Storja tal-Mosta bil-Knisja Taghha (Malta 1986)
migbura minn E.B. Vella u ohrajn
L-ERBATAX-IL TAQSIMA
Konsagrazzjoni tar-Rotunda
(p.201) Meta konna nitkellmu mill-istorja tar-Rotunda ahna ghedna li fis-16 ta' Frar 1860 il-Kappillan Mallia kien bierek it-tempju l-gdid qabel xejn ma bdew juzawh bhala knisja. Ghalhekk sa dak iz-zmien kienet ghada mhix ikkonsagrata, ghaliex din il-festa kbira hallewha ghal meta t-tempju jkun lest minn hafna hwejjeg li kien ghad jonqsu wara x-xoghol tal-bini tieghu.
Bil-hidma tal-Kappillan Mallia fl-1861 ingabar il-ghadam tal-mejtin li kien hemm midfunin fil-qiegha tal-knisja l-qadima u tqieghed gewwa fossa ghal tal-apposta; irrangaw l-art li kienet fil-fond, u ccangawha bil-franka. L-Isqof Pace Forno kien ukoll gie fit-18 t'Ottubru 1863 biex bierek l-qanpiena l-fostanija, u fid-29 ta' Dicembru 1864 bierek il-qanpiena l-kbira. Kienu wkoll saru hafna kwadri godda u tqeghdu xi qodma fil-knisja l-gdida u ghalhekk wara li ghaddew hdax-il sena mit-tberik taghha, hasbu biex jikkonsagrawha.
Il-kancillier tal-Kurja, Dun Manwel Corsini halla bil-miktub din it-tifkira, li bil-Malti tfisser:
"Konsagrazzjoni tal-Knisja Parrokkjali tal-Mosta taht l-isem ta' Tlugh is-Sema tal-Imqaddsa bla Tebgha Marija.
L-Eccell.mu u Rev.mu Mons. Fr.Gejtanu Pace Forno, Arcisqof ta' Rodi u Isqof ta' Malta laqgha bil-ferh kollu t-talb umli u mill-qalb tal-Kappillan, tal-Kleru u tan-nies tal-Mosta sabiex joghgbu jikkonsagra b'riti solenni l-knisja gdida mibnija fil-Mosta lit-Tlugh fis-Sema tal-Imqaddsa bla Tebgha Marija u ghalhekk ghamel degriet biex tigi kkonsagrata fil-15 t'Ottubru 1871, u gieghel illi lejliet il-konsagrazzjoni, l-14 ta' l-istess xahar t'Ottubru, ikun jum tas-sawm ghan-nies kollha ta' l-imsemmi rahal. Fl-istess jum il-Wisq Rev.mu Kappillan Dun Anton Mallia jqieghed fuq l-altar li hemm fis-sagristija tal-knisja, quddiem ix-xema tixghel, ir-relikwi mqaddsa (p.202) tal-martri Fabrijan u Sebastjan u ta' Kosma u Damjan. Wara dan kollu l-Kappillan u l-Kleru bdew il-Vigilja bil-kant solenni tal Matutin u bil-Lawdi tal-Komun Martri, imbaghad il-Kleru, qassis wara l-iehor, kompla l-funzjonijiet tar-riti mqaddsa mal-lejl kollu quddiem l-imsemmija relikwi tal-martri.
