat tal-Birgu li jkun maghzul mill-istess Gran Mastru.


Ghalhekk il-Mosta, bhala bicca mil-parrocca tan-Naxxar (p.63) baqghet mal-gvern ta' l-ewwel – illi bhalu u la taqla' u l-anqas thawwel.


Il-Korsari w it-Torok


Issa wiehed ma jridx jinsa li ma l-ghedewwa illi kellha Malta f'dawk il-hallelin tal-bahar, zdiedu ohra li kienu kontra l-Ordni, li issa ghamlet lil Malta bhala fortizza. Dawk kienu zminijiet ta' glied ikrah bejn l-Insara, li jimxu wara s-Salib, u t-Torok, li jimxu wara n-Nofs Qamar. Ghalhekk issa dawk l-attakki, bhal dak li sar fuq il-Mosta fl-1526, bdew aktar jihraxu l-ghaliex barra minn dawk li jigu biex jisirqu kienu jigu wkoll dawk li jarawna bhala ghedewwa kbar.


Fit-18 ta' Lulju 1551, waslu fuq Malta 145 xini torka, li nizzlu n-nies u bdew jisirqu l-kampanja. Anqas trid tahseb x'tahwid, x'biki u xi tbatija biex il-Mostin kollha jaharbu jigru ghal gewwa s-swar ta' l-Imdina. Imma din id-darba Malta helsitha tajjeb, u t-Torok marru sennew snienhom fuq Ghawdex.


L-Assedju l-Kbir


Il-migjiet tal-Musulmani li semmejna kienu ta' biza' li jkexkex, imma x'ghandna nghidu issa mill-assedju l-kbir? Drabi ohra dawn l-ghedewwa gew jaghtu attakk, serqa, glieda u telqu, imma issa gew biex jaghmlu gwerra kif imiss u biex jeqirdu darba ghal dejjem minn Malta dik l-Ordni li kienet hekk thabbathom, u maghha dawk il-Maltin l-ohra li kienu lesti biex ihallu hajjithom ghar-Religjon u ghal-Arthom.


L-isparar ta' kanuni mill-Imdina li nstemghu fl-ghodwa tal-Gimgha, 18 ta' Mejju 1565, kienet l-ahbar hazina illi dehret l-armata torka u li ghal imsejkna Mostin ma setghax ma kienx bhal ahbar tal-mewt. Tassew illi f'Malta kulhadd kien, biex inghidu hekk, taht saqaf wiehed f'dik il-bicca, imma l-ebda rahal ma kien qabel migdum fil-laham il-haj bhalma kienet il-Mosta. Il-hatfa ta' Rajjes Sinen li semmejna qabel, ma kienx ilha hlief disgha u tletin sena!


Dawk l-irgiel li kienu ghal glied kulhadd jigri biex jaqbad l-armi u jmur mar-rigment tieghu, ir-rigment tan-Naxxar. (p.64) L-ohrajn kullhadd jahrab ghal gewwa s-swar ta' l-Imdina. Mur ara x'sahha kien fadlilhom f'riglejhom dawk in-nisa, ikarkru t-tfal zghar taghhom u li dawk li ma jifilhux mat-telgha ta' l-Imdina, meta kienu jafu mill-Gran Mastru La Valette li din id-darba t-Torok kienu xejn anqas minn iljuni feroci! Nahsbu li kienet xena ta' tahwid u tneghid bhal dik li tidher biss qabel il-jum il-kbir tal-haqq.


Mela kulhadd karkar dak li seta ghal gewwa s-swar ta' l-Imdina, u hemm ukoll dahhlu maghhom dawk il-bhejjem li setghu, u fir-rahal ma hallew xejn li jista jiswa ghal ghejxien tal-ghadu.


Il-kumpanija tan-Naxxar illa maghha, bhalma ghedna, il-Mostin kienu maghqudin, kienet maghmula minn 590 ruh, b'dawk tal-kavallerija; u l-kaptan taghha kien Fra Jean de Lugny, kavallier tal-Venerabbli Lingwa t'Alvernja1. Fost il-kumpaniji tal-parrocci din kienet it-tielet ghal ghadd tan-nies, u kienu jghadduha biss dik ta' l-Imdina u l-ohra ta' Birkirkara.