Il-ghoxrin Hadd fuq l-Ghid il-Hamsin, fil-15 t'Ottubru 1871, fis-sebgha ta' fil-ghodu:
L-imsemmi Eccel.mu u Rev.mu Mons. Arcisqof, Isqof Fr.Gejtanu Pace Forno fil-ghodu telaq fil-karozza t'erba zwiemel mill-Palazz tal-Belt ghal din il-Parrocca; u mieghu kellu l-Kanonci tal-Katidral, Dun Kalcedon Falzon S.Th.D., J.U.D., u Dun Felic Cutajar S.Th.D u c-Ceremonier, il-Wisq Rev.du Dun Gwann Muscat. Imwassal f'din il-knisja taht l-isem tat-tlugh fis-sema tal-Imqaddsa bla Tebgha Marija, gie imlibbes fis-sagristija, fejn kien hemm ir-Relikwi tal-imsemmija Martri mqaddsa li kienu maghluqin f'kaxxa zghira ta' l-istann u ssigillata. Il-Kleru qal is-Salmi Penitenzjali u sar dak kollu li jghid il-Pontifikat Ruman. Sar it-tberik, it-talb u processjoni mal-knisja. Imbaghad wara li l-Arcisqof ghamel diskors barra mill-bieb, ikkonsagra l-knisja u l-artal il-kbir taghha fejn qieghed ir-Relikwi u ddedikaha ‘l Alla u ghal-qima tal-Imqaddsa bla Tebgha Marija. L-anniversarju ta' din il-Konsagrazzjoni gieghel li jsir fit-tielet Hadd t'Ottubru.
Hekk kif tlestiet din ic-cerimonja l-Arcisqof iccelebra fil-Knisja kkonsagrata, is-Sagrificcju tal-Quddiesa, fejn kien hemm ir-Rev.mu Kanonku tal-Katidral Dun Glormu Chetcuti, ic-Cerimonier tal-Katidral il-Wisq Reverendu Dun Gwann Sammut u gemgha kbira ta' nies mhux biss mill-Mosta imma wkoll mill-ibliet u minn bosta rhula ohra1."
Biex dak il-jum u dik il-festa mqaddsa ma tintesa qatt, saret kitba fuq lapida li giet imqedgha taht l-orgni, fil-lemin inti u diehel mill-bieb il-kbir, u li mill-latin ghal malti tghid:- (p.203)
GEJTANU PACE FORNO
ARCISQOF TA' RODI ISQOF TAGHNA
BIT-THABRIK TAL-KAPPILLAN ANTONJU MALLIA
FIL-15 T'OTTUBRU 1871
BIEREK U KKONSAGRA
B'CERIMONJA SOLENNI
DAN IT-TEMPJU PARROKJALI MIBNI MILL-GDID
B'QIMA
TA' MARIJA BLA TEBGHA MEHUDA FIS-SEMA
U QIEGHED IL-FESTA
B'TIFKIRA TA' KULL SENA
FIT-TIELET HADD T'OTTUBRU.
Dawk il-Mostin
Ma hix l-ewwel darba li awtur ta' ktieb ikun jitkellem mill-knisja tal-Mosta u mbaghad jaqbad fuq l-istess Mostin. Billi kulhadd jixtieq jaf xi jghidu ghalih il-barranin, ahna ma nhallux il-qarrej bix-xewqa u nghidulu xi qrajna.
James Richardson wara li kiteb zewg artikoli twal bl-ingliz fuq il-knisja tal-Mosta, nizzel dan:
"Mhix haga rari fost il-kampanjoli hawnhekk li jiftahru u jriduha li huma minn ta' l-aqwa ghal gmiel tal-festi tal-knisja tar-rahal taghhom. Il-girien taghhom in-Naxxarin kien ilhom jiftahru li jghaddu lill-Mostin, billi jghidu b'dawk il-hwejjeg sbieh li ghandha l-Madonna taghhom u bix-xoghol tan-nar sabieh lejliet il-festa taghha. Imma ma ilux inzertajna qeghdin fejn nisimghu tahdita bejn Mosti u Naxxari illi turi li l-Mosti kien ga qieghed jara l-jum ta' ferh li kien gej. In-Naxxari beda jiftahar bil-festa tieghu u jghid: "Taghna festa," "Taghna Madonna." Il-Mosti kollu biered gholla spallejh u wiegeb:- "Miskin, rajtha xi naqra l-knisja taghna." Bhal bicca l-kbira tal-irhula kif ukoll tal-ibliet ta' Malta, din il-pika bela bejn dawn iz-zewg irhula ilha hafna sejra, u gie zmien meta kienet il-htija ta' hafna mibeghda u glied, l-iktar meta toqrob il-festa. Illum, ghad li ma nistghux inghidu li spiccat ghal kollox, (p.204) naqset bil-bosta u nittamaw li nkunu ghadna hajjin u narawha meqruda darba ghal dejjem2."