Dawn il-kumpaniji tal-parrocci kienu mqassmin min fl-Imdina u min fil-fortizza ta' San Mikiel (l-Isla); il-ghaliex il-fortizza ta' Sant'Iermu u fl-ohra ta' Sant'Anglu (fejn kien La Valette) gew imhollija kollha f'idejn il-kavallieri. Mil-kumpaniji tan-Naxxar, ma ta' Bormla u tas-Siggiewi, giet mill-ewwel mibghuta f'San Mikiel, fejn kien hemm ukoll hafna suldati ohra Taljani u Spanjoli, taht il-kmandant taljan Ammiral Del Monte.


Il-Mostin, mal-kumpanija tal-matrici taghhom, kellhom jiehdu hsieb il-bicca sur li jhares lejn Kordin, u li kien jibda mill-posta ta' Bormla sal-gnien tal-Gran Mastru2. Dan juri illi l-kumpanija maghmula min-Naxxarin, Mostin u Gharawrin kellha l-unur li jkollha mill-ewwel f'idejha bicca fejn il-glied kien ahrax. Imma nhallu ghal ftit lil dawk il-Mostin u naraw x'kien qieghed jigri fil-Mosta taghhom.


(p.65) Il-generali torok, Mustafa u Piali, kienu ghadhom ma ftehmux sewwa fejn sejrin jibdew l-attak, u l-kbir korsar Dragut kien ghadu ma wasalx hawn Malta, meta 'l hawn u 'l hemm fil-kampanja sar xi glied bejn l-Insara u t-Torok.


Wahda mill-aqwa battalji saret fil-Mosta nhar l-Erbgha t-30 ta' Mejju. Hekk kiteb l-istoriku tal-Ordni, Gakbu Bosio, fuq din it-taqtiegha:


"Mill-Imdina harab ilsir iswed li kien imghammed u ltaqa' ma wiehed li kien jafda fih Mustafa Baxa. L-ilsir qallu illi fl-gherien in-naha tax-xatt tar-Rdum tal-Madliena, f'dik il-bicca li thares lejn il-Lbic kien hemm mohbijin hafna Maltin. L-iehor qala' minghand Mustafa 400 Tork u telaq bihom ghal dak il-post biex jahtafhom kollha. Imma fallielu l-ghaliex hekk kif wasal hemm isib illi madwar 100 Malti li kien hemm f'dawk l-gherien kienu telqu. Meta raw hekk dawk l-400 Tork xtaqu li jiehdu xi haga ohra, u gara li huma u gejjin lura, xi tliet mili boghod mill-Imdina, iltaqghu ma merhla barrin u nghag. Qabduhom u, imexxuhom quddiemhom, bdew resqin ghan-naha fejn kien qieghed l-ezercitu Tork.


Il-kaptan Eguaras, bi 80 tal-kavallerija, kien hareg fil-kampanja biex jindokra lil Maltin illi kienu marru fuq il-qighan taghhom biex igibu lejn il-belt (l-Imdina) il-qamh illi kienu hallew hemm meta, hekku jiltaqa' ma 400 suldat tal-ghadu illi kienu xi 50 bl-armi tan-nar u l-bqija kollha bl-ark u l-vlegga qeghdin flimkien. Il-kaptan Eguaras ra illi f'dawk il-postijiet hu bil-kavallerija tieghu ma kenux jistghu jduru kif iridu mhabba t-tghawig tat-toroq u l-art hazina ghaz-zwiemel. Ghalhekk baghat jitlob lill-kommendatur Mesquita, kaptan tal-armi tal-Belt, biex jibghatlu ghajnuna tal-infanterija. Sadattant, gieghel 40 tal-azzarin li kellu fuq iz-ziemel jinzlu f'malajr, u wara li sabu postijiet tajbin, geghlhom jitqabdu mat-Torok, filwaqt li huwa bil-bqija qaghad warajhom jatihom l-ghajnuna kollha li seta'.


(p.66) It-Torok hallew il-merhla ta' baqar u naghag, li kienu hatfu minn taht l-Imdina, f'idejn 30 suldat biex jibqghu sejrin bihom ghal fuq ix-xellug, u s-suldati l-ohra nghaqdu fi skwadra taht tliet bandieri, bdew dlonk jigru fuq is-suldati taghna u b'rabja kbira xehtu ghal fuqhom hafna vlegeg.


Taghna ma qatghux qalbhom imma zammew irwiehom maghqudin kif setghu u baqghu jisparaw fuq l-ghadu, bit-tama li tasal l-ghajnuna. Wara li kien ilhom mhux hazin imqabbdin mal-ghadu, bi tweghir li jkunu mirbuha u mkissrin, waslu fl-ahhar 80 bl-azzarini taht il-kaptan Fra Govanni Vagnone, li kien fil-gwerra ta' Piemonte u jaf ix-xoghol tieghu sewwa. Vagnone bil-kumpanija tieghu, marru inhbew baxx baxx fil-Mosta, minghajr ma ndunaw bihom l-ghedewwa, li f'dak il-hin bdew dehlin fir-rahal minn genb iehor.


Il-kaptan Eguaras kien jaf illi ghandu l-ghajnuna fil-Mosta ghalhekk ghamel ta' bir-ruhu illi jrid jerga lura, u gieghel lis-suldati tieghu jirkbu z-ziemel.


Meta t-Torok raw dan, xtehtu ghal warajhom b'sahha kbira u baqghu sejrin sa ma sabu ruhhom in-naha l-ohra tar-rahal, fejn kien hemm mohbi wara l-hitan il-kaptan Vagnone bil-kumpanija tieghu.


Hekk kif dehru t-Torok, is-suldati ta' Vagnone fethu n-nar fuqhom. Il-ghadu ma kienx qed jistennih dan, u ghalhekk ftit minnhom baqghu mejtin u l-ohrajn thawdu.


Issa billi fejn kienu jinsabu kien hemm ftit tal-witja li ma kienetx imfixkla bil-hitan, il-kaptan Eguaras seta jcaqlaq il-kavallerija ahjar, u hemm biex iheggeg lin-nies tieghu, hu stess mal-kommendatur Barrese kienu l-ewlenin li nxtehtu f'nofs l-ghedewwa, iqabbzu z-zwiemel fuqhom u jferuhom bil-lanez u armi ohra li kellhom f'idejhom. Dlonk marru warajhom il-kavallieri Fra Vicenz Anastagi, Perugin, Fra Bernard da Cabrera, Katalan, Fra Govanni De Barbisieres, sottu kavlariz tal-Gran (p.67) Mastru, Fra Tomas d'Espinosa, Kastiljan (li laqtitu vlegga fil-pexxut ta' siequ u baqghet hierga min-naha l-ohra) u Fra Girolamo Marziglia, Aragoniz, li ta' wirja ta' l-unur. Mal-kavallieri kien hemm ukoll Maltin, li kienu aktar jinqalghu ghal fuq iz-ziemel billi aktar imdorrijin; dawn kienu Karlu d'Aula, Cejlu Tonna, iben Pawlu Nicciolo, Luqa Briffa, imlaqqam Gherci u certu grieg, Mikiel Calli.


Mela dawn li semmejna kienu li, b'qalb ta' sur, inxtehtu l-ewwel fuq it-Torok, u hekk kif raw lilhom, shabhom l-ohra ntefghu wkoll fuq l-ghadu u helsu mit-tigrif lil kaptan Eguaras li vlegga kienet feritlu idu li kien izomm biha l-lanza, u kien ga mdawwar mill-ghedewwa. Magenbu kellu dejjem il-kommendatur Barrese u l-kaptan Fra Govanni Lugny Borgognone, illi wara li twierlu z-ziemel ta' tahtu, wera minn fuq riglejh, li kien kavallieri qalbieni u li jiswa'.