It-tieni kittieb kien certu Franciz, Alfred Dorcel. Dan meta kien qieghed isemmi kemm huma nies tal-Knisja l-Maltin u kemm ihabirku ghal knejjes taghhom, semma lir-Rotunda u wara li fahharha ghall-kobor taghha qal:
"Jiena ghmiltilha zjara nhar il-Ghid il-Hamsin fil-hin tal-ghasar. Kienet dehra kurjuza li tara gharkobbtejhom fuq il-qiegha taht din il-koppla kbira hafna gemghat ta' nisa tar-rahal, mohbijin taht l-ghonnella, filwaqt li l-irgiel anqas ta' qima kienu jpacpcu fil-pjazza3.
It-tielet storja u aktarx l-iktar wahda helwa, jatihilna E. Ingress Bell, dak li semmejna ftit ilu. Dan l-arkitett meta qal dak li kellu jghid fuq l-arti tar-Rotunda, kompla jitkellem hekk:
"Jiena lqajt stedina biex nitla fuq il-koppla minn barra, u thawwadt meta rajt illi ma hemm l-ebda xorta ta' rpar biex jilqa' dak li jkun tiela mal-hafna ringieli tal-bini taghha mqeghdin wahda ‘l fuq mill-ohra. Wiehed ikollu jimxi ma wicc il-gwarnica ta' fuq, fuq daqsxejn ta' cinta bl-ebda haga li tilqghu jekk jitfixkel. Il-poggaman sabih li jidher fl-istampa tas-sur Fergusson mhux hemm4. Jiena qaghadt bilqiedgha biex niehu ftit tar-ruh fuq ic-cinta ta' taht l-ghola wahda, meta nara tifel minn dawk l-imqarbin li jiggerrew mat-toroq, u li kien tala hemm fuq warajja minghajr hadd ma rah. Dan, meta rani hekk imhawwad, kellimni u qalli:-"Sinjur, inti sejjer tkun ir-raba ingliz li waqa' minn hawn u sabuh mejjet fil-gnien taghna. Int ir-raba wiehed!" "Kemm int tifel minn taghna," Jiena wegibtu: "Iva sinjur, (p.205) tini xi haga5." Xtaqt li stajt intihielu x-xi haga, imma dak ma kienx l-post jew il-hin li taqbad titlewwem u ghalhekk kelli nuri haga b'ohra."
F'bicca ohra tal-ktieb dan l-arkitett kien qieghed ifahhar il-karattru tal-Maltin u l-iktar fuq l-imgieba pulita taghhom "illi ghandha l-gmiel kollu ta' l-ghola edukazzjoni," meta bhala ezempju gieb dan li sejrin inghidu:
"Ir-ragel illi, fil veru sens tal-kelma, tellaghni fuq il-knisja tal-Mosta kien wiehed bhal haddiem Ingliz li jaghmel xoghol goff ghax dan kien haddiem fid-dranagg li huwa xoghol baxx, u l-qliegh tieghu ta' gurnata twila kien ghaxar soldi. Dan dawwarna l-knisja, s-sagristiiet, id-dar tal-qassis u bi pjacir lili, qalaghli li nista nati daqqa ta' ghajn lejn id-disinji li ghamel l-arkitett. Jiena u nhallih zerzaqtlu xelin f'idejh illi huwa f'malajr wiehed, rega tani lura bl-edukazzjoni kollha, imma iebes f'fehmtu.
Habibi l-brikkun iz-zghir (ghal dak it-tifel ta' qabel) ipprova jahtaf ix-xelin imma ma rnexxilux u ndahal ghal daqqa ta' harta sewwa. Izda l-gwida tieghi ma riedx jisma bi hlas ta' pjacir illi huwa kien ghamlu bil-qalb kollha. Kien ta' min ifahharni, huwa qal, li hadd is-sabar li nifli l-knisja illi biha kien jidher illi ghandu hekk biex jiftahar. Jiena dort hafna knejjes fi zmieni, inglizi u kontinentali, izda qatt ma naf illi gwardjan ta' l-ebda wahda minnhom hasibha bhal dan. Wiehed ma jridx jinsa illi dik ix-xi haga, illi dan ir-ragel fqir ma ried qatt jiehu minn ghandi kienet ikbar mill-gliegh ta' gurnata xoghol6."