Il-kavallerija baqghet tqatta', is-suldati tal-kaptan Vagnone ziedu fin-nar u l-kaptan Vincenz Ventura da Bevagna, b'25 bl-azzarin illi dakinhar kellu taht idejh, wera x'kellu l-hila jaghmel u kemm tassew kien suldat tajjeb.


Meta l-ghedewwa raw li bdew jintafsu hafna, u li minnhom bdew jonqsu sewwa, kellhom fl-ahhar jaqbdu t-triq u jaharbu. Taghna, meta raw hekk, telqu ghal warajhom u joqtlu minnhom kemm jilhqu, baqghu ituhom sa ma waslu sax-xatt, fejn id-dehra ta' 80 xini torka hassbithom li sejrin inizlu n-nies l-art. Ghalhekk ikkuntentaw bík ir-rebha, u b'dik il-merhla bhejjem li kienu hadu minn taht idejn it-Torok, regghu lura lejn il-Belt. Tellghu wkoll maghhom wahda mit-tliet bandieri torok, illi kellhom ix-xorti li jiehdu minn taht idejn l-ghadu billi qatlu lil dak li kien qieghed izommha.


F'din il-glieda baqghu mejtin 200 Tork, barra minn dawk li waqghu lsiera; u li kieku ma kienx imhabba l-hafna hitan li kien hemm f'dak il-lok, kieku ftit minnhom kien jifdal.


(p.68) Min-naha l-ohra rebha bhal din ma setghetx issir minghajr tixrid ta' demm min-nies taghna, il-ghaliex baqghu mejtin tmien suldati qalbiena, u hafna ohra baqghu feruti, barra milli halliet 17-il ziemel maqtulin u 15 ohra li ma kenux tajbin izjed ghall-gwerra3."


Din it-taqtiegha saret dak il-jum stess li wasal Dragut, il-ghaliex dawk it-80 xini li semmejna kienu ta' Piali Baxa li kien mar bihom biex jilqa' lil dak il-kursar li kien iwerwer lil Mediterran kollu. Il-ghadu (l-Apsi) beda l-bombardament ta' l-infern fuq il-fortizza ta' Sant'Iermu. Ghalhekk il-Mosta kellha tkun imsoqqija bid-demm tal-martri ghar-religjon u l-patrija lejliet il-jum tal-bidu ta' dik il-gwerra qalilha li bdiet mal-migja ta' Dragut.


Jisghobbina illi hawn ikollna nhallu hafna mill-istorja ta' dak li gara band'ohra fil-gzira taghna, il-ghaliex ma rridux nidhlu f'dak li m'ghandux x'jaqsam mar-rahal taghna. Biss ingidu illi wara li l-fortizza ta' Sant'Iermu waqghet (fit-23 ta' Gunju) taht idejn it-Torok (li hallsu tajjeb taghha, mal-mewt ta' Dragut) dawn l-ghedewwa dawru l-qilla taghhom kollha fuq San Mikiel. Ma nistghux naghtu l-intitef kollha fuq il-kumpanija li kienu jaghmlu minna l-Mostin, imma ma jfallilnix meta nahsbu illi huma ghamlu taghhom biex minn fuq is-swar tal-Isla jilqghu lis-suldati tan-nofs qamar, u li hafna minnhom ma shabhom l-ohra, hallew hajjithom biex l-ghadu qatt ma jirnexxilu jitfa' riglejh fuq dik il-bicca art illi huma kellhom jiddefendu, u xejn ma swielu l-ghadu li ghamel hiltu bl-ahrax fl-attakk il-kbir tal-Isla tal-15 ta' Lulju, u l-attakki li baqghu jsiru wara.


Fis-7 ta' Settembru, li kien il-Gimgha, meta l-kapijiet Torok semghu bl-ahbar minn Sqallija waslet ghajnuna kbira (p.69) ghall-Insara, dlonk taw l-ordni lit-truppi biex jitilghu abbord fuq ix-xwieni taghhom. L-ghada t-8 ta' Settembru, il-Mostin bhal huthom l-ohra kellhom ragun illi jibku biki ta' ferh u mal-Gran Mastru La Valette jaghtu hajr lil Alla u lil Vergni Marija fil-jum tat-twelid taghha ghar-rebha kbira li kienu ghamlu.