Flagelli ta' Mard
Fis-seklu 19 beda jizdied id-dhul tal-bastimenti fil-portijiet ta' Malta, u maghhom beda jizdied ukoll it-tigrif ta' mardiet li bihom kienu jkunu mcappsin. Ghalhekk (p.206) il-gzejjer taghna kellhom ibatu b'dawn il-flagelli, li sejrin insemmu:
- L-ewwel li zaritna kienet il-pesta li dehret fl-1 t'April 1813, u baqghet sejra s-sena kollha. Fil-Mosta dahlet f'Gunju u damet sa Settembru, u f'dawn l-erba xhur mietu biha 32 ruh7 li gew midfunin fic-cimiterju tal-pesta. Ghad illi l-Mosta ma messiex ix-xorti li tehles minnha ghal kolllox, bhalma kienet helset l-Isla u xi ftit irhula zghar, mill-banda l-ohra ma ngidmitx bhal xi rhula ohra fejn baqghu mejtin il-mijiet. B'kollox f'Malta u Ghawdex mietu 4,487.
- Fl-1830 deher il-gidri imma mill-1,523 li karkar minn dawn il-gzejjer ma nafux jekk kienx hemm Mostin minnhom, billi r-registru tal-mejtin tal-parrocca ma jsemmi l-ebda wiehed.
- Issa l-kolera kien jonqos biex ikunu zuruna l-ikbar tliet mardiet horox. Din ma kenitx fil-boghod, ghax dehret f'Gunju 1837 u fl-erba xhur li damet, riedet turi li hija mhix anqas tal-biza minn hutha l-ohra, il-ghaliex garret maghha 4,252 ruh minn pajjizna kollu. Fil-Mosta dahlet f'Lulju u sa ma telqet f'Settembru hadet 46 ruh8.
Mir-registru tal-mejtin tal-parrocca niehdu illi fil-5 t'Awissu 1837 li kien jum tas-Sibt, il-Kappillan Dun Gamm Schembri, bil-permess ta' l-Isqof Frangisku Saverju Caruana mar bil-Kleru mieghu biex ibierek ic-cimiterju l-gdid li kien magenb il-qadim f'tarf ir-rahal u li kien moghti mill-gvern taht il-Gvernatur Sir Henry Frederick Bouverie. - Il-kolera dahlet imma ma riditx terhina l-ghaliex qabel ma spicca dan is-seklu li qeghdin nitkellmu minnu regghet ghamlitilna hames zjajjar ohra. F'dik ta' l-1865 mietu mill-Mosta 14 il-bniedem9; f'dik tal-1867 mietu 1910, u f'dik (p.207) tal-1887 ir-registru tal-mejtin ma jsemmi lil hadd.
Barra minn dawn kien hawn attakki ohra ta' mard ikrah imma billi qatt ma ghamlu qerda kbira, ahna nhalluhom biex ma noqghodux intawlu bla bzonn.
Toroq u Fortifikazzjonijiet
Ghall-ahhar nofs tas-seklu li ghadda, fir-rahal saru xi xogholijiet sbieh sewwa mill-Gvern civili kemm ukoll mill-militar. Il-Mosta qieghda fil-qabda hafna u barra mit-traffiku ta' dari, beda issa jizdied dak ta' bejn in-naha tal-Belt u San Pawl il-Bahar li beda jkun sewwa bhala post sabih ghal xi xalata u ghal villeggjatura. Terga l-knisja xehtet lir-rahal f'ghajnejn in-nies wisq iktar milli kien qabel. Billi f'kelma wahda issa r-rahal beda jsir centru, dik it-triq il-qadima ghall-Belt11 li hemm biswit il-knisja bdiet tinhass li mhix haga, billi hija dejqa u mghawga, u l-Gvern ried jiftah triq gdida u sabiha li taghti ghall-belt.
Jinghad li Grognet kien wera kif ghandha tinfetah triq dritta quddiem il-knisja, imma mhabba li hawn kien kollu mibni, il-Gvern hasibha xorta ohra, u bejn l-1853 u l-1854 fetah dik it-triq il-gdida li tidher illum u li hija wahda mill-isbah toroq li ghandna f'Malta. Il-wisa taghha ilahhaq 32 pied, u t-tul mill-kantuniera tal-pjazza sal-minkeb ta' fuq fih 742 jarda, barra minn 23 jarda ohra minn tarf iz-zuntier sal-bidu taghha. Il-gholi minn wicc il-bahar fejn il-minkeb ta' Mlit igib 238 pied u fil-pjazza fih 229 pied12. Dan ifisser li fiha 9 piedi pindil, li ghalkemm huwa bizzejjed ghall-ilma, mhux hekk qawwi daqs inghidu ahna dak ta' Church Avenue Haz-Zabbar13.
Ghall-ewwel it-triq giet imsemmija Via Nuova Valletta, imbaghad fl-1913 semmewha Via Congresso Eucaristico, bhala tifkira ta' dik il-festa ghaziza tal-Kungress li sar fil-Mosta (p.208) dik is-sena, kif naraw ftit iehor il-quddiem.
Fl-1883, il-militar waqqaf il-Fortizza ta' "Misrah Ghonoq," li qieghda fuq il-gholja li sserdek fuq witja kbira ta' Ghajn Rihana, Burmarrad, is-Salini, San Pawl u l-bahar ta' dik ix-xaqliba.
Erba snin wara, kienu qeghdin jinbnew it-truncieri li jidhru mat-tarf tal-blat gholi li jaqsam il-gzira minn Fomm ir-Rih sal-Madliena. Mal-hajt fejn San Guzepp "tat-targa" giet imqeghda lapida b'kitba bl-ingliz li tghid:-
IT-TRUNCIERI VITTORJA
MAGHMULIN FI ZMIEN IT-TMEXXIJA
TAL-ECCELLENZA TIEGHU
IL-GENERAL SIR ARTHUR LYON FREMANTLE
GEW IMSEMMIJIN HEKK
BHALA TIFKIRA TAL-GUBLEW TAD-DJAMANTI
TAL-MAJESTA TAGHHA (IR-REGINA)
FL-1897.
Biex il-militar jilhqu il-fortizza mix-xaqliba tar-rahal ma kellhomx triq ohra hlief l-arkata "ta l-Isperanza", (li giet imgeddda fl-1905 u li qieghda 32 pied oghla minn qiegh il-wied). Billi din l-arkata ma kienitx fil-qabda bizzejjed, l-inginieri Inglizi, fl-1897, bnew il-pont tal-hadid li jaghti ghal Misrah Ghonoq.
Il-pont fih bicca xoghol sabiha, imqieghed kif inhu f'dak il-gholi, b'sieq wahda mdahhla gol-blat u s-siew l-ohra tistrieh fuq pilastri taz-zonqor. Minn fuqu ghaddejja triq ta' 22 pied wisa u 330 pied tul. Dan it-tul huwa maghmul mill-bcejjec tat-truf li flimkien igibu 104 piedi, li qeghdin imtellghin fuq il-hagar, u l-bicca tan-nofs li fiha 226 pied tul, imqieghda kollha fuq il-pont tal-hadid.
Il-gholi tal-pont minn qiegh il-wied igib 107 piedi, jew fi kliem iehor anqas min-nofs tulu, haga li tqarraq lil min imur jarah, ghaliex jidher wisq iktar gholi milli twil.
(p.214) Il-veduta li tidher minn fuqu hija wahda minn dawk li taraha darba u ma tinsiha qatt. Il-qarrej wieqaf f'nofs dan il-pont joqghod jahseb illi filwaqt li l-inginiera kellhom il-hila jghaqqdu iz-zewg nahiet tal-wied, huwa ma jistax isensel il-hsieb illi dawk in-nies li waqqfu dik ir-Rotunda kbira li tidher fil-Punent kienu ta' l-istess demm ta' dawk l-ohrajn li hames mitt sena qabel kienu keccew l-eremit qaddis li kien ighix f'dak il-ghar li jidher fil-wied n-naha tal-lvant!