Il-pitghada, fl-10 ta' Settembru, il-Musulmani kienu ghadhom ma hallewx il-gzira, meta harab Granatin (Spanjol) ta' demm tork, u mar quddiem il-kapijiet tal-ghadu fejn qalilhom illi l-ghajnuna li giet kienet zghira, imnikkta u bla ma ghandha min jikkmandaha sewwa. Dan ma kienx hekk, il-ghaliex kienu waslu fuq 8,300 gwerrier mill-ahjar, li poggew il-kampijiet taghhom madwar l-Imdina, u kienu fuq ix-xwiek biex jitqabdu mal-Musulmani.


Imma dik il-bxara li kienu dghajfin hajret lil Mustafa li jaghti skoss kbir iehor. Ghalhekk ftiehem malajr ma Piali li jerga' jnizzel 16,000 mill-ahjar suldati li kien fadal, u bihom jaghti s-salt u jkisser lil din l-ghajnuna li waslet ghall-Insara.


Issa l-Mosta messitha x-xorti tajba, jew hazina, li madwara u go fiha kellha ssir taqtiegha mill-kbar, li kienet l-ahhar tixrid ta' demm bejn dawk li qeghdin jiddefendu l-fidi Nisranija kontra dawk li jsostnu l-Koran ta' Mawmettu. Dan ir-rahal issa kellu l-ferh illi jara l-ahhar rebha kbira fuq dawk l-infidili li disgha u tletin sena qabel hallewh, imnikket, jibki t-telfa kbira ta' hafna minn uliedu.


Hekku mela dak li gara, kif niehduh mid-deskrizzjoni ta' Bosio4:


(p.70) Mal-lejla ta' qabel it-Tlieta, il-11 ta' Settembru, sar l-izbark minn Marsamxett ta' l-armata torka, u fil-ghodu bdew resqin lejn l-Imdina, qabel ma jarawhom mill-Birgu u jibghatu jghinu lil shabhom ta' gewwa l-Belt.


Mustafa ried illi jgieghel lill-armata tal-Insara tohrog minn fejn kienet qedgha lesta ghalih, u biex jirnexxilu jittradihom ha ftit suldati ghal quddiemhom, u heba dawk l-eluf l-ohra madwar il-Mosta. Din in-nassa kienet imqeghda tajjeb ghall-Insara imma ma rnexxitx ghax wiehed maqlub genoviz, li kien sema' l-ftehim kollu bejn Mustafa u Piali, harab mill-armata torka u mar qal kollox lil Gran Mastru, li baghat malajr javza lil dawk tal-Imdina.


Filwaqt li l-kapijiet tal-Belt kienu qedghin jiftehmu x'sejrin jaghmlu, jaraw lit-Torok jaghtu n-nar lil H'Attard, u wara jaraw skwadra kbira ghall-ahhar, b'bandiera fin-nofs u madwarha ruxmata ta' bandalori ohra, li lkoll flimien kienu resqin u ghaddew mill-Mosta.


L-Insara kienu f'malajr kollha fuq l-armi, lesti biex jehduha mal-barbari li mal-gholja tal-Belt kellhom jitilghu. Hafna mill-Insara ma riedux jistennew u resqu 'l barra ghall-ghadu. Il-Musulmani kienu sejrin lejn l-gholja tat-Torri Falka, meta Don Alvaro de Sande, gwerrier qalbieni, webbes rasu li bis-suldati tieghu jrid imur jiehu t-Torri Falka qabel jiehduh l-ghedewwa. Imma dawn waslu hemm qablu, u minn dak l-gholi u minn wara l-hitan tas-sejjieh bdew jisparaw ghal fuq l-Insara.