Xoghlijiet fir-Rotunda
Wara li tkellimna mix-xoghlijiet li ghamel fir-rahal il-Gvern u l-militar, jixraq li nitkellmu wkoll minn dak li sar gewwa r-Rotunda.
L-ikbar opra li saret fil-knisja wara l-Konsagrazzjoni kien l-orgni, li huwa l-ikbar wiehed li ghandna f'Malta u Ghawdex. Dan sar fl-1885 mill-maghrufa fabrika taljana tal-kavallier Pacifico Inzol. Fih zewg tastieri u pedaliera, 6 imniefah bejn kbar u zghar, 50 registru u 2,000 kanna. Jahdem kollu kemm hu fuq sistema mekkanika, u fih hlewwa u sahha ta' lehen li tistennih biss minn orkestra ta' l-aqwa. Il-Mostin kellhom ihallsu mal-£1,000 ghal din l-opra, imma hadd ma gietu ndiema ghal dik in-nefqa kbira ghax tassew li ghandhom orgni xieraq ghat-tempju famuz fejn huwa mqieghed.
Jekk nigu biex nitkellmu mill-opri li saru fir-Rotunda u li ghall-kobor, daqs u nefqa ma hawnx bhalhom fil-knejjes l-ohra ta' Malta, jkollna nsemmu wkoll il-baldakkin li sar fl-1898 u li bl-umbrella tieghu qam £404; u l-lampier tal-fidda li sar fl-1902 u nefqu fih £523. Ma dawn hemm hwejjeg ohra li ahna mhux behsibna noqghodu nsemmu biex ma nidhlux f'dawk il-hwejjeg li huma biss bhal ghamara tad-dar t'Alla14.
Inhallu wkoll barra hafna xoghlijiet ta' nduratura li saru (p.216) gewwa fil-fabbrika, imma mhux ta' min jinsa l-pittura tal-lunetti li kienet imhollija mill-Arcipriet Dun Pawl Xuereb, u li ghamilha fl-1900-02 il-pittur Guzeppi Cali. Dawk it-tmien lunetti barra milli taw gmiel, kulur u briju lill-knisja kollha, swew ukoll biex juru l-hila ta' l-arti ta' wiehed mill-ahjar pitturi li kellha artna.
L-ikbar bicca xoghol li saret m'hilux wisq u li hallsu ghaliha n-nies tar-rahal saret fi zmien l-ghaks. Dan kien ic-cangar bir-rham tal-qiegha tal-knisja fuq id-disinn li jghaxxaq ta' Grognet. Ix-xoghol li gie mholl f'idejn Mariano Spina nbeda f'Gunju 1909 u dam sejjer sal-1911. Il-qighat tal-kappelluni kienu lesti qabel, u fl-1906 tlesta wkoll il-presbiterju li sewa £240, barra mill-istatwi tar-rham ta' l-evangelisti San Gwann u San Luqa li qamu £140, rigal sabih ta' Dun Ang Camilleri, prokuratur li kien jiswa mitqlu deheb. Ghalhekk issa kien fadal d-dawra l-kbira tal-knisja, il-kor u l-bicca ta' fejn il-bieb il-kbir. Dan ix-xoghol ta' cangar sar f'dawk is-sentejn li semmejna u qam £2,018. Ma hemmx ghalfejn inghidu kemm dan ir-rham sabih kompla zejjen lir-Rotunda u ghamilha tidher ghanja wisq izjed.
Censimenti
Fil-bidu tas-seklu XIX, sew sew fl-1806 ir-rahal kien ighodd 3,003 ruh15.
Mic-censiment ta' hamsa u ghoxrin sena wara li sar fl-1831 niehdu illi l-Mosta kienet taghmel 3,828 ruh. Naraw ukoll illi fi "Nuova Via Valletta" kienu joqghodu biss 16 ir-ruh; il-kleru kien maghmul minn 23 wiehed; li l-bicca l-kbira tan-nies kienu tar-raba; li kienu jinsabu ma l-400 li jaghzlu u jinsgu16 u li minn dawk li kienu jafu l-iskola ghall kull wiehed li kien jaf bl-ingliz kien hawn tmienja jafu t-taljan17.
(p.217) Fl-1898 l-Imgarr gie mwaqqaf parrocca ghalih, u mill-popolazzjoni ta' madwar 500 li kellu mxerrdin fil-limiti tieghu, hafna minnhom kienu jaghmlu mal-parrocca tal-Mosta.
Issa fic-censiment li sar fl-1901, il-ghadd tan-nies kien 4,365 li jfisser illi minn wahda ghall-ohra r-rahal kiber 140 ruh f'kull ghaxar snin.
Is-seklu XX beda b'gid kbir ghall-haddiem. Kien hawn xogholijiet u qliegh ta' flus ghal kull min ried jahdem, u dan deher sewwa fil-kotra tan-nies il-ghaliex fic-censiment tal-1911 nsibu illi l-Mosta kienet taghmel 5,783 ruh, jigifieri f'dawk il-ghaxar snin zdiedu 1,418 bniedem. Dan ifisser illi fl-ewwel ghaxar snin ta' dan is-seklu n-nies tar-rahal kibret iktar milli kienet kibret fil-mitt sena ta' qabel!
Gara illi x-xoghol naqas, il-haddiem beda jaqla' anqas, u beda ukoll ma jsibx fejn jahdem. Infethet l-Amerika u l-Awstralja, u beda s-safar ta' missirijiet u zghazagh, tant illi fic-censiment ta' 1921 il-ghadd tan-nies tar-rahal kien 4,866, jigifieri 917 ruh anqas mic-censiment ta' ghaxar snin qabel.
Riferenzi
- Curia Vescovile, Acta Civilia, Anno 1871, p. 295.
- Malta Penny Magazine, 31st July 1841.
- A. Dorcel, Malta, (1882), p. 53.
- Illum hemm l-irpar li jibda mill-bidu tal-koppla u jibqa' tiela' sal-gallarija ta' l-anterna.
- Dan kien l-ingliz tat-tifel: "Sir you are the fourth Englishman what have fall dawn from here and he found dead in our garden. You are the fourth! … Yes, Sir, Give me somsing."
- The Builder, March 28, 1885, pp. 439, 440.
- Dr. W. H. Burret, Rapporto sulla Peste del 1883, p. 287, filwaqt illi r-Registru tal-Mejtin tal-Parrocca jsemmi 43 li mietu biha.
- Arkivju tal-parrocca, Liber Defunctorum, VI.
- Dr. Sutherland, Report on Sanitary Conditions, 1865.
- Arkivju tal-parrocca, Liber Defunctorum, V.
- Din it-triq kien jisimgha Strada Chiesa, u llum semmewha bl-ingliz u bil-malti ghal Kappillan Calleja, l-fundatur tar-Rotunda.
- Survey of Malta, Sheet No. 39.
- Ara E. B. Vella, Haz-Zabbar bil-Grajja Tieghu, pp. 62, 74.
- Ara hafna mill-opri li saru dan l-ahhar fir-Rotunda fil-ktieb zghir stampat fl-1927 mid-Dar ta' San Guzepp, li jismu Tifkira ghaziza tas-Sacerdot D.Ang Camilleri.
- Almanacco delle Isole di Malta e Gozo per l anno 1806.
- Fir-rapport tal-kummissarji tal-1836, Part III, p. 7 niehdu li l-Mosta kienet tigi l-ewwel rahal ghall-insig, b'500 nissiega u mbaghad warajha Haz-Zebbug b'400 nissiega.
- A. Giglio, Census for the Year 1861.
Kapitli ohra mill-ktieb
- Taqsima: 1, 2, 3, 4, 5, 6, 7, 8, 9, 10, 11, 12, 13, (14), 15
- Zieda: I, II, III, IV, V, VI, VII, VIII, IX, X, XI, XII, XIII, XIV, XV, XVI, XVII