Meta l-infidili raw x'kienu gejjin tal-gwerrieri mill-Imdina, bezghu u telqu t-Torri. Waslet ghajnuna ohra u issa l-Insara mimlijin b'kuragg akbar, xtehtu fuq it-Torok u b'tempesta ta' azzarinati geghluhom ihallu mithna tar-rih, u jitilqu minn wara (p.71) l-hitan tas-sejjieh, u jfittxu l-pjan ta' Mlit5. Taghna li issa kienu minn 7,000 jew 8,000 bl-armi tan-nar, baqghu jigru warajhom u joqtlu minnhom kemm jilhqu.


Wiehed Kalabriz, maqlub, li kien jismu Ulucciali, b'2,000 Tork mieghu gie biex jghin lil dawk l-ewwel Torok li kien hemm fit-Torri Falka, imma l-Insara telqu ghal warajhom u ghal ftit u xejn ma qabdux lil Ulacciali lsir taghhom.


Issa l-hsieb ta' Mustafa kien li jixhet fil-witja ta' Mlit l-ezercitu taghna, u minn xaqlibiet gholjin, jinxtehet fuqu bil-bqija tas-16,000 Tork. Imma qata qalbu meta resaq 'l hemm u ra l-iskwadri kbar tal-Insara, illi kienu jimmarcjaw bl-ordni l-aktar sabiha kontra s-suldati tieghu, u b'dehra zgura ghall-glied, b'tant wirja sabiha ta' armi jleqqu, ilbies ghani, hafna standarti, u hoss kbir ta' tnabar, li kollox kien juri li kienu nies maghzulin mill-ahjar u ta' hila kbira. Barra minn dan, Mustafa ra illi l-ezercitu nisrani kien tliet darbiet aktar minn dak li kien qallu qabel it-Tork Granatin, u dan l-imsejken issa kellu jhallas b'hajtu l-izball li ha meta qal lil Mustafa illi l-ghajnuna li waslet kienet ta' ftit nies, maghkusin u mmexxijin hazin.


Ghalhekk Mustafa minflok ma kompla l-hsieb li kellu li jibda l-glied, hasibha ahjar u geghlhom li jibdew jimxu lura bis-sengha ghal San Pawl il-Bahar, biex hemm jimbarkaw fuq il-bastimenti taghhom. Imma dan il-hsieb ukoll fallielu, il-ghaliex filwaqt li Don Alvaro kien qieghed jaghfas shih fuq l-ghadu, Della Corgna ta' salt bil-battaljuni tieghu sa gewwa l-Mosta, gieghel lill-ghedewwa johorgu mir-rahal, u xehithom ghal isfel miz-zewg gholjiet li jaqsmu l-bicca gholja ghal bicca baxxa tal-witja tas-Salini, fejn beda gej fuqhom xita ta' (p.72) azzarinati li beda nizel minn xifer tal-gholja fejn Della Corgna zamm is-suldati tieghu; u kull min mit-Torok baqa' lura gie f'din l-gholja tal-Mosta, mqatta mis-suldati taghna6.


It-Torok, ghajjenin bil-mixi u qalbhom maqtugha, hekk kif raw joqorbu l-iskwadri taghna, bdew jahrbu jigru u bil-biza'u l-giri hawdu l-ordni li kienu fiha, filwaqt li telqu l-istandarti u sahansitra l-armi li kellhom f'idejhom. Mustafa, li baqa' wahdu mdawwar biss minn ftit tad-dar tieghu, meta ra hekk, harrab ukoll iz-ziemel tieghu lejn San Pawl il-Bahar, u bil-giri waqghalu darbtejn iz-ziemel minn tahtu, u li ma kienx imhabba l-ghajnuna ta' dawk li kellu mieghu, kieku kien jibqa' jew mejjet jew ilsir tal-Insara.


Don Alvaro de Sande u Ascanio della Corgna u maghhom l-ezercitu kollu baqghu jigru ghal warajhom, u Don Alvaro jghajjat: oqtol, thallu haj l-ebda Tork li taqbdu. U hekk baqghu jigru wara l-infidili sal-pruwa tal-bastimenti torok, minn mnejn bdew gejjin il-balal ghal fuq taghna biex izommuhom lura. Il-qerda kienet tkun zgur wisq akbar li kieku ma kienx l-vici re ta' l-Algier, b'elf suldat mistrehin li kien baqghalu, zamm ftit il-qilla li kienu gejjin biha l-Insara.


F'din ir-rebha, wrew irwiehhom hafna gwerrieri ohra qalbiena li wrew kuragg u hila kbira, ghalkemm kienet gurnata ta' xlokkatura mill-akbar, "il-guvintur Maltin, imdorrijin ghal shana kbira, wrew irwiehhom hafna f'din il-glieda, il-ghaliex bil-giri hafif u bla nifs wara l-infidili, qatlu hafna mill-ghedewwa."


Din l-ahhar taqbida swiet lit-Torok fuq 3,000 ruh bejn mejtin fuq l-art u bejn imgharqin fil-bahar, skont kif wiehed mahrub mill-armata taghhom qal li sema jghid Mustafa. Mill-Insara baqghu biss mejtin 14-il wiehed, u 15 ohra waqghu lsiera.


(p.73) L-ghada, l-erba' bastimenti torok li kien hemm fil-qala' ta' Burmarrad kienu kollha nghaqdu mal-ohrajn fil-port ta' San Pawl, u kienu ghadhom qeghdin jiehdu l-ilma, iddefenduti tajjeb mill-artillerija taghhom.


Nhar il-Hamis, it-13 ta' Settembru, l-armata tat-Torok refghet l-ankri u telqet lejn il-Lvant minn mnejn kienet giet, wara li kienu tilfu mal-20,000 ruh.


Mid-9,000 Insara (bejn Kavallieri u Maltin) li carcru demmhom f'dan l-assedju, inghoddu wkoll fosthom hafna Mostin, li ma shabhom taw lilhom infushom ghas-sagrificju fuq l-artal tar-religjon u l-partija; u meta naqraw "kemm tassew dawn il-Maltin swew fl-assedju, illi sahansitra n-nisa u t-tfal servew bil-fedelta kollha7," il-Mostin kellhom sehem kbir minn dan li qal l-Gran Mastru La Valette stess bil-koncilju kollu tieghu.


Bhala l-isbah tifkira, is-Sema donnu ried illi fil-Mosta fejn il-Musulmani disa' u tletin sena qabel kienu ghamlu dik is-serqa fuq in-nies tar-rahal, hemm kellhom huma issa jhallu ghadd ikbar ta' nies taghhom mejtin; u f'Andar il-Blat (Ta' Dullumbrot, li jahbat fejn il-knisja zghira tal-Kuncizzjoni, ftit passi 'l fuq mit-Torri Cumbo minn mnejn kienu serqu l-Gharusa tal-Mosta) l-infidili, li issa gew biex jiehdu l-Gzira taghna, il-Gharusa tal-Fidi Nisranija, hemm stess "fl-1565 waqqfu l-istandard rjali biex isejhu lura u jigbru lin-nies taghhom, illi b'passi hfief harbu biex jimbarkaw, wara li telqu l-assedju b'misthija u dulur kbir tagghom8."


Riferenzi

  1. C. Sanminiatelli Zabarella, L'Assedio di Malta, p. 165.
  2. Ibid, p. 168.
  3. Bosio, Dell'Istoria della Sacra Religione, Parte III, Lib 25, p. 533.
  4. Bosio, Dell'Istoria della Sacra Religione, Parte III, p. 699-702
  5. Ta Mlit hija dik ix-xaqliba 'l barra mill-bini tar-rahal li hemm mill-minkeb ta' dik it-triq dritta quddiem il-knisja (Via Congresso Eucaristico).
  6. C. Sanminiatelli Zabarella, L'Assedio di Malta, p. 599, 600.
  7. Archivio dell'Ordine, Lib. Bull. An. 1565-67, No. 431, p. 268.
  8. Abela, Descrizione di Malta, Lib. 1, Not. VII, p. 84.

Kapitli ohra mill-ktieb